This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2023:228:FULL
Official Journal of the European Union, C 228, 29 June 2023
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, C 228, 29 ta' Ġunju 2023
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, C 228, 29 ta' Ġunju 2023
|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-578 sessjoni plenarja tal-KESE — Sessjoni tat-tiġdid, 26.4.2023–27.4.2023 |
|
|
2023/C 228/01 |
||
|
2023/C 228/02 |
||
|
2023/C 228/03 |
||
|
2023/C 228/04 |
||
|
2023/C 228/05 |
||
|
2023/C 228/06 |
||
|
2023/C 228/07 |
||
|
2023/C 228/08 |
||
|
2023/C 228/09 |
||
|
2023/C 228/10 |
||
|
2023/C 228/11 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-578 sessjoni plenarja tal-KESE — Sessjoni tat-tiġdid, 26.4.2023–27.4.2023 |
|
|
2023/C 228/12 |
||
|
2023/C 228/13 |
||
|
2023/C 228/14 |
||
|
2023/C 228/15 |
||
|
2023/C 228/16 |
||
|
2023/C 228/17 |
||
|
2023/C 228/18 |
||
|
2023/C 228/19 |
||
|
2023/C 228/20 |
||
|
2023/C 228/21 |
||
|
2023/C 228/22 |
||
|
2023/C 228/23 |
||
|
2023/C 228/24 |
||
|
2023/C 228/25 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-578 sessjoni plenarja tal-KESE — Sessjoni tat-tiġdid, 26.4.2023–27.4.2023
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rakkomandazzjonijiet tal-KESE għal riforma soda tas-Semestru Ewropew”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 228/01)
|
Relaturi: |
Gonçalo LOBO XAVIER Javier DOZ ORRIT Luca JAHIER |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
27.10.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
18.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
226/2/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Is-Semestru Ewropew, minkejja d-dgħufijiet tiegħu, qeda rwol importanti fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali fi ħdan l-UE. Madankollu, il-proċeduri tiegħu ma ppermettewx l-involviment sodisfaċenti taċ-ċittadini u tal-atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali nazzjonali fl-Istati Membri fil-proċessi u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Il-livell ta’ parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata fis-Semestru huwa insuffiċjenti u ta’ kwalità baxxa fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Għalkemm kien hemm xi titjib fil-konsultazzjoni dwar l-abbozzar tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRPs), dan ma ġiex ikkonsolidat u, f’ċerti pajjiżi, dan l-aħħar kien hemm ostakli, għal raġunijiet politiċi, b’rabta mal-impenji biex tiġi appoġġjata aktar din il-parteċipazzjoni. |
|
1.2. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (KE) li tipprevedi orjentazzjonijiet għal qafas rivedut tal-governanza ekonomika tal-UE (1), li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja (2), tistabbilixxi qafas ta’ politika fiskali aktar flessibbli u divrenzjat li se jirrikjedi negozjati u ftehimiet bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri. Biex dawn jirnexxu, huwa kruċjali li jkun hemm sjieda nazzjonali tal-proċess u tal-impenji li jidħlu għalihom. Biex jinkiseb dan, tinħtieġ riforma tal-proċeduri u tal-iskedi ta’ żmien tas-Semestru Ewropew. |
|
1.3. |
Il-KESE huwa tal-fehma li s-sjieda mill-Istati Membri hija possibbli biss bl-involviment konkret u strutturali tal-atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Il-KESE jemmen li l-involviment tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jsir wieħed mill-pilastri ta’ dan is-Semestru rivedut, kif ukoll dak tal-parlamenti nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-kompetenzi tal-Parlament Ewropew (PE) għandhom jiżdiedu sal-livell li jkun jista’ jkollu iżjed drittijiet ta’ kodeċiżjoni dwar linji gwida marbutin mal-politika ekonomika u proposti ta’ natura Ewropea. |
|
1.4. |
Il-KESE jipproponi riforma tas-Semestru Ewropew sabiex jissaħħu t-trasparenza u d-demokrazija tiegħu, l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata u l-effettività tal-operat tagħha, b’rabta mal-objettivi tat-tkabbir ekonomiku u l-impjieg ta’ kwalità tajba, il-koeżjoni soċjali u l-konverġenza bejn l-Istati Membri, u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Is-sistemi eżistenti ta’ indikaturi għandhom jiġu riveduti, ikkomplementati u magħmula konsistenti ma’ xulxin, u b’hekk jgħinu biex jittejbu l-proċeduri ta’ evalwazzjoni. |
|
1.5. |
Il-KESE jemmen li l-istrumenti ewlenin tas-Semestru Ewropew, b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs), għandhom ikopru perjodu ta’ tliet snin, b’evalwazzjonijiet u reviżjonijiet annwali. Din il-proposta hija konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-KE dwar qafas rivedut tal-governanza ekonomika tal-UE u se tiffaċilita l-proċessi ta’ sjieda nazzjonali u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata. |
|
1.6. |
Hija l-konformità mas-CSRs li tagħmilha possibbli li jiġu vvalutati l-validità u l-effettività tas-Semestru Ewropew. Għalhekk, il-KESE jemmen li l-aktar inċentiv adatt huwa li l-implimentazzjoni tagħhom tintrabat mal-baġit tal-UE u li tiġi riċevuta parti mill-fondi minnu, fuq il-bażi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. |
|
1.7. |
