EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 0595aaf9-eee8-11eb-a71c-01aa75ed71a1
Council Decision of 29 April 2008 on the adoption of the Research Programme of the Research Fund for Coal and Steel and on the multiannual technical guidelines for this programme (2008/376/EC)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2008 dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (2008/376/KE)
Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2008 dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (2008/376/KE)
02008D0376 — MT — 25.07.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►C1 DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2008 dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm ◄ (ĠU L 130 20.5.2008, p. 7) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 144 |
17 |
7.6.2017 |
||
L 236 |
69 |
5.7.2021 |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta' April 2008
dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm
(2008/376/KE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tipprevedi l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka għall-Fond ta’ ►C1 Riċerka tal-Faħam u l-Azzar ◄ u tistabbilixxi l-linji gwida tekniċi pluriennali għall-implimentazzjoni ta’ dak il-programm.
KAPITOLU II
PROGRAMM TA’ RIĊERKA GĦALL-FOND TA’ ►C1 RIĊERIKA TAL-FAĦAM U L-AZZAR ◄
TAQSIMA 1
Adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka
Artikolu 2
Adozzjoni
Il-Programm ta’ Riċerka għall-Fond ta’ ►C1 Riċerka tal-Faħam u l-Azzar ◄ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm ta’ Riċerka”) huwa b’dan adottat.
Il-Programm ta’ Riċerka għandu jipprovdi appoġġ għar-riċerka kollaborattiva fis-setturi tal-faħam u l-azzar. Il-Programm ta’ Riċerka għandu jipprovdi wkoll appoġġ għal teknoloġiji rivoluzzjonarji tal-azzar nodfa li jwasslu għal proġetti ta’ produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero u proġetti ta’ riċerka għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni ġusta ta’ minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u l-infrastruttura relatata f’konformità mal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2003/76/KE. Il-Programm ta’ Riċerka għandu jkun konsistenti mal-objettivi politiċi, xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, u għandu jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri u fi ħdan il-Programm Qafas eżistenti tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (il-“Programm Qafas ta’ Riċerka”).
Il-koordinament, il-komplimentarjetà u s-sinerġija għandhom jiġu mħeġġa bejn dawn il-programmi, u għandu jitħeġġeġ ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-proġetti ffinanzjati skond il-Programm ta’ Riċerka u dawk li huma ffinanzjati skond il-Programm Kwadru ta’ Riċerka.
Il-Programm ta’ Riċerka għandu jappoġġa attivitajiet ta’ riċerka mmirati lejn l-objettivi ddefiniti għall-faħam fit-Taqsima 3 u għall-azzar fit-Taqsima 4.
TAQSIMA 2
definizzjonijiet ta’ faħam u azzar
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
faħam għandha tfisser kwalunkwe waħda milli ġejjin:
faħam iebes, li jinkludi dak ta’ livell għoli u ta’ livell medju “A” (faħam sub-bituminuż) kif definit fis-Sistema internazzjonali ta’ kodifikazzjoni tal-faħam tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU;
briketts tal-faħam iebes;
kokk u semi-kokk idderivati mill-faħam iebes;
linjite, li tinkludi faħam “C” (jew orto-linjiti) ta’ livell baxx u faħam “B” (jew meta-linjiti) ta’ livell baxx kif definiti fil-kodifikazzjoni ta’ hawn fuq;
briketts tal-linjite;
kokk u semi-kokk dderivati mil-linjite;
blat żejtni.
azzar għandha tfisser kwalunkwe waħda milli ġejjin:
materja prima għall-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar, bħall-mineral tal-ħadid, ħadid b’konsistenza baxxa (sponge iron), u ħadid skreppjat;
ħadid mhux raffinat (inkluż metall sħun) u ligi tal-ħadid;
prodotti mhux raffinati u semi-raffinati tal-ħadid, azzar ordinarju jew azzar speċjali (inklużi prodotti maħsuba għal aktar minn użu wieħed jew iffurmar mill-ġdid bir-rollers) bħalma huwa azzar likwidu ffundat permezz ta’ ffundar kontinwu, jew b’mod ieħor, u prodotti semi-rfinati bħalma huma kastvalli, ingotti, vireg tal-ħadid, blokok u strippi;
prodotti tal-ħadid irfinati bis-sħana, azzar ordinarju jew speċjali (prodotti b’kisja jew mingħajrha, minbarra azzar fondut, azzar maħdum u prodotti metallurġiċi f’forma ta’ trab), bħal binarji, pjanċi (sheet piling), forom strutturali, vireg, vireg tal-wajer, pjanċi u pjanċi universali, stripep u pjanċi u tubi tondi u kwadri;
prodotti tal-ħadid lesti, azzar ordinarju jew speċjali (b’kisja jew mingħajrha) bħal stripep u pjanċi rolljati mingħajr sħana u pjanċi elettriċi;
prodotti fl-ewwel fażi ta’ l-ipproċessar ta’ l-azzar li jistgħu jtejbu l-kompetittività tal-prodotti tal-ħadid u ta’ l-azzar msemmija hawn fuq, bħal prodotti f’forma ta’ tubi, prodotti miġbuda u b’finitura, prodotti rroljati u ffurmati mingħajr sħana.
