Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2008_308_R_0033_01

2008/871/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 20 ta' Ottubru 2008 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo ta’ l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali
Protokoll dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika tal-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

ĠU L 308, 19.11.2008, pp. 33–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta' Ottubru 2008

dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo ta’ l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

(2008/871/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Mejju 2003, fl-okkażjoni tal-ħames Konferenza Ministerjali “Ambjent għall-Ewropa” li saret fi Kiev, l-Ukraina, mill-21 sat-23 ta’ Mejju 2003, il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, iffirmat il-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo ta’ l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (“il-Protokoll SEA”).

(2)

Il-Protokoll SEA jgħin jipproteġi l-ambjent billi jipprovdi għall-valutazzjoni ta’ l-effetti potenzjali ambjentali sinifikanti, inklużi dawk fuq is-saħħa, ta’ pjanijiet u programmi u billi jistinka sabiex jiżgura li t-tħassib ambjentali, inkluż dak fuq s-saħħa, jiġi kkunsidrat u integrat sal-punt adegwat, fil-preparazzjoni tal-proposti għal linji politiċi u għal leġislazzjoni.

(3)

Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex ikun permess id-depożitu, sa fejn hu possibbli simultanjament, ta’ l-istrumenti ta’ ratifika, u approvazzjoni u aċċettazzjoni.

(4)

Il-Protokoll SEA għandu jiġi approvat mill-Komunità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (“il-Protokoll SEA”), huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

2.   It-test tal-Protokoll SEA huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuni mogħtija s-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta’ approvazzjoni tal-Protokoll SEA mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta’ Depożitarju, in linea ma’ l-Artikolu 22 ta’ dak il-Protokoll.

2.   Fl-istess ħin, il-persuni maħtura għandhom jiddepożitaw id-dikjarazzjoni tal-kompetenza stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 23(5) tal-Protokoll SEA.

Magħmula fil-Lussemburgu, 20 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-L. BORLOO


(1)  Opinjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 (għadha m’hijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)


ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea in linea mal-Artikolu 23(5) tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo tal-UN/ECE tal-1991 dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali.

Il-Komunità Ewropea tiddikjara illi, in linea mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, hija kompetenti biex tidħol fi ftehim internazzjonali, u biex timplimenta l-obbligi naxxenti minnhom, li jikkontribwixxu għall-insegwiment tal-objettivi li ġejjin:

li tiġi ppreservata, imħarsa u mtejba l-kwalità tal-ambjent,

li tiġi protetta s-saħħa umana,

l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali,

li jkunu promossi miżuri fuq livell internazzjonali biex tieħu ħsieb problemi ambjentali reġjonali jew fuq skala dinjija.

Barra minn dan, il-Komunità Ewropea tiddikjara li hija diġà addottat strumenti legali, inkluż id-Direttiva Nru 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, li jorbtu lill-Istati Membri tagħha, li jkopru materji regolati minn dan il-Protokoll, u ser tippreżenta u taġġorna, kif xieraq, lista ta’ dawk l-istrumenti legali lid-Depożitarju in linea mal-Artikolu 23(5) tal-Protokoll.

Il-Komunità Ewropea hija responsabbli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi naxxenti mill-Protokoll li huma koperti mil-liġi Komunitarja.

L-eżerċizzju tal-kompetenza Komunitarja huwa, min-natura tiegħu, soġġett għal żvilupp kontinwu.


PROTOKOLL

dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika tal-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

IL-PARTIJIET GĦAL DAN IL-PROTOKOLL,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-integrazzjoni ta’ konsiderazzjonijiet ambjentali, inklużi dawk dwar is-saħħa, fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjani u l-programmi u, sal-limitu xieraq, il-politika u l-leġislazzjoni,

FILWAQT LI JIKKOMMETTU ruħhom biex jippromwovu żvilupp sostenibbli u għalhekk isejsu l-pożizzjoni tagħhom fuq il-konklużjonijiet tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (Rio de Janeiro, il-Brażil, 1992), b’mod partikolari l-prinċipji 4 u 10 tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp u l-Aġenda 21, kif ukoll fuq dak li ħareġ mit-tielet Konferenza Ministerjali dwar l-Ambjent u s-Saħħa (Londra, 1999) u s-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Johannesburg, l-Afrika ta’ Isfel, 2002),

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali, magħmula f’Espoo, il-Finlandja, fil-25 ta’ Frar 1991, u d-deċiżjoni II/9 tal-Partijiet tagħha f’Sofija fis-26 u s-27 ta’ Frar 2001, meta kien ġie deċiż li jitħejja protokoll dwar il-valutazzjoni ambjentali strateġika, li jorbot legalment,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-valutazzjoni ambjentali strateġika għandu jkollha rwol importanti fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjani, il-programmi, u, sal-limitu xieraq, il-politika u l-leġislazzjoni, u li l-applikazzjoni f’ambitu aktar wiesa’ tal-prinċipji tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali għall-pjani, il-programmi, il-politika u l-leġislazzjoni ser isaħħu dejjem aktar l-analiżi sistematika tal-effetti ambjentali sinifikanti tagħhom,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet marbuta mal-Ambjent, magħmula f’Aarhus, id-Danimarka, fil-25 ta’ Ġunju 1998, u filwaqt li jinnutaw il-paragrafi rilevanti tad-Dikjarazzjoni ta’ Lucca, addottata fl-ewwel laqgħa tal-Partijiet tagħha,

FILWAQT LI HUMA KONXJI, għalhekk, mill-importanza li jipprovdu għal parteċipazzjoni pubblika fil-valutazzjoni ambjentali strateġika,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji għas-saħħa u l-benessri tal-ġenerazzjonijiet tallum u ta’ għada li jitgawdew jekk il-ħtieġa tat-tħaris u t-titjib tas-saħħa tal-poplu titqies bħala parti integrali mill-valutazzjoni ambjentali strateġika, u filwaqt li jirrikonoxxu x-xogħol li sar bl-inizjattiva tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa f’dan ir-rigward,

FILWAQT LI HUMA KONXJI tal-ħtieġa u l-importanza tat-tkabbir tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-ivvalutar tal-effetti ambjentali transkonfinali, inklużi dawk li jirrigwardaw is-saħħa, li ser ikollhom il-pjani u l-programmi proposti, u, sal-limitu xieraq, il-politika u l-leġislazzjoni,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan il-Protokoll hu li jipprovdi għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, inkluża s-saħħa, billi:

(a)

Jiġi żgurat li l-konsiderazzjonijiet ambjentali, inklużi dawk relatati mas-saħħa, ikunu meqjusa b’mod sħiħ fl-iżvilupp tal-pjani u l-programmi;

(b)

Jikkontribwixxi għall-konsiderazzjoni tal-interessi favur l-ambjent, inkluża s-saħħa, fil-proċess tat-tħejjija tal-politika u l-leġislazzjoni;

(ċ)

Jistabbilixxi proċeduri ċari, trasparenti u effettivi għall-valutazzjoni ambjentali strateġika;

(d)

Jipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fil-valutazzjoni ambjentali strateġika; u

(e)

Jintegra b’dawn il-mezzi l-interessi favur l-ambjent, inkluża s-saħħa, fil-miżuri u l-istrumenti mfassla biex ikompli jitkabbar l-iżvilupp sostenibbli.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,

(1)

“Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali.

