This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document b98b8a67-d0fb-11ea-adf7-01aa75ed71a1
International Agreement between the European Union and the Republic of Turkey on the participation of the Republic of Turkey in the Union programme Horizon 2020 – the Framework Programme for Research and Innovation (2014-2020)
Consolidated text: Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
02020A0622(01) — MT — 20.12.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
FTEHIM INTERNAZZJONALI (ĠU L 199 22.6.2020, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 199 |
10 |
22.6.2020 |
||
FTEHIM INTERNAZZJONALI
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”, f’isem l-Unjoni Ewropea,
minn naħa, u
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Turkija”,
min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejħa flimkien “il-Partijiet”.
BILLI:|
(1) |
Il-Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programmi tal-Komunità ġie adottat fis-26 ta’ Frar 2002 u daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Settembru 2002 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Kwadru”) ( 1 ) u jħalli f’idejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija biex jiddeterminaw, permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil ( 2 ), it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja, fir-rigward ta’ tali parteċipazzjoni f’kull programm partikolari. |
|
(2) |
Il-programm il-ġdid tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni “Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”) ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). |
|
(3) |
Orizzont 2020 għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tal-Unjoni tal-Innovazzjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, dwar l-assoċjazzjoni ma’ Orizzont 2020, it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni (inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja, li għandha tkun ibbażata fuq il-prodott domestiku gross tal-pajjiż assoċjat) għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiż assoċjat. |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni — Il-Programm
1. It-Turkija għandha tipparteċipa bħala pajjiż assoċjat fil-Programm, li jikkonsisti minn dawn:
ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020);
ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006, inklużi l-atti delegati u kull regola oħra sussegwenti;
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE ( 5 ) li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 u kull regola oħra relatata mal-implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 ( 7 ), li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, għandu japplika wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet Torok fil-Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni.
Artikolu 2
Termini u kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Programm
1. It-Turkija għandha tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Programm skont l-objettivi, il-kriterji u l-proċeduri definiti fil-Programm u t-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati f’dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu.
2. L-entitajiet legali stabbiliti fit-Turkija għandhom jieħdu sehem f’azzjonijiet indiretti tal-Programm bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-entitajiet legali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti jew imsemmija f’dan il-Ftehim.
3. L-entitajiet legali stabbiliti fit-Turkija għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-entitajiet legali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
4. L-entitajiet legali stabbiliti fit-Turkija għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni.
5. F’każ li l-Unjoni tistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 185 u 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), it-Turkija għandu jkollha l-permess li tipparteċipa fl-istrutturi legali maħluqin skont dawk id-dispożizzjonijiet, f’konformità mad-deċiżjonijiet u r-regolamenti li ġew adottati jew li jkunu ġew adottati għall-istabbiliment ta’ dawk l-istrutturi legali. L-entitajiet legali stabbiliti fit-Turkija għandhom jieħdu sehem fl-azzjonijiet indiretti abbażi tal-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE.
6. Biex tipparteċipa fil-Programm, it-Turkija għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 3 ta’ hawn taħt u l-Anness II ta’ dan il-Ftehim.
7. Ir-rappreżentanti tat-Turkija għandu jkollhom il-permess li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kumitati responsabbli kemm għall-monitoraġġ tal-implementazzjoni tal-Programm li t-Turkija tikkontribwixxi finanzjarjament għalih, kif ukoll għal dawk il-punti li jikkonċernaw lit-Turkija.
Fil-ħin tal-votazzjoni, dawn il-kumitati għandhom jiltaqgħu mingħajr il-preżenza tar-rappreżentanti tat-Turkija. It-Turkija għandha tkun infurmata bir-riżultat.
Il-parteċipazzjoni kif jirriferi għaliha dan il-paragrafu għandha tieħu l-istess forma, inklużi l-proċeduri dwar kif tasal l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, bħal dik applikabbli għar-rappreżentanti minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.
8. Ir-rappreżentanti tat-Turkija għandhom jieħdu sehem fil-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka skont ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Il-parteċipazzjoni kif jirriferi għaliha dan il-paragrafu għandha tieħu l-istess forma, inklużi l-proċeduri dwar kif tasal l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, bħal dik applikabbli għar-rappreżentanti minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.
