Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2017:371:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, C 371, 31 ta' Ottubru 2017


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 371

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
31 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

2017/C 371/01

Nota lill-qarrejja

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 371/02

Kontijiet annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016

2


MT

 


31.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/1


NOTA LILL-QARREJJA

(2017/C 371/01)

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jagħti lill-Qorti tal-Awdituri r-responsabbiltà li tawditja d-dħul u l-infiq kollu tal-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 319 tat-Trattat imsemmi dwar l-għoti tal-kwittanza, il-Qorti tal-Awdituri kellha l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha awditjati minn awditur estern kull sena mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987 'il hawn.

Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti tal-Awdituri ħejja dwar il-kontijiet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 intbagħtu biss lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Skont deċiżjoni li ttieħdet mill-Membri tal-Qorti tal-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 1993, ir-rapporti tal-awditur estern, mill-ewwel wieħed li tħejja u li jirrigwarda s-sena finanzjarja 1992 jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Eduardo RUIZ GARCÍA

Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

31.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/2


KONTIJIET ANNWALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2016

(2017/C 371/02)

WERREJ

Ċertifikazzjoni tal-kontijiet 3
Rapport tal-awditur indipendenti 4
Rapporti finanzjarji u noti ta’ spjegazzjoni 5
Karta tal-Bilanċ 5
Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja 6
Rapport tal-Flussi tal-Flus 7
Rapport tal-bidliet fl-Assi Netti 7
Politiki kontabilistiċi u noti għar-rapporti finanzjarji 8

1.

Ġenerali 8

2.

Bażi legali u regoli kontabilistiċi 8

3.

Noti għall-Karta tal-Bilanċ 10

4.

Noti għar-Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja 12

5.

Divulgazzjonijiet sinifikanti oħra 13
Informazzjoni dwar il-baġit għas-sena finanzjarja 2016 15

A

Komputazzjoni tar-riżultat tal-baġit 15

B

Rikonċiljazzjoni tar-riżultat ekonomiku mar-riżultat tal-baġit 16
Rapport ta’ aċċertament indipendenti 17

ĊERTIFIKAZZJONI TAL-KONTIJIET

Ċertifikazzjoni għall-kontijiet annwali 2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-kontijiet annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2016 tħejjew f’konformità mat-Titolu IX tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni, u l-prinċipji u l-metodi kontabilistiċi adottati minni stess.

Jien nirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħi għat-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f’konformità mal-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju.

Jien ksibt mingħand l-uffiċjal awtorizzanti, li ċċertifika l-affidabbiltà tagħha, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni tal-kontijiet li juru l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-implimentazzjoni baġitarja.

Jien b’dan niċċertifika li, ibbażat fuq din l-informazzjoni u fuq tali kontrolli li jiena qist li huma meħtieġa biex niffirma l-kontijiet, għandi aċċertament raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Il-Lussemburgu, l-24 ta’ Mejju 2017.

Isidoro RODRÍGUEZ DE LAS PARRAS

Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri


RAPPORT TAL-AWDITJAR

Lill-Maniġment tal-

Qorti Ewropea tal-Awdituri

Aħna awditjajna r-rapporti finanzjarji hawn mehmuża tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jinkludu l-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha, ir-rapport tal-flussi tal-flus tagħha u r-rapport tal-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni, u li jibdew fil-paġna 10 u jintemmu fil-paġna 18.

Responsabbiltà tal-maniġment għar-rapporti finanzjarji

Il-Maniġment huwa responsabbli għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ dawn ir-rapporti finanzjarji f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”; u mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, u għal tali kontroll intern li l-Maniġment iqis li huwa meħtieġ biex ikunu jistgħu jitħejjew rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball.

Responsabbiltà tar-“Réviseur d’entreprises agréé”

Ir-responsabbiltà tagħna hija li nesprimu opinjoni dwar dawn ir-rapporti finanzjarji bbażata fuq l-awditu tagħna. Aħna wettaqna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar kif adottati għal-Lussemburgu mill-“Commission de Surveillance du Secteur Financier”. Dawn l-istandards jirrikjedu li aħna nikkonformaw mar-rekwiżiti etiċi u li nippjanaw u nwettqu l-awditu biex niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk ir-rapporti finanzjarji jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tar-“Réviseur d’entreprises agréé”, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet annwali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jwettaq dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, ir-“Réviseur d’entreprises agréé” iqis il-kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali mill-entità, sabiex ifassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li jagħti opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern tal-entità. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-Maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tar-rapporti finanzjarji.

Aħna nemmnu li l-evidenza għall-awditjar li ksibna hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tal-awditjar tagħna.

Opinjoni

Fl-opinjoni tagħna, ir-rapporti finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta’ Diċembru 2016, u tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”; u mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Lussemburgu, l-24 ta’ Mejju 2017

PricewaterhouseCoopers, Société coopérative

Irrappreżentata minn

Rima ADAS


RAPPORTI FINANZJARJI U NOTI TA’ SPJEGAZZJONI (1)

Karta tal-Bilanċ

(EUR)

 

Nota

31 ta' Diċembru 2016

31 ta' Diċembru 2015

Assi Mhux Kurrenti

 

 

 

Assi intanġibbli

3.1.