(2)

“Parti” tfisser Parti Kontraenti għal dan il-Protokoll, sakemm it-test ma jindikax mod ieħor.

(3)

“Parti tal-oriġini” tfisser Parti jew Partijiet għal dan il-Protokoll li fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha jew tagħhom hi prevista t-tħejjija ta’ pjan jew programm.

(4)

“Parti Effettwata” tfisser Parti jew Partijiet għal dan il-Protokoll li x’aktarx ser tiġi jew ser jiġu effettwata jew effettwati mill-effetti ambjentali, inkluż fuq is-saħħa, transkonfinali, ta’ pjan jew programm.

(5)

“Pjani u programmi” tfisser pjani u programmi u kwalunkwe modifikazzjonijiet li jistgħu jsirulhom li huma:

(a)

Meħtieġa minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi; u

(b)

Suġġetti għat-tħejjija u/jew l-adozzjoni minn awtorità jew imħejjija minn awtorità għall-adozzjoni, permezz ta’ proċedura formali, minn Parlament jew minn gvern.

(6)

“Valutazzjoni ambjentali strateġika” tfisser l-evalwazzjoni tal-effetti ambjentali, inkluż fuq is-saħħa, li x’aktarx iseħħu, li tinkludi d-determinazzjoni tal-ambitu ta’ rapport ambjentali u t-tħejjija tiegħu, l-eżekuzzjoni ta’ parteċipazzjoni pubblika u konsultazzjonijiet, u l-konsiderazzjoni tar-rapport ambjentali u r-riżultati tal-parteċipazzjoni pubblika u l-konsultazzjonijiet fir-rigward ta’ pjan jew programm.

(7)

“Effett ambjentali, inkluż fuq is-saħħa” tfisser kwalunkwe effett fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa tal-bniedem, il-flora, il-fawna, il-bijodiversità, il-ħamrija, il-klima, l-arja, l-ilma, il-pajsaġġ, is-siti naturali, l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-interazzjoni bejn dawn il-fatturi.

(8)

“Il-pubbliku” tfisser persuna naturali jew legali waħda jew aktar u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri leġiżlattivi u regolatorji meħtieġa u miżuri xierqa oħra biex timplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll fl-ambitu ta’ qafas ċar u trasparenti.

2.   Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-uffiċjali u l-awtoratijiet jassistu u jipprovdu gwida lill-pubbliku fi kwistjonijiet koperti minn dan il-Protokoll.

3.   Kull Parti għandha tipprovdi għal rikonoxximent xieraq ta’ u sostenn għall-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent, inkluża s-saħħa, fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll m’għandhomx jeffettwaw id-dritt li Parti għandha biex iżżomm jew iddaħħal miżuri ulterjuri fejn għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet koperti minn dan il-Protokoll.

5.   Kull Parti għandha tippromwovi l-għanijiet ta’ dan il-Protokoll fi proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet internazzjonali rilevanti u fl-ambitu tal-qafas ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

6.   Kull Parti għandha tiżgura li l-persuni li jeżerċitaw drittijiethom f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll m’għandhom bl-ebda mod ikunu penalizzati, ippersegwitati jew attakkati minħabba l-involviment tagħhom. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex teffettwa s-setgħat tal-qrati nazzjonali biex irebbħu spejjeż raġonevoli fi proċedimenti ġudizzjarji.

7.   Fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll, il-pubbliku għandu jkun jista’ jeżerċita drittijietu mingħajr diskriminazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu ċ-ċittadinanza, in-nazzjonalità jew id-domiċilju u, fil-każ ta’ persuna legali, mingħajr diskriminazzjoni dwar fejn għandu jkollha s-sede rreġistrata tagħha jew iċ-ċentru effettiv għall-attivitajiet tagħha.

Artikolu 4

Qasam ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-pjani u programmi

1.   Kull Parti għandha tiżgura li titwettaq valutazzjoni ambjentali strateġika għall-pjani u l-programmi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 li x’aktarx ikollhom effett qawwi fuq l-ambjent, inkluża s-saħħa.

2.   Għandha titwettaq valutazzjoni ambjentali strateġika għall-pjani u l-programmi li jitħejjew għall-agrikoltura, is-settur forestrali, is-sajd, l-enerġija, l-industrija inkluż is-settur tal-minjieri, it-trasport, l-iżvilupp reġjonali, il-ġestjoni tal-iskart, it-telekomunikazzjoni, it-turiżmu, il-pjanifikazzjoni urbana u rurali jew l-użu tal-art, u li jistabbilixxu l-qafas tal-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ġejjieni tal-proġetti elenkati fl-Anness I u kull proġett ieħor elenkat fl-Anness II li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skond il-leġislazzjoni nazzjonali.

3.   Għall-pjani u l-programmi għajr għal dawk soġġetti għall-paragrafu 2 li jistabbilixxu l-qafas tal-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ġejjieni tal-proġetti, għandha titwettaq valutazzjoni ambjentali strateġika meta Parti tiddetermina li jsir dan skond l-artikolu 5, il-paragrafu 1.

4.   Għall-pjani u l-programmi msemmija fil-paragrafu 2 li jiddeterminaw l-użu ta’ żoni żgħar fuq livell lokali u għall-modifikazzjonijiet minuri tal-pjani u l-programmi msemmija fil-paragrafu 2, għandha titwettaq valutazzjoni ambjentali strateġika biss meta Parti tiddetermina li jsir dan skond l-artikolu 5, il-paragrafu 1.

5.   Il-pjani u l-programmi li ġejjin mhumiex soġġetti għal dan il-Protokoll:

(a)

Il-pjani u l-programmi li l-għan waħdieni tagħhom hu li jaqdu d-difiża nazzjonali jew l-emerġenzi ċivili;

(b)

Il-pjani u l-programmi finanzjarji jew baġitarji.

Artikolu 5

Tgħarbil

1.   Kull Parti għandha tiddetermina jekk il-pjani u l-programmi msemmija fl-artikolu 4, il-paragrafi 3 u 4 humiex probabbilment ser ikollhom effetti qawwija fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa permezz ta’ eżami każ b’każ jew permezz tal-ispeċifikar ta’ tipi ta’ pjani u programmi jew permezz ta’ kombinazzjoni taż-żewġ metodi. Għal dan il-għan, kull Parti għandha, fil-każi kollha, tqis il-kriterji stabbiliti fl-anness III.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet ambjentali u tas-saħħa msemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, ikunu kkonsultati meta jiġu applikati l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq.