9. Għandu jintuża lsien uffiċjali tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Ingliż, għall-proċeduri marbutin mat-talbiet, mal-ftehimiet ta’ għotja u mar-rapporti, kif ukoll għal aspetti oħra legali u amministrattivi tal-Programm.
10. L-ispejjeż tal-ivvjaġġjar u tas-sussistenza mġarrba mir-rappreżentanti u l-esperti tat-Turkija għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom bħala osservaturi fil-ħidma tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 10.1 tad-Deċiżjoni 2013/743/UE li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020, jew il-parteċipazzjoni tagħhom f’laqgħat oħra marbutin mal-implimentazzjoni tal-Programm, għandhom jitħallsu lura mill-Kummissjoni fl-istess linja u skont l-istess proċeduri fis-seħħ bħal fil-każ tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja
1. Għal kull sena li tipparteċipa fil-Programm, it-Turkija għandha tħallas kontribuzzjoni finanzjarja lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija għandha tiżdied mal-ammont assenjat kull sena fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biex jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji li jinħolqu mill-għamliet differenti ta’ miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni, l-immaniġġjar u l-operazzjoni tal-Programm.
2. Parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija tista’ tiġi ffinanzjata skont l-istrumenti rilevanti tal-għajnuna esterna tal-Unjoni, jekk it-Turkija titlob dan.
3. Ir-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 4
Rapportar u valutazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm, il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-Programm għandha tiġi mmonitorjata kontinwament fuq bażi ta’ sħubija li tinvolvi lill-Kummissjoni u lit-Turkija.
2. Ir-regoli li jikkonċernaw il-kontroll finanzjarju u miżuri oħra kontra l-frodi huma stabbiliti fl-Anness III ta’ dan il-Ftehim.
3. It-Turkija għandha tippreżenta wkoll lill-Kummissjoni ir-rapporti rilevanti għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Programm u d-diskussjonijiet fil-Kumitat Konġunt li għandu jitwaqqaf skont dan il-Ftehim.
Artikolu 5
Kumitat tal-UE u t-Turkija dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
1. Għandu jitwaqqaf skont dan il-Ftehim kumitat li għandu jissejjaħ “Kumitat tal-UE u t-Turkija dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni” (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Konġunt”).
2. Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jinkludu li:
3. Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob li ssir laqgħa tal-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
4. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u tat-Turkija.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Wara li jiġi ffirmat, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha t-Turkija tkun innotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, li l-kundizzjonijiet interni neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ġew issodisfati.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli proviżorjament malli jiġi ffirmat. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 u għad-durata kollha tal-Programm.
2. Dan il-Ftehim jista’ jiġi terminat minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe mument matul il-perjodu tal-Programm, permezz ta’ avviż bil-miktub li jinforma bl-intenzjoni li tintemm il-parteċipazzjoni fil-Programm.
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, it-terminazzjoni tal-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur kalendarji wara d-data li fiha l-avviż bil-miktub ikun wasal għand id-destinatarju.
L-iskadenza u/jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jaffettwaw:
kwalunkwe proġett jew attività li jkun/tkun għaddej(ja);
l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim kuntrattwali li japplika għal dawn l-attivitajiet jew proġetti, kif stipulat fis-subparagrafu 2(a) ta’ hawn fuq.
Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha tħallas lura lit-Turkija l-parti tal-kontribuzzjoni tagħha lejn il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li ma tkunx se tintefaq minħabba t-terminazzjoni.
3. L-Annessi jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
4. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat biss bil-miktub u bil-kunsens komuni tal-Partijiet.
5. L-assoċjazzjoni tat-Turkija mal-programm qafas tal-Unjoni li jmiss, jekk it-Turkija titlob dan, għandha tkun soġġetta għal Ftehim ġdid li jkollu jiġi maqbul bejn il-Partijiet.
Magħmul f’Istanbul fl-4 ta’ Ġunju tas-sena elfejn u erbatax, f’żewġ verżjonijiet oriġinali, bl-Ingliż u bit-Tork, biż-żewġ testijiet awtentiċi ndaqs.