TAQSIMA 3
Objettivi ta’ ►C1 riċerka tal-faħam ◄
Artikolu 4
Appoġġ għat-tranżizzjoni ġusta tas-settur u r-reġjuni tal-faħam
Il-proġetti ta’ riċerka għandhom jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni b’impatt newtrali fuq il-klima sal-2050, bl-objettiv li tiġi appoġġata l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili, jiġu żviluppati attivitajiet alternattivi fis-siti li qabel kienu minjieri u tiġi evitata jew indirizzata l-ħsara ambjentali mill-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq, tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel u tal-madwar tagħhom. Il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq:
l-iżvilupp u l-ittestjar tat-teknoloġiji għall-qbid, l-użu u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju;
l-użu tal-enerġija ġeotermali fuq siti li qabel kienu tal-faħam;
l-użi mhux enerġetiċi u l-produzzjoni ta’ materja prima minn skart tal-minjieri u residwi minn minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew minn dawk fil-proċess tal-għeluq, filwaqt li jiġi żgurat kif xieraq li l-impatt klimatiku, ambjentali u tas-saħħa tagħhom jiġi minimizzat u jkun aktar baxx minn soluzzjonijiet alternattivi;
l-għoti ta’ skop mill-ġdid lil dawk li qabel kienu minjieri tal-faħam u tal-linjite kif ukoll lill-infrastruttura marbuta mal-faħam, inkluż is-servizzi tal-provvista tal-elettriku, f’konformità ma’ tranżizzjoni b’impatt newtrali fuq il-klima u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent;
il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ programmi effiċjenti ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema affettwati mill-eliminazzjoni gradwali tal-faħam, inkluża riċerka dwar it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema impjegati jew li kienu impjegati qabel fis-settur tal-faħam.
Artikolu 5
Titjib tas-saħħa u tas-sikurezza
Artikolu 6
Minimizzar tal-impatti ambjentali tal-minjieri tal-faħam fi tranżizzjoni
Għandha tingħata preferenza lil proġetti li jipprevedu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
teknoloġiji ġodda u mtejba biex jiġi evitat it-tniġġis ambjentali, inkluż it-tnixxija tal-metan, tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq, tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel u tal-madwar tagħhom (inklużi l-atmosfera, l-art, il-ħamrija u l-ilma);
il-qbid, l-evitar u l-minimizzar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, b’mod partikolari l-metan, mid-depożiti tal-faħam fil-proċess tal-għeluq;
il-ġestjoni u l-użu mill-ġdid ta’ skart mill-minjieri, irmied li jtir u prodotti ta’ desulfurizzazzjoni minn minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u minn minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel, kif ukoll, fejn rilevanti, forom oħra ta’ skart;
is-sistemazzjoni tal-munzelli tal-iskart u l-użu ta’ residwi industrijali mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam f’reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni;
il-protezzjoni ta’ uċuħ tal-ilma ta’ taħt l-art u t-tisfija tal-ilma tad-drenaġġ tal-minjieri;
ir-restawr tal-ambjent ta’ dawk li kienu installazzjonijiet jew tal-installazzjonijiet li huma fil-proċess tal-għeluq li kienu jużaw il-faħam, u l-madwar tagħhom, b’mod partikolari l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità;
il-protezzjoni tal-infrastruttura fuq wiċċ l-art kontra l-effetti taċ-ċediment tal-art u tal-movimenti tal-art f’terminu qasir u twil.