3.   Sal-limitu xieraq, kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tipprovdi opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku interessat fit-tgħarbil tal-pjani u l-programmi skond dan l-artikolu.

4.   Kull Parti għandha tiżgura disponibbiltà pubblika fil-pront tal-konklużjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għaliex ma kienx hemm ħtieġa ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika, permezz ta’ avviżi pubbliċi jew permezz ta’ mezzi xierqa oħra bħal mhi l-midja elettronika.

Artikolu 6

Evalwazzjoni tal-qasam ta’ applikazzjoni

1.   Kull Parti għandha tistabbilixxi arranġamenti għad-determinazzjoni tal-informazzjoni rilevanti biex tiġi inkluża fir-rapport ambjentali skond l-artikolu 7, il-paragrafu 2.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet tal-ambjent u tas-saħħa msemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, jiġu kkonsultati meta ssir id-determinazzjoni tal-informazzjoni rilevanti biex tiġi inkluża fir-rapport ambjentali.

3.   Sal-limitu xieraq, kull Parti għandha tagħmel ħilitħa biex tipprovdi opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku kkonċernat fil-proċess tad-determinazzjoni tal-informazzjoni rilevanti biex tiġi inkluża fir-rapport ambjentali.

Artikolu 7

Rapport ambjentali

1.   Għall-pjani u l-programmi suġġetti għal valutazzjoni ambjentali, kull Parti għandha tiżgura li jitħejja rapport ambjentali.

2.   Skond id-determinazzjoni taħt l-artikolu 6, ir-rapport ambjentali għandu jidentifika, jiddeskrivi u jevalwa l-effetti sinifikanti li x’aktarx iseħħu fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, bl-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm u l-alternattivi raġonevoli għalihom. Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni bħal din speċifikata fl-anness IV, kif jista’ jintalab li jsir b’mod raġonevoli, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(a)

L-għarfien u l-metodi attwali tal-valutazzjoni;

(b)

Il-kontenut u l-livell ta’ dettall tal-pjan jew il-programm u l-istadju tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

(ċ)

L-interessi tal-pubbliku; u

(d)

L-informazzjoni meħtieġa mill-entità responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li r-rapporti ambjentali jkunu ta’ kwalità suffiċjenti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 8

Parteċipazzjoni pubblika

1.   Kull Parti għandha tiżgura li jkunu hemm opportunitajiet minn kmieni, f’waqthom u effettivi għall-parteċipazzjoni pubblika, meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa, fil-valutazzjoni ambjentali strateġika tal-pjani u l-programmi.

2.   Bl-użu tal-midja elettronika jew b’mezzi xierqa oħra, kull Parti għandha tiżgura li l-abbozz tal-pjan jew il-programm u r-rapport ambjentali jkunu disponibbli għall-pubbliku fi żmien opportun.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-pubbliku kkonċernat, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, ikunu identifikati b’konformità ma’ l-għanijiet tal-paragrafi 1 u 4.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-pubbliku msemmi fil-paragrafu 3 jkollu l-opportunità biex jesprimi ruħu dwar l-abbozz tal-pjan jew il-programm u r-rapport ambjentali matul perjodu ta’ żmien raġonevoli.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li l-arranġamenti dettaljati biex il-pubbliku kkonċernat jiġi infurmat u kkonsultat ikunu determinati u pubblikament disponibbli. Għal dan il-għan, kull Parti għandha tqis, sa limitu xieraq, l-elementi elenkati fl-anness V.

Artikolu 9

Konsultazzjoni ma’ awtoritajiet ambjentali u tas-saħħa

1.   Kull Parti għandha tinnomina l-awtoritajiet li jridu jiġu kkonsultati li, minħabba r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom għall-ambjent jew għas-saħħa, x’aktarx jikkonċernawhom l-effetti tal-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa.

2.   L-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport ambjentali għandhom ikunu disponibbli biex jarawhom l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jingħataw minn kmieni, fil-waqt u b’mod effettiv, l-opportunità biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport ambjentali.

4.   Kull Parti għandha tiddetermina l-arranġamenti dettaljati biex l-awtoritajiet tal-ambjent u tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 jiġu infurmati u kkonsultati.

Artikolu 10

Konsultazzjonijiet transkonfinali

1.   Meta Parti tal-oriġini jidhrilha li l-implimentazzjoni ta’ pjan jew promgramm x’aktarx ser ikollhu effetti transkonfinali sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa jew meta Parti li x’aktarx ser tkun effettwata b’mod sinifikanti titlob dan, il-Parti tal-oriġini għandha mill-aktar fis possibbli qabel l-adozzjoni tal-pjan jew il-programm tinnotifika lill-Parti effettwata.

2.   Din in-notifika għandu jkun fiha, inter alia:

(a)

L-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport ambjentali inkluża informazzjoni dwar l-effetti transkonfinali possibbli tagħhom fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa; u

(b)

Informazzjoni dwar il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluża indikazzjoni ta’ skeda ta’ skadenzi raġonevoli għat-trasmissjoni tal-kummenti.

3.   Il-Parti effettwata għandha, fiż-żmien speċifikat fin-notifika, tindika lill-Parti tal-oriġini jekk tixtieqx tidħol f’konsultazzjonijiet qabel l-adozzjoni tal-pjan jew il-programm u, jekk tindika hekk, il-Partijiet ikkonċernati għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet dwar l-effetti transkonfinali fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, li x’aktarx jinqalgħu meta jiġu implimentati l-pjan jew il-programm u l-miżuri previsti biex jilqgħu kontra, inaqqsu jew jimmitigaw l-effetti avversi.

4.   Meta jitwettqu dawn il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ikkonċernati għandhom jiftehmu dwar arranġamenti dettaljati biex jiżguraw li l-pubbliku kkonċernat u l-awtoritajiet insemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, fil-Parti effettwata, ikunu infurmati u mogħtija l-opportunità biex iressqu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport ambjentali fl-ambitu ta’ skadenzi raġonevoli kif skedati.

Artikolu 11

Deċiżjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li meta pjan jew programm jiġi addottat għandhom jitqiesu b’mod xieraq:

(a)

Il-konklużjonijiet tar-rapport ambjentali;

(b)

Il-miżuri biex jilqgħu kontra, inaqqsu jew jimmitigaw l-effetti avversi identifikati fir-rapport ambjentali; u

(ċ)

Il-kummenti li jkunu waslu skond l-artikoli 8 - 10.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li, meta pjan jew programm jiġu addottati, il-pubbliku, l-awtoritajiet imsemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, u l-Partijiet ikkonsultati skond l-artikolu 10 jiġu infurmati, u li l-pjan jew il-programm ikunu disponibbli għall-użu tagħhom flimkien ma’ dikjarazzjoni li tfisser fil-qosor kif il-konsiderazzjonijiet dwar l-ambjent, inkluża s-saħħa, kienu ġew integrati fihom, kif il-kummenti li waslu skond l-artikoli 8 sa 10 kienu ġew ikkunsidrati u tagħti r-raġunijiet li għalihom ġew addottati fid-dawl tal-alternattivi raġonevoli li kienu ġew ikkunsidrati.