Il-KESE jipproponi li l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni formali strutturata, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, li tkopri kemm il-fażi tal-abbozzar kif ukoll dik tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u l-fażijiet tal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Il-proċedura jenħtieġ li sseħħ f’korp speċifiku, jew f’korp preeżistenti li lilu jiġu attribwiti legalment tali funzjonijiet. Il-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali eżistenti għandhom jaqdu wkoll rwol rilevanti f’dan il-proċess. |
|
1.8. |
Il-KESE jemmen li l-prinċipji u l-karatteristiċi ġenerali tal-involviment strutturat u permanenti tas-soċjetà ċivili organizzata fid-diversi stadji tas-Semestru Ewropew għandhom jiġu definiti f’regolament tal-UE, filwaqt li jiġi rispettat il-fatt li huwa f’idejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tispeċifika aktar il-proċeduri u l-korpi li fihom titwettaq din il-konsultazzjoni, u jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ ftuħ, trasparenza u rappreżentattività. |
|
1.9. |
Fil-fehma tal-KESE, dan ir-regolament għandu jistabbilixxi kriterji u prinċipji bażiċi li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, il-kwistjonijiet li ġejjin: skedi ta’ żmien (marbuta ma’ dawk tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u tas-Semestru Ewropew), il-formalità tal-laqgħat u l-aċċess pubbliku għad-dokumentazzjoni fi żmien debitu u fil-forma prevista, minuti, komunikazzjoni pubblika tal-proposti u risponsi tal-gvern u pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet. |
|
1.10. |
Il-KESE jemmen li d-dibattitu dwar il-kapaċità fiskali u r-riżorsi proprji tal-UE jeħtieġ li jiġi approfondit. Fil-fehma tal-Kumitat, l-isfidi ġeopolitiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qed tiffaċċja l-UE fis-snin li ġejjin ser jeħtieġu l-finanzjament ta’ beni komuni Ewropej. |
2. Introduzzjoni
|
2.1. |
L-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li tħeġġeġ ir-riflessjoni u l-formulazzjoni ta’ proposti għal riforma soda tal-proċeduri tas-Semestru Ewropew sabiex il-governanza ekonomika tal-UE ssir aktar trasparenti, demokratika u effettiva, u biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu involuti b’mod aktar effettiv. |
|
2.2. |
L-analiżi u l-proposti tagħna jqisu l-kontenut tal-governanza ekonomika tal-UE, il-Komunikazzjoni tal-KE li tistabbilixxi orjentazzjonijiet għal qafas rivedut tal-governanza ekonomika tal-UE, kif ukoll l-Opinjoni tal-KESE dwar din il-Komunikazzjoni u r-Riżoluzzjonijiet tal-Kumitat dwar l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRPs) (2021 u 2022) (3). |
|
2.3. |
L-istess bħal fit-tħejjija tar-Riżoluzzjonijiet imsemmija hawn fuq, wettaqna konsultazzjoni wiesgħa mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili organizzata, permezz tad-delegazzjonijiet nazzjonali tal-Grupp tas-Semestru Ewropew (magħmul minn tliet membri minn kull pajjiż – wieħed għal kull grupp). Din il-konsultazzjoni ħadet il-forma ta’ kwestjonarju u seba’ żjarat fil-pajjiżi (round tables). Ir-riżultati tal-konsultazzjoni jinsabu fl-appendiċi (4) u huma miġbura fil-qosor fil-punt 5 tal-Opinjoni. |
3. Sfond
|
3.1. |
Wara l-kriżi tal-2008, is-Semestru Ewropew ġie introdott bħala strument tal-governanza ekonomika tal-UE. Inizjalment iffoka fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri, iżda maż-żmien integra kwistjonijiet soċjali u tal-impjieg apparti l-politiki ekonomiċi u baġitarji. Issa, huwa ċiklu semiannwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, tal-impjieg, soċjali u fiskali: l-Istati Membri jallinjaw il-baġits u l-politiki ekonomiċi tagħhom mal-objettivi u r-regoli miftiehma fil-livell tal-UE. Sa mill-introduzzjoni tiegħu fl-2011, dan sar forum stabbilit sew biex jiġu diskussi l-isfidi tal-politika fiskali, ekonomika u tal-impjiegi tal-pajjiżi tal-UE taħt din l-skeda ta’ żmien annwali komuni. Kienet tinħtieġ koordinazzjoni akbar bejn l-Istati Membri fid-dawl tar-riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-pandemija fl-2020 u l-gwerra kkawżata mill-invażjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa. Għalhekk, fl-2021, is-Semestru Ewropew ġie adattat biex iqis il-ħolqien tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-implimentazzjoni tal-RRPs nazzjonali issa tixpruna l-aġenda ta’ riforma u investiment tagħhom għas-snin li ġejjin. Bis-saħħa tal-ambitu usa’ u s-sorveljanza multilaterali tiegħu, is-Semestru jikkomplementa b’mod utli l-implimentazzjoni tal-RRPs nazzjonali. |
|
3.2. |
Skont l-Artikolu 18(4)(q) tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (5), it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-RRPs nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni, imwettaq f’konformità mal-qafas legali nazzjonali u spjegazzjoni qasira ta’ kif il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati huwa rifless fl-RRP. Dawn il-partijiet ikkonċernati jinkludu l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u oħrajn. Madankollu, kif enfasizza l-KESE fir-Riżoluzzjoni tiegħu adottata f’Mejju 2022, l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata s’issa ġeneralment tqies bħala mhux sodisfaċenti, anke meta wieħed iżomm f’moħħu d-differenzi naturali bejn il-pajjiżi fil-proċessi ta’ konsultazzjoni eżistenti. |
|
3.3. |