Għar-Repubblika tat-Turkija,
Ahmet YÜCEL
Aġent sottosegretarju tal-Ministeru tal-Affarijiet tal-UE tar-Repubblika tat-Turkija
Għall-Kummissjoni,
f’isem l-Unjoni Ewropea
Robert-Jan SMITS
Id-Direttur Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea
ANNESS I
Termini u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali tat-Turkija fil-Programm
1. Għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-Programm, “entità legali” tfisser kull persuna fiżika jew kull persuna ġuridika stabbilita fit-Turkija skont il-liġi nazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li meta taġixxi f’isimha stess tista’ teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi. Fil-każ ta’ persuni fiżiċi, ir-referenzi għall-istabbiliment jitqiesu li jirriferu għar-residenza abitwali.
2. Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali tat-Turkija fil-Programm għandha ssegwi l-kundizzjonijiet stabbiliti għal entitajiet legali li jkunu stabbiliti ġewwa “pajjiż assoċjat”, kif speċifikat fir-regoli għall-parteċipazzjoni.
L-entitajiet legali stabbiliti fit-Turkija għandhom ikunu eliġibbli għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-qafas tal-Programm Orizzont 2020.
Entità legali stabbilita f’pajjiż ieħor assoċjat mal-Programm għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi skont dan il-Ftehim bħall-entitajiet legali stabbiliti fi Stat Membru, diment li dan il-pajjiż assoċjat fejn tkun stabbilita l-entità legali jkun ftiehem ukoll li jagħti l-istess drittijiet u obbligi lill-entitajiet legali tal-pajjiżi assoċjati l-oħra.
3. Fl-għażla tal-esperti indipendenti għall-kompiti għandhom jitqiesu l-entitajiet legali tat-Turkija, flimkien ma’ dawk tal-Unjoni, u skont il-kundizzjonijiet previsti fir-regoli dwar il-parteċipazzjoni.
4. Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz, fil-qafas tad-dispożizzjonijiet eżistenti, sabiex jiffaċilitaw il-moviment liberu u r-residenza tax-xjenzjati li jieħdu sehem fl-attivitajiet koperti b’dan il-Ftehim u sabiex ikun iffaċilitat il-moviment transfruntier għal merkanzija u servizzi maħsubin biex jintużaw f’dawn l-attivitajiet.
ANNESS II
Ir-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija għall-Programm (2014-2020)
I. Kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija għall-Programm għandha tiġi stabbilita kull sena proporzjonalment u b’żieda mal-ammont disponibbli kull sena fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-approprjazzjonijiet ta’ impenji meħtieġa għall-implimentazzjoni, l-immaniġġjar u l-operazzjoni tal-Programm.
2. Il-fattur ta’ proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni tat-Turkija għandu jkun daqs il-proporzjon bejn il-prodott domestiku gross tat-Turkija, fi prezzijiet tas-suq, u s-somma tal-prodotti domestiċi grossi, fi prezzijiet tas-suq, tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-prodotti domestiċi grossi għandhom ikunu dawk ippubblikati l-aħħar għall-istess sena mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat), disponibbli fiż-żmien tan-negozjar ta’ dan il-Ftehim (jiġifieri s-sena 2011). Il-fattur ta’ proporzjonalità stabbilit għall-ewwel sena ta’ parteċipazzjoni fil-livell ta’ 4,184 % għandu jibqa’ fiss għas-snin ta’ wara.
3. ►M1 Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħha fil-Programm, il-kontribuzzjoni tar-Repubblika tat-Turkija se jiġi implimentat għas-snin finanzjarji rispettivi billi jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni kif ġej:
4. Fir-raba’ sena wara li jibda japplika dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jirrevedu l-fattur ta’ proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija, abbażi tad-data dwar il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet Torok f’azzjonijiet indiretti u diretti fil-qafas tal-Programm fis-snin 2014-2016.
5. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lit-Turkija, kemm jista’ jkun malajr, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel kull sena finanzjarja, l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-materjal ta’ sfond rilevanti:
Ladarba l-baġit ġenerali jkun ġie adottat, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lit-Turkija, fid-dikjarazzjoni tan-nefqa korrispondenti għall-parteċipazzjoni tat-Turkija, l-ammonti aħħarija msemmija fl-ewwel subparagrafu.
II. Ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija
1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ, l-iktar tard sat-30 ta’ Jannar u l-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena finanzjarja, sejħa għall-fondi lit-Turkija li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tagħha fil-qafas ta’ dan il-Ftehim.
