Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document EESC-2025-02123-AC

Opinjoni - Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - Strateġija għas-soċjetà ċivili

EESC-2025-02123-AC

OPINJONI

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Strateġija għas-soċjetà ċivili

_____________

Strateġija tal-UE għall-appoġġ, il-protezzjoni u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili

(opinjoni mitluba mill-Kummissjoni Ewropea 1 )

SOC/840

Relaturi ġenerali:

Pietro Vittorio BARBIERI

Peter SCHMIDT

Christa SCHWENG

MT

Bażi legali

Artikolu 51(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

Konsultazzjoni

13/5/2025

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adozzjoni fis-sessjoni plenarja

17/7/2025

Sessjoni plenarja Nru

598

Riżultat tal-votazzjoni
(favur/kontra/astensjonijiet)

152/00/02

1.Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1Il-KESE ġie stabbilit fl-1957 bit-Trattat ta’ Ruma bħala korp konsultattiv għall-istituzzjonijiet tal-UE. Dan jippermetti lis-soċjetà ċivili organizzata tesprimi l-fehmiet tagħha fil-livell Ewropew u twassal il-vuċi tagħha fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE. Il-KESE kellu rwol sinifikanti fl-avvanz tad-djalogu ċivili matul l-istorja, u b’din l-Opinjoni se jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea pjan ta’ azzjoni għal strateġija għas-soċjetà ċivili u proposta għal pjattaforma konġunta tas-soċjetà ċivili.

1.2Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għal strateġija komprensiva għas-soċjetà ċivili u pjattaforma tas-soċjetà ċivili. Dan huwa ferm aktar urġenti meta wieħed iqis ix-xenarju attwali fejn id-demokrazija tinsab mhedda u l-ispazji tas-soċjetà ċivili qed jiċkienu, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fuq livell globali.

1.3Strateġija tal-UE għas-soċjetà ċivili għandha tintroduċi miżuri bbażati fuq:

·ambjent sikur u abilitanti għas-soċjetà ċivili;

·is-sostenibbiltà u l-indipendenza (permezz tal-finanzjament); u

·parteċipazzjoni ċivika u djalogu ċivili aktar b’saħħithom (permezz tal-istrutturar u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi eżistenti).

1.4L-istrateġija għandha tinkludi ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili, iffaċilitat mill-KESE, biex jiġu żgurati prattiki konsistenti ta’ djalogu ċivili fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE.

1.5Il-KESE jisħaq ukoll li strateġija għas-soċjetà ċivili u pjattaforma ta’ djalogu ċivili għandhom ikunu akkumpanjati minn kooperazzjoni interistituzzjonali aktar b’saħħitha u djalogi aktar strutturati u inklużivi fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-KESE.

1.6Abbażi tal-esperjenza u tan-network tiegħu, il-KESE jipproponi t-tnedija ta’ proġett pilota fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi djalogu wiesa’ li jibda fl-istadju bikri tal-proċess politiku. L-enfasi primarja tkun fuq kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, li jiġu diskussi f’kooperazzjoni mal-Grupp Ad Hoc tal-KESE dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt (Grupp DFID). Proċessi simili ta’ djalogu wiesa’ dwar suġġetti ewlenin oħra rilevanti għas-soċjetà ċivili jistgħu jiġu proposti ladarba l-proġett jiġi implimentat u evalwat.

1.7Din il-pjattaforma:

·tmexxi d-djalogi (iffaċilitati mill-korpi governattivi) dwar id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u aktar tard tikkontribwixxi għal proċessi politiċi ewlenin, pereżempju għall-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni;

·tospita konferenza annwali dwar id-djalogu ċivili biex jiġu ppreżentati u rfinati l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet flimkien mal-partijiet interessati kollha involuti;

·timmonitorja d-djalogu ċivili permezz ta’ tabella ta’ valutazzjoni annwali, li tikkontribwixxi għal rapporti ta’ djalogu ċivili biennali; u

·tistabbilixxi l-pedamenti għal ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili, iffaċilitat mill-KESE, biex jiġu żgurati prattiki ta’ djalogu ċivili konsistenti fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE u skont il-prinċipji elenkati fil-punt 3.7.1.

1.8Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea timplimenta dispożizzjonijiet adegwati għat-tisħiħ tad-djalogu ċivili Ewropew fil-livelli kollha, u tipprovdi finanzjament għall-implimentazzjoni tal-pjattaforma tas-soċjetà ċivili. Il-proġett pilota propost jippermetti lill-Kummissjoni tittestja l-inizjattiva ta’ konsultazzjoni wiesgħa proposta bl-użu ta’ riżorsi addizzjonali limitati, peress li l-biċċa l-kbira tal-partijiet tal-għodod diġà huma operazzjonali.

2.Kummenti ġenerali

2.1Fl-ittra ta’ missjoni tagħha 2 lill-Kummissarju nnominat għad-Demokrazija, il-Ġustizzja u l-Istat tad-Dritt, Michael McGrath, il-President tal-Kummissjoni Ewropea indikat li sabiex jissaħħaħ id-djalogu mas-soċjetà ċivili dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u kwistjonijiet relatati, is-Sur McGrath se jingħata l-kompitu li jibni pjattaforma tas-soċjetà ċivili biex jappoġġja djalogu ċivili aktar sistematiku, u li jaħdem biex isaħħaħ il-protezzjoni tas-soċjetà ċivili, l-attivisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħidma tagħhom.

