Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument afa94a66-0fa2-11ee-b12e-01aa75ed71a1
Council Decision (EU) 2023/701 of 21 March 2023 on the position to be adopted on behalf of the European Union in the Joint Consultative Working Group established by the Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community as regards the amendment of its rules of procedure
Konsolidirano besedilo: Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/701 tal-21 ta’ Marzu 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emendar tar-regoli ta’ proċedura tiegħu
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/701 tal-21 ta’ Marzu 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emendar tar-regoli ta’ proċedura tiegħu
02023D0701 — MT — 30.03.2023 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/701 tal-21 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 092 30.3.2023, p. 8) |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/701
tal-21 ta’ Marzu 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emendar tar-regoli ta’ proċedura tiegħu
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tal-Protokoll (“il-grupp ta’ ħidma”) dwar deċiżjoni li temenda r-regoli ta’ proċedura tal-grupp ta’ ħidma, hija stabbilita fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-grupp ta’ ħidma mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha..
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU .../2023 TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
ta’ …
li temenda r-regoli ta’ proċedura tiegħu
Artikolu 1
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt għandhom jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara d-data tal-adozzjoni tagħha.
ANNESS
Ir-Regola 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt (Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat) hija emendata kif ġej:
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u fis-sottogruppi strutturati”;
jiżdiedu l-punti 3, 4 u 5 li ġejjin:
Fejn xieraq, il-grupp ta’ ħidma għandu jkun appoġġat minn sottogruppi strutturati, magħmula minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Gvern tar-Renju Unit, li ser jassistu lill-grupp ta’ ħidma fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala forum effettiv għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-konsultazzjoni reċiproka.
Għandhom isiru laqgħat fis-sottogruppi strutturati, skont il-bżonn, biex jiġi żgurat li l-fehmiet tar-Renju Unit dwar l-atti tal-Unjoni ppjanati li dwarhom għandu jsir skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 15(3) tal-Protokoll jitqiesu mill-Unjoni f’waqthom.
Ir-regoli kollha previsti f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura fir-rigward tal-laqgħat għandhom japplikaw mutatis mutandis għal-laqgħat tas-sottogruppi strutturati.”
( 1 ) ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.