Artikolu 12

Sorveljar

1.   Kull Parti għandha tissorvelja l-effetti sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-pjani u l-programmi addottati skond l-artikolu 11 sabiex, inter alia, jiġu identifikati minn kmieni l-effetti avversi mhux mistennija u tkun tista’ tittieħed azzjoni rimedjali xierqa.

2.   Ir-riżultati tas-sorveljar imwettaq għandhom ikunu disponibbli, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, għall-attenzjoni tal-awtoritajiet imsemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, u tal-pubbliku.

Artikolu 13

Politika u leġislazzjoni

1.   Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-interessi favur l-ambjent, inklużi dawk favur is-saħħa, jiġu kkunsidrati u integrati sal-limitu li jkun xieraq fit-tħejjija tal-proposti tagħha għall-politika u l-leġislazzjoni li x’aktarx ikun ser ikollhom effetti kbar fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa.

2.   Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, kull Parti għandha tqis il-prinċipji u l-elementi xierqa ta’ dan il-Protokoll.

3.   Kull Parti għandha tiddetermina, meta dan ikun xieraq, l-arranġamenti prattiċi għall-konsiderazzjoni u l-integrazzjoni tal-interessi favur l-ambjent, inkluża s-saħħa, skond il-paragrafu 1, filwaqt li titqies il-ħtieġa tat-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

4.   Kull Parti għandha tirraporta lil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 14

Il-laqgħa tal-partijiet għall-konvenzjoni li sservi bħala l-laqgħa tal-partijiet għall-protokoll

1.   Il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni għandha sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll. L-ewwel laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tissejjaħ mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, u flimkien ma’ laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jekk laqgħa ta’ din tal-aħħar hi skedata għal dak il-perjodu. Laqgħat sussegwenti tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li jservu bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandhom isiru flimkien mal-laqgħat tal-Partijiet għall-Konvenzjoni sakemm il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll ma tiddeċidix mod ieħor.

2.   Il-Partijiet għall-Konvenzjoni li mhumiex Partijiet għal dan il-Protokoll jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-proċedimenti ta’ kwalunkwe sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll. Meta l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, id-deċiżjonijiet taħt dan il-Protokoll għandhom jittieħdu biss mill-Partijiet għal dan il-Protokoll.

3.   Meta l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, kwalunkwe membru tal-Burò tal-Laqgħa tal-Partijiet li jirrappreżentaw Parti għall-Konvenzjoni li ma tkunx, f’dak il-ħin, Parti għal dan il-Protokoll għandu jinbidel u floku jidħol membru ieħor li jkun elett minn u minn fost il-Partijiet għal dan il-Protokoll.

4.   Il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tibqa’ teżamina fuq bażi regolari l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u, għal dan il-għan, għandha:

(a)

Teżamina l-politika għall-valutazzjoni ambjentali strateġika u l-approċċi metodoloġiċi addottati għaliha bil-għan li jsir titjib ulterjuri tal-proċeduri previsti skond dan il-Protokoll;

(b)

Tiskambja informazzjoni dwar l-esperjenza miksuba fil-valutazzjoni ambjentali strateġika u fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(ċ)

Tipprova tingaġġa, meta dan ikun xieraq, is-servizzi u l-kooperazzjoni ta’ entitajiet kompetenti b’kompetenza li tkun pertinenti biex jintlaħaq l-għan ta’ dan il-Protokoll;

(d)

Tistabbilixxi dawn l-entitajiet sussidjarji kif jidhrilha li hemm bżonn għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(e)

Meta meħtieġ, tikkunsidra u taddotta proposti għal emendi għal dan il-Protokoll; u

(f)

Tikkunsidra u tiggarantixxi kwalunkwe azzjoni ulterjuri, inkluża azzjoni mwettqa b’mod konġunt skond dan il-Protokoll u l-Konvenzjoni, li jista’ jkun hemm il-ħtieġa għaliha biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan il-Protokoll.

5.   Ir-regoli ta’ proċedura tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis taħt dan il-Protokoll, ħlief meta jiġi deċiż mod ieħor b’konsensus mil-Laqgħa tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll.

6.   Fl-ewwel laqgħa tagħha, il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi tal-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tikkonsidra u taddotta l-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-proċedura tal-eżaminar tal-konformità mal-Konvenzjoni għal dan il-Protokoll.

7.   Kull Parti għandha, kull tant żmien kif determinat mil-Laqgħa tal-partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, tirrapporta lil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll dwar il-miżuri li tkun ħadet biex timplimenta l-Protokoll.

Artikolu 15

Relazzjonijiet ma’ ftehimiet internazzjonali oħra

Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw, bla ħsara, għall-Konvenzjonijiet tal-UNECE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’kuntest transkonfinali u dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u dwar l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

Artikolu 16

Dritt għall-vot

1.   Għajr kif previst fil-paragrafu 2 hawn taħt, kull Parti għal dan il-Protokoll għandu jkollha vot wieħed.

2.   L-organizzazzjonijiet ekonomiċi reġjonali, f’materji li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom, għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot b’għadd ta’ voti ugwali għall-għadd tal-Istati membri tagħhom li jkunu Partijiet għal dan il-Protokoll. Dawn l-organizzazzjonijiet m’għandhomx jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot jekk l-Istati membri tagħhom jeżerċitaw drittijiethom u viċiversa.

Artikolu 17

Segretarjat

Is-segretarjat stabbilit mill-artikolu 13 tal-Konvenzjoni għandu jservi bħala s-segretarjat ta’ dan il-Protokoll u l-artikolu 13, il-paragrafi (a) sa (ċ), tal-Konvenzjoni dwar il-funzjonijiet tas-segretarjat għandu japplika mutatis mutandis għal dan il-Protokoll.

Artikolu 18

Annessi

L-annessi ta’ dan il-Protokoll għandhom jikkostitwixxu parti integrali minnu.

Artikolu 19

Emendi għall-protokoll

1.   Kull Parti tista’ tipproponi emendi għal dan il-Protokoll.

2.   Suġġett għall-paragrafu 3, il-proċedura biex issir proposta, biex titwettaq adozzjoni u biex jiddaħħlu fis-seħħ emendi għall-Konvenzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-artikolu 14 tal-Konvenzjoni, għandha tapplika, mutatis mutandis, għall-emendi għal dan il-Protokoll.

