This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2020:446:FULL
Official Journal of the European Union, L 446, 31 December 2020
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 446, 31 ta' Diċembru 2020
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 446, 31 ta' Diċembru 2020
|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 446 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
31.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 446/1 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2254
tat-29 ta’ Diċembru 2020
dwar it-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-fornituri għall-esportazzjonijiet preferenzjali lejn ir-Renju Unit matul perjodu tranżitorju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 66(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-30 ta’ Diċembru 2020 (3) u japplika proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, sabiex tibbenefika mill-miżuri tariffarji preferenzjali msemmija fl-Artikolu 56(2)(d) tiegħu (miżuri tariffarji preferenzjali skont il-ftehimiet tal-Unjoni ma’ ċerti pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tagħha jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji), il-merkanzija trid tikkonforma mar-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti f’dawk il-ftehimiet, kif imsemmi fl-Artikolu 64(2) tiegħu. |
|
(3) |
L-Artikolu ORIĠ. 19 tal-Ftehim jirrikjedi li l-esportatur ta’ prodott jagħmel dikjarazzjoni dwar l-oriġini fuq il-bażi ta’ informazzjoni li turi l-oriġini tal-prodott, inkluża informazzjoni dwar l-istatus oriġinarju tal-materjali użati fil-produzzjoni tiegħu. Skont dak l-artikolu, l-esportatur huwa responsabbli għall-korrettezza tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini u l-informazzjoni pprovduta fiha. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2447 (4) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-regoli proċedurali li jiffaċilitaw l-istabbiliment fl-Unjoni tal-oriġini preferenzjali tal-merkanzija. L-Artikolu 61 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni jistabbilixxi li meta fornitur jipprovdi lill-esportatur bl-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-istatus oriġinarju tal-merkanzija għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi jew territorji (status oriġinarju preferenzjali), il-fornitur għandu jagħmel dan permezz ta’ dikjarazzjoni tal-fornitur. Skont l-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fejn fornitur jipprovdi regolarment lil esportatur b’konsenji ta’ merkanzija, u l-istatus ta’ oriġini tal-merkanzija ta’ dawk il-konsenji kollha jkun mistenni li jkun l-istess, il-fornitur jista’ jipprovdi dikjarazzjoni waħda li tkun tkopri l-konsenji sussegwenti ta’ dik il-merkanzija (dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu ta’ żmien twil). |
|
(5) |
Minħabba l-perjodu qasir ta’ żmien bejn il-mument tal-pubblikazzjoni tal-Ftehim u d-data meta se japplika, huwa diffiċli għall-fornituri li jipprovdu fil-ħin lill-esportatur jew lin-negozjant bid-dikjarazzjonijiet tal-fornitur li abbażi tagħhom l-esportatur jista’ jagħmel dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini mal-applikazzjoni tal-Ftehim. |
|
(6) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-ħruġ tad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini mid-data li fiha jsir applikabbli l-Ftehim, huwa xieraq li l-esportaturi matul perjodu tranżitorju jitħallew jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini bbażati fuq id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur anke jekk f’dak il-mument ma jkollhomx id-dikjarazzjonijiet rilevanti kollha tal-fornitur, sakemm fi tmiem perjodu tranżitorju bħal dan, id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur ikunu fil-pussess tal-esportatur. Dan ma jaffettwax l-obbligu tal-esportatur li jagħmel dikjarazzjoni dwar l-oriġini fuq il-bażi ta’ informazzjoni li turi l-oriġini tal-prodott, inkluża informazzjoni dwar l-istatus oriġinarju tal-materjali użati fil-produzzjoni tiegħu. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Minkejja l-Artikoli 61 u 62 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ u ta' Kooperazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, sal-31 ta’ Diċembru 2021, esportatur jista’ jagħmel dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għall-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur li jistgħu jingħataw mill-fornitur wara bil-kundizzjoni li sal-1 ta’ Jannar 2022 id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur ikunu fil-pussess tal-esportatur.
Jekk l-esportatur ma jkollux id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur fil-pussess tiegħu jew tagħha sa dik id-data, l-esportatur għandu jinforma lill-importatur sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-29 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) ĠU L 444, 31.12.2020, p. 14.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 tat-30 ta' Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim rigward il-proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 444, 31.12.2020, p. 2).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).