L-erba’ objettivi ewlenin tas-Semestru Ewropew huma: (1) li jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-UE; (2) li jiġu żgurati finanzi pubbliċi sostenibbli sodi (Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir); (3) li jingħata appoġġ għar-riformi strutturali li għandhom l-għan li jrawmu t-tkabbir ekonomiku, l-impjieg u l-politiki soċjali (Ewropa 2020, il-Patt Ekoloġiku, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali); u (4) li tingħata spinta lill-investimenti. Wara l-kriżi tal-COVID-19 u l-adozzjoni tan-NextGenerationEU, l-objettiv issa huwa li jiġu mmonitorjati wkoll l-RRPs nazzjonali. |
|
3.4. |
F’Novembru 2022, il-KE ppubblikat Komunikazzjoni li tistabbilixxi l-orjentazzjonijiet għal qafas riformat tal-governanza ekonomika tal-UE (6), li tipproponi li jinżammu l-valuri ta’ referenza tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (3 % tad-defiċit tal-PDG u l-proporzjon tad-dejn għall-PDG ta’ 60 %) u li jiġu stabbiliti proċeduri għat-tnaqqis tad-dejn divrenzjati skont il-pajjiż u nnegozjati mal-gvernijiet tagħhom (bi pjani ta’ perkorsi fiskali nazzjonali fuq terminu medju). Dan il-qafas rivedut ikun aktar sempliċi, aktar trasparenti u effettiv, b’sjieda nazzjonali akbar u infurzar aħjar. Skont din l-arkitettura riveduta, il-pjani fiskali tal-iżjed Stati midjuna jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ erba’ snin (b’estensjoni possibbli ta’ tliet snin addizzjonali), abbażi ta’ aġenda ta’ investiment u riforma speċifika u miftiehma, soġġetta għal monitoraġġ annwali tal-konformità. Din il-proposta tirrifletti l-“ispirtu tan-NextGenerationEU”, kif issemma. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tal-14 ta’ Marzu 2023 (7) fihom ħafna oqsma ta’ konverġenza ta’ fehmiet bejn l-Istati Membri u oqsma fejn hija meħtieġa aktar ħidma fuq qafas rivedut. Huma jipprovdu l-gwida politika għat-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi rilevanti mill-Kummissjoni Ewropea. B’mod partikolari, il-Kunsill qal li l-Istati Membri għandhom jinvolvu b’mod sistematiku lill-imsieħba soċjali, lis-soċjetà ċivili u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-ħin opportun u b’mod sinifikattiv fl-istadji kollha tas-Semestru Ewropew u taċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika, peress li dan huwa kruċjali għas-suċċess tal-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ekonomika, tal-impjiegi u dik soċjali. Dan ġie approvat ukoll mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta’ Marzu. |
|
3.5. |
Permezz ta’ dan l-istrument ta’ koordinazzjoni, il-KESE kontinwament fittex li jsaħħaħ l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata f’deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwawh. L-għan ta’ dan kien li jissaħħu l-leġittimità demokratika u l-fiduċja tas-soċjetà ċivili fl-istituzzjonijiet tal-UE u li tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effettiva tal-pjani u l-aġendi nazzjonali msemmija hawn fuq. Għalhekk, din il-konsultazzjoni saret biex jiġu identifikati r-rakkomandazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Istati Membri, u permezz ta’ dan jissaħħaħ ir-rwol tagħhom f’dawn il-proċessi. Il-konsultazzjoni qieset it-tibdil li għaddej relatat mas-Semestru Ewropew (l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-integrazzjoni tal-kapitolu dwar REPowerEU u r-reviżjoni tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE). |
4. Metodoloġija użata għal din il-konsultazzjoni
|
4.1. |
Id-data u l-informazzjoni meħtieġa għal dan ir-rapport inġabru bejn Diċembru 2022 u Marzu 2023. B’kollox, waslu 23 kontribut nazzjonali (tweġibiet għall-kwestjonarju u/jew l-organizzazzjoni ta’ round table) (8). Il-konsultazzjonijiet saru abbażi tal-għarfien tal-membri stess u involvew l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. F’xi pajjiżi, kienu involuti l-kunsilli ekonomiċi u soċjali jew korpi ekwivalenti u, f’oħrajn, ġew ikkonsultati wkoll rappreżentanti tal-gvern. |
|
4.2. |
Din l-Opinjoni tibni wkoll fuq sorsi esterni, bħall-pubblikazzjonijiet ta’ gruppi ta’ riflessjoni, studji ta’ riċerka komparattiva u dibattiti nazzjonali. Barra minn hekk, il-kwestjonarju ntbagħat ukoll lil xi ftit organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili, partijiet mill-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE u rappreżentanti oħra tat-tliet Gruppi tal-KESE. |
5. Osservazzjonijiet dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni
Taqsima I: Segwitu għall-ħidma preċedenti tagħna dwar l-RRPs nazzjonali
5.1. Mistoqsija 1 – Is-sitwazzjoni attwali tal-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fl-implimentazzjoni tal-RRP
B’mod ġenerali, ma kien hemm l-ebda tibdil kbir. L-ostakli ewlenin huma n-nuqqas ta’ rieda politika tal-gvernijiet, in-nuqqas ta’ approċċ sistematiku u uniformi għall-monitoraġġ, u n-nuqqas ta’ proċeduri u strutturi permanenti u formali għall-informazzjoni u d-djalogu. Is-soċjetà ċivili organizzata tipproponi l-ħolqien ta’ pjattaforma ċentrali dwar is-Semestru li tkun tinkludi l-informazzjoni nazzjonali kollha, il-ħolqien ta’ mekkaniżmi standardizzati ta’ konsultazzjoni u monitoraġġ bi rwol aktar attiv għall-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali (u korpi ekwivalenti).