3.   Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll, it-tliet kwarti tal-Partijiet meħtieġa biex emenda tidħol fis-seħħ għall-Partijiet li jkunu rratifikawha, approvawha jew aċċettawha, għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-għadd ta’ Partijiet fil-ħin ta’ meta ssir l-adozzjoni tal-emenda.

Artikolu 20

Risolviment ta’ tilwimiet

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-risolviment tat-tilwimiet tal-artikolu 15 tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan il-Protokoll.

Artikolu 21

Iffirmar

Dan il-Protokoll għandu jinfetaħ għall-iffirmar f’Kiev (l-Ukraina) mill-21 sal-23 ta’ Mejju 2003 u minn din id-data ‘l quddiem fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York sal-31 ta’ Diċembru 2003, mill-Istati membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa kif ukoll mill-Istati li jgawdu status konsultattiv mal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa skond il-paragrafi 8 u 11 tar-riżoluzzjoni 36 (IV) tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tat-28 ta’ Marzu 1947, u mill-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali kkostitwiti minn Stati membri sovrana tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa li għaliha l-Istati membri tagħhom ittrasferixxew il-kompetenza dwar materji rregolati minn dan il-Protokoll, inkluża l-kompetenza biex isiru trattati fir-rigward ta’ dawn il-materji.

Artikolu 22

Depożitarju

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jaġixxi bħala d-Depożitarju ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 23

Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni u adeżjoni

1.   Dan il-Protokoll għandu jkun suġġett għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni minn Stati firmatarji u organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21.

2.   Dan il-Protokoll għandu jinfetaħ għall-adeżjoni mill-1 ta’ Jannar 2004 il quddiem mill-Istati u l-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21.

3.   Kwalunkwe Stat ieħor, mhux imsemmi fil-paragrafu 2 hawn fuq, li hu membru tan-Nazzjonijiet Uniti jista’ jaderixxi għall-Protokoll wara li jiġi approvat mil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll.

4.   Kwalunkwe organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21 li ssir Parti għal dan il-Protokoll mingħajr l-ebda wieħed mill-Istati membri tagħha ma jkunu Parti għandha tkun marbuta bl-obbligi kollha taħt dan il-Protokoll. Jekk Stat Membru wieħed jew aktar ta’ organizzazzjoni bħal din ikunu Parti għal dan il-Protokoll, l-organizzazzjoni u l-Istati membri tagħha għandhom jiddeċiedu dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tagħhom skond dan il-Protokoll. F’każi bħal dawn, l-organizzazzjoni u l-Istati membri tagħha m’għandhomx ikunu intitolati li jeżerċitaw drittijiet skond dan il-Protokoll b’mod konkurrenti.

5.   Fl-istrumenti tagħhom tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, l-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21 għandhom jiddikjaraw il-limitu tal-kompetenza tagħhom fir-rigward tal-materji li huma rregolati minn dan il-Protokoll. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ukoll jinfurmaw lid-Depożitarju dwar kwalunkwe modifikazzjoni rilevanti safejn iwassal il-limitu tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-dsatax-il jum wara d-data tad-depożitu tas-sittax-il strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, kwalunkwe strument iddepożitat minn organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21 m’għandux jingħadd bħala komplimentari għal dawk iddepożitati mill-Istati membri ta’ organizzazzjoni ta’ din ix-xorta.

3.   Għal kull Stat jew organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21 li jirratifikaw, jaċċettaw, jew japprovaw dan il-Protokoll jew li jaderixxu miegħu wara d-depożitu tas-sittax-il strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-dsatax-il jum wara d-data tad-depożitu minn dan l-Istat jew organizzazzjoni tal-istrument tagħhom ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

4.   Dan il-Protokoll għandu japplika għall-pjani, il-programmi, il-politika u l-leġislazzjoni li għalihom l-ewwel att preparatorju formali huwa sussegwenti għad-data li fiha dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ. Meta l-Parti li taħt il-ġurisdizzjoni tagħha l-preparazzjoni ta’ pjan, programm, politika jew leġislazzjoni hi prevista, hija waħda li għaliha japplika l-paragrafu 3, dan il-Protokoll għandu japplika għall-pjani, il-programmi, il-politika u l-leġislazzjoni li għalihom l-ewwel att preparatorju formali huwa sussegwenti għad-data li fiha dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dik il-Parti.

Artikolu 25

Irtirar

Fi kwalunkwe żmien wara erba’ snin mid-data li fih jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll fir-rigward ta’ Parti, din il-Parti tista’ tirtira mill-Protokoll billi tibgħat notifika bil-miktub lid-Depożitarju. Kwalunkwe rtirar bħal dan għandu jibda jgħodd mid-dsatax-il jum wara d-data li fiha tkun waslet in-notifika tal-irtirar għand id-Depożitarju. Kwalunkwe rtirar bħal dan m’għandux jeffettwa l-applikazzjoni tal-artikoli 5 sa 9, 11 u 13 fir-rigward ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika taħt dan il-Protokoll li tkun diġà nbdiet, jew l-applikazzjoni tal-artikolu 10 fir-rigward ta’ notifika jew talba li diġà tkun intgħamlet, qabel dan l-irtirar jidħol fis-seħħ.

Artikolu 26

Testi awtentiċi

L-oriġinal ta’ dan il-Protokoll, li tiegħu it-test Ingliż, t-test Franċiż u t-test Russu kollha huma awtentiċi indaqs, għandu jiġi depożitat mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

B’XIEHDA TA’ DAN, dawn hawn taħt iffirmati, kif debitament awtorizzati għal dan, iffirmaw il-Protokoll preżenti.

MAGĦMUL f’Kiev (l-Ukraina), dan il-wieħed u għoxrin jum ta’ Mejju elfejn u tlieta.

ANNESS I

Lista ta’ proġetti msemmija fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2

1.

Raffineriji ta’ żejt mhux maħdum (esklużi impriżi li jimmanifatturaw biss lubrikanti minn żejt mhux raffinat) u impjanti li kapaċi jirrendu 500 tunnellata metrika jew iktar ta’ faħam jew xisti tal-bitum f’gass u likwidu kuljum.

2.

Impjanti ta’ l-elettriku termiku u impjanti oħra ta’ kombustjoni li jipproduċu sħana ta’ 300 MW jew iktar u impjanti ta’ l-elettriku nukleari u reatturi nukleari oħra (għajr għal impjanti ta’ riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissjonibbli u fertili, li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx 1 KW ta’ piż kontinwu termiku).

3.

Impjanti unikament maħsuba għall-produzzjoni tal-karburanti nukleari jew biex jarrikkixxuhom, għall-ipproċessar mill-ġdid tal-karburanti nukleari irradjati jew għall-ħżin, l-eliminar u l-ipproċessar ta’ l-iskart radjoattiv.

4.

Impjanti kbar għall-fużjoni inizjali tal-ħadid fondut u l-azzar u għall-produzzjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid.

5.

