This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2018:105:FULL
Official Journal of the European Union, L 105, 25 April 2018
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 105, 25 ta' April 2018
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 105, 25 ta' April 2018
ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/631
tas-7 ta' Frar 2018
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-15 ta' Marzu 2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 92(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jieħdu l-miżuri xierqa u f'waqthom kontra l-pesti ta' kwarantina fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/2031 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll kontra pesti li mhumiex elenkati fil-lista tal-Unjoni ta' pesti ta' kwarantina, iżda li jistgħu, skont l-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament, jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiddaħħlu f'dik il-lista. L-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħrajn li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija ta' importanza ewlenija f'dan ir-rigward. |
(2) |
Dik l-effikaċja tiddependi mill-kwalità, l-uniformità u l-affidabbiltà tal-metodi tal-analiżi, tal-ittestjar jew tad-dijanjożi li jużaw il-laboratorji uffiċjali maħturin skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, u tar-riżultati tal-analiżijiet, tat-testijiet u tad-dijanjożijiet li jwettqu dawk il-laboratorji uffiċjali. |
(3) |
Dawk il-metodi jridu jibqgħu jiġu aġġornati u fejn hemm bżonn, jittejbu, biex ikunu żgurati l-kwalità, l-uniformità u l-affidabbiltà tad-dejta analitika, tal-ittestjar u dijanostika li tiġi ġġenerata minnhom. |
(4) |
Il-miżuri li ttieħdu għall-infestazzjonijiet preċedenti jindikaw li l-laboratorji maħturin bi qbil mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/625 jibbenefikaw mill-koordinazzjoni u l-għajnuna biex jittejbu u jingħataw spinta prattiki uniformi fl-iżvilupp jew fl-użu tal-metodi tal-analiżi, tal-ittestjar jew tad-dijanjożi li jużaw dawk il-laboratorji uffiċjali, u fl-interpretazzjoni tar-riżultati. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea biex jgħinu biex jittejbu u jiġu armonizzati l-metodi tal-analiżi, tal-ittestjar jew tad-dijanjożi, jgħinu fl-iżvilupp ta' metodi vvalidati u fl-għajnuna kkoordinata għal dawk il-laboratorji uffiċjali. |
(6) |
Biex tkun żgurata l-ispeċjalizzazzjoni xierqa, jenħtieġ li jiġi stabbilit laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea speċifiku wieħed għal kull kategorija speċifika ta' pesti. Jenħtieġ li dawk il-kategoriji jqisu n-natura u l-bijoloġija tal-pesti, kif rifless fil-kategorizzazzjoni tagħhom stabbilita fil-Parti A tal-Anness I u fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (3). Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-kategoriji ta' pesti li ġejjin: l-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti, u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi (li hu terminu aġġornat għal “micoplasms”, kif imsemmi f'dik id-Direttiva). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'dan huma stabbiliti l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti ta' kwarantina kif stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/2031 rigward il-pesti li mhumiex elenkati fil-lista tal-Unjoni ta' pesti ta' kwarantina iżda li jistgħu, skont l-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament, jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiddaħħlu f'dik il-lista, u abbażi tal-kategorizzazzjoni stabbilita fid-Direttiva 2000/29/KE:
(a) |
laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-insetti u d-dud; |
(b) |
laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għan-nematodi; |
(c) |
laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterji; |
(d) |
laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-faqqiegħ u l-oomiċeti; |
(e) |
laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/632
tad-19 ta' Frar 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti li jrendu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 15 % fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka mill-1 ta' Mejju 2005. F'konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni se taġġusta l-livell tas-sospensjoni kull sena għal-livell ta' tixjin jew ħsara kkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f'dak iż-żmien. |
(2) |
L-iżborżi mis-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha teżisti data disponibbli huma relatati mad-distribuzzjoni ta' dazji antidumping u kompensatorji miġbura matul is-Sena Fiskali 2017 (mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-30 ta' Settembru 2017). Abbażi tad-data ppubblikata mill-Ħarsien tad-Dwana u tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta' tixjin jew ħsara ikkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 682 823. |
(3) |
Il-livell ta' tixjin jew ħsara, u konsegwentement, ta' sospensjoni, naqas. Madankollu, il-livell ta' sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta' tixjin jew ħsara billi jiżdiedu jew jitneħħew prodotti mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005. Billi jitneħħew il-prodotti kollha ħlief għal wieħed, il-livell ta' ritaljazzjoni (4,3 % tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali) ikun jaqbeż it-72 % tal-iżborżi mis-CDSOA, mentri dan ikun anqas jekk jitħalla l-aħħar prodott fl-Anness I. B'konsegwenza ta' hekk, f'konformità mal-Artikolu 3(1)(e) ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tibdilx il-lista ta' prodotti fl-Anness I u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali sabiex taġġusta l-livell ta' sospensjoni għal-livell ta' tixjin jew ħsara. Jenħtieġ għalhekk li l-erba' prodotti elenkati fl-Anness I jinżammu fil-lista u jenħtieġ li r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali tiġi emendata u ffissata għal 0,3 %. |
(4) |
L-effett ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta' 0,3 % fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I jirrappreżenta, fuq perjodu ta' sena, valur ta' kummerċ li ma jaqbiżx USD 682 823. |
(5) |
Biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju ta' importazzjoni addizzjonali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 673/2005 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Dazju ad valorem ta' 0,3 % apparti d-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 (*1) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1; kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 38/2014 (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 52).