2. Dawn is-sejħiet għall-fondi għandhom jipprovdu, rispettivament, għall-pagament ta’:
L-ewwel sejħa għall-fondi għal kull sena finanzjarja għandha tiġi kkalkulata skont l-ammont imniżżel fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-abbozz tal-baġit: ir-regolarizzazzjoni tal-ammont li jitħallas għandha ssir mal-pagament tat-tieni sejħa għall-fondi għall-istess sena finanzjarja.
Għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha toħroġ l-ewwel sejħa għall-fondi, b’effett retroattiv, fi żmien 30 jum mill-iffirmar tiegħu. Jekk din is-sejħa toħroġ wara l-15 ta’ Ġunju, għandha tipprevedi għall-ħlas ta’ tnax minn kull tnax tal-kontribuzzjoni tat-Turkija fi żmien 60 jum, ikkalkulat abbażi tal-ammont stipulat fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-baġit.
3. Fl-aħħar sena tal-Programm, għandha toħroġ sejħa waħda għall-fondi mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju li tikkorrispondi għall-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tat-Turkija għas-sena finanzjarja 2020. L-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni Torka għandu jitħallas sa mhux aktar tard minn 60 jum wara s-sejħa għall-fondi fl-2020.
4. Il-kontribuzzjoni tat-Turkija għandha tkun espressa u mħallsa f’euro.
5. Il-ħlas mit-Turkija għandu jiġi kkreditat lill-programmi tal-Unjoni bħala dħul għall-baġit allokat għal-linja tal-baġit xierqa fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-immaniġġjar tal-approprjazzjonijiet.
6. It-Turkija għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha skont dan il-Ftehim kif speċifikat fil-punt II, 2 tal-Anness II.
Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jiskatta l-ħlas ta’ imgħax ta’ inadempjenza mit-Turkija fuq l-ammont pendenti, u dan mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax fuq l-ammonti riċevibbli mhux imħallsa fid-data dovuta għandha tkun ir-rata li japplika l-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar meta kellu jsir il-pagament, u miżjuda b’punt u nofs perċentwali.
Fil-każ li d-dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni ikun tali li jista’ jipperikola b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni u l-immaniġġjar tal-Programm, il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-Programm għandha tkun sospiża mill-Kummissjoni wara nuqqas ta’ ħlas, u dan isir 20 jum ta’ xogħol minn meta tintbagħat ittra formali ta’ tfakkira, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet ta’ għotja u/jew il-kuntratti diġà konklużi rilevanti għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti magħżula.
7. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena li taħbat wara sena finanzjarja, id-dikjarazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-Programm għal dik is-sena finanzjarja għandha titħejja u tintbagħat lit-Turkija għall-informazzjoni tagħha, skont il-format tar-rendikont tad-dħul u l-infiq tal-Kummissjoni.
8. Fil-mument tal-għeluq tal-kontijiet marbutin ma’ kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni, fil-qafas tal-istabbiliment tar-rendikont tad-dħul u l-infiq, għandha tipproċedi għar-regolarizzazzjoni tal-kontijiet fir-rigward tal-parteċipazzjoni tat-Turkija.
Din ir-regolarizzazzjoni għandha tqis l-emendi li jkunu saru, sew bi trasferiment, kanċellazzjonijiet, trasferimenti ’l quddiem, diżimpenji, sew permezz ta’ baġits supplimentari jew ta’ emenda matul is-sena finanzjarja.
Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir fil-mument tat-tieni ħlas għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għall-aħħar sena f’Lulju 2021. Aktar regolarizzazzjoni għandha ssir kull sena sal-2023.
ANNESS III
Kontroll finanzjarju tal-parteċipanti Torok fil-Programm
I. Komunikazzjoni diretta
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika direttament mal-parteċipanti fil-Programm stabbiliti fit-Turkija, kif ukoll mas-subkuntratturi tagħhom. Dawn jistgħu jressqu direttament lill-Kummissjoni kull informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti li huma jintalbu jippreżentaw abbażi tal-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim, kif ukoll abbażi tal-ftehimiet ta’ għotja u/jew tal-kuntratti diġà konklużi għall-implimentazzjoni tagħhom.
II. Awditi
1. B’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) u mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 ( 9 ) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regoli ta’ Applikazzjoni”), kif ukoll mar-regoli l-oħra msemmija f’dan il-Ftehim, il-ftehimiet ta’ għotja u/jew il-kuntratti konklużi ma’ parteċipanti fil-Programm stabbiliti fit-Turkija jistgħu jipprevedu għal awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew ta’ natura oħra, li jistgħu jsiru fi kwalunkwe mument fil-proprjetà tal-parteċipanti u tas-subkuntratturi tagħhom, minn aġenti tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b’mandat tal-Kummissjoni.