Impjanti għall-estrazzjoni ta’ asbestos u l-ipproċessar u t-trasformazzjoni ta’ l-asbestos u prodotti li fihom l-asbestos: għall-prodotti ta’ asbestos-siment, bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 20 000 tunnellata metrika ta’ prodotti kompluti; għall-materjal ta’ frizzjoni, bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 59 tunnellata metrika ta’ prodotti kompluti, u għal utilizzazzjoni oħra ta’ l-asbestos bi produzzjoni li taqbeż il-200 tunnellata metrika fis-sena.

6.

Impjanti kimiċi integrati.

7.

Kostruzzjoni ta’ awtostradi u toroq oħra għat-traffiku veloċi (1) u ta’ linji ferrovjarji fuq distanzi twal, u ta’ ajruporti (2) li t-tul bażiku tar-ranwej tagħhom ikun 2 100 m jew iktar.

8.

Linji tal-pajpijiet ta’ dijametru wiesa’ għaż-żejt u l-gass.

9.

Portijiet kummerċjali u wkoll ilmijiet interni navigabbli u portijiet għat-traffiku f’ilmijiet interni navigabbli li minnhom jistgħu jgħaddu bastimenti ta’ iktar minn 1 350 tunnellata metrika.

10.

Impjanti għall-eliminazzjoni ta’ skart tossiku u perikoluż permezz ta’ l-inċinerazzjoni jew trattament kimiku, jew irdim.

11.

Digi u ġibjuni kbar.

12.

Attivitajiet ta’ lqugħ ta’ l-ilma taħt l-art f’każi fejn il-volum annwali ta’ l-ilma li jintlaqa’ jammonta għal 10 miljun metru kubu jew aktar.

13.

Impjanti għall-immanifatturar tal-karta u l-polpa tal-karta ta’ produzzjoni li tlaħħaq il-200 tunnellata metrika ta’ prodott imnixxef bl-arja kuljum.

14.

Minjieri kbar u estrazzjoni u pproċessar fuq il-post ta’ minerali metalliċi jew tal-faħam.

15.

Impjanti fuq l-ibħra għall-produzzjoni ta’ l-idrokarboni.

16.

Faċilitajiet kbar għall-ħażna taż-żejt mhux raffinat u ta’ prodotti kimiċi u petrokimiċi.

17.

Deforestazzjoni ta’ żoni kbar.


(1)  Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll:

“Awtostrada” tfisser triq iddisinjata u mibnija speċifikament għat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur, li ma twassalx għall-proprjetajiet li qegħdin fuq il-ġnub tagħha, u li:

(a)

ikollha, għajr f’punti speċifiċi jew b’mod temporanju, karreġġjati separati għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku, separati minn xulxin jew bi strixxa art diviżorja mhux intenzjonata għat-traffiku jew, b’mod eċċezzjonali, permezz ta’ mezzi oħra;

(b)

ma taqsamx fuq l-istess livell ebda triq, linja tal-ferrovija jew linja tat-tramm, jew bankina;

(ċ)

ikollha tabelli speċjali li jimmarkawha bħala awtostrada.

“Triq għat-traffiku veloċi” tfisser triq li tkun riżervata għal traffiku ta’ vetturi bil-mutur aċċessibbli biss minn interkambji jew intersezzjonijiet ikkontrollati u li fiha, b’mod partikolari, mhux permess il-waqfien u l-ipparkjar fil-karreġġjata(i) tagħha.

(2)  Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll, “ajruport” ifisser ajruport li jikkonforma mad-definizzjonijiet mogħtija fil-Konvenzjoni ta’ Chicago ta’ l-1944 li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-anness 14).

ANNESS II

Kull proġett ieħor imsemmi fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2

1.

Proġetti għall-bini mill-ġdid ta’ oqsma rurali.

2.

Proġetti għall-użu ta’ art mhux ikkultivata jew żoni seminaturali għal għanijiet agrikoli intensivi.

3.

Proġetti għall-ġestjoni ta’ l-ilma għall-agrikoltura, inklużi proġetti ta’ irrigazzjoni u tisfija ta’ l-art.

4.

Impjanti għat-tkabbir b’mod intensiv ta’ l-annimali ta’ l-irziezet (inklużi t-tjur).

5.

Afforestazzjoni inizjali u deforestazzjoni bil-għan ta’ konverżjoni għal tip ieħor ta’ użu ta’ l-art.

6.

Tkabbir tal-ħut b’mod intensiv.

7.

Impjanti ta’ l-enerġija nukleari u reatturi nukleari oħra (1) inklużi l-iżmantellar u d-dekummissjonar ta’ dawn l-impjanti jew reatturi nukleari (ħlief għall-impjanti ta’ riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissjonibbli u fertili li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx 1 kilowatt ta’ piż termiku kontinwu), sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

8.

Installazzjoni ta’ kejbils ta’ l- elettriku fil-għoli b’vultaġġ ta’ 220 kV jew iktar u b’tul ta’ 15-il km jew iktar u proġetti oħra għat-trażmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejbils fil-għoli.

9.

Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta’ l-elettriku, l-istim u l-misħun.

10.

Impjanti industrijali għall-ġarr tal-gass, l-istim u l-misħun.

11.

Ħżin ‘il fuq mill-art ta’ karburanti fossili u gass naturali.

12.

Ħżin taħt l-art ta’ gassijiet kombustibbli.

13.

Ippressar industrijali ta’ faħam u linjit.

14.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika.

15.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ l-enerġija permezz ta’ l-isfruttament tar-riħ (impjanti ta’ l-imtieħen tar-riħ).

16.

Impjanti, sakemm mhux inklużi fl-Anness I, imfassla:

Għall-produzzjoni jew l-arrikkiment tal-karburanti nukleari;

Għall-ipproċessar ta’ karburanti nukleari irradjati;

Għar-rimi finali ta’ karburant nukleari irradjat;

Għar-rimi finali ta’ skart radjoattiv biss;

Għall-ħżin (ippjanat għal aktar minn 10 snin) ta’ karburanti nukleari irradjati biss f’sit differenti mis-sit tal-produzzjoni; jew

Għall-ipproċessar u l-ħżin ta’ skart radjoattiv.

17.

Barrieri, xogħol fil-minjieri fil-miftuħ u estrazzjoni tal-pit, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

18.

Xogħol fil-minjieri taħt l-art, sakemm mhux inkluż fl-Anness I.

19.

Estrazzjoni ta’ minerali bit-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar.

20.

Titqib fil-fond (b’mod partikolari titqib ġeotermiku, titqib għall-ħżin ta’ materjal ta’ skart nukleari, titqib għall-provvisti ta’ l-ilma), bl-eċċezzjoni ta’ titqib biex tiġi investigata l-istabbiltà tal-ħamrija.

21.

Impjanti industrijali fuq il-wiċċ ta’ l-art għall-estrazzjoni tal-faħam, iż-żejt mhux raffinat, il-gass naturali u l-minerali metalliċi, kif ukoll tal-blat tafli bituminuż.