ANNESS
ANNESS I
Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri u jikkorrispondu għad-deskrizzjonijiet mogħtija.
0710 40 00 |
Qamħ ħelu |
6204 62 31 |
Qliezet u qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) tan-nisa jew tal-bniet, li mhumiex industrijali jew għandhom x'jaqsmu max-xogħol, tal-qoton tad-denim. |
8705 10 00 |
Trakkijiet krejn |
ex 9003 19 00 |
Frejms u mmuntar ta' nuċċalijiet, gogils jew bħalhom, tal-metall ta' valur baxx |
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/633
tal-24 ta' April 2018
li jemenda ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u partikolarment l-Artikolu 109a(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 (2), ħames istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ġodda ġew irreġistrati jew iċċertifikati. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Anness ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni sabiex il-valutazzjonijiet ta' kreditu ikunu ta' dawk l-istituzzjonijiet esterni ta' valutazzjoni tal-kreditu li għadhom kif ġew irreġistrati jew iċċertifikati jkunu allokati għal skala oġġettiva tal-passi tal-kwalità tal-kreditu. |
(2) |
Ir-Reġistrazzjoni ta' istituzzjoni esterna waħda ta' klassifikazzjoni tal-kreditu kienet iritirata mill-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800. L-istituzzjoni direġistrata għalhekk jenħtieġ li titneħħa mill-Anness ta' dan it-Regolament ta' Implimentazzjoni. |
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) lill-Kummissjoni. |
(4) |
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 tal-11 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 19).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS
ANNESS
L-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu
Skala tal-kwalità kreditizja |
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
AM Best Europe-Rating Services Ltd. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil |
aaa |
aa+, aa, aa- |
a+, a, a- |
bbb+, bbb, bbb- |
bb+, bb, bb- |
b+, b, b- |
ccc+, ccc, ccc-, cc, c, rs |
Skala tal-klassifikazzjonijiet tad-dejn fuq terminu ta' żmien twil |
aaa |
aa+, aa, aa- |
a+, a, a- |
bbb+, bbb, bbb- |
bb+, bb, bb- |
b+, b, b- |
ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d |
Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja |
|
A++, A+ |
A, A- |
B++, B+ |
B, B- |
C++, C+ |
C, C-, D, E, F, S |
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir |
|
AMB-1+ |
AMB-1- |
AMB-2, AMB-3 |
AMB- 4 |
|
|
ARC Ratings S.A. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien medju u twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien medju u twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC/C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A++ |
A |
|
B, C, D |
|
|
Axesor S.A. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D, E |
Banque de France |
|||||||
Skala globali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil |
|
3++ |
3+, 3 |
4+ |
4, 5+ |
5, 6 |
7, 8, 9, P |
BCRA – Credit Rating Agency AD |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-assigurazzjoni fuq terminu ta' żmien twil |
iAAA |
iAA |
iA |
iBBB |
iBB |
iB |
iC, iD |
Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Capital Intelligence |
|||||||
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, RS, SD, D |
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Cerved Rating Agency S.p.A. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien twil |
A1.1 |
A1.2, A1.3 |
A2.1, A2.2, A3.1 |
B1.1, B1.2 |
B2.1, B2.2 |
C1.1 |
C1.2, C2.1 |
Creditreform Ratings AG |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, D |
CRIF S.p.A. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, D1, D2 |
Dagong Europe Credit Rating |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1 |
|
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
DBRS Ratings Limited |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-obbligi fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-karti kummerċjali u tad-dejn fuq perjodu ta' żmien qasir |
|
R-1 H, R-1 M |
R-1 L |
R-2, R-3 |
R-4, R-5, D |
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-abilità ta' pagament ta' pretensjonijiet |
|
IC-1 |
IC-2 |
IC-3 |
IC-4 |
IC-5 |
D |
Egan-Jones Ratings Co. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2 |
A-3, B, C, D |
|
|
Euler Hermes Rating GmbH |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, SD, D |
European Rating Agency, a.s. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil |
|
|
AAA, AA, A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir |
|
|
S1 |
S2 |
S3, S4, NS |
|
|
EuroRating Sp. z o.o. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Fitch France S.A.S., Fitch Deutschland GmbH, Fitch Italia S.p.A., Fitch Polska S.A., Fitch Ratings España S.A.U., Fitch Ratings Limited UK, Fitch Ratings CIS Limited |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, RD, D |
Obbligi korporattivi ta' finanzjament — Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C |
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C |
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir |
|
F1+ |
F1 |
F2, F3 |
B, C, RD, D |
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu ta' żmien qasir |
|
F1+ |
F1 |
F2, F3 |
B, C |
|
|
GBB-Rating Gesellschaft für Bonitätsbeurteilung mbH |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
|
A, BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
HR Ratings de México, S.A. de C.V. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
HR AAA(G) |
HR AA(G) |
HR A(G) |
HR BBB(G) |
HR BB(G) |
HR B(G) |
HR C(G), HR D (G) |
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien qasir |
HR+1(G) |
HR1(G) |
HR2(G) |
HR3(G) |
HR4(G), HR5(G), HR D(G) |
|
|
ICAP Group S.A. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
|
|
AA, A |
BB, B |
C, D |
E, F |
G, H |
INC Rating Sp. z o.o. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Japan Credit Rating Agency Ltd |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, LD, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir |
|
J-1+ |
J-1 |
J-2 |
J-3, NJ, LD, D |
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir |
|
J-1+ |
J-1 |
J-2 |
J-3, NJ, D |
|
|
Kroll Bond Rating Agency |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien qasir |