▼M2 —————
TAQSIMA 4
Objettivi ta’ riċerka għall-azzar
Artikolu 8
Proċessi ġodda, sostenibbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-produzzjoni u l-finitura tal-azzar
Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għandu jkollhom l-għan li jiżviluppaw, juru u jtejbu l-proċessi ta’ produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-prodott u tiżdied il-produttività. It-tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet, tal-konsum tal-enerġija, tal-impronta tal-karbonju u tal-impatti ambjentali oħra kif ukoll il-konservazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiffurmaw parti integrali mill-attivitajiet imfittxija. Il-proġetti ta’ riċerka għandhom jindirizzaw wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
proċessi u operazzjonijiet rivoluzzjonarji ġodda u mtejba tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero, b’attenzjoni partikolari għall-evitar dirett tal-karbonju jew għall-użu intelliġenti tal-karbonju, jew għat-tnejn li huma;
l-ottimizzazzjoni tal-proċess u tal-katina tal-proċess tal-azzar (inkluż it-tnaqqis u t-tnaqqis ta’ qabel il-mineral tal-ħadid, il-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar, il-proċessi bbażati fuq it-tidwib tar-ruttam tal-metall irriċiklat, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar, l-operazzjonijiet ta’ rrolljar, finitura u kisi) permezz tal-istrumentazzjoni, tad-detezzjoni tal-proprjetajiet ta’ prodotti intermedji u finali, l-immudellar, il-kontroll u l-awtomatizzazzjoni inkluż id-diġitalizzazzjoni, l-applikazzjoni tal-Big Data, l-intelliġenza artifiċjali u kwalunkwe teknoloġija avvanzata oħra;
l-integrazzjoni tal-proċess tal-azzar u l-effiċjenza tal-proċess fil-produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero;
il-manutenzjoni u l-affidabilità tal-għodod tal-produzzjoni tal-azzar;
tekniki li jżidu r-riċiklabbiltà, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-azzar u l-iżvilupp ta’ ekonomija ċirkolari;
tekniki li jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-produzzjoni tal-azzar permezz tal-irkupru ta’ sħana residwa, il-prevenzjoni tat-telf tal-enerġija, tekniki tat-tisħin ibridi u soluzzjonijiet tal-ġestjoni tal-enerġija;
teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi għall-proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar li jippromwovu attivitajiet transsettorjali, proġetti ta’ dimostrazzjoni li jintegraw produzzjoni tal-enerġija b’emissjonijiet żero tal-karbonju jew li jikkontribwixxu għal ekonomija tal-idroġenu nadifa.
Artikolu 9
Gradi u applikazzjonijiet tal-azzar avvanzati
Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għandhom jiffokaw fuq l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-utenti tal-azzar biex jiġu żviluppati prodotti ġodda b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero u jinħolqu opportunitajiet fis-suq ġodda filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-impatti ambjentali. Fil-kuntest tat-teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 8, il-proġetti ta’ riċerka għandhom jindirizzaw wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin, bl-objettiv li jwasslu għal proċessi tal-produzzjoni tal-azzar sostenibbli u b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero fl-Unjoni:
gradi tal-azzar ġodda u avvanzati;
titjib fil-proprjetajiet tal-azzar bħal proprjetajiet mekkaniċi u fiżiċi, idoneità għal ipproċessar ulterjuri, idoneità għal applikazzjonijiet varji, u diversi kundizzjonijiet tax-xogħol;
tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b’mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza tal-azzar u tal-istrutturi tal-azzar għas-sħana u għall-korrużjoni, għar-reħja mekkanika u termali u għal effetti ta’ deterjorament oħrajn;
mudelli ta’ simulazzjoni ta’ tbassir dwar il-mikrostrutturi, il-proprjetajiet mekkaniċi u l-proċessi ta’ produzzjoni;
teknoloġiji relatati mal-iffurmar, l-iwweldjar u t-twaħħil tal-azzar u materjali oħrajn;
standardizzazzjoni tal-metodi tal-ittestjar u tal-evalwazzjoni;
azzar ta’ prestazzjoni għolja għal applikazzjonijiet bħall-mobbiltà, inkluż is-sostenibbiltà, il-metodi tal-ekodisinn, il-modifiki retroattivi, id-disinji li jħaffu l-piż u soluzzjonijiet tas-sikurezza.
Artikolu 10
Il-konservazzjoni tar-riżorsi, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ekonomija ċirkolari
Kemm fil-produzzjoni tal-azzar kif ukoll fl-utilizzazzjoni tiegħu, il-konservazzjoni tar-riżorsi, il-preżervazzjoni tal-ekosistemi, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u l-kwistjonijiet ta’ sikurezza għandhom ikunu parti integrali mill-ħidma tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku. Il-proġetti ta’ riċerka għandhom jindirizzaw wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
it-tekniki sabiex jiġi rriċiklat l-azzar li ma għadux jintuża u l-prodotti sekondarji minn diversi sorsi u t-titjib tal-kwalità tar-ruttam tal-azzar;
it-trattament tal-iskart u l-irkupru ta’ materji primi sekondarji ta’ valur, inkluż il-gagazzi, ġol-impjant tal-azzar u barra minnu;
il-kontroll tat-tniġġis u l-protezzjoni tal-ambjent fil-post tax-xogħol u fl-impjant tal-azzar u madwarhom (l-emissjonijiet gassużi, solidi jew likwidi, il-ġestjoni tal-ilma, l-istorbju, l-irwejjaħ, it-trab, eċċ.);
id-disinn tal-gradi tal-azzar u tal-istrutturi assemblati sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru faċli tal-azzar għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid;
l-użu ta’ gassijiet tal-proċess u l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet ta’ skart mill-produzzjoni tal-azzar;
il-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u l-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja għall-produzzjoni u l-użu tal-azzar.