3 530 432

5 021 023

Proprjetà, impjanti u tagħmir

3.2.

78 146 338

83 145 082

Ammonti riċevibbli

 

 

 

81 676 770

88 166 105

Assi Kurrenti

 

 

 

Ammonti riċevibbli

3.3.

691 455

604 313

Flus kontanti u ekwivalenti ta' flus kontanti

3.4.

8 356 341

7 215 048

 

 

9 047 796

7 819 361

Assi Totali

 

90 724 566

95 985 466

Obbligazzjonijiet Kurrenti

 

 

 

Provvedimenti

 

50 000

Ammonti pagabbli

3.5.

5 354 888

6 982 008

 

 

5 354 888

7 032 008

Total tal-Obbligazzjonijiet

 

5 354 888

7 032 008

Assi Netti

 

85 369 678

88 953 458

Bilanċ pożittiv/defiċit akkumulat

 

88 953 458

97 320 516

Riżultat ekonomiku għas-sena

 

(3 583 780 )

(8 367 058 )

Assi Netti

 

85 369 678

88 953 458

Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja

(EUR)

 

Nota

2016

2015

Fondi ttrasferiti mill-Kummissjoni għal istituzzjonijiet oħra

4.1.

116 700 000

106 700 000

Dħul mill-operat amministrattiv

4.2.

20 234 812

19 326 442

Dħul operattiv ieħor

4.3.

49 328

90 141

Total tad-dħul operattiv

 

136 984 140

126 116 583

Spejjeż għall-persunal

 

(112 410 058 )

(106 959 858 )

Spejjeż relatati mal-assi

4.6.

(7 764 105 )

(6 957 504 )

Spejjeż amministrattivi oħra

4.7.

(20 351 775 )

(20 519 950 )

Spejjeż operazzjonali

4.8.

(25 270 )

(31 295 )

Total tal-ispejjeż operattivi

 

(140 551 208 )

(134 468 607 )

Bilanċ pożittiv/(defiċit) minn attivitajiet operattivi

 

(3 567 068 )

(8 352 024 )

Dħul finanzjarju

4.9.

14

Spejjeż finanzjarji

4.10.

(16 712 )

(15 048 )

Bilanċ pożittiv/(defiċit) minn attivitajiet mhux operattivi

 

(16 712 )

(15 034 )

Riżultat ekonomiku tas-sena

 

(3 583 780 )

(8 367 058 )

Rapport tal-Flussi tal-Flus

(EUR)

 

2016

2015

Riżultat ekonomiku tas-sena

(3 583 780 )

(8 367 058 )

Attivitajiet operattivi – Aġġustamenti

 

 

Amortizzament

1 600 449

831 765

Deprezzament

6 146 461

6 120 197

Żieda/tnaqqis fil-Provvedimenti

(50 000 )

22 750

Żieda/tnaqqis fl-Ammonti riċevibbli

(87 142 )

153 611

Żieda/tnaqqis fl-Ammonti pagabbli

(1 627 120 )

(46 134 )

Flussi tal-flus netti minn attivitajiet operattivi

2 398 868

(1 284 869 )

Flussi tal-flus minn attivitajiet ta' investiment

 

 

Xiri ta' proprjetà, impjanti u tagħmir u assi intanġibbli (-)

(1 274 770 )

(1 688 898 )

Rikavati minn proprjetà, impjanti u tagħmir u assi intanġibbli (+)

17 195

5 542

Flussi tal-flus netti minn attivitajiet ta' investiment

(1 257 575 )

(1 683 356 )

Żieda/(tnaqqis) fil-Benefiċċji tal-impjegati

Żieda/(tnaqqis) nett fil-flus kontanti u fl-ekwivalenti ta' flus kontanti

1 141 293

(2 968 225 )

Flus kontanti u ekwivalenti ta' flus kontanti fil-bidu tas-sena

7 215 048

10 183 273

Flus kontanti u ekwivalenti ta' flus kontanti fi tmiem is-sena

8 356 341

7 215 048

Rapport tal-bidliet fl-Assi Netti

(EUR)

Assi netti

Bilanċ Pożittiv/(Defiċit) Akkumulat

Riżultat ekonomiku tas-sena

Total

Bilanċ fil-31.12.2015

97 320 516

(8 367 058 )

88 953 458

Allokazzjoni tar-riżultat ekonomiku tas-sena preċedenti

(8 367 058 )

8 367 058

Riżultat ekonomiku tas-sena

(3 583 780 )

(3 583 780 )

Bilanċ fil-31.12.2016

88 953 458

(3 583 780 )

85 369 678

Politiki kontabilistiċi u noti għar-rapporti finanzjarji

1.    Ġenerali

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem “il-Qorti”) ġiet stabbilita bit-Trattat ta’ Brussell tat-22 ta’ Lulju 1975 u bdiet topera f’Ottubru 1977. Is-sede tagħha tinsab fil-Lussemburgu.

Missjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-missjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija li tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE, li tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza, u li taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni. Ir-rwol tal-QEA bħala l-awditur indipendenti estern tal-UE huwa li tivverifika li l-fondi tal-UE jiġu kontabilizzati b’mod korrett, li dawn jinġabru u jintnefqu skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti u li jkunu kisbu valur għall-flus.

Il-QEA tivverifika li l-baġit tal-Unjoni Ewropea jkun ġie implimentat b’mod korrett, u li l-fondi tal-UE jkunu nġabru u ntnefqu legalment u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Il-QEA hija l-istituzzjoni tal-UE li tawditja l-finanzi tal-UE u hija impenjata li tkun organizzazzjoni effiċjenti u fuq ’il quddiem nett tal-iżviluppi fl-awditjar pubbliku u fl-amministrazzjoni pubblika.

Is-sena finanzjarja tal-Qorti tibda fl-1 ta’ Jannar u tintemm fil-31 ta’ Diċembru.

2.    Bażi legali u regoli kontabilistiċi

2.1.   Bażi tal-preżentazzjoni

Ir-rapporti finanzjarji tal-Qorti jitħejjew f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju” u mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (2) li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament Finanzjarju.

2.2.   Prinċipji kontabilistiċi

Ir-rapporti finanzjarji jitħejjew fuq il-bażi ta’ regoli kontabilistiċi bbażati fuq id-dovuti, li huma bbażati fuq Standards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS). Dawn ir-Regoli Kontabilistiċi tal-UE jiġu adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-prinċipji kontabilistiċi li għandhom jiġu segwiti waqt it-tħejjija tar-rapporti finanzjarji huma stabbiliti fir-Regola Kontabilistika Nru 1 tal-UE, intitolata “Rapporti Finanzjarji” u huma l-istess bħal dawk deskritti fl-IPSAS 1, jiġifieri: preżentazzjoni ġusta, ibbażati fuq id-dovuti, negozju avvjat, konsistenza tal-preżentazzjoni, aggregazzjoni, tpaċija u informazzjoni komparattiva. Il-karatteristiki kwalitattivi tar-rappurtar finanzjarju skont l-Artikolu 144 tar-Regolament Finanzjarju huma li jkun rilevanti, affidabbli, li jista’ jinftiehem u komparabbli.

F’konformità mal-IPSAS u mal-prinċipji ta’ kontabbiltà ġeneralment aċċettatti, ir-rapporti finanzjarji neċessarjament jinkludu ammonti bbażati fuq stimi u suppożizzjonijiet mill-maniġment abbażi tal-informazzjoni l-aktar affidabbli li tkun disponibbli.

2.3.   Munita u bażi għall-konverżjoni

Ir-rapporti finanzjarji jiġu ppreżentati f’euro billi l-euro hija l-munita funzjonali u tar-rappurtar li tintuża mill-UE.

Tranżazzjonijiet f’munita barranija jissarrfu f’euro bl-użu tar-rata tal-kambju li tkun prevalenti fid-data tat-tranżazzjoni.

Qligħ u telf mill-kambju li jirriżultaw mis-saldu ta’ tranżazzjonijiet f’munita barranija, u mit-tisrif bir-rati tal-kambju fi tmiem is-sena tal-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji denominati f’muniti barranin, jiġu kontabilizzati fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja.

Bilanċi fi tmiem is-sena tal-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji denominati f’muniti barranin jinbidlu f’euro fuq il-bażi tar-rati tal-kambju fil-31 ta’ Diċembru.

2.4.   Assi intanġibbli

Liċenzji akkwistati ta’ softwer tal-kompjuters jiġu kontabilizzati bil-kost storiku bit-tnaqqis tal-amortizzament akkumulat u t-telf minn indeboliment. L-assi jiġu amortizzati fuq bażi lineari fuq perjodu ta’ erba’ snin. Assi intanġibbli żviluppati internament jiġu kapitalizzati meta l-kriterji rilevanti tar-regoli kontabilistiċi tal-UE jiġu ssodisfati. Il-kostijiet li jistgħu jiġu kapitalizzati jinkludu l-kostijiet kollha direttament attribwibbli li jkunu meħtieġa biex jinħoloq, jiġi prodott u jitħejja l-assi biex dan ikun jista’ jopera bil-mod previst mill-maniġment tal-Qorti. Kostijiet assoċjati ma’ attivitajiet ta’ riċerka, kostijiet tal-iżvilupp mhux kapitalizzat u kostijiet tal-manutenzjoni jiġu kontabilizzati bħala spejjeż hekk kif jiġġarrbu.

2.5.   Proprjetà, impjanti u tagħmir

Il-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir kollha jiġu kontabilizzati bil-kost storiku bit-tnaqqis tad-deprezzament akkumulat u t-telf minn indeboliment. Il-kost storiku jinkludi l-infiq li jkun direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni jew għall-kostruzzjoni tal-assi.