2.2Il-paragrafu rilevanti tal-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 jiddikjara li “(l-)organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti fil-protezzjoni tas-sistemi u l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħna”, u li “din il-Kummissjoni se żżid l-involviment tagħha biex tappoġġa, tipproteġi u ssaħħaħ lis-soċjetà ċivili”. Taħt “inizjattivi ġodda” fl-Anness tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni tistabbilixxi impenn biex tibni “Strateġija tal-UE għall-appoġġ, il-protezzjoni u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili (inizjattiva mhux leġiżlattiva, T3 2025)”. Fil-konsultazzjoni pubblika tagħha fil-Portal Semma’ Leħnek, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-objettivi ewlenin proviżorji tal-istrateġija se jkunu “li ssaħħaħ l-involviment sinifikanti mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq firxa wiesgħa ta’ politiki tal-UE u l-protezzjoni tagħhom”. Hija kompliet tgħid li l-istrateġija “se tipproponi inizjattivi biex jiġi appoġġat ambjent favorevoli, b’azzjonijiet fil-livell tal-UE biex jiġi evitat li l-ispazju ċiviku jiċkien. Se tipproponi wkoll azzjonijiet għal djalogu aħjar bejn l-awtoritajiet pubbliċi u lorganizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u kwistjonijiet relatati. Fil-livell tal-UE, dan se jinkludi l-involviment permezz ta’ Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili” 3 .

2.3It-Trattat ta’ Ruma stabbilixxa l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala korp konsultattiv li jinvolvi rappreżentanti ta’ kategoriji ekonomiċi u soċjali u interessi ġenerali mill-Istati Membri. L-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jespandi fuq dan: “Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, ta’ impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, speċjalment fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.” Il-kompitu tal-KESE huwa li jikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bl-Opinjonijiet indipendenti tiegħu stess dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu, kif indikat mit-Trattati. Fost il-ħafna innovazzjonijiet li t-Trattat ta’ Ruma introduċa fix-xenarju Ewropew u globali hemm il-bidu tad-demokrazija parteċipattiva permezz ta’ konsultazzjonijiet diretti u strutturati mas-soċjetà ċivili organizzata. Ir-rwol tal-Kumitat huwa derivat direttament mid-demokrazija parteċipattiva, li tippermetti lir-rappreżentanti minn organizzazzjonijiet nazzjonali tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili jwasslu Opinjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, jaħdmu flimkien fi spirtu ta’ kompromess u japplikaw prinċipji demokratiċi, bl-għan li jagħtu vuċi lis-soċjetà ċivili, inklużi l-gruppi minoritarji, b’mod trasparenti.

2.4L-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jistabbilixxi l-pedamenti għal djalogu ċivili ġenwin u strutturat fil-livell Ewropew, ġab prospetti sinifikanti għal żvilupp ulterjuri tad-demokrazija parteċipattiva. Id-djalogu ċivili jrid jimxi id f’id mad-djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali, u b’hekk jiżgura l-parteċipazzjoni fit-tul tas-soċjetà ċivili organizzata fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.5Bħala d-dar tad-demokrazija parteċipattiva, il-KESE jservi ta’ pjattaforma għall-parteċipazzjoni mifruxa tas-soċjetà ċivili u bħala xprun tal-isforzi biex is-soċjetà ċivili ssib post fuq il-mejda tal-UE. Il-KESE jaġixxi bħala sinjal, li jiggwida lis-soċjetà ċivili lejn il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Il-funzjoni ewlenija tiegħu huwa li jippromovi, jorganizza u jidderieġi d-demokrazija parteċipattiva fost l-istituzzjonijiet tal-UE.

2.6Il-Kumitat, ilu mill-1992, jipproduċi korp sinifikanti ta’ Opinjonijiet, studji u dikjarazzjonijiet dwar id-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva. Dan kollu huwa miġbur fil-qosor fil-pubblikazzjoni aġġornata fuq bażi kontinwa bl-isem Compendium on Participatory Democracy: A success story written by the EESC 4 .

2.7Din li ġejja hija lista ta’ kisbiet u pubblikazzjonijiet li jistħoqqilhom b’mod partikolari jissemmew.

·KESE, Information report on The Citizens’ Europe (Rapport ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa taċ-Ċittadini [mhux disponibbli bil-Malti]) tat-8 ta’ April 1992, li fetaħ is-suġġett tad-djalogu maċ-ċittadini u r-rappreżentanti tagħhom.

·L-Opinjoni fuq inizjattiva proprja bl-isem The role and contribution of civil society organisations in the building of Europe (Ir-rwol u l-kontribut tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-bini tal-Ewropa [mhux disponibbli bil-Malti]) tat-22 ta’ Settembru 1999, li stimulat u akkumpanjat l-adozzjoni tal-Artikolu 11 tat-TUE.

·Il-ħolqien tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-2004 (mal-organizzazzjonijiet u man-networks Ewropej tas-soċjetà ċivili) biex jipprovdi qafas għad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet trażversali ta’ interess komuni. Il-grupp huwa magħmul minn membri tal-KESE u 47 organizzazzjoni u network Ewropew. Ta’ min jinnota li l-KESE kien l-ewwel korp tal-UE li adotta proċess ta’ demokrazija parteċipattiva.

·L-avveniment annwali tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili ospitat mill-KESE biex isir djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mas-soċjetà ċivili f’sens usa’ biex jitrawwem djalogu dwar kwistjonijiet ewlenin li qed tiffaċċja l-Ewropa. Il-KESE huwa d-dar tas-soċjetà ċivili organizzata, u jipprovdi pjattaforma għal dawn il-gruppi biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika tal-UE.

·It-twaqqif tal-Grupp Ad Hoc dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) fl-2013, li għandu l-kompitu li jmexxi l-politika tal-KESE dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet istituzzjonali biex jiġi żviluppat aktar dan l-istrument. Il-Grupp Ad Hoc iżomm kuntatti regolari kemm mal-organizzaturi tal-IĊE kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jappoġġjaw b’mod attiv l-IĊE u ċ-ċittadinanza attiva. Uħud minnhom huma msieħba permanenti fl-avveniment annwali ewlieni tal-KESE, Jum l-IĊE (li sar matul il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili mill-2024).

·Il-korpi tar-relazzjonijiet esterni tal-KESE, li jimmonitorjaw il-politiki tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp permezz ta’ djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE li magħhom l-UE għandha relazzjonijiet formali.