Taqsima II: Il-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata dwar is-Semestru Ewropew
Mistoqsija 2 – Konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata fil-qafas tas-Semestru Ewropew.
Il-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata fil-kuntest tas-Semestru Ewropew ġeneralment titqies bħala insuffiċjenti u/jew ineffettiva, formalità b’rata baxxa ta’ aċċettazzjoni tal-proposti tagħha. Il-partijiet ikkonċernati nazzjonali intervistati jipproponu: ċiklu ta’ konsultazzjoni definit u regolari, b’aċċess aħjar għad-dokumentazzjoni u trasparenza akbar, pubblikazzjoni tar-riżultati, skeda ta’ żmien konsistenti maċ-ċiklu tas-Semestru, u viżibbiltà tal-proċess għall-pubbliku.
5.2. Mistoqsija 3 – L-effettività u l-leġittimità tas-Semestru Ewropew bħala għodda għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali
Maġġoranza tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili organizzata japprezzaw b’mod pożittiv ir-rwol tas-Semestru Ewropew fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u tal-impjieg, għalkemm in-nuqqasijiet espressi jimpedixxuh milli jkollu effettività u leġittimità akbar; huma jqisu li l-interattività tal-proċess tiġi mxekkla mill-piż amministrattiv u n-nuqqas ta’ metodu strutturat u uniformi ta’ konsultazzjoni. Huma jikkritikaw ukoll ir-rata baxxa ta’ adozzjoni tas-CSRs u l-integrazzjoni dgħajfa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-indikaturi soċjali fil-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni. Maġġoranza tipproponi li r-riforma tas-Semestru għandha tipprijoritizza l-objettivi għall-perjodu medju u dak fit-tul.
5.3. Mistoqsija 4 – Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi
Il-maġġoranza tal-kontributuri temmen li s-CSRs huma konsistenti mal-isfidi fuq terminu medju u dak fit-tul, għalkemm huma ġenerali wisq jew iffokati fuq is-sostenibbiltà fiskali, u jittraskuraw kwistjonijiet bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u jirriflettu biss parzjalment l-interessi tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Konformità aħjar mas-CSRs teħtieġ allinjament aħjar mal-prijoritajiet tal-gvern u taċ-ċittadini, mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni aktar trasparenti u parteċipattivi, u sistema aktar effettiva ta’ inċentivi u sanzjonijiet.
5.4. Mistoqsija 5 – It-tisħiħ tal-pilastru/i tas-Semestru Ewropew bħala prijorità
Il-prijorità tar-riformi strutturali u t-tkabbir issaħħet minħabba l-pandemija. Ir-riformi strutturali jippromovu r-reżiljenza tal-ekonomija u jeħtieġu investiment, it-tieni prijorità tas-Semestru Ewropew. L-investimenti għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali. It-tisħiħ tad-djalogu soċjali u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata fis-Semestru għandhom jiġu garantiti permezz ta’ att leġiżlattiv Ewropew. Is-sostenibbiltà essenzjali tal-finanzi pubbliċi m’għandhiex topponi l-investimenti li jippromovu l-konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq.
5.5. Mistoqsija 7 – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE)
Il-maġġoranza tal-kontributuri jqisu li hemm bżonn li tissaħħaħ ir-rabta bejn il-FSIE u l-implimentazzjoni tas-CSRs, u d-djalogi politiċi u soċjali u s-sinerġiji bejn il-korpi nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni tas-Semestru Ewropew u l-FSIE biex jitwettaq pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tas-CSRs. Għandhom jiġu promossi integrazzjoni u konverġenza akbar tal-objettivi, il-politiki u r-riżorsi nazzjonali, rabta aħjar tal-fondi mal-politiki Ewropej u użu aħjar tar-riżorsi bħala appoġġ għall-iżvilupp tar-reġjuni żvantaġġati.
Taqsima III: Il-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata dwar il-governanza ekonomika Ewropea
5.6. Mistoqsija 6 – Aspetti li għandhom jissaħħu biex jittejjeb il-mod kif tiġi implimentata l-governanza ekonomika Ewropea
It-trasparenza u r-responsabbiltà huma meqjusa bħala l-aktar elementi importanti biex jittejjeb il-mod kif tiġi implimentata l-governanza ekonomika Ewropea. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-politika ekonomika u l-implimentazzjoni tagħhom, biex joħolqu indikaturi makroekonomiċi ċari, limiti u miri biex il-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE u s-Semestru Ewropew ikunu aktar dettaljati, iffukati u tanġibbli. Imbagħad, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew (PE), il-parlamenti nazzjonali, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu involuti aktar biex jiġi żgurat li l-politiki ekonomiċi jirriflettu l-ħtiġijiet u t-tħassib ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati.