Artikolu 10a
Ġestjoni tal-forza tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol
Il-proġetti ta’ riċerka għandhom jindirizzaw wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
l-iżvilupp u t-tixrid tal-kompetenzi biex jinżamm il-pass ma’ proċessi ġodda ta’ produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero, bħad-diġitalizzazzjoni u biex jiġi rifless il-prinċipju tat-tagħlim tul il-ħajja;
it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż is-saħħa, is-sikurezza u l-ergonomija fil-post tax-xogħol u madwaru.
KAPITOLU III
LINJI GWIDA TEKNIĊI PLURIENNALI
TAQSIMA 1
Parteċipazzjoni
Artikolu 11
Stati Membri
Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta’ riċerka jew stabbiliment ta’ edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew entità legali oħra li tinkludi persuni fiżiċi, stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru, tista’ tipparteċipa fil-Programm ta’ Riċerka u tapplika għal assistenza finanzjarja, sakemm ikollha l-ħsieb li twettaq attività ta’ RŻT jew tista’ tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal tali attività.
Artikolu 12
Pajjiżi kandidati
Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta’ riċerka jew stabbiliment ta’ edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew entità legali oħra li tinkludi persuni fiżiċi, f’pajjiżi kandidati, għandha tkun intitolata tipparteċipa mingħajr ma tirċievi ebda kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm ta’ Riċerka, sakemm ma jkunx previst mod ieħor taħt il-Ftehim Ewropej rilevanti u l-Protokolli addizzjonali tagħhom u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni diversi.
Artikolu 13
Pajjiżi terzi
Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta’ riċerka jew stabbiliment ta’ edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew entità legali oħra li tinkludi persuni fiżiċi minn pajjiżi terzi, għandha tkun intitolata tipparteċipa abbażi ta’ proġetti individwali mingħajr ma tirċievi ebda kontribuzzjoni finanzjarja skond il-Programm ta’ Riċerka, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità.
TAQSIMA 2
Attivitajiet Eliġibbli
Artikolu 14
Proġetti ta’ riċerka
Proġett ta’ riċerka għandu jkun maħsub biex ikopri xogħol investigattiv jew sperimentali bil-għan li jinkiseb aktar għarfien biex tiġi ffaċilitata l-kisba ta’ objettivi prattiċi speċifiċi bħall-ħolqien jew l-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi ta’ produzzjoni jew servizzi.
Artikolu 15
Proġetti pilota
Proġett pilota għandu jkun ikkaratterizzat mill-kostruzzjoni, il-finanzjament u l-iżvilupp ta’ installazzjoni jew parti sinifikanti ta’ installazzjoni fuq skala xierqa u bl-użu ta’ komponenti kbar biżżejjed bil-ħsieb li jiġi eżaminat il-potenzjal li riżultati teoretiċi u minn laboratorju jitqiegħdu fil-prattika u/jew tittejjeb l-affidabbiltà tad-data teknika u ekonomika meħtieġa biex wieħed jgħaddi għall-fażi ta’ dimostrazzjoni, u f’ċerti każijiet għall-fażi industrijali u/jew kummerċjali.
Artikolu 16
Proġetti ta’ dimostrazzjoni
Proġett ta’ dimostrazzjoni għandu jkun ikkaratterizzat mill-kostruzzjoni u/jew il-finanzjament ta’ installazzjoni fuq skala industrijali jew parti sinifikanti ta’ installazzjoni fuq skala industrijali bil-għan li tinġabar flimkien id-data kollha teknika u ekonomika sabiex wieħed jgħaddi għall-isfruttament industrijali u/jew kummerċjali tat-teknoloġija bl-anqas riskju possibbli.
Artikolu 17
Miżuri ta’ akkumpanjament
Il-miżuri ta’ akkumpanjament għandhom jirrigwardaw il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-għarfien miksub jew l-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma jew konferenzi apposta fir-rigward ta’ proġetti jew prijoritajiet tal-Programm ta’ Riċerka.