Il-kostijiet sussegwenti jiġu inklużi fl-ammont riportat tal-assi jew rikonoxxuti bħala assi separat, kif meħtieġ, fil-każ biss meta jkun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri, jew il-potenzjal ta’ servizz futur assoċjati ma’ dan l-assi jkunu se jmorru għand il-Qorti u l-kost tiegħu jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Kostijiet tat-tiswija u tal-manutenzjoni jiġu ddebitati fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja matul il-perjodu finanzjarju li fih jiġġarrbu. Billi l-Qorti ma tissellifx flus biex tiffinanzja l-akkwiżizzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, ma hemm l-ebda kost tas-self relatat ma’ dawn ix-xirjiet.

Assi li jkunu suġġetti għad-deprezzament jiġu eżaminati għal indeboliment, kull meta avvenimenti jew bidliet fiċ-ċirkustanzi jkunu jindikaw li l-ammont riportat jista’ ma jkunx rekuperabbli. Telf minn indeboliment jiġi kontabilizzat bħala l-ammont li bih l-ammont riportat tal-assi jkun jeċċedi l-ammont rekuperabbli tiegħu.

Art u xogħlijiet tal-arti ma jiġux deprezzati billi jitqiesu li għandhom ħajja utli indefinita. Assi taħt kostruzzjoni ma jiġux deprezzati billi dawn l-assi jkunu għadhom mhumiex disponibbli għall-użu. Deprezzament fuq assi oħrajn jiġi kkalkulat bl-użu tal-metodu lineari biex il-kost tagħhom jiġi allokat lill-valuri residwi tagħhom fuq il-ħajja utli stmata tagħhom, kif ġej:

Bini

4 %

Impjanti, makkinarju u għodod

12,5  % – 25 %

Għamara u flotta tal-vetturi

10 % – 25 %

Hardwer tal-kompjuters

25 %

Installazzjonijiet u immuntar oħra

12,5  % – 25 %

2.6.   Provvedimenti

Provvedimenti jiġu kontabilizzati meta l-Qorti jkollha obbligu attwali ġuridiku jew kostruttiv, lejn partijiet terzi b’riżultat ta’ avvenimenti fil-passat, ikun aktar probabbli milli le li jkun jinħtieġ ħruġ ta’ riżorsi għas-saldu tal-obbligu, u l-ammont ikun jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli. Ma jiġux kontabilizzati provvedimenti għal telf operattiv fil-futur. L-ammont tal-provvediment huwa l-aħjar stima tan-nefqiet mistennija li jkunu meħtieġa għas-saldu tal-obbligu attwali fid-data tar-rappurtar.

2.7.   Kontabilizzar tal-ispejjeż

F’konformità mar-regoli kontabilistiċi tal-UE, tranżazzjonijiet u avvenimenti jiġu kontabilizzati fir-rapporti finanzjarji fil-perjodu li għalih huma jirrelataw. Fi tmiem il-perjodu kontabilistiku, l-ispejjeż dovuti jiġu kontabilizzati fuq il-bażi ta’ ammont stmat tal-obbligu tat-trasferiment għall-perjodu. Il-kalkolu tal-ispejjeż dovuti jsir skont il-linji gwida operazzjonali u prattiċi dettaljati maħruġa mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà li għandhom il-għan li jiżguraw li r-rapporti finanzjarji jirriflettu stampa vera u ġusta.

2.8.   Obbligazzjonijiet kontinġenti

Obbligazzjoni kontinġenti hija obbligu possibbli li jirriżulta minn avvenimenti li jkunu seħħew fil-passat u li l-eżistenza tiegħu tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew bin-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment wieħed jew aktar fil-futur li jkunu inċerti u li ma jkunux kompletament fil-kontroll tal-UE; jew obbligu attwali li jirriżulta minn avvenimenti li jkunu seħħew fil-passat iżda li ma jiġix kontabilizzat għax: mhuwiex probabbli li l-ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi jew potenzjal tas-servizz ikun meħtieġ għas-saldu tal-obbligu jew fiċ-ċirkustanzi rari fejn l-ammont tal-obbligu ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli biżżejjed.

3.    Noti għall-Karta tal-Bilanċ

ASSI MHUX KURRENTI

3.1.   Assi intanġibbli

Il-movimenti fl-assi intanġibbli matul is-sena 2016 kienu:

(EUR)

Ammonti riportati grossi fil-31.12.2015

7 667 601

Żidiet

109 858

Disponimenti

Trasferiment bejn il-kategoriji tal-assi

Bidliet oħra

Ammonti riportati grossi 31.12.2016

7 777 459

Amortizzament akkumulat fil-31.12.2015

(2 646 578 )

Debitu tal-amortizzament għas-sena

(1 600 449 )

Amortizzament imnaqqas

Disponimenti

Trasferiment bejn il-kategoriji tal-assi

Amortizzament akkumulat fil-31.12.2016

(4 247 027 )

Ammonti riportati netti 31.12.2016

3 530 432

Ammonti riportati netti 31.12.2015

5 021 023

L-ammonti ta' hawn fuq huma relatati primarjament ma' softwer tal-kompjuters.