·L-istabbiliment tal-Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt fl-2018 biex jiġġieled iż-żieda fil-populiżmu u t-tnaqqis fl-ispazji tas-soċjetà ċivili. Il-Grupp DFID għandu l-għan li jivvaluta l-istat tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri. Jagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet li huma kruċjali għas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, bħal-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ għaqda, il-libertà tal-espressjoni (inkluża l-libertà tal-media), id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, u s-sitwazzjoni aktar ġenerali tal-istat tad-dritt. Ir-rapport annwali finali tiegħu jikkontribwixxi għar-Rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt.

·L-iżvilupp twil mill-KESE ta’ network ta’ kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali. Dawn ir-rabtiet jgħinu biex tinbena l-fiduċja bejn iċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi, u jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati ekonomiċi u soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet pubbliċi.

·Opinjoni tal-KESE SOC/526 ta’ Ottubru 2016, li l-ewwel ippreżentat il-possibbiltà li jitlaqqa’ forum annwali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiddiskutu d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt. Fl-Opinjoni SOC/627, adottata f’Ġunju 2019 5 , il-KESE tenna l-proposta tiegħu li jiġi stabbilit “Forum annwali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt fil-livell tal-UE”.

·Il-proposta 39 tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li saret bejn l-2021 u l-2022, li tirrakkomanda “riforma tal-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea billi tinvolvi aħjar lis-sħab soċjali u lis-soċjetà ċivili organizzata. Jissaħħu l-istrutturi eżistenti sabiex jiġu riflessi aħjar il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE fil-proċess deċiżjonali, minħabba l-importanza tagħhom fil-ħajja demokratika Ewropea. F’dan il-qafas, jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tal-KESE u jingħata s-setgħa bħala faċilitatur u garanti ta’ attivitajiet ta’ demokrazija parteċipattiva bħad-djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-panels taċ-ċittadini. Tkompli tgħid li “(s)oċjetà ċivili dinamika hija kruċjali għall-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea”. Il-Proposta 36 tirrakkomanda l-inklużjoni tas-“soċjetà ċivili organizzata u l-awtoritajiet reġjonali u l-istrutturi eżistenti bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) fil-proċess ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini”.

·Opinjoni tal-KESE SOC/728 dwar It-Test taż-Żgħażagħ tal-UE, li huwa strument imfassal biex isaħħaħ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika abbażi ta’ konsultazzjoni, valutazzjoni tal-impatt u miżuri ta’ mitigazzjoni, bl-għan li jagħmel lill-KESE l-ewwel istituzzjoni tal-UE impenjata għall-implimentazzjoni tiegħu. Fil-KESE, dan ifisser li r-rappreżentanti taż-żgħażagħ jiġu involuti fl-Opinjonijiet. F’April 2024, il-Bureau tal-KESE approva metodoloġija mfassla mill-Grupp taż-Żgħażagħ tal-KESE għall-applikazzjoni tat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE fil-KESE.

·L-istabbiliment fl-2017 tal-Grupp Ad Hoc tal-KESE dwar is-Semestru Ewropew, li huwa korp orizzontali li jsaħħaħ u jappoġġja l-ħidma mwettqa fis-sezzjonijiet tal-KESE. Huwa jiffoka fuq l-eżami ta’ proposti mis-soċjetà ċivili Ewropea dwar it-tkabbir sostenibbli u l-impjieg, u b’hekk jiżgura kontribut kontinwu tal-KESE għaċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew.

·Opinjoni tal-KESE SOC/782 dwar It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem, li hija Opinjoni strateġika dwar id-djalogu ċivili li ġiet adottata fi Frar 2024 u tinkludi ħafna elementi essenzjali għall-ħolqien ta’ strateġija għad-djalogu ċivili.

·L-involviment tal-KESE fl-organizzazzjoni jew fl-iffaċilitar ta’ kontributi u pjattaformi differenti tas-soċjetà ċivili, bħall-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni, il-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari (flimkien mal-Kummissjoni) u d-diskussjonijiet madwar mejda għaż-żgħażagħ. Matul l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU, il-KESE ffaċilita l-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-ewwel rieżami volontarju tal-UE.

3.Strateġija tal-UE għall-appoġġ, il-protezzjoni u l-awtonomizzazzjoni tas-soċjetà ċivili

3.1Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għal strateġija komprensiva għas-soċjetà ċivili u pjattaforma tas-soċjetà ċivili. Dan huwa ferm aktar urġenti meta wieħed iqis ix-xenarju attwali fejn id-demokrazija tinsab mhedda u l-ispazji tas-soċjetà ċivili qed jiċkienu, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fuq livell globali. Ir-riżorsi kollha fis-soċjetà jridu jiġu mobilizzati biex tinbena UE reżiljenti, b’mod partikolari fid-dawl tal-kriżijiet attwali u fid-dawl tax-xenarju ġeopolitiku ġenerali.

3.2Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li titnieda strateġija komprensiva għas-soċjetà ċivili biex tiġi ssalvagwardjata soċjetà ċivili b’saħħitha u awtonoma u tinħoloq pjattaforma tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE fejn l-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jiddjalogaw mas-soċjetà ċivili f’kooperazzjoni konkreta u sinifikattiva.

3.3Il-KESE jtenni l-importanza li jiġi implimentat bis-sħiħ l-Artikolu 11 tat-TUE biex jikkomplementa d-dispożizzjonijiet attwali dwar il-konsultazzjonijiet.

3.4Strateġija tal-UE għas-soċjetà ċivili għandha tintroduċi miżuri bbażati fuq:

·ambjent sikur u abilitanti għas-soċjetà ċivili;

·is-sostenibbiltà u l-indipendenza (permezz tal-finanzjament); u

·parteċipazzjoni ċivika u djalogu ċivili aktar b’saħħithom (permezz tal-istrutturar u t-trawwim ta’ mekkaniżmi eżistenti u fil-livell tal-UE permezz ta’ pjattaforma tas-soċjetà ċivili, kif deskritt hawn taħt).