|
K1+ |
K1 |
K2, K3 |
B, C, D |
|
|
modeFinance S.r.l. |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
A1 |
A2 |
A3 |
B1 |
B2 |
B3 |
C1, C2, C3, D |
Moody's Investors Service Cyprus Ltd, Moody's France S.A.S., Moody's Deutschland GmbH, Moody's Italia S.r.l., Moody's Investors Service España S.A., Moody's Investors Service Ltd |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
Aaa |
Aa |
A |
Baa |
Ba |
B |
Caa, Ca, C |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-fondi tal-bonds |
Aaa-bf |
Aa-bf |
A-bf |
Baa-bf |
Ba-bf |
B-bf |
Caa-bf, Ca-bf, C-bf |
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien qasir |
|
P-1 |
P-2 |
P-3 |
NP |
|
|
Rating-Agentur Expert RA GmbH |
|||||||
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjonital-kreditu |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D, E |
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-affidabilità internazzjonali |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D, E |
Scope Ratings AG |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien qasir |
|
S-1+ |
S-1 |
S-2 |
S-3, S-4 |
|
|
Spread Research |
|||||||
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Standard & Poor's Credit Market Services France S.A.S., Standard & Poor's Credit Market Services Italy S.r.l., Standard & Poor's Credit Market Services Europe Limited |
|||||||
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, R, SD/D |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja tal-assiguratur |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, SD/D, R |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-fondi |
AAAf |
AAf |
Af |
BBBf |
BBf |
Bf |
CCCf |
Skala tal-klassifikazzjoni għall-evalwazzjoni ta' nofs is-suq |
|
|
MM1 |
MM2 |
MM3, MM4 |
MM5, MM6 |
MM7, MM8, MMD |
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, R, SD/D |
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
The Economist Intelligence Unit Ltd |
|||||||
Skala gradwatorja tal-klassifikazzjoni sovrana |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/634
tal-24 ta' April 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 fir-rigward ta' tabelli tal-immappjar li jispeċifikaw il-korrispondenza bejn valutazzjonijiet ta' riskju tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu u l-passi tal-kwalità tal-kreditu skont kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 (2) jispeċifika fl-Anness III tiegħu, il-korrispondenza tal-valutazzjonijiet tal-kreditu rilevanti maħruġa minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (“ECAI”) għall-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (immappjar). |
(2) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 kienu rreġistrati jew iċċertifikati aġenziji addizzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, tneħħiet mir-reġistru waħda mill-ECAIs li għalihom ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 ipprovda immappjar. Minħabba li l-Artikolu 136(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jesiġi l-ispeċifikazzjoni ta' immappjar għall-ECAIs kollha, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 biex jipprovdi mmappjar għall-ECAIs li għadhom kif ġew irreġistrati jew iċċertifikati, u biex jitneħħa l-immappjar ta' ECAIs li tneħħew mir-reġistru. |
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea, mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol b'mod konġunt (l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej”) lill-Kummissjoni. |
(4) |
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799
L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 tas-7 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għar-riskju ta' kreditu skont l-Artikoli 136(1) u 136(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 3).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
ANNESS
ANNESS III
Tabelli tal-immappjar għall-finijiet tal-Artikolu 16
Skala tal-kwalità kreditizja |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
AM Best Europe-Rating Services Ltd. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil |
aaa, aa+, aa, aa- |
a+, a, a- |
bbb+, bbb, bbb- |
bb+, bb, bb- |
b+, b, b- |
ccc+, ccc, ccc-, cc, c, rs |
Skala ta' klassifikazzjonijiet tad-dejn fuq terminu twil |
aaa, aa+, aa, aa- |
a+, a, a- |
bbb+, bbb, bbb- |
bb+, bb, bb- |
b+, b, b- |
ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d |
Skala ta' klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja |
A++, A+ |
A, A- |
B++, B+ |
B, B- |
C++, C+ |
C, C-, D, E, F, S |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir |
AMB-1+ |
AMB-1- |
AMB-2, AMB-3 |
AMB- 4 |
|
|
ARC Ratings S.A. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu medju u twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu medju u twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC/C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu qasir |
A++ |
A |
|
B, C, D |
|
|
Axesor SA |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D, E |
Banque de France |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil |
3++ |
3+, 3 |
4+ |
4, 5+ |
5, 6 |
7, 8, 9, P |
BCRA – Credit Rating Agency AD |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-assigurazzjoni fuq terminu twil |
iAAA, iAA |
iA |
iBBB |
iBB |
iB |
iC, iD |
Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala ta' klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Capital Intelligence Ltd |
||||||
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, RS, SD, D |
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
Cerved Rating Agency S.p.A. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu twil |
A1.1, A1.2, A1.3 |
A2.1, A2.2, A3.1 |
B1.1, B1.2 |
B2.1, B2.2 |
C1.1 |
C1.2, C2.1 |
Credit reform Ratings AG |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, D |
CRIF S.p.A. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, D1, D2 |
Dagong Europe Credit Rating |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir |
A-1 |
|
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
DBRS Ratings Limited |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' obbligi fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn għal karta kummerċjali u dejn b'terminu qasir |
R-1 H, R-1 M |
R-1 L |