Fl-2016 ma ġie kontabilizzat l-ebda kost assoċjat ma’ attivitajiet ta’ riċerka.

3.2.   Proprjetà, Impjanti u Tagħmir

Il-movimenti fi Proprjetà, impjanti u tagħmir matul is-sena 2016 kienu:

(EUR)

 

Art u Bini

Impjanti u tagħmir

Għamara u vetturi

Hardwer tal-kompjuters

Installazzjonijiet u immuntar oħra

Assi tanġibbli taħt kostruzzjoni

Total

Ammonti riportati grossi fil-31.12.2015

125 117 299

885 583

4 881 674

4 092 395

2 261 979

137 238 930

Żidiet

62 007

61 727

378 085

527 504

126 589

9 000

1 164 912

Disponimenti

(8 050 )

(36 904 )

(198 485 )

(125 611 )

(369 050 )

Trasferiment bejn il-kategoriji tal-assi

Bidliet oħra

Ammonti riportati grossi 31.12.2016

125 179 306

939 260

5 222 855

4 421 414

2 262 957

9 000

138 034 792

Deprezzament akkumulat fil-31.12.2015

(46 453 274 )

(641 813 )

(2 480 283 )

(2 847 133 )

(1 671 344 )

(54 093 847 )

Debitu tad-deprezzament għas-sena

(4 608 357 )

(120 064 )

(456 007 )

(746 416 )

(215 617 )

(6 146 461 )

Deprezzament imnaqqas

7 595

32 035

190 708

121 517

351 855

Disponimenti

Trasferiment bejn il-kategoriji tal-assi

Deprezzament akkumulat fil-31.12.2016

(51 061 631 )

(754 282 )

(2 904 255 )

(3 402 841 )

(1 765 444 )

(59 888 453 )

Ammonti riportati netti 31.12.2016

74 117 675

184 978

2 318 600

1 018 573

497 513

9 000

78 146 339

Ammonti riportati netti 31.12.2015

78 664 025

243 770

2 401 391

1 245 262

590 635

83 145 083

ASSI KURRENTI

3.3.   Ammonti riċevibbli

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2016

31 ta' Diċembru 2015

Ammonti riċevibbli kurrenti prinċipalment dovuti għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni nazzjonali mill-persunal

(4 123 )

3 795

Ammonti riċevibbli varji prinċipalment relatati mal-pagamenti bil-quddiem ta' salarji u ta' spejjeż tal-missjonijiet

134 738

66 833

Debiti differiti għal kiri ta' bini u kuntratti tal-IT

551 166

533 685

Ammonti riċevibbli minn entitajiet tal-UE

9 674

Total

691 455

604 313

3.4.   Flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2016

31 ta' Diċembru 2015

Flus kontanti għal spejjeż żgħar (petty cash)

1 000

1 000

Kont kurrenti tal-bank

1 447 332

180 564

Kont fiduċjarju

6 908 009

7 033 484

Total

8 356 341

7 215 048

Fis-27 ta’ Jannar 2010 nfetaħ kont fiduċjarju mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri mal-Banque et Caisse d’Épargne de l’État, il-Lussemburgu. Dan il-kont fiduċjarju ppermetta lill-Qorti timmaniġġja l-baġit mogħti mill-awtorità baġitarja fir-rigward tal-proġett tal-bini K3 (ara n-Nota 5.3). Fl-14 ta’ Marzu 2014, il-Qorti talbet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jippermettu l-użu tal-ammont li kien stmat li fadal mill-baġit allokat lill-proġett tal-bini K3 (EUR 7 miljun) għat-titjib tekniku u obbligatorju u li kien neċessarju tal-bini K2 tal-Qorti. Din il-proposta ġiet approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-1 ta’ April 2014. Fit-23 ta’ Marzu 2015, il-Qorti ħabbret lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li l-ammont finali li kien fadal mill-baġit allokat lill-proġett tal-bini K3 kien jammonta għal EUR 9,4 miljun u, billi l-kost stmat għat-titjib tal-bini K2 kien ta’ EUR 7 miljun, fit-12 ta’ Mejju 2015, intraddu lura EUR 2,4 miljun għall-baġit tal-UE. Il-pagamenti għall-bini K2 li saru fl-2016 kienu jammontaw għal EUR 125 475,01.

OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI

3.5.   Ammonti pagabbli

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2016

31 ta' Diċembru 2015

Ammonti pagabbli kurrenti

88 815

61 781

Ammonti pagabbli varji relatati mas-salarji u mal-persunal

(14 199 )

(30 952 )

Debiti dovuti

5 148 263

6 791 296

Kontijiet pagabbli lill-entitajiet konsolidati tal-UE prinċipalment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew

132 009

159 883

Total

5 354 888

6 982 008

4.    Noti għar-Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja

4.1.