Artikolu 17a
Sħubijiet Ewropej
Artikolu 18
Azzjonijiet ta’ appoġġ u ta’ tħejjija
Azzjonijiet ta’ appoġġ u ta’ tħejjija għandhom ikunu dawk xierqa għall-ġestjoni tajba u effettiva tal-Programm ta’ Riċerka, bħall-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti kif imsemmija fl-Artikoli 27 u 28, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni perjodiċi msemmijin fl-Artikolu 38, l-istudji, ir-raggruppament jew in-netwerking ta’ proġetti relatati ffinanzjati taħt il-Programm ta’ Riċerka.
Il-Kummissjoni tista’, fejn tqis li jkun xieraq, taħtar esperti independenti u ferm kwalifikati biex jassistu fl-azzjonijiet ta’ appoġġ u ta’ tħejjija.
TAQSIMA 3
Ġestjoni tal-Programm ta’ Riċerka
Artikolu 19
Ġestjoni
Il-Programm ta’ Riċerka għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni. Hija għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Faħam u l-Azzar, il-Gruppi Konsultattivi tal-Faħam u l-Azzar u l-Gruppi Tekniċi għall-Faħam u l-Azzar.
Artikolu 20
Stabbiliment tal-Gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar
Il-Gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar (minn issa 'l quddiem “Il-Gruppi Konsultattivi”) għandhom ikunu gruppi konsultattivi tekniċi indipendenti.
Artikolu 21
Kompiti tal-Gruppi Konsultattivi
Għall-aspetti relatati mar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fil-faħam u l-azzar rispettivament, kull Grupp Konsultattiv għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar li ġej:
l-iżvilupp ġenerali tal-Programm ta' Riċerka, il-pakkett ta' informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 25(3), u linji gwida futuri;
il-konsistenza u d-duplikazzjoni possibbli ma' programmi oħra ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali;
l-istabbiliment ta' prinċipji gwida għall-monitoraġġ ta' proġetti ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku;
ir-rilevanza tal-ħidma li qed issir fi proġetti speċifiċi;
l-objettivi ta' riċerka tal-Programm ta' Riċerka elenkati fit-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu II;
l-objettivi prijoritarji annwali elenkati fil-pakkett ta' informazzjoni u, fejn adatt, l-objettivi prijoritarji għal sejħiet apposta għal proposti, kif imsemmi fl-Artikolu 25(2);
it-tħejjija ta' manwal għall-evalwazzjoni u l-għażla ta' azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku, kif imsemmi fl-Artikoli 27 u 28;
ir-regoli, il-proċeduri u l-effettività li jirrigwardaw l-evalwazzjoni ta' proposti għal azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku;
l-għadd, il-kompetenza u l-organizzazzjoni tal-Gruppi Tekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 24;
it-tfassil ta' sejħiet apposta għal proposti kif imsemmi fl-Artikolu 25(2);
miżuri oħrajn meta jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni.
Artikolu 22
Kompożizzjoni tal-Gruppi Konsultattivi
Il-ħatriet isiru għal perijodu ta' 42 xahar. Il-membri li ma jibqgħux aktar kapaċi jikkontribwixxu b'mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li, anke meta ma jibqax ikollhom id-dmirijiet tagħhom, jiżvelaw informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali, b'mod partikolari informazzjoni dwar l-impriżi, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom, ma għandhomx jibqgħu jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Gruppi Konsultattivi u jistgħu jiġu sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom.
Huma għandhom ikunu attivi fil-qasam ikkonċernat u għandhom ikunu konxji mill-prijoritajiet industrijali.
Artikolu 23
Laqgħat tal-Gruppi Konsultattivi
Il-laqgħat tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu organizzati u ppresjeduti mill-Kummissjoni, li għandha tipprovdi wkoll is-segretarjat.
Jekk hemm il-ħtieġa, il-President jista’ jitlob lill-membri biex jivvutaw. Kull membru għandu jkollu d-dritt għal vot wieħed. Fejn xieraq, il-President jista’ jistieden esperti viżitaturi jew osservaturi sabiex jieħdu sehem fil-laqgħat. L-esperti viżitaturi u l-osservaturi m’għandhom l-ebda dritt għall-vot.
Jekk hemm il-ħtieġa, bħal meta sabiex jingħata parir dwar materji ta’ rilevanza għas-setturi kemm tal-faħam kif ukoll ta’ l-azzar, il-Gruppi Konsultattivi għandhom jiltaqgħu f’laqgħat konġunti.
Artikolu 24
Stabbiliment u kompiti tal-Gruppi Tekniċi għall-Faħam u l-Azzar
Il-membri tal-Gruppi Tekniċi għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom mill-Kummissjoni.