22.

Fabbriki integrati għall-ewwel proċeduri ta’ tisħin u tidwib (smelting) fil-produzzjoni tal-ħadid fondut u l-azzar, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

23.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ ħadid mill-forġa jew azzar (fużjoni primarja jew sekondarja) inkluż l-ikkastjar kontinwu.

24.

Impjanti għall-ipproċessar ta’ metalli tal-ħadid (imtieħen għall-produzzjoni tal-folji ta’ l-azzar [hotrolling mills], ferreriji bl-imrietel, applikazzjoni ta’ kisjiet protettivi ta’ metall imdewweb).

25.

Funderiji ta’ metall tal-ħadid.

26.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ metalli li m’għandhomx proprjetajiet tal-ħadid minn minerali ta’ provenjenza, ikkonċentrati jew materjali prima sekondarji permezz ta’ proċeduri metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

27.

Impjanti għat-tidwib, inkluż l-illigar ta’ metalli mhux tal- ħadid, minbarra l-metalli prezzjużi, inklużi prodotti rkuprati (raffinazzjoni, tidwib bil-forġa, eċċ.), sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

28.

Impjanti għat-trattament tal-wiċċ ta’ metalli u materjali tal-plastik b’użu ta’ proċessi elettrolitiċi jew kimiċi.

29.

Manifattura u mmuntar ta’ vetturi bil-mutur u ta’ magni ta’ vetturi bil-mutur.

30.

Tarzni.

31.

Impjanti għall-bini u t-tiswija ta’ l-ajruplani.

32.

Manifattura ta’ tagħmir tal-ferroviji.

33.

Tagħwiġ ta’ metall permezz ta’ splussivi.

34.

Impjanti ta’ l-infurnar u s-sinterizzazzjoni ta’ minerali metalliċi.

35.

Fran tal-kokk (distillazzjoni niexfa tal-faħam).

36.

Impjanti għall-manifattura tas-siment.

37.

Impjanti għall-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ.

38.

Impjanti għat-tidwib ta’ sustanzi minerali inkluża l-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ.

39.

Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz tal-fran, b’mod partikolari madum tal-bjut, blokok, madum/briksijiet reżistenti għas-sħana (refrattorji), madum, xogħol tal-fuħħar u porċellana.

40.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi jew it-trattament ta’ prodotti intermedji, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

41.

Produzzjoni tal-pestiċidi u ta’ prodotti farmaċewtiċi, żebgħa u verniċ, elastomeri u perossidi.

42.

Impjanti għall-ħżin taż-żejt mhux raffinat, ta’ prodotti petrokimiċi jew kimiċi, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

43.

Manifattura taż-żjut u x-xaħmijiet tal-ħxejjex u l-annimali.

44.

Imballaġġ u bbottiljar ta’ prodotti ta’ l-annimali u l-ħxejjex.

45.

Manifattura tal-prodotti tal-ħalib.

46.

Industrija tal-birra u tal-malt.

47.

Manifattura ta’ ħelu u ġulepp.

48.

Impjanti għall-qtil ta’ l-annimali.

49.

Impjanti għall-manifattura ta’ lamtu industrijali.

50.

Fabbriki ta’ l-ikel tal-ħut u taż-żejt tal-ħut.

51.

Fabbriki taz-zokkor.

52.

Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-polpa tal-karti, tal-karti, u tal-kartun, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

53.

Fabbriki għat-trattament minn qabel jew it-tiżbigħ tal-fibri u t-tessuti.

54.

Impjanti għall-ikkunzar tal-ġlud.

55.

Impjanti li jipproċessaw u jipproduċu ċ-ċelluloża.

56.

Manifattura u trattament ta’ prodotti bbażati fuq l-elastomeri.

57.

Impjanti għall-manifattura tal-fibri minerali artifiċjali.

58.

Impjanti għall-irkupru jew il-qerda ta’ sustanzi splussivi.

59.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ l-asbestos u l-manifattura ta’ prodotti ta’ l-asbestos, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

60.

Postijiet tan-negozju tal-ġebel mill-bini maħtut (Knackers yards).

61.

Bankijiet tax-xogħol għall-magni, it-turbini u r-reatturi.

62.

Korsi permanenti għat-tiġrijiet tal-vetturi tal-mutur u l-provi tagħhom.

63.

Linji tal-pajpijiet għat-trasport tal-gass jew iż-żejt, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

64.

Linji tal-pajpijiet għat-trasport ta’ sustanzi kimiċi b’dijametru akbar minn 800 mm u twal aktar minn 40 km.

65.

Kostruzzjoni ta’ linji tal-ferroviji u faċilitajiet għat-trasbord intermodali, u ta’ terminali intermodali, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

66.

Kostruzzjoni ta’ linji tat-tramm, ferroviji elevati u ta’ taħt l-art, linji mdendla jew linji simili ta’ tip partikolari użati esklussivament jew prinċipalment għat-trasport tal-passiġġieri.

67.

Kostruzzjoni ta’ toroq, inklużi l-allinjament mill-ġdid u/jew it-twessigħ ta’ kwalunkwe triq eżistenti, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

68.

Kostruzzjoni ta’ portijiet u ta’ installazzjonijiet portwarji, inklużi portijiet għas-sajd, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

69.

Kostruzzjoni ta’ passaġġi bl-ilma interni u portijiet għat-traffiku fil-passaġġi bl-ilma interni, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

70.

Portijiet kummerċjali, mollijiet għat-tagħbija u l-ħatt, imgħaqqda ma’ l-art u ‘l barra mill-portijiet, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

71.

Xogħlijiet ta’ kanali u ta’ għajnuna kontra l-għargħar.

72.

Bini ta’ ajruporti (2) u mtajar, sakemm mhumiex inklużi fl-Anness I.

73.

Impjanti għall-eliminazzjoni ta’ l-iskart (inkluż ir-radam), sakemm mhux inkluż fl-Anness I.

74.

Impjanti għall-inċinerazzjoni jew it-trattament kimiku ta’ skart mhux ta’ periklu.

75.

Ħżin ta’ ħadid għall-iskart (scrap iron), inklużi vetturi għall-iskrapp.

76.

Siti għad-depożitu tal-ħama.

77.

Sistemi ta’ estrazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art jew skemi biex tingħata enerġija mill-ġdid lill-ilma tax-xorb ta’ taħt l-art, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

78.

Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi ta’ l-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar.

79.

Impjanti għat-trattament ta’ l-ilma użat.

80.

Digi u installazzjonijiet oħra mfassla għaż-żamma lura ta’ l-ilma jew għall-ħżin tiegħu għat-tul jew fuq bażi permanenti, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

81.