6. Kummenti ġenerali
Ir-rieżami tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE
|
6.1. |
Il-KESE jappoġġja l-proposti tal-KE għal riforma tal-governanza ekonomika (9) u jitlob li l-istrumenti leġiżlattivi msemmija fil-proposti jiġu adottati malajr sabiex ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ fl-2024, meta l-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir titneħħa wkoll. |
|
6.2. |
Il-bidliet imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-KE, b’mod partikolari dawk immirati lejn it-tnaqqis tal-livelli tad-dejn pubbliku fl-Istati Membri skont il-prinċipji tad-divrenzjar u tal-flessibbiltà (10), bilfors se jinvolvu bidliet fil-proċeduri tas-Semestru Ewropew. Il-KESE jemmen li involviment akbar tal-atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali nazzjonali għandu jkun ukoll konsegwenza inevitabbli sabiex tiġi salvagwardjata r-rappreżentanza demokratika soda tas-soċjetà kollha kemm hi. Il-fehmiet u l-interessi differenti, li huma rappreżentati b’mod partikolari mill-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għandhom jiġu kkunsidrati b’mod adatt f’dan il-qasam importanti tal-politika ekonomika. Il-KE tenfasizza l-importanza tas-sjieda nazzjonali. F’dan il-kuntest, huwa essenzjali li l-pjani nazzjonali tal-perkors fiskali fil-perjodu medju jibnu fuq dak li sar fil-kuntest tal-pjani għall-irkupru u r-reżiljenza u jsaħħuh, jiġifieri billi jinkludu artikolu simili għall-Artikolu 18(4)(q) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li joħloq obbligu għal skrutinju akbar tal-mod li bih l-Istati Membri jikkonsultaw u jinkorporaw it-talbiet tas-soċjetà ċivili organizzata fil-pjani. Huwa kruċjali li jinkisbu l-fehmiet tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar ir-riformi u l-investimenti proposti f’dawn il-pjani u l-implimentazzjoni tagħhom. |
|
6.3. |
Il-KE għadha kif ippubblikat Komunikazzjoni dwar Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti (11). Din tlaqqa’ flimkien il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, l-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ awtonomija industrijali strateġika Ewropea u l-miżuri biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija ekoloġika Ewropea fid-dawl tal-konsegwenzi tal-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni promoss mill-Gvern tal-Istati Uniti. Waħda mill-proposti tal-pjan industrijali tal-Patt Ekoloġiku hija l-ħolqien ta’ Fond Ewropew għas-Sovranità, fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, biex isir investiment fl-aktar teknoloġiji innovattivi fil-qasam tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali biex b’hekk jiġu ssalvagwardjati l-koeżjoni u s-suq uniku kontra r-riskji kkawżati mid-disponibbiltà inugwali tal-għajnuna mill-Istat (12). |
|
6.4. |
Id-dibattitu politiku u akkademiku dwar il-governanza ekonomika tal-UE jinkludi kwistjonijiet bħall-bini ta’ kapaċità fiskali ċentrali permanenti tal-UE u l-livell u t-tip ta’ riżorsi proprji li l-UE għandu jkollha. L-għan ta’ din l-Opinjoni mhuwiex li tikkummenta dwar dawn il-kwistjonijiet. Il-KESE jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom iwettqu b’mod urġenti riflessjoni profonda dwar dawn il-kwistjonijiet u dwar mudelli għal aktar integrazzjoni tal-politiki monetarji, fiskali u baġitarji. Madankollu, aħna nemmnu li l-Kumitat jitkellem għall-maġġoranza tas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea meta jgħid li s-sejba ta’ soluzzjonijiet Ewropej komuni u l-bini ta’ beni komuni Ewropej huma essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ġeopolitiċi, ekonomiċi, ambjentali u soċjali li qed jiffaċċjaw l-UE u l-Istati Membri tagħha, u biex tiġi implimentata b’suċċess it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali li twassal għal mudell ekonomiku aktar produttiv, kompetittiv, u ambjentalment u soċjalment sostenibbli. Fil-fehma tal-KESE, it-tnaqqis tad-distakk teknoloġiku mal-Istati Uniti tal-Amerka u ċ-Ċina u t-tisħiħ tal-ktajjen tal-valur jeħtieġu politika industrijali Ewropea komuni. L-awtonomija strateġika mitluba mill-istituzzjonijiet Ewropej, f’oqsma li jvarjaw mill-politika barranija u ta’ difiża sal-politiki industrijali, teknoloġiċi, kummerċjali, tas-saħħa, tal-ħiliet u tar-riċerka u l-iżvilupp, teħtieġ soluzzjonijiet u beni komuni Ewropej. Neħtieġu aktar minn soluzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq il-kapaċità fiskali ta’ kull Stat Membru, li jistgħu jaffettwaw serjament il-funzjonament kif imiss ta’ waħda mill-aħjar kisbiet tal-UE: is-suq uniku. |
|
6.5. |