3.5L-UE jeħtiġilha tiżgura ambjent sikur u abilitanti għas-soċjetà ċivili billi:

·tippromovi u tikkomunika r-rwol u l-karatteristiċi speċifiċi tas-soċjetà ċivili organizzata bħala pilastru ewlieni għad-demokrazija, il-koeżjoni, il-parteċipazzjoni u l-innovazzjoni soċjali fil-livelli reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

·tiżviluppa mekkaniżmu ta’ protezzjoni għall-atturi tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE;

·issaħħaħ ir-rwol tal-KESE bħala ċentru, medjatur, mezz u faċilitatur għas-soċjetà ċivili organizzata fil-livelli tal-UE, internazzjonali u nazzjonali; u billi

·tadotta l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal direttiva dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (ATE) u tiddiskuti l-iżvilupp ta’ strument legali simili għall-fondazzjonijiet.

3.6L-UE jeħtiġilha tippromovi s-sostenibbiltà u l-indipendenza permezz ta’ finanzjament, bl-għan li tiżgura li:

·ikun aċċessibbli finanzjament pluriennali, konsistenti u flessibbli għall-atturi tas-soċjetà ċivili, u li jiġu pprovduti riżorsi adegwati fil-qafas finanzjarju pluriennali;

·L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma involuti fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament li huma rilevanti għalihom;

·jingħelbu l-ostakli amministrattivi, regolatorji u fiskali għall-aċċess għall-finanzjament u għad-donazzjonijiet, inkluż bejn il-fruntieri;

·il-liġijiet kollha li jaffettwaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-attivitajiet tagħhom ikunu konformi bis-sħiħ mal-obbligi legali u mad-drittijiet fundamentali tal-UE u internazzjonali, u li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu kkonsultati dwar il-bidliet leġiżlattivi li jaffettwawhom;

·il-miżuri li jillimitaw l-aċċess għall-finanzjament ma jiġux implimentati, u li l-mekkaniżmi amministrattivi, legali u finanzjarji ma jintużawx ħażin biex jillimitaw il-parteċipazzjoni pubblika, l-azzjoni ċivika jew il-libertà tal-media;

·in-nies huma mħeġġa jirrapportaw fastidju jew attakki kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u li dan il-ksur jiġi rreġistrat, investigat u pproċessat b’mod adegwat biex jiġi rrispettat l-istat tad-dritt;

·jiġu infurzati b’mod adegwat il-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata, inkluż, meta jkun meħtieġ, permezz ta’ miżuri interim; u li

·l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu appoġġjati permezz ta’ finanzjament sostenibbli għall-ħidma tagħhom u mekkaniżmi ta’ bini tal-kapaċitajiet.

3.7L-UE jeħtiġilha tiżgura parteċipazzjoni ċivika u djalogu ċivili aktar b’saħħithom billi trawwem il-kundizzjonijiet it-tajba u tistabbilixxi parametri referenzjarji, u trawwem strutturi ta’ djalogu fil-livelli kollha.

3.7.1It-trawwim tal-kundizzjonijiet it-tajba u l-iffissar ta’ parametri referenzjarji

3.7.1.1Djalogu ċivili sinifikattiv jirrikjedi l-kundizzjonijiet it-tajba biex il-partijiet kollha jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom, bl-għan li jiġi żgurat li kull parti tingħata rwoli u responsabbiltajiet ċari. Dan jirrikjedi wkoll li l-istituzzjonijiet ikunu kapaċi jirrispondu u responsabbli, kemm fi ħdan kif ukoll barra l-mekkaniżmi ta’ djalogu, b’konformità mal-istandards li jirregolaw id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Id-djalogu ċivili fil-livell Ewropew ma jistax jiffunzjona sew mingħajr djalogu ċivili ġestit tajjeb fil-livell nazzjonali. Sabiex jinħoloq ambjent abilitanti għal djalogu ċivili effettiv u kostruttiv, iridu jkunu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet. Dawn jinkludu l-fiduċja, ir-responsabbiltà, it-trasparenza u l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-parteċipazzjoni. Il-Kodiċi ta’ Prattika Tajba għall-Parteċipazzjoni Ċivili fil-Proċess tat-Teħid tad-Deċiżjonijiet, adottat mill-Konferenza tal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali Mhux Governattivi tal-Kunsill tal-Ewropa, jiġbor fil-qosor il-prinċipji u l-kundizzjonijiet ewlenin li jistgħu jaġixxu bħala gwida (ara l-Anness I). Il-KESE jipproponi li l-istrateġija għas-soċjetà ċivili tipprovdi objettivi u tiddefinixxi indikaturi b’parametri referenzjarji ċari għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-ispazji ċiviċi u d-djalogu ċivili fil-livell nazzjonali.

3.7.1.2Il-KESE jirrakkomanda li d-djalogu ċivili fil-livelli kollha, inkluż fil-livell tal-UE, ikollu l-karatteristiċi li ġejjin 6 .

·Dan irid ikun sinifikattiv. Id-djalogu ċivili huwa maħsub li jkun parti reali u konkreta tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jipprevedi skambji ġenwini u spazju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jesprimu l-fehmiet tagħhom. Għandu jkun reali, u mhux sempliċi vetrina għad-demokrazija.

·Dan irid ikun orjentat lejn ir-riżultati u jipprevedi l-involviment ċivili, kemm fid-dibattiti dwar l-għanijiet u l-kontenut tal-miżuri leġiżlattivi u d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-soċjetà ċivili, kif ukoll matul l-istadji tal-evalwazzjoni.

·Irid ikun regolari.

·Dan irid ikun trasparenti, b’regoli u kriterji disponibbli għall-pubbliku dwar kif jintgħażlu l-partijiet interessati u x’se jkopri d-djalogu, u jiżgura li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha.

·Irid ikun leġittimu. L-akkreditazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili trid tkun ibbażata fuq leġittimità u rappreżentattività reali. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jeħtiġilhom jirrispettaw il-prinċipji tad-demokrazija interna, l-awtonomija, l-indipendenza u t-trasparenza, isegwu mudell mingħajr skop ta’ qligħ, u jaħdmu għas-servizz ta’ gruppi ta’ interess ġenerali jew gruppi ta’ interess speċifiċi.