Il-membri li ma jibqgħux aktar kapaċi jikkontribwixxu b'mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li, anke meta ma jibqax ikollhom id-dmirijiet tagħhom, jiżvelaw informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali, b'mod partikolari informazzjoni dwar l-impriżi, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom, ma għandhomx jibqgħu jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Gruppi Tekniċi.
Huma għandhom ikunu attivi fil-qasam ikkonċernat u jkunu responsabbli għall-istrateġija tar-riċerka, il-ġestjoni jew il-produzzjoni fis-setturi relatati.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri sabiex tevita u tindirizza kif adatt il-konflitti ta' interess tal-membri tal-Gruppi Tekniċi fdati bil-valutazzjoni ta' proġett speċifiku. Dawk il-proċeduri għandhom jiżguraw ukoll trattament ugwali u imparzjalità matul il-proċess sħiħ ta' monitoraġġ tal-proġetti.
Il-laqgħat tal-Gruppi Tekniċi għandhom, kull meta jkun possibbli, isiru f'postijiet magħżula b'tali mod li l-monitoraġġ tal-proġetti u l-valutazzjoni tar-riżultati jiġu żgurati bl-aħjar mod.
TAQSIMA 4
Implimentazzjoni tal-programm ta’ riċerka
Artikolu 25
Sejħa għal proposti
Is-sejħiet apposta għal proposti għandhom jindikaw id-dati u l-modalitajiet għas-sottomissjoni, inkluż jekk għandhiex issir fi stadju wieħed jew f'żewġ stadji, u għall-evalwazzjoni tal-proposti, il-prijoritajiet, it-tip ta' proġetti eliġibbli kif imsemmi fl-Artikoli 14 sa 18, fejn meħtieġ, u l-finanzjament previst.
Il-pakkett ta' informazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni, il-metodi ta' ġestjoni tal-proposti u l-proġetti, il-formoli ta' applikazzjoni, ir-regoli għas-sottomissjoni tal-proposti, il-mudelli tal-ftehim ta' għotja, l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima permessa, il-metodi ta' pagament u l-objettivi prijoritarji annwali tal-Programm ta' Riċerka.
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni skont ir-regoli stipulati fil-pakkett ta' informazzjoni.
Artikolu 26
Kontenut tal-proposti
Il-proposti għandhom jirrigwardaw l-objettivi ta’ riċerka stabbiliti fit-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu II u, fejn applikabbli, għall-objettivi prijoritarji elenkati fil-Pakkett ta’ Informazzjoni skond l-Artikolu 25(3) jew għall-objettivi prijoritarji definiti għas-sejħiet apposta għal proposti msemmija fl-Artikolu 25(2).
Kull proposta għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-proġett propost kif ukoll għandu jkun fiha l-informazzjoni sħiħa dwar l-objettivi, sħubiji, bl-inklużjoni tar-rwol preċiż ta’ kull soċju, l-istruttura ta’ ġestjoni, ir-riżultati antiċipati, l-applikazzjonijiet mistennija u valutazzjoni tal-benefiċċji industrijali, ekonomiċi, soċjali u ambjentali antiċipati.
L-ispiża totali proposta u l-analiżi tagħha għandhom ikunu realistiċi u effettivi, u l-proġett għandu jkun mistenni li jipproduċi proporzjon favorevoli tal-kost/benefiċċju.
Artikolu 27
Evalwazzjoni tal-proposti
Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni kunfidenzali, ġusta u ekwitabbli tal-proposti.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li manwal għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku jkun disponibbli għall-parteċipanti potenzjali kollha.
Artikolu 28
Għażla ta’ proposti u monitoraġġ ta’ proġetti
Artikolu 29
Ftehim ta’ għotja
Proġetti bbażati fuq proposti, miżuri u azzjonijiet magħżulin kif speċifikati taħt l-Artikoli 14 sa 18 għandhom jiffurmaw is-suġġett ta’ ftehim ta’ għotja. Ftehim ta’ għotja għandhom ikunu bbażati fuq mudell rilevanti ta’ ftehim ta’ għotja mfasslin mill-Kummissjoni, b’kont meħud, fejn xieraq, tan-natura ta’ l-attivitajiet ikkonċernati.
Il-ftehim ta’ għotja għandhom jiddefinixxu l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata taħt il-Programm ta’ Riċerka abbażi ta’ l-ispejjeż eliġibbli, kif ukoll ir-regoli li jirrigwardaw ir-rappurtar dwar l-ispiża, l-għeluq tal-kontijiet u ċertifikati dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, huma għandhom jipprevedu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ aċċess u d-disseminazzjoni u l-użu tat-tagħrif.