R-2, R-3 |
R-4, R-5, D |
|
|
Skala ta' klassifikazzjoni tal-abilità ta' pagament ta' pretensjonijiet |
IC-1 |
IC-2 |
IC-3 |
IC-4 |
IC-5 |
D |
Egan-Jones Ratings Co. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC,CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2 |
A-3, B, C, D |
|
|
Euler Hermes klassifikazzjoni GmbH |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, SD, D |
European Rating Agency, a.s. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil |
|
AAA, AA |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu qasir |
|
S1 |
S2 |
S3, S4, NS |
|
|
AbbVie Polska Sp. z o.o. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Il-klassifikazzjonijiet ta' Fitch |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, RD, D |
Obbligi ta' finanzi korporattivi - skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil |
AAA AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C |
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C |
Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu qasir |
F1+ |
F1 |
F2, F3 |
B, C, RD, D |
|
|
Skala ta' klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu qasir |
F1+ |
F1 |
F2, F3 |
B, C |
|
|
GBB-Rating Gesellschaft für Bonitäts-beurteilung mbH |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
AAA, AA |
|
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
HR Ratings de México, S.A. de C.V. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
HR AAA(G)/HR AA(G) |
HR A(G) |
HR BBB(G) |
HR BB(G) |
HR B(G) |
HR C(G)/HR D(G) |
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir |
HR+1(G)/HR1(G) |
HR2(G) |
HR3(G) |
HR4(G), HR5(G), HR D(G) |
|
|
ICAP Group S.A |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
|
AA, A |
BB, B |
C, D |
E, F |
G, H |
INC Rating Sp. z o.o. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC,CC, C, D |
Japan Credit Rating Agency Ltd |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, LD, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu qasir |
J-1+ |
J-1 |
J-2 |
J-3, NJ, LD, D |
|
|
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir |
J-1+ |
J-1 |
J-2 |
J-3, NJ, D |
|
|
Kroll Bond Rating Agency |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir |
K1+ |
K1 |
K2, K3 |
B, C, D |
|
|
modeFinance S.r.l. |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
A1,A2 |
A3 |
B1 |
B2 |
B3 |
C1, C2, C3, D |
Moody's Investors Service |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
Aaa, Aa |
A |
Baa |
Ba |
B |
Caa, Ca, C |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-fondi tal-bonds |
Aaa-bf, Aa-bf |
A-bf |
Baa-bf |
Ba-bf |
B-bf |
Caa-bf, Ca-bf, C-bf |
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir |
P-1 |
P-2 |
P-3 |
NP |
|
|
Rating-Agentur Expert RA GmbH |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' kreditu internazzjonali |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC,CC, C, D, E |
Skala ta' klassifikazzjoni dwar l-affidabbiltà internazzjonali |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC,CC, C, D, E |
Scope Ratings AG |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC,C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir |
S-1+ |
S-1 |
S-2 |
S-3, S-4 |
|
|
Spread Research |
||||||
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Standard & Poor's Ratings Services |
||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, R, SD/D |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu twil |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
Skala ta' klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja tal-assiguratur |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, SD/D, R |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-fondi |
AAAf, AAf |
Af |
BBBf |
BBf |
Bf |
CCCf |
Skala ta' klassifikazzjoni għall-Evalwazzjoni ta' Nofs is-Suq |
|
MM1 |
MM2 |
MM3, MM4 |
MM5, MM6 |
MM7, MM8, MMD |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, R, SD/D |
|
|
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir |
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
The Economist Intelligence Unit Ltd |
||||||
Skala tal-marġini ta' klassifikazzjoni sovrana |
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
DEĊIŻJONIJIET
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/635
tas-17 ta' April 2018
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 50 u 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Biex il-Ftehim ŻEE jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi estiż sabiex jinkludi l-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar, stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, u l-Anness XXII għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-Kumitat. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXII u l-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).
(4) Id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …
ta'…
li temenda l-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista mill-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (1), kif ikkorreġut mill-ĠU L 170, 11.6.2014, p. 66, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Biex il-Ftehim ŻEE jaħdem sew, il-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi estiż sabiex jinkludi l-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, filwaqt li l-Anness XXII għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-Kumitat. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXII u l-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XXII għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 10f (id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Fl-Artikolu 30c(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘kif imniżżla fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea’ ma għandux japplika.” |
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 10i (id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
Il-punt li ġej huwa miżjud fil-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE:
“40. |
Il-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) (ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 170, 11.6.2014, p. 66, u d-Direttiva 2014/56/UE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77.
(2) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196.