“Fondi ttrasferiti mill-Kummissjoni għal istituzzjonijiet oħra”: dan l-ammont jikkorrispondi għas-sejħiet ta’ kull xahar għal fondi li jsiru mill-Qorti lill-Kummissjoni biex tikkredita l-kont bankarju tagħha mill-ġdid.

4.2.

“Dħul mill-operat amministrattiv”: fil-biċċa l-kbira, din l-intestatura hija magħmula minn tnaqqis ta’ taxxa u ta’ kontribuzzjonijiet soċjali mis-salarji tal-Membri u tal-persunal fir-rigward.

4.3.

“Dħul operattiv ieħor” jirriżulta, fost l-oħrajn, minn qligħ mir-rati tal-kambju.

4.4.

Ġie ġġenerat dħul minn tranżazzjonijiet tal-kambju u minn tranżazzjonijiet mhux relatati mal-kambju kif ġej:

(EUR)

 

2016

2015

Dħul minn tranżazzjonijiet tal-kambju

59 002

90 155

Dħul minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju

136 925 138

126 026 442

Total tad-dħul

136 984 140

126 116 597

4.5.

“Spejjeż għall-persunal” jinkludu s-salarji tal-Membri, tal-persunal statutorju, tal-aġenti kuntrattwali u tal-persunal temporanju.

4.6.

“Spejjeż relatati mal-assi” jikkonsistu fid-deprezzament/amortizzament tal-assi tanġibbli u intanġibbli.

4.7.

Il-partiti l-aktar sinifikanti ta’ “spejjeż amministrattivi oħra” kienu:

IT u telekomunikazzjoni

Spejjeż tal-missjonijiet

Servizzi ta’ tindif u ta’ sigurtà.

4.8.

“Spejjeż operazzjonali” jirriżultaw fost oħrajn minn telf mir-rati tal-kambju.

4.9.

“Dħul finanzjarju” jikkonsisti fi mgħax bankarju gwadanjat fuq il-kontijiet kurrenti u fiduċjarji tal-Qorti.

4.10.

“Spejjeż finanzjarji” huma debiti bankarji imposti fuq il-kontijiet kurrenti u fiduċjarji tal-Qorti.

5.    Divulgazzjonijiet sinifikanti oħra

5.1.   Assi kontinġenti

Il-garanziji bankarji li ġejjin ingħataw mill-fornituri f’konformità mal-obbligi kuntrattwali:

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2016

31 ta' Diċembru 2015

Rinnovazzjoni tal-bini

251 139

80 353

Ġestjoni tal-proġett tal-bini K3

10 339

110 339

Kumpanija tal-assigurazzjoni

1 361

1 361

Telekomunikazzjoni

20 000

20 000

Appoġġ metodoloġiku EMAS

4 680

4 680

Total

287 519

216 733

5.2.   Impenji għal finanzjament futur

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2016

31 ta' Diċembru 2015

Kiri operazzjonali għall-Binjiet

875 000

797 500

Kiri operazzjonali għal materjal tal-IT, karozzi u tagħmir ieħor

2 156 313

1 350 635

Subtotal

3 031 313

2 148 135

Impenji kontra approprjazzjonijiet li għadhom ma ġewx ikkunsmati – RAL (“Restant à liquider”) -, wara t-tnaqqis tad-dovuti għall-2016

8 166 271

7 253 338

Total

11 197 584

9 401 473

Ir-RAL huwa element tal-kontabbiltà baġitarja li jirrappreżenta l-valur ta’ impenji pendenti. Huwa d-differenza bejn l-impenji li jkunu saru u l-pagamenti, minħabba l-intervall ta’ żmien bejn meta jsir impenn u meta jseħħ il-pagament relatat.

5.3.   Il-proġetti tal-binjiet tal-Qorti

Il-Qorti okkupat il-bini prinċipali tagħha (il-bini “K1”) fl-1988 u xtratu bl-art li jinsab fuqha fl-1990. Fl-1999, il-Qorti ffirmat ftehim qafas mal-Istat tal-Lussemburgu li permezz tiegħu hija ngħatat id-dritt li tuża biċċa art oħra għal 49 sena (ftehim li seta’ jiġġedded darba) għall-kostruzzjoni ta’ estensjoni (il-bini “K2”) għal pagament ta’ EUR 1. Madankollu, għat-tieni estensjoni, il-bini “K3”, minħabba arranġamenti differenti għat-twettiq tal-proġett, kien jinħtieġ li l-Istat tal-Lussemburgu u l-Qorti jikkonkludu ftehim qafas ġdid u dan sar fit-22 ta’ Frar 2008.

Rigward iż-żewġ biċċiet art relatati maż-żewġ estensjonijiet (“K2” u “K3”) imsemmija hawn fuq, l-Istat biegħhom lill-Qorti bil-prezz simboliku ta’ EUR 1.