·Irid jippermetti lill-partijiet kollha jaqsmu l-ideat tagħhom. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jeħtiġilhom ikunu jistgħu jintegraw l-inizjattivi u l-prijoritajiet tagħhom stess fl-aġendi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet Ewropej. Id-deċiżjonijiet konġunti dwar l-iskedi ta’ żmien tad-djalogu jistgħu jżidu l-impatt u jipprevjenu kwistjonijiet ta’ kapaċità fuq in-naħat kollha.

·Irid ikun inklużiv u rappreżentattiv, b’mod partikolari ta’ dawk l-aktar vulnerabbli. L-iżgurar ta’ Unjoni ta’ ugwaljanza jfisser li jiġi żgurat li jitqiesu l-perspettivi tal-ġeneru, tal-LGBTIQ+, tal-migranti, tal-persuni b’diżabbiltà u tar-Rom.

·Irid ikun strutturat u kkoordinat. Għandu jkun involut servizz ta’ koordinazzjoni fil-ħidma u l-proposti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili .

·Għandu jinvolvi eżitu u segwitu. Fil-livell Ewropew, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jirreaġixxu għall-kontributi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz ta’ tabella ta’ valutazzjoni pubblika, li tagħti dettalji dwar l-azzjoni ta’ segwitu jew tispjega għaliex ma ttieħdet l-ebda azzjoni. Għandu jinġabar ukoll feedback mill-parteċipanti.

3.7.1.3L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jitkellmu b’vuċi waħda sabiex isaħħu l-azzjonijiet tagħhom.

3.7.2It-trawwim u t-tisħiħ tal-istrutturi ta’ djalogu fil-livelli kollha

3.7.2.1F’dinja dejjem aktar imsawra minn kunflitt, miżinformazzjoni u polarizzazzjoni soċjali, l-UE jeħtiġilha tikkunsidra mill-ġdid b’mod urġenti r-rwol tas-soċjetà ċivili u ssaħħaħ id-djalogu ċivili – mhux biss bħala pedament tal-leġittimità istituzzjonali, iżda wkoll bħala pilastru vitali għall-bini ta’ Ewropa aktar reżiljenti, inklużiva u parteċipattiva 7 .

3.7.2.2Strateġija għas-soċjetà ċivili għandha tindirizza t-tipi kollha ta’ djalogu ċivili, inklużi d-djalogu trażversali, id-djalogu vertikali/settorjali u d-djalogu orizzontali (djalogu fost is-soċjetà ċivili nnifisha).

3.7.2.3L-iżgurar ta’ parteċipazzjoni ċivika aktar b’saħħitha u djalogu ċivili strutturat se jirrikjedu ż-żmien. Jeħtieġ li nivvalutaw il-prattiki eżistenti, nitgħallmu minnhom u nfasslu prinċipji u linji gwida li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jiġu kkodifikati fi ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili fil-livell tal-UE. Għalhekk, il-KESE qed jipproponi l-adozzjoni ta’ ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili, iffaċilitat mill-KESE, biex jiġu żgurati prattiki ta’ djalogu ċivili konsistenti fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE, skont il-prinċipji elenkati fil-punt 3.7.1 ta’ din l-Opinjoni.

3.7.2.4Il-KESE jinsab lest ukoll li jinvolvi ruħu b’mod proattiv fi djalogu sinifikattiv mal-istituzzjonijiet tal-UE. Jipproponi li l-Kummissjoni torganizza laqgħa annwali mal-Kumitat biex tiddiskuti kif timplimenta r-rakkomandazzjonijiet mill-Opinjonijiet tal-KESE (minbarra l-feedback bil-miktub li l-KESE diġà jirċievi) biex tiżgura ċirku ta’ feedback. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-KESE jipparteċipa fil-laqgħat rilevanti tal-kumitat meta l-fajls leġiżlattivi jew ta’ politika marbuta mal-Opinjonijiet tiegħu jkunu fuq l-aġenda. Bl-istess mod, il-Kunsill jista’ jinvolvi perjodikament lill-KESE fil-proċess leġiżlattiv biex jeżamina u jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

3.7.2.5Barra minn hekk, il-KESE jipproponi li jinbeda proċess ta’ djalogu wiesa’ (deskritt bħala parti minn proġett pilota fil-punt 4.3 ta’ din l-Opinjoni). Dan jista’ jgħin biex tiġi stabbilita l-governanza u l-istruttura għad-djalogu settorjali fil-futur 8 .

3.7.2.6Il-prattiki tad-djalogu ċivili bħalissa jvarjaw ħafna f’termini ta’ kwalità u kwantità fil-livell Ewropew. Il-ħolqien ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn u fi ħdan l-istituzzjonijiet jista’ jgħin biex jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet u jiġi minimizzat l-użu tar-riżorsi.

3.7.2.7Kif irrimarkat fi studju ġdid tal-KESE 9 , l-isfida issa hija li jiġi żgurat li l-unitajiet rilevanti fl-istituzzjonijiet jaderixxu mal-prinċipji ewlenin – bl-għan li jiġi pprovdut spazju adegwat għall-vuċijiet tas-soċjetà ċivili biex jinstemgħu u jiġu stabbiliti mekkaniżmi trasparenti biex jiġi inkorporat kontribut sinifikattiv fit-tfassil tal-politika. Filwaqt li hemm raġunijiet għall-ottimiżmu, għad fadal aktar xogħol xi jsir. Ftehim interistituzzjonali dwar id-djalogu ċivili jista’ jassenja rwoli u eżiti ta’ djalogu differenti skont ir-rwoli tal-istituzzjonijiet involuti, billi jibda mill-mekkaniżmi eżistenti.

·Għall-Kunsill, is-Semestru Ewropew għandu jintuża, flimkien ma’ kwalunkwe għodda oħra għal djalogu kontinwu.

·Għall-Parlament Ewropew, ir-rwol tal-viċi president delegat u l-kapaċità ta’ influwenza fil-gruppi u fil-kumitati parlamentari għandhom jissaħħu.

·Għall-Kummissjoni Ewropea, l-isforzi tal-kummissarju delegat għandhom jiġu kkoordinati mad-Direttorati Ġenerali (DĠ).