Artikolu 29a
Implimentazzjoni tal-azzjonijiet
L-ispejjeż imġarrba minn dawk il-partijiet terzi jistgħu jitqiesu eliġibbli jekk il-parti terza tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun eliġibbli għall-finanzjament kieku kienet parteċipant;
tkun entità affiljata jew hija legalment marbuta ma' parteċipant li jimplika kollaborazzjoni mhux limitata għall-azzjoni;
tkun identifikata fil-ftehim ta' għotja; u
tirrispetta r-regoli applikabbli għall-parteċipant imniżżla fil-ftehim ta' għotja fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż u l-kontroll tan-nefqa.
Artikolu 30
Kontribuzzjoni finanzjarja
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali massima, espressa bħala perċentwal ta’ l-ispejjeż eliġibbli ddefiniti fl-Artikoli 31 sa 35, għandha tkun:
għal proġetti ta’ riċerka sa 60 %;
għal proġetti pilota u ta’ dimostrazzjoni sa 50 %;
għal miżuri ta’ akkumpanjament u azzjonijiet ta’ appoġġ u ta’ tħejjija sa 100 %.
Artikolu 31
Spejjeż eliġibbli
L-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
spejjeż tat-tagħmir;
spejjeż tal-persunal;
spejjeż operattivi;
spejjeż indiretti.
Artikolu 32
Spejjeż tat-tagħmir
L-ispejjeż għax-xiri jew kiri ta’ tagħmir li huma direttament relatat ma’ l-eżekuzzjoni tal-proġett għandom jiġu allokati bħala spejjeż diretti. L-ispejjeż eliġibbli għall-kiri ta’ tagħmir m’għandhomx jeċċedu kwalunkwe spiża eliġibbli għax-xiri tiegħu.
Artikolu 33
Spejjeż tal-persunal
L-ispejjeż tal-persunal eliġibbli għandhom ikopru biss is-sigħat reali maħdumin mill-persuni li jkunu qegħdin jagħmlu direttament ix-xogħol taħt l-azzjoni.
L-ispejjeż tal-persunal tas-sidien ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u persuni fiżiċi oħrajn li ma jirċevux salarju jistgħu jitħallsu lura fuq il-bażi ta' kostijiet unitarji.
Artikolu 34
Spejjeż operattivi
L-ispejjeż operattivi relatati direttament ma’ l-eżekuzzjoni tal-proġett għandhom ikunu limitati esklussivament għall-ispiża ta’:
materja prima;
konsumabbli;
enerġija;
trasport ta’ materja prima, konsumabbli, tagħmir, prodotti, feedstock jew fjuwil;
manutenzjoni, tiswija, modifka jew trasformazzjoni ta’ tagħmir diġà eżistenti;
servizzi ta’ l-IT u servizzi speċifiċi oħrajn;
kiri ta’ tagħmir;
analiżijiet u testijiet;
organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma apposta;
ċertifikat dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji u garanzija bankarja;
protezzjoni ta’ l-għarfien;
assistenza minn partijiet terzi;
Artikolu 35
Spejjeż indiretti
Kwalunkwe spiża oħra, bħall-ispejjeż ġenerali jew spejjeż li jistgħu jirriżultaw b’rabta mal-proġett u li m’humiex identifikati speċifikament fil-kategoriji preċedenti inklużi spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ sussistenza, għandha tkun koperta b’rata fissa li tammonta għal 35 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-persunal kif imsemmi fl-Artikolu 33.
TAQSIMA 5
Evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka
Artikolu 36
Rapporti tekniċi
Għal proġetti ta’ riċerka, pilota u dimostrattivi, kif imsemmija fl-Artikoli 14, 15 u 16, għandhom jitħejjew rapporti perjodiċi mill-benefiċjarju jew il-benefiċjarji. Tali rapporti għandhom jintużaw biex jiddeskrivu l-progress tekniku li jkun sar.
Kif jitlesta x-xogħol, għandu jkun ipprovdut mill-benefiċjarju jew il-benefiċjarji rapport finali li jkun fih valutazzjoni ta’ l-isfruttar u ta’ l-impatt. Dak ir-rapport għandu jkun ippubblikat mill-Kummissjoni f’verżjoni sħiħa jew fil-qosor, skond ir-rilevanza strateġika tal-proġett, u wara konsultazzjoni, jekk tkun meħtieġa, tal-Grupp Konsultattiv rilevanti.
Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-benefiċjarju jew il-benefiċjarji jipprovdu rapporti finali dwar il-miżuri ta’ akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17 kif ukoll dwar l-azzjonijiet ta’ appoġġ u ta’ tħejjija msemmija fl-Artikolu 18, u tista’ tiddeċiedi li dawn ikunu ppubblikati.