Min-naħa tagħha, jekk il-Qorti qatt tikkunsidra li ċċedi xi waħda minn dawn il-binjiet lil parti terza li ma tkunx korp jew istituzzjoni tal-Unjoni, il-Qorti tkun trid trodd lura s-sjieda tal-art liIl-Istat bil-prezz simboliku ta’ EUR 1, u dan tal-aħħar ikollu wkoll l-possibbiltà li jixtri l-bini bi prezz li jiġi determinat minn espert indipendenti. F’każ li l-Istat jiddeċiedi li ma jużax din il-possibbiltà, huwa jkun irid jagħti d-dritt tal-użu tal-art lix-xerrejja tal-bini.

5.4.   Obbligazzjonijiet kontinġenti

Ma hemm l-ebda obbligazzjoni kontinġenti.


(1)  In-noti hawn mehmuża jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rapporti finanzjarji.

(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR IL-BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA 2016

A.   Komputazzjoni tar-riżultat tal-baġit

Ir-riżultat tal-baġit tas-sena jiġi komputat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-implimentazzjoni baġitarja.

(EUR)

Pagamenti fuq approprjazzjonijiet tas-sena 2016

(126 932 174 )

Pagamenti li saru mir-riport ta' approprjazzjonijiet ta' pagament

(8 724 144 )

Pagamenti fuq approprjazzjonijiet relatati ma' dħul assenjat

(24 845 )

Ordnijiet ta' rkupru tas-sena, imsarrfa fi flus kontanti matul is-sena 2016

20 272 767

Ordnijiet ta' rkupru baġitarju maħruġa qabel l-2016 u msarrfa fi flus kontanti fis-sena 2016

6 250

Aġġustament fuq ordnijiet ta' rkupru minn snin preċedenti

Approprjazzjonijiet ta' pagament riportati għall-2016

(9 303 863 )

Approprjazzjoni riportata minn snin preċedenti

9 235 061

Aġġustament għar-riport mis-sena preċedenti ta' approprjazzjonijiet disponibbli fil-31.12 li jirriżultaw minn dħul assenjat

62 478

Riżultat tal-baġit

(115 408 470 )

B.   Rikonċiljazzjoni tar-riżultat ekonomiku mar-riżultat tal-baġit

(EUR)

Riżultat ekonomiku tas-sena

(3 583 780 )

Aġġustament għal partiti inklużi fir-riżultat ekonomiku iżda mhux fir-riżultat tal-baġit

(101 600 197 )

 

Differenza bejn id-dovuti fi tmiem is-sena preċedenti u dawk fi tmiem is-sena kurrenti

(1 274 563 )

 

Ammont mill-kont ta' kollegament mal-Kummissjoni kkontabilizzat fil-Kont tar-Riżultat Ekonomiku

(116 700 000 )

 

Fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena iżda kkontabilizzati fid-debiti (klassi 6)

(407 496 )

 

Deprezzament ta' assi intanġibbli u tanġibbli

7 989 618

 

Provvedimenti

 

Tnaqqis fil-valur

 

Ordnijiet ta' rkupru maħruġa fl-2016 fi klassi 7 li għadhom ma ssarrfux fi flus kontanti

 

Pagamenti li saru mir-riport ta' approprjazzjonijiet ta' pagament

8 724 144

 

Oħrajn

85 193

 

Differenzi fir-rati tal-kambju

(17 093 )

Aġġustament għal partiti inklużi fir-riżultat tal-baġit iżda mhux fir-riżultat ekonomiku

(10 224 493 )

 

Akkwiżizzjonijiet tal-assi (imħallsa matul is-sena)

(1 500 283 )

 

Ordnijiet ta' rkupru baġitarji maħruġa qabel l-2016 u msarrfa fi flus kontanti fis-sena

6 250

 

Approprjazzjonijiet ta' pagament riportati għall-2016

(9 303 863 )

 

Kanċellazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati u li ġew riportati mis-sena preċedenti

510 917

 

Aġġustament għar-riport mis-sena preċedenti ta' approprjazzjonijiet disponibbli fil-31.12 li jirriżultaw minn dħul assenjat

62 479

 

Pagamenti għal pensjonijiet (dawn huma pagamenti baġitarji iżda kkontabilizzati kontra l-provvedimenti)

 

Oħrajn

7

Riżultat tal-baġit

(115 408 470 )


RAPPORT TA’ AĊĊERTAMENT INDIPENDENTI

Lill-Maniġment tal-

Qorti Ewropea tal-Awdituri

Aħna eżaminajna li r-riżorsi finanzjarji assenjati mill-Kummissjoni Ewropea lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem il-“Qorti”) intużaw għall-iskopijiet intenzjonati tagħhom u li l-proċeduri ta’ kontroll li ġew stabbiliti mill-uffiċjali awtorizzanti jipprovdu l-garanziji meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli għar-riżorsi finanzjarji li kienu disponibbli u li ntużaw għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Iż-żamma ta’ kotba u reġistri u l-istabbiliment u ż-żamma ta’ kontrolli xierqa huma r-responsabbiltà tal-Maniġment tal-Qorti. Ir-responsabbiltà tagħna hija li nesprimu l-opinjoni tagħna bbażata fuq l-eżaminar li wettaqna.