·Għall-KESE, ir-rwol tal-Grupp ta’ Kuntatt għandu jissaħħaħ.

3.7.2.8Dawn il-punti, li huma ta’ importanza kbira, jikkonċernaw it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ċivika billi jagħtu s-setgħa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jistabbilixxu strutturi li jappoġġjaw it-taħriġ u l-bini tal-kapaċitajiet għall-involviment tal-komunità. Dan il-pass huwa kruċjali biex l-istrateġija tiġi konkluża bl-aħjar mod possibbli. Il-KESE jemmen li dan huwa investiment ekonomiku fundamentali għall-futur tal-Ewropa.

4.Il-bini ta’ pjattaforma tas-soċjetà ċivili

4.1Kummenti ġenerali

4.1.1Id-diversità tal-atturi tas-soċjetà ċivili, l-inizjattivi lokali, l-NGOs u l-pjattaformi nazzjonali trid tiġi kkunsidrata kif dovut. Mingħajr ma tirrikonoxxi u tipprevedi l-ispeċifiċitajiet ta’ kull wieħed u waħda minnhom, u b’hekk tiżgura parteċipazzjoni wiesgħa, il-pjattaforma mhux se tkun effettiva jew leġittima. Il-KESE jista’ jaqdi rwol ċentrali fl-għoti ta’ din il-leġittimità.

4.2Abbażi tal-għarfien espert u n-networks tal-KESE

4.2.1Kwalunkwe analiżi trid tibda billi teżamina jekk hemmx strutturi jew istituzzjonijiet eżistenti li jistgħu u jkunu lesti li jospitawha. Il-KESE jista’ u se jospita pjattaforma bħal din. Peress li għandu l-esperjenza fl-iffaċilitar tad-djalogu u tal-konsultazzjoni, jinsab ukoll f’pożizzjoni tajba biex jagħmel dan. Il-Proposti 38 u 39 tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa jidhru li jappoġġjaw din l-idea. Skont il-Proposta 39, “jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tal-KESE u jingħata s-setgħa bħala faċilitatur u garanti ta’ attivitajiet ta’ demokrazija parteċipattiva bħad-djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-panels taċ-ċittadini”.

4.2.2L-għoti ta’ mandat lill-KESE biex jospita din il-pjattaforma jgħin biex jappoġġja l-mandat, il-funzjonijiet konsultattivi u l-metodi ta’ ħidma tal-KESE, u dan jippermettilu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt fil-konfront tas-soċjetà ċivili. Minħabba l-esperjenza, l-għarfien espert u n-networks tiegħu, il-KESE jeħtieġlu jkun involut mill-bidu nett. Dan l-għarfien espert jinkludi l-għarfien profond tal-membri tal-Kumitat dwar l-oqsma rispettivi tagħhom; l-għarfien espert tagħhom fil-promozzjoni tal-iżvilupp armonjuż tal-politika tal-UE; u r-rappreżentanza b’saħħitha, peress li l-membri huma uffiċjalment inkarigati li jieħdu deċiżjonijiet f’isem dawk li jirrappreżentaw. Il-ħidma tal-Kumitat hija organizzata biex tiżgura l-interazzjoni bejn id-dimensjoni “teknika” jew “settorjali 10 ” u aspetti aktar “orizzontali”. Dan l-approċċ jiżgura li l-Opinjonijiet kollha, li jitħejjew minn gruppi ta’ studju magħmula minn membri b’għarfien speċjalizzat, ikunu sostnuti minn ħidma teknika eċċellenti. Jipprovdi wkoll tip ta’ filtru demokratiku fis-sezzjonijiet permanenti tiegħu, fejn aktar minn 100 membru jiddiskutu t-test, u dan jippermetti li l-biċċa l-kbira tal-Opinjonijiet tal-Kumitat jiġu adottati b’mod unanimu, li jirrifletti l-approċċ partikolari tal-Kumitat biex jintlaħaq kunsens soċjali.

4.2.3Il-KESE jgawdi aċċess għal network vast u uniku. Il-membri tal-KESE għandhom l-għeruq tagħhom fis-soċjetà ċivili nazzjonali, u dan jippermettilhom jikkontribwixxu għall-politiki tal-UE mil-livell lokali u li jieħdu d-dibattiti Ewropej lura fil-komunitajiet lokali.

4.3L-istruttura u l-governanza tal-pjattaforma tas-soċjetà ċivili

4.3.1Abbażi tal-esperjenza u tan-network tiegħu, il-KESE jipproponi t-tnedija ta’ proġett pilota fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi djalogu wiesa’ li jibda fl-istadju bikri tal-proċess politiku. L-enfasi primarja tkun fuq kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, mad-drittijiet fundamentali u mal-istat tad-dritt, li jiġu diskussi f’kooperazzjoni mal-Grupp DFID tal-KESE. Il-pjattaforma tas-soċjetà ċivili jkollha l-għan li twessa’ l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, sabiex jiġu identifikati kwistjonijiet ta’ tħassib partikolari għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mil-livell lokali u tikkontribwixxi għar-rapporti tal-KESE u tal-Kummissjoni Ewropea dwar dawn il-kwistjonijiet. Il-KESE jipproponi li jitwaqqaf grupp ta’ tmexxija fil-pjattaforma li jikkonsisti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-KESE u mill-Grupp ta’ Kuntatt, abbażi tal-mudell tal-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni. Il-pjattaforma se tikkontribwixxi għall-konferenza annwali tal-KESE dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Il-kontributi mill-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili jikkontribwixxu wkoll għall-ħidma tal-pjattaforma, b’modi li għandhom jiġu definiti mill-grupp ta’ tmexxija (eż. billi jiddedikaw ġurnata waħda għall-ħidma tal-pjattaforma).