Artikolu 37
Reviżjoni annwali
Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni annwali ta’ l-attivitajiet taħt il-Programm ta’ Riċerka kif ukoll tal-progress ta’ ħidma tar-RŻT. Ir-rapport li jkun fih din ir-reviżjoni għandu jiġi trasmess lill-Kumitat għall-Faħam u l-Azzar.
Il-Kummissjoni tista’ taħtar esperti independenti u ferm ikkwalifikati biex jassistu f’din ir-reviżjoni annwali.
Artikolu 38
Monitoraġġ u valutazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka
Artikolu 39
Ħatra ta’ esperti indipendenti u ferm ikkwalifikati
Għall-ħatra ta’ esperti indipendenti u ferm ikkwalifikati msemmija fl-Artikolu 18, l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 38, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 237 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 40
Reviżjoni tal-linji gwida tekniċi pluriennali
Il-linji gwida tekniċi pluriennali stabbiliti fil-Kapitolu III għandhom jiġu riveduti kull seba’ snin, u l-ewwel perijodu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2014. Għal dan il-għan, u sa mhux aktar tard mill-ewwel sitt xhur ta’ l-aħħar sena ta’ kull perijodu ta’ seba’ snin, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid l-operat u l-effettività tal-linji gwida tekniċi pluriennali u, fejn xieraq, tipproponi kwalunkwe emenda.
Jekk tara l-ħtieġa, il-Kummissjoni tista’ twettaq valutazzjoni mill-ġdid u għandha tippreżenta proposti għal kwalunkwe emenda xierqa lill-Kunsill qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ seba’ snin.
Artikolu 41
Miżuri ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2), tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
l-approvazzjoni ta’ l-azzjonijiet ta’ finanzjament meta l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni Komunitarja skond dan il-Programm ta’ Riċerka huwa ta’ 0,6 miljun EUR jew aktar;
it-tfassil ta’ termini ta’ referenza għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka imsemmi fl-Artikolu 38;
▼M2 —————
bidliet fid-data tal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 25;
it-tfassil ta’ sejħiet għal proposti apposta.
Artikolu 42
Kumitat
Artikolu 43
Revoka u miżuri transitorji
Id-Deċiżjoni 2003/78/KE għandha tiġi revokata. Madankollu, id-Deċiżjoni 2003/78/KE għandha tibqa’ tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-finanzjament ta’ azzjonijiet li jirriżultaw minn proposti sottomessi sal-15 ta’ Settembru 2007.
Artikolu 44
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni ghandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni taghha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mis-16 ta’ Settembru 2007.
Artikolu 45
Destinarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Il-kompożizzjoni tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Faħam imsemmi fl-Artikolu 22:
Membri |
Total massimu |
(a) Minn produtturi tal-faħam/federazzjonijiet nazzjonali jew ċentri ta’ riċerka relatati |
8 |
(b) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi tal-faħam f’livell |
2 |
(ċ) Minn utenti tal-faħam jew ċentri ta’ riċerka relatati |
8 |
(d) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-utenti tal-faħam f’livell Ewropew |
2 |
(e) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema |
2 |
(f) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-fornituri tat-tagħmir |
2 |
|
24 |
Il-membri għandu jkollhom għarfien ġenerali vast u kompetenza personali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: tħaffir u utilizzazzjoni tal-faħam, aspetti ambjentali u soċjali, inklużi aspetti ta’ sigurtà.
Il-kompożizzjoni tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Azzar imsemmi fl-Artikolu 22:
Membri |
Total massimu |
(a) Minn industriji ta’ l-azzar/federazzjonijiet nazzjonali jew ċentri ta’ riċerka relatati |
21 |
(b) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-produtturi f’livell Ewropew |
2 |
(ċ) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema |
2 |
(d) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw industriji ta’ l-ipproċessar f’tarf il-katina kummerċjali (downstream) jew l-utenti ta’ l-azzar |
5 |
|
30 |
Il-membri għandu jkollhom għarfien ġenerali vast u kompetenza personali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: materja prima; produzzjoni tal-ħadid; produzzjoni ta’ l-azzar; ffundar kontinwu; rolljar bis-sħana jew mingħajr sħana; finitura ta’ l-azzar u/jew trattament tas-superfiċje; żvilupp ta’ gradi u/jew prodotti ta’ l-azzar; applikazzjonijiet u karatteristiċi ta’ l-azzar; kwistjonijiet ambjentali u soċjali, li jinkludu aspetti ta’ sigurtà.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1);
( 3 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).