(*1) [Ma ġew indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/25 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/636
tas-17 ta' April 2018
dwar l-identifikazzjoni tal-ftalat tad-diċikloeżil (DCHP) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2018) 2167)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 59(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fis-17 ta' Frar 2016, l-Iżvezja ppreżentat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) dossier imħejji skont l-Anness XV ta' dak ir-Regolament (“dossier tal-Anness XV”) għall-identifikazzjoni tal-ftalat tad-diċikloeżil (DCHP) (KE Nru 201-545-9, CAS Nru 84-61-7) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) u (f) ta' dak ir-Regolament, rispettivament minħabba l-klassifikazzjoni tagħha bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (2), u minħabba li għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika bi probabbiltà ta' effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent li jagħtu lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fil-paragrafi (a) sa (e) tal-Artikolu 57. |
(2) |
Fid-9 ta' Ġunju 2016 il-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija (l-MSC) adotta l-opinjoni tiegħu (3) dwar id-dossier tal-Anness XV. Qabel ma l-MSC adotta l-opinjoni tiegħu, l-Iżvezja rtirat il-proposta tagħha biex tidentifika d-DCHP skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika bi probabbiltà ta' effetti serji fuq l-ambjent, sabiex telabora aktar dwar il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti f'dan id-dossier. |
(3) |
L-MSC laħaq qbil unanimu dwar l-identifikazzjoni tad-DCHP bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna għaliex tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 57(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(4) |
L-MSC irrikonoxxa unanimament li għad-DCHP, hemm evidenza xjentifika dwar l-attività endokrinali u dwar ir-rabta bejn din l-attività u l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, u barra minn hekk, li s-sustanza tista' titqies bħala sustanza li tfixkel is-sistema endokrinali b'rabta mas-saħħa tal-bniedem billi tissodisfa d-definizzjoni tad-WHO/IPCS ta' sustanza li tfixkel is-sistema endokrinali. |
(5) |
Madankollu, l-MSC ma laħaqx qbil unanimu dwar l-identifikazzjoni tad-DCHP skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bħala sustanza li tagħti lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fil-punti (a) sa (c) ta' dak Artikolu minħabba proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali b'rabta mas-saħħa tal-bniedem. Skont ħames membri tal-MSC, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem indikati fid-dossier tal-Anness XV kienu l-istess effetti, ikkawżati mill-istess modalità ta' azzjoni, bħal dawk li diġà tqiesu fid-dossier għall-identifikazzjoni tas-sustanza bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) minħabba l-effetti negattivi fuq l-iżvilupp. |
(6) |
Fit-22 ta' Ġunju 2016, skont l-Artikolu 59(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija rreferiet l-opinjoni tal-MSC lill-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar l-identifikazzjoni tad-DCHP abbażi tal-Artikolu 57(f). |
(7) |
Il-Kummissjoni tinnota l-qbil unanimu fl-MSC li s-sustanza DCHP għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li l-effetti negattivi kkawżati minn din il-modalità ta' azzjoni huma l-istess effetti li wasslu għall-klassifikazzjoni tagħha bħala tossika għar-riproduzzjoni u għall-proposta tal-identifikazzjoni tagħha bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-maġġoranza tal-membri tal-MSC ikkunsidraw li l-livell ta' tħassib ta' dawk l-effetti huwa ekwivalenti għal dak tas-sustanzi l-oħra msemmija fil-paragrafi (a) sa (e) tal-Artikolu 57. |
(8) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 57 ma jipprekludix l-identifikazzjoni ta' sustanza bħala ta' tħassib serju ħafna għal bosta drabi abbażi ta' aktar minn proprjetà intrinsika waħda li tikkawża l-istess effett fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ibbażar fuq l-istess evidenza xjentifika. Dan l-approċċ kien segwit ukoll fl-identifikazzjoni tal-bis(2-etileżil) ftalat (DEHP), il-ftalat tad-dibutil (DBP), il-benżilbutilftalat (BBP) u l-ftalat tad-diisobutil (DIBP) skont l-Artikolu 57(f) tar-REACH (4). |
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li s-sustanza DCHP tiġi identifikata skont l-Artikolu 57(c) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u skont l-Artikolu 57(f) minħabba l-proprjetajiet tagħha li jfixklu s-sistema endokrinali bi probabbiltà ta' effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-attivitajiet għaddejjin b'rabta mad-definizzjoni ta' kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(11) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
1. Is-sustanza ftalat tad-diċikloeżil (DCHP) (Nru KE 201-545-9, CAS Nru 84-61-7) hija identifikata f'konformità mal-Artikolu 57(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba l-klassifikazzjoni tagħha bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, minħabba l-proprjetajiet tagħħa li jfixklu s-sistema endokrinali bi probabbiltà ta' effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem.
2. Is-sustanza għandha tiġi inkluża fil-lista ta' kandidati msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bl-indikazzjoni li ġejja taħt “Raġuni għall-inklużjoni”: “Tossika għar-riproduzzjoni (l-Artikolu 57(c)); proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) - is-saħħa tal-bniedem)”.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) https://echa.europa.eu/documents/10162/a0ed7099-d284-45e4-87ae-9984c71024c8
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1210 tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-identifikazzjoni tal-bis(2-etileżil) ftalat (DEHP), il-ftalat tad-dibutil (DBP), il-benżilbutilftalat (BBP) u l-ftalat tad-diisobutil (DIBP) bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 35)
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/637
tal-20 ta' April 2018
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità fir-rigward ta' kundizzjonijiet tekniċi rilevanti għall-internet tal-oġġetti
(notifikata bid-dokument C(2018) 2261)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-radju) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