Xogħol mal-kosta biex jikkumbatti l-erożjoni u xogħlijiet marittimi kapaċi li jibdlu l-kosta permezz tal-bini ta’, per eżempju, digi, mollijiet, pontijiet u xogħlijiet oħra ta’ difiża kontra l-baħar, għajr għall-manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta’ xogħlijiet bħal dawn.

82.

Stallazzjonijiet ta’ akkwedotti fuq distanzi twal.

83.

Pisti ta’ l-iski, liftijiet ta’ l-iski u karozzi teleferiċi (cable cars) u żviluppi assoċjati.

84.

Marini.

85.

Villaġġi għall-vaganzi u kumplessi ta’ lukandi ‘l barra miż-żoni urbani u l-iżviluppi assoċjati magħhom.

86.

Siti għall-ikkampjar u għall-karavannijiet fuq bażi permanenti.

87.

Parks tematiċi.

88.

Proġetti għall-iżvilupp ta’ kumplessi industrijali.

89.

Proġetti għall-iżvilupp urban, inkluż il-bini ta’ ċentri kummerċjali u parkeġġi.

90.

Reklamazzjoni ta’ l-art mill-baħar.

(1)  Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll, impjanti ta’ l-enerġija nukleari u reatturi nukleari oħra ma jibqgħux jeżistu bħala tali meta l-karburanti nukleari kollha u elementi oħra kontaminati b’mod radjoattiv ikun mneħħija mis-sit ta’ l-impjanti fuq bażi permanenti.

(2)  Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll, “ajruport” ifisser ajruport li jikkonforma mad-definizzjonijiet mogħtija fil-Konvenzjoni ta’ Chicago ta’ l-1944 li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-Anness 14).

ANNESS III

Kriterji biex jiġu determinati l-effetti sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, li x’aktarx iseħħu, imsemmija fl-artikolu 5, il-paragrafu 1

1.

Ir-relevanza tal-pjan jew il-programm għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali, inkluż dwar is-saħħa, b’mod partikolari bil-għan li tingħata spinta lill-iżvilupp sostenibbli.

2.

Il-grad sa fejn il-pjan jew il-programm jistabbilixxu qafas għall-proġetti u attivitajiet oħra, jew fir-rigward ta’ sit, natura, daqs u kundizzjonijiet operattivi jew permezz tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

3.

Il-grad sa fejn il-pjan jew il-programm jinfluwenzaw pjani u programmi oħra inklużi dawk f’ġerarkija.

4.

Problemi ambjentali, inklużi tas-saħħa, rilevanti għall-pjan jew il-programm.

5.

In-natura tal-effetti ambjentali, inklużi fuq is-saħħa, bħal mhuma l-probabbiltà, it-tul ta’ żmien, il-frekwenza, ir-reversibbiltà, il-kobor u l-limitu (bħal, per eżempju, iż-żona ġeografika jew il-kobor tal-popolazjoni li x’aktarx ikunu ser jintlaqtu mill-effetti).

6.

Ir-riskji għall-ambjent, inklużi għas-saħħa.

7.

In-natura transkonfinali tal-effetti.

8.

Il-limitu sa fejn il-pjan jew il-programm ikunu ser jeffettwaw żoni ta’ preġju inklużi żoni vulnerabbli inklużi l-pajsaġġi ta’ status ta’ protezzjoni rikonoxxut nazzjonalment u internazzjonalment.

ANNESS IV

Informazzjoni msemmija fl-artikolu 7, il-paragrafu 2

1.

Il-kontenut u l-għanijiet prinċipali tal-pjan jew il-programm u r-rabta tagħhom ma’ pjani jew programmi oħra.

2.

L-aspetti rilevanti tal-istat attwali tal-ambjent, inkluża tas-saħħa, u kif x’aktarx dawn ser jevolvu jekk il-pjan jew il-programm ma jiġux implimentati.

3.

Il-karatteristiċi tal-ambjent, inkluża s-saħħa, f’oqsma li x’aktarx ser jiġu effettwati b’mod sinifikanti.

4.

Il-problemi ambjentali, inklużi tas-saħħa, li huma rilevanti għall-pjan jew il-programm.

5.

L-għanijiet ambjentali, inklużi dawk dwar is-saħħa, stabbiliti fuq livell internazzjonali, nazzjonali u fuq livelli oħra li huma rilevanti għall-pjan jew il-programm, u l-modi kif dawn l-għanijiet u konsiderazzjonijiet oħra ambjentali, inkluż dwar is-saħħa, ġew meqjusa matul it-tħejjija tagħhom.

6.

L-effetti sinifikanti ambjentali, inklużi fuq is-saħħa li x’aktarx iseħħu (1) kif stabbilit fl-artikolu 2, il-paragrafu 7.

7.

Il-miżuri biex jiġu evitati, jitnaqqsu jew jiġu mitigati kwalunkwe effetti avversi sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm.

8.

Il-punti prinċipali tar-raġunijiet għall-għażla tal-alternattivi ttrattati u deskrizzjoni ta’ kif saret il-valutazzjoni inklużi d-diffikultajiet li nqalgħu biex tingħata l-informazzjoni li trid tiġi inkluża - diffikultajiet bħal mhuma d-defiċjenzi tekniċi jew in-nuqqas ta’ għarfien.

9.

Il-miżuri previsti għas-sorveljar tal-effetti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, bl-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm.

10.

L-effetti sinifikanti transkonfinali li x’aktarx ikun hemm fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa.

11.

Ġabra fil-qosor tal-informazzjoni pprovduta li mhix ta’ natura teknika.

(1)  Dawn l-effetti għandhom jinkludu l-effetti sekondarji, kumulattivi, sinerġetiċi, permanenti u temporanji, pożittivi u negattivi u l-effetti fuq medda ta’ żmien qasir, medju u għat-tul.

ANNESS V

Informazzjoni msemmija fl-artikolu 8, il-paragrafu 5

1.

Il-pjan jew il-programm proposti u n-natura tagħhom.

2.

L-awtorità responsabbli mill-adozzjoni tagħhom.

3.

Il-proċedura prevista, inklużi:

(a)

Il-fażi tal-bidu tal-proċedura;

(b)

L-opportunitajiet biex il-pubbliku jipparteċipa;

(ċ)

Il-ħin u l-post ta’ meta u fejn tkun ser issir l-udjenza pubblika:

(d)

L-awtorità mingħand min tista’ tinkiseb l-informazzjoni u fejn kienet iddepożitata l-informazzjoni rilevanti biex tkun tista’ tiġi eżaminata mill-pubbliku;

(e)

L-awtorità li lilha jistgħu jiġu indirizzati l-kummenti jew il-mistoqsijiet u l-ħin skedat għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet; u

(f)

Liema informazzjoni ambjentali, inkluż dwar is-saħħa, rilevanti għall-pjan jew il-programm proposti hi disponibbli.

4.

Jekk il-pjan jew il-programm humiex x’aktarx suġġetti għal proċedura ta’ valutazzjoni transkonfinali.

Top