Aħna wettaqna dan l-eżaminar skont l-Istandard Internazzjonali dwar Inkarigi ta’ Aċċertament: “Assurance Engagements other than Audits or Reviews of Historical Financial Information” (Inkarigi ta’ Aċċertament li ma jinkludux Awditi jew Analiżijiet ta’ Informazzjoni Finanzjarja Storika) (ISAE 3000), hekk kif adottat mill-“Commission de Surveillance du Secteur Financier”. Dan l-istandard jirrikjedi li aħna nippjanaw u nwettqu l-eżaminar tagħna b’tali mod li l-użu skorrett tar-riżorsi li materjalment jaffettwa l-kotba tal-Qorti jinqabad b’aċċertament raġonevoli. Xogħolna kien jikkonsisti primarjament f’eżaminar fuq bażi ta’ testijiet u ta’ kampjuni, evidenza li ssostni l-fatt li:

Ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ntużaw għall-iskopijiet intenzjonati tagħhom;

Il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jipprovdu l-garanziji meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Il-kriterji użati għall-eżaminar tagħna huma r-regoli u r-regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali (minn hawn ’il quddiem il-“Baġit”) tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”);

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli ta’ Implimentazzjoni”);

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri tal-11 ta’ Marzu 2010, b’mod partikolari l-Artikolu 15 tagħhom, u d-Deċiżjoni Nru 26-2010 tal-11 ta’ Marzu 2010 kif emendata mill-Qorti fit-3 ta’ April 2014 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura, b’mod partikolari l-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni;

Id-Deċiżjoni Nru 54-2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tal-Baġit tagħha tat-12 ta’ Settembru 2016. Dawn id-dispożizzjonijiet jiffurmaw parti mill-proċeduri stabbiliti bit-Trattati, jew il-ftehimiet magħmula permezz tagħhom, li jikkonċernaw il-proċess operazzjonali marbut mal-implimentazzjoni tal-Baġit.

B’mod partikolari, ir-Regoli Interni li ġejjin intużaw bħala kriterji:

L-Artikolu 7.1 – Firem – Kull waħda mill-partijiet involuti fl-abbozzar, il-kontroll u r-reġistrazzjoni ta’ operazzjonijiet biex jiġi stabbilit u rkuprat id-dħul jew biex jiġu impenjati somom u biex isiru pagamenti għandha tiffirma u tniżżel id-data tal-involviment tagħha;

L-Artikolu 8 – Proġetti immobiljari – Il-President għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kwalunkwe proġett immobiljari li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit tal-Qorti. Qabel ma l-Qorti tagħti l-approvazzjoni tagħha għal kwalunkwe impenn kuntrattwali li jikkonċerna tali proġett, is-servizz responsabbli għandu jippreżenta dokument ta’ spjegazzjoni li jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-proġett mal-qafas finanzjarju;

L-Artikolu 11.2 – Qabel ma jiffirmaw, il-persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju għandhom jivverifikaw, b’mod partikolari, li l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju jikkorrispondu għall-ordnijiet ta’ pagament;

L-Artikolu 17.2 – It-talba għal trasferiment għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni enumerata fl-Artikolu 17.2;

L-Artikolu 18.4 – L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali awtorizzanti, permezz tas-sistema ċentrali tal-IT, lista ta’ ammonti li għandhom jiġu riportati. L-uffiċjali awtorizzanti għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li, fi tmiem is-sena, l-uniċi ammonti riportati jkunu dawk li fir-rigward tagħhom ikun hemm obbligu legali li jsir dan;

L-Artikolu 20.1 – Inventarji tal-proprjetà – Għandu jinżamm inventarju ta’ assi tanġibbli f’database komuni għall-uffiċjali awtorizzanti kollha f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mis-Segretarju Ġenerali, wara konsultazzjoni mal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà;

L-Artikolu 22.1 – Proċeduri minimi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll intern – Il-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll intern għandhom jitfasslu mill-uffiċjali awtorizzanti f’konformità mal-istandards minimi ta’ kontroll intern adottati mill-Qorti.

Aħna nemmnu li l-eżaminar li wettaqna jipprovdi bażi raġonevoli għall-opinjoni tagħna.

Fuq il-bażi tax-xogħol tagħna deskritt f’dan ir-rapport, ma hemm xejn li laqat l-attenzjoni tagħna biex iġegħilna nemmnu li fl-aspetti materjali kollha u bbażat fuq il-kriterji deskritti hawn fuq:

Ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-iskopijiet intenzjonati tagħhom;

Il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti ma jipprovdux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Ir-rapport li ħejjejna huwa biss għall-iskop indikat fl-ewwel paragrafu u għall-informazzjoni tal-Qorti u ma għandu jintuża għall-ebda skop ieħor jew jitqassam lil partijiet terzi, ħlief biex jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Ewropew.

Il-Lussemburgu, l-24 ta’ Mejju 2017.

PricewaterhouseCoopers, Société coopérative

Réviseur d’entreprises

Irrappreżentata minn

Rima ADAS


Top