L-użu effiċjenti tal-meded ta' 900 MHz u 1 800 MHz ġie rivedut mill-Istati Membri bil-għan li jkopri teknoloġiji addizzjonali filwaqt li tiġi żgurata l-kompatibbiltà teknika mas-sistema tal-GSM u sistemi oħra ta' broadband bla fili b'mezzi adegwati skont id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE (2). |
(2) |
L-internet tal-Oġġetti (IoT) ġeneralment jirreferi għall-interkonnessjoni permezz tal-internet ta' apparati integrati f'oġġetti ta' kuljum, li tippermetti li dawn l-oġġetti jiskambjaw id-dejta. L-IoT bla fili tista' wkoll tiġi realizzata permezz ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bbażati fuq teknoloġiji ċellulari, li normalment jagħmlu użu mill-ispettru liċenzjat. L-applikazzjonijiet tal-IoT bla fili jaqdu firxa wiesgħa ta' setturi industrijali bħal dawk tal-enerġija u s-settur awtomobilistiku u jistrieħu fuq id-disponibbiltà tal-ispettru. |
(3) |
Fil-Pjan direzzjonali dwar l-Ispettru tiegħu tal-Internet tal-Oġġetti (3), il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE (4), huwa tal-fehma li l-meded ta' frekwenzi allokati għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (netwerks tat-telefonija mobbli) jistgħu jintużaw għas-servizzi u l-applikazzjonijiet emerġenti tal-IoT. Il-meded ta' frekwenzi armonizzati mill-Unjoni, li jintużaw għall-forniment ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili min-netwerks tat-telefonija mobbli jistgħu għalhekk ikunu riżorsa importanti għall-IoT bla fili. L-RSPG ikkonkluda li, f'konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu ta' dawn il-meded jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti tal-IoT mingħajr fili. |
(4) |
Fl-14 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni ħarġet lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju, mandat biex tirrevedi l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz u 1 800 MHz għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili biex ikunu jistgħu jintużaw ukoll mill-Internet tal-Oġġetti. Dan il-mandat fakkar b'mod partikolari li, skont ir-Rapport 266 tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tas-CEPT, m'hemm l-ebda ħtieġa li jiġu mmodifikati l-kundizzjonijiet tekniċi abbażi tad-diviżjoni tal-frekwenzi fil-modalità duplex u l-kundizzjonijiet tekniċi l-inqas restrittivi (block edge masks) fi kwalunkwe medda ta' frekwenzi armonizzata mill-Unjoni għall-faċilitazzjoni tal-użu mill-IoT. |
(5) |
Abbażi ta' dan il-mandat, fit-13 ta' Marzu 2018, is-CEPT ippreżenta r-Rapport Nru 66 tiegħu (ir-Rapport CEPT) lill-Kummissjoni, li identifika t-teknoloġiji tal-IoT mingħajr fili fir-rigward tas-sistemi ta' komunikazzjoni mobbli tal-broadband (jiġifieri ċellulari), li ġew speċifikati dan l-aħħar mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) (5): Extended Coverage GSM IoT (EC-GSM-IoT), LTE Machine Type Communications (LTE-MTC), LTE evolved Machine Type Communications (LTE-eMTC), u Narrowband IoT (NB-IoT). Ir-rapport tas-CEPT ma jidentifikax it-teknoloġiji tal-IoT mingħajr fili rilevanti marbuta mas-sistemi tal-UMTS. |
(6) |
It-teknoloġiji ċellulari tal-IoT imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu skjerati bi tliet modi: (a) irrispettivament mill-provvista tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili (“indipendenti”), (b) billi tiġi prevista parti mir-riżorsi ta' blokka ta' frekwenzi li tintuża għall-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband bla fili (“in-band”), jew (c) fuq in-naħa ta' blokka ta' frekwenzi li tintuża għall-provvista tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili (“medda ta' protezzjoni”). |
(7) |
Skont ir-Rapport CEPT, EC-GSM-IoT huwa parti integrata mis-sistema GSM skont id-Direttiva 87/372/KEE. Dan minnu nnifsu għandu l-karatteristiċi tal-ispettru tas-sistema GSM u jista' jitħaddem kemm “in-band” kif ukoll b'mod “indipendenti”. Għalhekk, l-EC-GSM-IoT jikkonforma mal-kondizzjonijiet tekniċi applikabbli għal sistema tal-GSM mingħajr il-ħtieġa li dawn il-kundizzjonijiet jiġu emendati. |
(8) |
Fir-rigward tal-LTE-MTC u LTE-eMTC, ir-rapport CEPT jenfasizza li dawn iż-żewġ teknoloġiji jużaw biss il-modalità tal-iskjerament “in-band”, fejn ir-rekwiżiti tat-trażmettitur ikunu daqs jew aktar stretti minn dawk ta' sistema LTE. Għalhekk, kemm l-LTE-MTC kif ukoll l-LTE-eMTC jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tekniċi applikabbli għal sistema LTE mingħajr il-ħtieġa li dawn il-kondizzjonijiet jiġu emendati. |
(9) |
Fir-rigward tal-NB-IoT, ir-rapport CEPT jikkonkludi li l-użu ta' dawn it-tliet modalitajiet ta' skjerament kollha, jiġifieri “in-band”, “indipendenti” jew “medda ta' protezzjoni” huwa possibbli. Huwa jirrakkomanda emenda għall-kondizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-meded tad-900 MHz u 1 800 MHz fir-rigward tal-modalitajiet tal-iskjerament “indipendenti” u “medda ta' protezzjoni”. |
(10) |
L-ETSI adottat standards armonizzati sabiex tingħata presunzjoni tal-konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (“id-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju”) sabiex tinkludi t-teknoloġiji mingħajr fili tal-IoT fit-tliet modalitajiet ta' skjerament. |
(11) |
Ir-rapport CEPT ma identifika l-ebda kwistjoni ta' koordinazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri problematika żżejjed li tista' tirriżulta mill-introduzzjoni tat-teknoloġiji tal-IoT mingħajr fili msemmija hawn fuq fil-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz u 1 800 MHz. |
(12) |
Ir-riżultati li ħarġu mix-xogħol li sar skont il-mandat maħruġ lis-CEPT jenħtieġ li jiġu integrati fil-liġi tal-Unjoni mill-iktar fis possibbli minħabba d-domanda tas-suq li qiegħda tikber għall-applikazzjonijiet tal-IoT mingħajr fili, bil-kundizzjoni li l-użu tal-IoT ċellulari fil-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz u 1 800 MHz jagħti protezzjoni xierqa lis-sistemi eżistenti fil-meded ta' maġenbhom. |
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE (7), li tirreferi għal tipi ta' sistemi terrestri li jistgħu jużaw il-meded ta' 900 MHz u 1 800 MHz, jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/766/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-medda ta' 1 800 MHz għandha tkun iddeżinjata u ssir disponibbli għal:
|
(3) |
jiżdied dan l-Artikolu 4 a li ġej: “Artikolu 4 a Il-medda 900 MHz għandha tkun iddeżinjata u ssir disponibbli għas-sistemi tal-EC-GSM-IoT sat-30 ta' Settembru 2018.”; |
(4) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2009/766/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Mariya GABRIEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85).