4.3.2Il-grupp ta’ tmexxija jkun responsabbli għat-tnedija tal-proġett pilota u jaqbel dwar l-arranġamenti ta’ governanza u parteċipazzjoni rilevanti. Proposta konkreta għal proċess għandha tiġi żviluppata ulterjorment. Wara l-implimentazzjoni tiegħu, jevalwa l-proġett u jipproponi żviluppi futuri sabiex jiffaċilita proċessi ta’ djalogu wiesa’ simili dwar suġġetti ewlenin oħra rilevanti għas-soċjetà ċivili. Kull sena, il-grupp ta’ tmexxija jaqbel dwar is-suġġetti u l-iskedi ta’ żmien preċiżi għall-proġett.

4.3.3Il-KESE jemmen ukoll li l-istrateġija (inkluża l-pjattaforma) tista’, fil-futur, tikkontribwixxi għal:

·rapport, li għandu jiġi abbozzat kull sentejn, dwar l-attivitajiet tal-istrateġija u l-attivitajiet kollha ta’ djalogu ċivili mwettqa permezz tal-pjattaforma u minn kull DĠ;

·l-istabbiliment ta’ tabella ta’ valutazzjoni annwali, fil-forma ta’ forum pubbliku għal diskussjonijiet dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ segwitu għad-djalogi; u

·forum annwali, organizzat fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea, li jista’ jkun parti mill-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili.

4.3.4Dan il-proġett pilota jkun opportunità biex jiġi żviluppat aktar l-involviment strutturat eżistenti mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u biex dan jingħata struttura formali. Il-KESE diġà esperimenta b’modi differenti biex jistabbilixxi involviment sistemiku mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta’: i) il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni; ii) l-“ispazji fejn isiru l-laqgħat” ipprovduti mis-Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (is-sezzjoni NAT) tal-KESE biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiltaqgħu u jħejju kontributi konġunti biex jikkontribwixxu għall-proċessi tal-UE u internazzjonali; u iii) il-kontribut tal-Grupp ta’ Kuntatt fil-kontribut tal-KESE għall-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni. Dawn l-inizjattivi u inizjattivi oħra jistgħu jsiru parti mill-proġett pilota taħt struttura ta’ governanza unika (li tinkludi l-Kummissjoni Ewropea, il-KESE u l-Grupp ta’ Kuntatt) 11 . Peress li huwa bbażat fuq strutturi u strumenti eżistenti, il-proġett pilota jista’ jiġi implimentat malajr u mingħajr dewmien. Fl-istess ħin, is-suċċess tiegħu jiddependi mill-provvista ta’ riżorsi adegwati u attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet immirati lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili .

4.3.5Din il-pjattaforma:

·tmexxi d-djalogi (iffaċilitati mill-korpi governattivi) dwar id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u aktar tard tidderieġi l-kontributi lejn proċessi politiċi ewlenin, bħall-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni Ewropea;

·tospita konferenza annwali ta’ djalogu ċivili, possibbilment matul il-Ġimgħa Ewropea tas-Soċjetà Ċivili, biex tippreżenta u tirfina l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet flimkien mal-partijiet interessati kollha involuti;

·timmonitorja d-djalogu ċivili permezz ta’ tabella ta’ valutazzjoni annwali, li tikkontribwixxi għal rapporti ta’ djalogu ċivili biennali; u

·tikkontribwixxi għall-ftehim interistituzzjonali.

4.3.6Il-Kummissjoni Ewropea għandha timplimenta dispożizzjonijiet adegwati għat-tisħiħ tad-djalogu ċivili Ewropew fil-livelli kollha, u b’mod aktar speċifiku tipprovdi finanzjament għall-implimentazzjoni tal-proġett pilota propost. Mingħajr finanzjament adegwat, ma tistax tiġi implimentata strateġija għas-soċjetà ċivili. Wara sentejn u nofs (nofs il-mandat tal-KESE), ikun hemm evalwazzjoni bejn il-KESE, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-Kummissjoni Ewropea sabiex jittejjeb il-proċess u jiġu identifikati l-passi li jmiss għall-iżvilupp.

Brussell, is-17 ta’ Lulju 2025.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Oliver RÖPKE

*

*    *

Nota:    L-Annessi jinsabu fil-paġni li ġejjin.



Annex I

Code of Good Practice for Civil Participation in the Decision-Making Process by the Council of Europe’s Conference of INGOs 12 .

Four key principles (participation, trust, accountability and transparency, and independence) are needed to foster a constructive relationship with NGOs that ensures participation and allows them to collect and channel the views of citizens. Collaboration with NGOs is invaluable to the political decision-making process, enhancing the quality, understanding and longer-term applicability of policy initiatives.

Open and democratic societies are based on honest interactions between actors and sectors. Although NGOs and public authorities have different roles to play, the shared goal of improving the lives of people can only be satisfactorily reached if the relationship between them is based on trust, which requires transparency, respect and mutual reliability and accountability.

Acting in the public interest requires openness, responsibility, clarity and accountability from both the NGOs and the public authorities, with transparency at all stages.

Independent NGOs must be free to determine their aims, decisions and activities. They have the right to act independently and advocate positions different from the authorities with whom they may otherwise cooperate.

The conditions required to create an enabling environment are:

·the rule of law;

·adherence to fundamental democratic principles;

·political will;

·favourable legislation;

·clear and precise procedures;

·long-term support and resources for a sustainable civil society; and

·shared spaces for dialogue and cooperation.

If these conditions are met, a constructive relationship between NGOs and public authorities can be built on reciprocal trust and mutual understanding.



Annex II – The EESC’s structured civil dialogue models, including internal models that involve innovative institutional measures

The EESC consults civil society organisations – in addition those that are represented by members in the Committee – on a regular basis through various different channels and structures. Below is a list of some of these.

1.The EESC Liaison Group, which is a horizontal dialogue forum consisting of 47 European CSOs and networks. It is a framework for dialogue and cooperation on a wide range of topics between the EESC and these networks.