Il-KESE jemmen li sabiex il-beni komuni Ewropej jiġu ffinanzjati sew, irridu nibdew billi naħdmu favur użu adatt, effiċjenti u effettiv tar-riżorsi finanzjarji eżistenti, billi nisfruttaw ir-riżorsi kollha disponibbli għall-pubbliku u l-investiment pubbliku-privat u l-istrumenti finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-UE. Għal dan l-għan, il-KESE jappella għal flessibbiltà massima fl-implimentazzjoni tal-programmi u fis-sinerġiji u t-trasferiment tal-fondi bejniethom, flimkien mal-applikazzjoni ta’ sistemi rigorużi ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili tista’ tagħmel dan il-proċess aktar trasparenti u effettiv. |
|
6.6. |
Minkejja dan li ntqal hawn fuq, l-iskala tal-ħtiġijiet ta’ investiment, f’termini ta’ beni komuni u appoġġ għall-investiment li għandu jsir mill-Istati Membri, ser teħtieġ finanzjament addizzjonali. Barra minn hekk, għandhom jinħolqu wkoll il-kundizzjonijiet it-tajba biex jiġu żgurati l-investiment privat adatt u l-aktar qafas regolatorju adatt għall-perjodu fit-tul. Din kienet il-fehma espressa mill-KESE fir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq (2022) dwar l-RRPs nazzjonali, marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Ta’ min jinnota li waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa għall-progress f’din id-direzzjoni hija l-ewwel u qabel kollox l-implimentazzjoni b’suċċess tal-RRPs nazzjonali. |
|
6.7. |
Il-KESE jemmen li governanza ekonomika u baġitarja tajba jeħtieġ li ssolvi l-kwistjoni tas-sistema tad-dħul proprju tal-UE malajr kemm jista’ jkun, tissodisfa l-impenji stabbiliti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u n-NextGenerationEU u tistabbilixxi l-pedamenti għat-tisħiħ tal-baġit Ewropew fit-tul. |
Is-Semestru Ewropew u l-proċeduri tiegħu
|
6.8. |
Is-Semestru Ewropew, minkejja d-dgħufijiet tiegħu, qeda rwol importanti fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali. Madankollu, il-proċeduri tiegħu ma jippermettux involviment ċar u regolari biżżejjed taċ-ċittadini u tal-atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali nazzjonali fl-Istati Membri fil-proċessi u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Matul ir-Reċessjoni l-Kbira ta’ dan is-seklu, is-Semestru Ewropew kien il-mezz ta’ trażmissjoni għal politiki proċikliċi ċari li, naturalment, kienu derivati mill-prinċipji tal-ekonomija politika li skonthom kien ġestit. Fir-rispons differenti ħafna li l-istituzzjonijiet Ewropej taw għall-kriżi tal-COVID-19, il-proċeduri tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza issostitwixxew dawk tas-Semestru. Billi tat inċentiv pożittiv fil-forma ta’ għotjiet u self, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sawret, permezz tal-RRPs nazzjonali, ċertu mudell ta’ ppjanar indikattiv għall-investimenti u r-riformi strutturali. Meta l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tiskadi, mhux se jkun possibbli li nerġgħu lura għall-mudell preċedenti tas-Semestru. Għalhekk, hemm bżonn tar-riforma li qed jipproponi l-KESE. |
|
6.9. |
In-natura u l-instensità tal-problemi identifikati mis-soċjetà ċivili organizzata fil-funzjonament tas-Semestru Ewropew u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sintendi jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor. Madankollu, ħafna kkritikaw b’mod partikolari l-aspetti li ġejjin:
|
|
6.10. |
Il-proċeduri tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tejbu s-sitwazzjoni f’ċerti aspetti. Għalkemm wasalna biex inwettqu l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu (13), il-konsultazzjonijiet li saru għaż-żewġ Riżoluzzjonijiet tal-KESE msemmija hawn fuq u għal din l-Opinjoni wrew livell sinifikanti ta’ konformità mar-riformi meħtieġa. Dan huwa mingħajr dubju marbut mal-inċentiv pożittiv ipprovdut mir-riċeviment ta’ fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Madankollu, il-livell ta’ implimentazzjoni tal-investimenti għadu lura. Il-livell ta’ parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata tjieb fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tal-RRPs nazzjonali meta mqabbel ma’ dak miksub fil-fażi ta’ tħejjija u meta mqabbel mal-livell tas-soltu tas-Semestru. Madankollu, ma kien hemm l-ebda titjib fl-2022 u f’xi pajjiżi ġew identifikati ostakli serji minħabba bidliet politiċi. |
|
6.11. |
Riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika, kif proposta mill-KE, tappella b’mod ċar għal adattament tas-Semestru. Il-qafas komuni rivedut tal-politika fiskali se joffri qafas aktar flessibbli u divrenzjat li jinkludi negozjati u ftehimiet bejn l-istituzzjoni tal-UE u l-Istati Membri. Se jwassal għal bidliet fl-iskedi ta’ żmien u l-proċeduri tas-Semestru. Sabiex jibqa’ effettiv u ta’ suċċess, se jkollu jiffaċilita s-sjieda nazzjonali tal-proċess u tal-impenji meħuda, li jistgħu jinkisbu biss b’involviment usa’ tal-atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-proċess. Għall-KESE, l-involviment tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu għalhekk ikun wieħed mill-pilastri tas-Semestru rivedut. L-involviment tal-parlamenti nazzjonali u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa essenzjali wkoll. |