2. Aġenti tal-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u persuni oħrajn b’mandat mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, xogħlijiet u dokumenti (kemm elettroniċi u kemm fuq il-karta), kif ukoll għal kull informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu tali awditi, soġġett għall-inklużjoni ta’ dan id-dritt għall-aċċess li għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu fil-ftehimiet ta’ għotja u/jew fil-kuntratti konklużi biex jiġu implimentati l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim ma’ parteċipanti mit-Turkija.
3. L-awditi jistgħu jsiru wara li jiskadi l-Programm jew dan il-Ftehim, bil-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet ta’ għotja u/jew fil-kuntratti kkonċernati. Kull awditu li jsir wara l-iskadenza tal-Programm jew ta’ dan il-Ftehim għandu jsir skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
III. Kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni (OLAF)
1. Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), għandha tkun awtorizzata li tagħmel kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fil-proprjetà tal-parteċipanti u tas-subkuntratturi tagħhom mit-Turkija, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 10 ).
2. Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti tat-Turkija maħtura mill-gvern Tork. L-awtorità maħtura għandha tiġi nnotifikata kmieni biżżejjed bil-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex tkun tista’ tipprovdi assistenza. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Torok jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
3. Jekk l-awtoritajiet Torok ikkonċernati jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u minnhom stess.
4. Meta l-parteċipanti fil-Programm jopponu kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Torok, filwaqt li jaġixxu skont ir-regoli u r-regolamenti nazzjonali, għandhom jassistu lill-ispetturi tal-Kummissjoni, kemm ikun xieraq u meħtieġ biex dawn ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fejn jidħol il-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità kompetenti Torka b’kull fatt jew suspett relatat ma’ irregolarità li tkun intebħet bih waqt il-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq bir-riżultati ta’ tali kontrolli u spezzjonijiet.
IV. Informazzjoni u konsultazzjoni
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija u tal-Unjoni għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni regolarment, sakemm dan ma jkunx ipprojbit jew illeċitu skont regoli u regolamenti nazzjonali u, b’talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandhom jorganizzaw konsultazzjonijiet.
2. L-awtoritajiet kompetenti Torok għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xieraq b’kull fatt jew suspett li jkunu ntebħu bih u li jkun relatat ma’ irregolarità dwar il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-għotja u/jew kuntratti konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti imsemmija f’dan il-Ftehim.
V. Kunfidenzjalità
Informazzjoni li tkun ikkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma fil-qafas ta’ dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u protetta bl-istess mod bħal ma tkun protetta informazzjoni simili permezz tal-liġi Torka u permezz tad-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata ħlief lil persuni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew fl-Istati Membri jew fit-Turkija li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu legalment li huma jkunu jafuha, u tali informazzjoni lanqas ma għandha tintuża għal skopijiet oħra ħlief sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet ( 11 ).
VI. Miżuri u penali amministrattivi
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali tat-Turkija, il-Kummissjoni tista’ timponi miżuri u penali amministrattivi skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 ( 12 ).
VII. Irkupru u infurzar
Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ dan il-Ftehim li jimponu obbligu monetarju fuq persuni li mhumiex Stati għandhom ikunu infurzati fit-Turkija.
L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu jkun seħħ. It-titolu għall-eżekuzzjoni għandu jiġi mehmuż mad-deċiżjoni, mingħajr formalitajiet oħra għajr għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-gvern tat-Turkija għandu jaħtar għal dan il-għan u li l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa biha.
Meta jitlestew dawn il-formalitajiet, b’talba tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tkun tista’ tipproċedi bl-eżekuzzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali, billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti.
( 1 ) ĠU L 61, 2.3.2002, p. 29.
( 2 ) Dan il-Ftehim Internazzjonali jikkostitwixxi u għandu l-istess effetti legali fuq it-termini u l-kundizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fi Programmi Komunitarji bħall-Memorandum ta’ Qbil imsemmi fil-Ftehim ta’ Qafas.
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174).
( 8 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
( 9 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
( 11 ) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
( 12 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).