2.The EESC’s network of national economic and social councils (NESC), which unites 21 bodies representing social and civil dialogue stakeholders at national level. This network aims to facilitate the exchange of information and promote the work of national economic and social councils, including on a collaborative IT platform, to reach a shared vision and recommendations on common concerns. This increases the EESC’s impact in the Member States. This network is increasingly involved in joint events, such as the series of conferences on fighting disinformation initiated in 2023 by the EESC’s External Relations (REX) Section, and the EESC group meetings on the European Semester. To foster a common reflection on shared concerns, the network draws up a yearly policy paper which is endorsed at an annual meeting and subsequently shared with the presidents of EU institutions. The network organises exchanges between EESC and NESC members to reinforce mutual knowledge and expertise on specific topics. In the discharge for the 2023 financial year, the European Parliament called for continued cooperation with the NESCs on topics of common interest and the exchange of good practices, emphasising the vital role that civil society plays in addressing the EU’s current challenges.

3.The EESC’s NAT section, which has, over the years, provided a ‘convening space’ for other CSOs to meet and prepare joint contributions that feed into EU and international processes, and to give visibility to their initiatives on the ground. For example, following requests by the Commission, the NAT section has:

·helped prepare civil society’s contribution to the first  EU Voluntary Review on the SDGs  presented at the High-Level Political Forum in New York in 2023;

·helped prepare  targeted contributions for the UNFCCC COP  on the just transition and agri-food systems by combining input from EESC opinions with the views collected from other CSOs in expert hearings;

·hosted several  youth climate and sustainability round tables , allowing youth organisations to make recommendations directly to commissioners;

·co-hosted the  European Circular Economy Stakeholder Platform  with the Section for the Single Market, Production and Consumption (INT section). This joint initiative by the European Commission and the EESC is a ‘network of networks’; it goes beyond sectorial activities and highlights cross-sector opportunities. It also provides a meeting place for stakeholders to share and scale up effective solutions and address specific challenges. The platform bridges existing initiatives at local, regional and national levels, and supports the implementation of the circular economy;

·co-organised the annual  EU Organic Awards  with the Commission, the CoR and farmers’ organisations (COPA COGECA and IFOAM); and

·actively contributed to the Rural Pact by organising and hosting  thematic Rural Pact debates  with various stakeholders.

4.The EESC’s Section for Employment, Social Affairs and Citizenship (SOC section), which has, over the years, also provided different models to include contributions from other civil society organisations, including, for example, the EMF and the FRRL group.

·The EMF is a platform for dialogue between civil society and the European institutions. It brings together representatives of civil society organisations, local and regional authorities, Member States and EU institutions. It is an opportunity for civil society to express its views, exchange ideas and best practices, and discuss challenges and priorities with decision-makers. Before forum topics are chosen, they are discussed with CSOs. The EMF is jointly organised and has a bureau comprised of six members that are elected by the participants for two-year terms of office. Of these bureau members, one is from the Commission, one is from the EESC, and four are representatives from civil society. The EMF can express positions and produce recommendations through its EMF group.

·The FRRL group is a horizontal body within the EESC tasked with promoting respect for European values and providing a forum for European civil society organisations to meet and share their assessments on the state of fundamental rights, democracy and the rule of law. In its work, the FRRL group focuses on key issues that are particularly relevant to civil society CSOs serve to highlight trends in Europe in order to lay the foundations for constructive dialogue between all stakeholders.

5.The EESC’s REX section, which is tasked with monitoring the EU’s external activities through dialogues with civil society organisations from the non-EU countries and regions with which the EU has formal relations. The section also actively follows the EU’s trade and development policies. A number of external bodies exist within the REX section, including the following.

·Follow-up committees.

·Joint consultative committees (JCCs), which are comprised of EESC members and civil society organisations of countries with which the EU has signed an association agreement or similar accord. Their task is to adopt recommendations put forth by civil society representatives on various aspects to do with bilateral relations. Consultative committees have a similar role, but concern a group of countries rather than one single country.

·Civil society platforms, which are similar to JCCs, but they also include other European civil society organisations in addition to the EESC. They stem from association agreements with Eastern Partners.

·Round tables with the Economic and Social Council of China and that of Brazil.

·Domestic advisory groups (DAGs), which are bodies set up under free trade agreements (FTAs) or free trade chapters within association agreements. They are tasked with advising the Commission’s DG Trade on trade and sustainable development chapters of FTAs.

_____________

(1)      Opinjoni bbażata fuq punt mill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni qabel il-pubblikazzjoni tad-dokument tal-Kummissjoni, u mitluba mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-13 ta’ Mejju 2025.
(2)

   Ittra ta’ missjoni minn Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea, lil Michael McGrath, Kummissarju nnominat għad-Demokrazija, il-Ġustizzja u l-Istat tad-Dritt, is-17 ta’ Settembru 2024, https://commission.europa.eu/document/download/907fd6b6-0474-47d7-99da-47007ca30d02_en?filename=Mission%20letter%20-%20McGRATH.pdf .

(3)    Sejħa għal evidenza għal inizjattiva bl-isem “Strateġija tal-UE għas-soċjetà ċivili” mill-Portal Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni Ewropea, ippubblikata fit-13 ta’ Ġunju 2025.
(4)    KESE, Participatory Democracy – A success story written by the EESC, 2020, https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/qe-04-19-663-en-n.pdf (Demokrazija Parteċipattiva – Storja ta’ Suċċess miktuba mill-KESE, 2020 [mhux disponibbli bil-Malti]).
(5)     ĠU C 282, 20.8.2019, p. 39 .
(6)    Opinjoni tal-KESE dwar It-tisħiħ tad-djalogu ċivili u d-demokrazija parteċipattiva fl-UE: it-triq ’il quddiem, ĠU C, C/2024/2481, 23.4.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2024/2481/oj .
(7)    Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS), Mapping civil dialogue in the EU institutions, 2025 studju kkummissjonat mill-KESE fuq talba tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili.
(8)    Bl-esklużjoni tad-djalogu soċjali settorjali.
(9)    CEPS, Mapping civil dialogue in the EU institutions, 2025 studju kkummissjonat mill-KESE fuq talba tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili.
(10)    Dan huwa differenti mid-djalogu soċjali settorjali.
(11)    Aktar informazzjoni tista’ tinstab fl-Anness II.
(12)    Council of Europe’s Conference of INGOs: https://rm.coe.int/code-of-good-practice-civil-participation-revised-301019-en/168098b0e2 .
Top