|
6.12. |
Il-KESE diġà appella għal att leġiżlattiv Ewropew biex jirregola l-involviment tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Semestru. L-Artikolu 18(4)(q) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jista’ jitqies bħala embrijun tar-regola mitluba mill-KESE. Nipproponu li dan ikun regolament li jistabbilixxi l-prinċipji u l-karatteristiċi bażiċi tal-konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. B’dan il-mod, ir-regolament jirrispetta t-tradizzjonijiet u l-proċeduri nazzjonali għall-parteċipazzjoni soċjali, billi jirrikjedi li titwettaq f’konformità mal-prinċipji u l-karatteristiċi bażiċi stabbiliti fir-regolament Ewropew. |
|
6.13. |
Il-KE ħabbret il-pubblikazzjoni fil-futur qarib ta’ Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali u Rakkomandazzjoni dwar ir-rwol tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali. Il-KESE jemmen li, jekk din l-inizjattiva twassal għall-promulgazzjoni ta’ leġiżlazzjoni, din għandha tkun komplementari għar-regolament mitlub mill-Kumitat. |
7. Proposti għal riforma tas-Semestru Ewropew
|
7.1. |
Il-KESE jipproponi riforma tas-Semestru Ewropew sabiex jissaħħu l-prinċipji, il-valuri u x-xejriet li ġejjin: it-trasparenza, id-demokrazija, l-involviment tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-effiċjenza tal-funzjonament tas-Semestru bil-għan li jkun hemm tkabbir tal-ekonomiji u impjieg ta’ kwalità tajba, il-kontribut għall-koeżjoni u l-konverġenza soċjali bejn l-Istati Membri, u l-ikkompletar tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali tal-ekonomija tal-UE. |
|
7.2. |
Għal dan l-għan, is-sistemi eżistenti ta’ indikaturi — ekonomiċi u tal-impjieg, soċjali u ambjentali — għandhom jiġġeddu, jiġu kkomplementati u magħmula konsistenti ma’ xulxin, sabiex jissaħħu l-proċeduri ta’ evalwazzjoni, li għandhom jinvolvu wkoll lill-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
7.3. |
Il-KESE jirrakkomanda Semestru Ewropew li dejjem iqis id-dimensjoni soċjali tad-deċiżjonijiet ekonomiċi fil-mument tal-koordinazzjoni tal-ekonomiji tal-UE u tal-formulazzjoni ta’ proposti biex tingħata spinta lit-tkabbir sostenibbli tagħhom. Il-miżuri promossi mis-Semestru jridu jagħtu prijorità kemm lill-kapaċità tal-innovazzjoni u lit-tkabbir tal-produttività kif ukoll lill-implimentazzjoni ta’ tranżizzjonijiet ġusti fit-transformazzjoni doppja ekoloġika u diġitali tal-ekonomija Ewropea u l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Dan huwa l-bilanċ produttiv li ssejjaħ is-“sostenibbiltà kompetittiva tal-UE”, kif definit fl-aħħar żewġ Opinjonijiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli, li l-KESE appoġġja bis-sħiħ. |
|
7.4. |
Il-KESE jemmen li l-istrumenti ewlenin tas-Semestru Ewropew – l-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli, il-pjani nazzjonali ta’ riforma u s-CSRs – għandu jkollhom durata ta’ tliet snin, b’evalwazzjonijiet u rieżamijiet annwali. Dan jippermetti wkoll proċess aħjar ta’ parteċipazzjoni tal-atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali, iżid is-sjieda nazzjonali u jwassal għal implimentazzjoni aħjar ta’ dawn l-istrumenti. |
|
7.5. |
Il-konformità mas-CSRs fil-perspettiva fuq terminu medju li l-KESE qed jippromovi ser tgħin biex jiġu vvalutati l-validità u l-effettività tas-Semestru. Il-konsultazzjoni li saret fil-kuntest ta’ din l-Opinjoni identifikat, b’mod partikolari, il-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata dwar is-siwi tas-sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità u dwar l-aktar tipi ta’ sanzjonijiet effettivi. Il-KESE jemmen li l-aktar approċċ adatt huwa li jiġu pprovduti inċentivi għall-konformità sabiex jiġu ssodisfati l-impenji nazzjonali li l-implimentazzjoni tagħhom tintrabat mal-baġit tal-UE u li l-Istati Membri jirċievu parti mill-fondi minnu, fuq il-bażi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Sabiex dawn l-impenji jkunu bbilanċjati u koerenti mal-pilastri kollha tal-governanza ekonomika, huwa essenzjali li l-proċess ta’ sjieda nazzjonali jkun demokratiku u jinvolvi atturi politiċi u soċjali. |
|
7.6. |
Semestru aktar demokratiku jfisser li jiġu involuti korpi politiċi demokratiċi Ewropej u nazzjonali fil-proċeduri tiegħu u, f’xi każijiet, fid-deċiżjonijiet tiegħu. F’dan ir-rigward, nirreferu għall-PE u l-parlamenti nazzjonali kif ukoll għall-istituzzjonijiet politiċi lokali u reġjonali. L-għan ta’ din l-Opinjoni mhuwiex li tipproponi formuli jew kompetenzi speċifiċi. Madankollu, ta’ min jinnota li l-proċess ta’ sjieda nazzjonali tar-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri tas-Semestru, li huwa tant meħtieġ għall-effettività tagħhom, jirrikjedi li dawn l-istituzzjonijiet nazzjonali jaqdu rwol importanti kemm fit-tfassil tal-pjani u r-rakkomandazzjonijiet kif ukoll fl-evalwazzjoni tagħhom. Bl-istess mod, il-kompetenzi tal-PE għandhom jiżdiedu sal-punt li jkun jista’ jkollu kapaċità ta’ kodeċiżjoni dwar linji gwida wesgħin marbutin mal-politika ekonomika u proposti ta’ natura Ewropea. |