(3) Id-Dokument RSPG 17–006 final tad-9 ta' Novembru 2016.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-26 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).
(5) Li jikkorrispondu mal-standards sat-3GPP Release 13, inkluż.
(6) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62)
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32).
ANNESS
ANNESS
LISTA' TA' SISTEMI TERRESTRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 U L-ARTIKOLU 4(2)
Il-parametri tekniċi li ġejjin għandhom jiġu applikati bħala parti essenzjali mill-kondizzjonijiet neċessarji biex jiżguraw il-koeżistenza fin-nuqqas ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn netwerks ġirien, mingħajr ma jipprekludu l-parametri tekniċi anqas stretti jekk ikunu miftiehma bejn l-operaturi ta' tali netwerks.
Sistemi |
Parametri tekniċi |
Skadenzi tal-implimentazzjoni |
||||||||||
UMTS, kif speċifikati fl-Istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908–1, EN 301 908–2, EN 301 908–3 u EN 301 908–11 |
|
9 ta' Mejju 2010 |
||||||||||
LTE (1), kif speċifikati fl-Istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, EN 301 908-15, u EN 301 908-18 |
|
31 ta' Diċembru 2011, bl-eċċezzjoni tat-30 ta' Settembru 2018 għall-LTE-MTC u LTE-eMTC |
||||||||||
WiMAX konformi mal-Istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-21 u EN 301 908-22 |
|
31 ta' Diċembru 2011 |
||||||||||
Narrowband IoT (NB-IoT) kif speċifikat fl-Istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, EN 301 908-15, u EN 301 908-18 |
|
30 ta' Settembru 2018 |
(1) Inklużi LTE Machine Type Communications (LTE-MTC) u LTE evolved Machine Type Communications (LTE-eMTC), li joperaw bl-istess kondizzjonijiet tekniċi bħall-LTE.
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/638
tat-23 ta' April 2018
li tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni tal-organiżmu ta' ħsara Spodoptera frugiperda (Smith)
(notifikata bid-dokument C(2018) 2291)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Is-Spodoptera frugiperda (Smith) (minn hawn 'il quddiem: “l-organiżmu speċifikat”), huwa elenkat fil-punt 22 tas-Sezzjoni I(a) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE bħala organiżmu ta' ħsara li mhuwiex magħruf li jseħħ fl-Unjoni. |
(2) |
Fil-punt 27.2 tas-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE hemm stipulati l-miżuri speċifiċi li jipprevjenu li l-organiżmu speċifikat jidħol u jinfirex fl-Unjoni. Dawk il-miżuri jikkonsistu minn rekwiżiti speċjali dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti tal-ġeneri Dendranthema (DC.) Des Moul., Dianthus L. u Pelargonium l'Hérit. ex Ait., li jistgħu jospitaw l-organiżmu ta' ħsara. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) tat opinjoni xjentifika dwar il-kategorizzazzjoni bħala organiżmu ta' ħsara tal-organiżmu speċifikat, u din ġiet adottata fit-28 ta' Ġunju 2017 (2). Barra minn hekk, l-Istati Membri ppreżentaw id-dejta dwar l-interċezzjoni ta' organiżmi li nstabu fuq komoditajiet innegozjati. |
(4) |
Minħabba l-introduzzjoni u t-tifrix riċenti tal-organiżmu speċifikat fl-Afrika, u minħabba d-distribuzzjoni tiegħu fuq il-kontinent tal-Amerka u d-dejta ta' interċezzjoni li ppreżentaw xi Stati Membri, ċerti pjanti oħrajn li jospitaw l-organiżmu speċifikat u li joriġinaw mill-Afrika jew mill-kontinent Amerikan (minn hawn 'il quddiem: “il-pjanti speċifikati”), jenħtieġ li jkunu soġġetti għal miżuri speċifiċi meta jiddaħħlu fl-Unjoni. |
(5) |
Jenħtieġ li dawk il-miżuri speċifiċi jipprevedu s-sejba bikrija tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, jipprevedu r-rekwiżiti għall-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni, fosthom ċertifikat fitosanitarju, u jipprevedu verifiki uffiċjali fil-ħin li dawk il-pjanti jkunu qed jiddaħħlu fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorji tagħhom u jenħtieġ li jiżguraw li l-operaturi professjonali jkunu infurmati dwar il-preżenza potenzjali tiegħu u dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. |
(6) |
Dawk il-miżuri huma meħtieġa biex ikun żgurat li t-territorju tal-Unjoni jkun protett aħjar mid-dħul, mill-istabbiliment u mit-tifrix tal-organiżmu speċifikat. |
(7) |
Biex il-korpi uffiċjali responsabbli u l-operaturi professjonali jkollhom biżżejjed żmien biex jaddattaw ruħhom għal dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Ġunju 2018. |
(8) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun temporanja u tibqa' tapplika sal-31 ta' Mejju 2020 biex tkun tista' tiġi evalwata qabel dik id-data. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“organiżmu speċifikat” tfisser Spodoptera frugiperda (Smith); |
(b) |
“pjanti speċifikati” tfisser il-frott tal-Capsicum L., Momordica L., Solanum aethiopicum L., Solanum macrocarpon L. u Solanum melongena L., u l-pjanti, minbarra t-trab tad-dakra ħaj, kulturi tat-tessut tal-pjanti, żerriegħa u ħbub ta' Zea mays L. li joriġinaw mill-Afrika jew mill-kontinent Amerikan; |
(c) |
“sit tal-produzzjoni” tfisser parti ddefinita tal-post tal-produzzjoni, li tkun ġestita bħala unità separata għal għanijiet fitosanitarji. “Post tal-produzzjoni” tfisser kwalunkwe post jew grupp ta' għelieqi li jitħaddmu bħala unità ta' produzzjoni jew unità ta' biedja waħda. |
Artikolu 2
Is-sejba jew is-suspett tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li tissuspetta jew issir taf bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom tinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih u tipprovdilu l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-preżenza, jew il-preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat.
2. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jirreġistra din l-informazzjoni minnufih.
3. Meta l-korp uffiċjali responsabbli jkun ġie infurmat bil-preżenza, jew bil-preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonferma dik il-preżenza, jew il-preżenza suspettata.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li jkollha fil-kontroll tagħha xi pjanti li għandhom mnejn ikunu infestati bl-organiżmu speċifikat tiġi avżata minnufih bil-preżenza jew bil-preżenza suspettata tal-organiżmu speċifikat, tingħata t-tagħrif dwar il-konsegwenzi possibbli u dwar ir-riskji, u dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.
Artikolu 3
Ir-rekwiżiti għad-dħul tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni
Il-pjanti speċifikati għandhom jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandu jkollhom magħhom ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE; |
(b) |
għandhom jikkonformaw mal-punti (a), (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni. Il-punt rilevanti għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”. Fil-każ tal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 4, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jindika wkoll l-informazzjoni li tiżgura t-traċċabbiltà, indikata taħt il-punt (c)(iv); |
(c) |
malli jidħlu fl-Unjoni, għandhom jiġu eżaminati mill-korp uffiċjali responsabbli bi qbil mal-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni, u ma għandhomx jinstabu sinjali tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat. |
Artikolu 4
L-oriġini tal-pjanti speċifikati
Il-pjanti speċifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'waħda mill-punti li ġejjin:
(a) |
joriġinaw minn pajjiż terz li fih mhuwiex magħruf li jeżisti l-organiżmu speċifikat; |
(b) |
joriġinaw minn żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat, kif stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali tal-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; l-isem ta' dik iż-żona għandu jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt l-intestatura “post tal-oriġini”; |
(c) |
joriġinaw minn żoni differenti minn dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b), u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(d) |
joriġinaw minn żoni differenti minn dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b), u jikkonformaw mal-punti (c)(i sa iv) u jkunu ngħataw trattament effettiv li jiżgura li jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat; |
(e) |
joriġinaw minn żoni differenti minn dawk imsemmijin fil-punti (a) sa (b), u jkunu ingħataw trattament ta' wara l-ħsad effettiv li jiżgura li jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat, u dan it-trattament ikun indikat fiċ-ċertifikat fitosanitarju. |
Artikolu 5
Kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni
1. Kull konsenja tal-pjanti speċifikati li tiddaħħal fl-Unjoni għandha tkun ikkontrollata b'mod uffiċjali fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (3).
2. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq dawn il-kontrolli li ġejjin:
(a) |
spezzjoni viżwali u |
(b) |
jekk ikun hemm suspett tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jittieħdu l-kampjuni u jiġi identifikat l-organiżmu li jinstab. |
Artikolu 6
Stħarriġ dwar l-organiżmu speċifikat fit-territorji tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti speċifikati fit-territorju tagħhom.
2. Dawn l-istħarriġiet għandhom jitwettqu mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. Għandhom jinkludu mill-inqas l-użu ta' nases xierqa, bħal nases bil-feromoni jew nases bid-dawl, u, fil-każ li jkun hemm suspett ta' infestazzjoni mill-organiżmu speċifikat, iridu jittieħdu l-kampjuni biex l-organiżmu jiġi identifikat. L-istħarriġiet għandhom jissejsu fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u għandhom jitwettqu fi żminijiet xierqa tas-sena fir-rigward tal-possibbiltà li jinstab l-organiżmu speċifikat.
3. Sat-30 ta' April ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat ir-riżultati tal-istħarriġiet li jkunu twettqu fis-sena kalendarja preċedenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 7
Data tal-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ġunju 2018.
Artikolu 8
Data ta' skadenza
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Mejju 2020.
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) EFSA Journal 2017;15(7):4927.
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).
Rettifika
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/35 |
Rettifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru iffirmat fi Brussell fl-4 ta' Ottubru 2010
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 288 tad-5 ta' Novembru 2010 )
L-Anness 2, Lista ta' Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta' dan il-Ftehim, il-punt (c), l-entrata li tikkonċerna l-Ftehim mal-Olanda
(ĠU L 288, 5.11.2010, paġna 8)
(paġna CE/VN/Anness 2/mt 4)
minflok:
“— |
l-Artikolu 14 tal-Ftehim Vjetnam – Olanda;”, |
aqra:
“— |
l-Artikolu 14 bis tal-Ftehim Vjetnam – Olanda;”. |