|
7.7. |
Il-KESE jipproponi l-involviment tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni formali strutturata kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali. Il-parteċipazzjoni għandha sseħħ kemm fl-istadju tal-abbozzar tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri, kif ukoll fl-istadji tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni. Għandu jkun hemm korp speċifiku, possibbilment preeżistenti, li jkun formalment u legalment inkarigat mill-konsultazzjoni dwar is-Semestru Ewropew u mill-iżgurar tal-involviment tas-soċjetà ċivili fl-evalwazzjoni tas-Semestru. Il-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali jista’ jkollhom rwol rilevanti fil-konsultazzjoni u l-evalwazzjoni tas-Semestru f’ħafna pajjiżi. Madankollu, dan huwa fil-kompetenza tal-pajjiżi individwali, skont it-tradizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru. Barra minn hekk, bħalissa, huma l-pajjiżi individwali li jiddeċiedu jekk l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġux involuti permezz tal-istess proċedura u l-istess korp jew permezz ta’ proċessi differenti. |
|
7.8. |
Il-KESE jemmen li l-involviment tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fid-diversi stadji tas-Semestru Ewropew għandu jiġi stabbilit permezz ta’ regolament tal-UE li jistabbilixxi l-valuri, il-prinċipji u l-karatteristiċi ewlenin li għandhom jiġu rispettati, u l-proċeduri u l-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu speċifikati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fil-fehma tal-KESE, ir-rekwiżiti ewlenin għal proċess effettiv ta’ konsultazzjoni formali fil-livell nazzjonali li għandhom jiġu inklużi f’tali regolament huma dawn li ġejjin:
|
|
7.9. |
Il-KESE jemmen li kriterji simili għandhom jiġu applikati għad-djalogu soċjali u l-proċeduri ta’ djalogu tas-soċjetà ċivili u l-korpi li jappoġġjawhom fil-livell Ewropew. Ovvjament, jeħtieġ li jsiru xi adattamenti minħabba differenzi fil-kamp ta’ applikazzjoni, il-kontenut u l-iskedi ta’ żmien. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2022) 583 final, Komunikazzjoni dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE
(2) Opinjoni tal-KESE dwar Komunikazzjoni dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE (ĠU C 146, 27.04.2023, p. 53).
(3) Riżoluzzjonijiet tal-KESE dwar L-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – X’jaħdem u x’ma jaħdimx?, adottata fi Frar 2021 (ĠU C 155, 30.4.2021, p. 1) u dwar L-Involviment tas-Soċjetà Ċivili Organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Kif nistgħu ntejbuh?, adottata f’Mejju 2022 (ĠU C 323, 26.8.2022, p. 1).
(4) Appendiċi għall-Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar Ir-rakkomandazzjonijiet tal-KESE għal riforma soda tas-Semestru Ewropew (europa.eu).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(6) COM(2022) 583 final.
(7) Semestru Ewropew 2023 – Rapport ta’ sinteżi tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (20.3.2023).
(8) AT, BE, BG, CZ, IE, IT, EL, ES, FI, FR, HR, CY, LT, LU, HU, MT, NL, PL, RO, SI, SK, SE u DK.
(9) Opinjoni tal-KESE dwar Komunikazzjoni dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE (ĠU C 146, 27.4.2023, p. 53).
(10) B’mod partikolari, il-KESE ddeskriva proposta għal din il-flessibbiltà fil-punti 3.6 u 3.7 tal-Opinjoni msemmija hawn fuq.
(11) COM(2023) 62 final.
(12) Hija u titkellem fis-sessjoni plenarja tal-KESE tal-24 ta’ Jannar 2023, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Margrethe Vestager irrapportat li l-Ġermanja rrappreżentat 50 %, u Franza 25 %, tas-EUR 677 biljun li l-Istati Membri allokaw lill-kumpaniji sa mill-bidu tal-pandemija.
(13) Rapport ta’ evalwazzjoni tal-KESE dwar Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (għandu jiġi adottat f’Settembru 2023).
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-dritt għal ambjent b’saħħtu fl-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 228/02)
|
Relatur: |
Ozlem YILDIRIM |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
27.10.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
13.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
162/1/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Fit-23 ta’ Ġunju 2022, l-Ukrajna saret pajjiż kandidat għas-sħubija mal-UE. Meta l-Ukrajna tissieħeb fl-UE, se tkun l-akbar jew it-tieni l-akbar Stat Membru tal-UE f’termini ta’ territorju. It-territorju kbir tal-Ukrajna għandu ekosistemi differenti; tabilħaqq, skont is-segretarjat tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, l-Ukrajna tkopri 6 % tat-territorju tal-Ewropa iżda tospita 35 % tal-bijodiversità tagħha. |
|
1.2. |
Il-ħsara ambjentali kkawżata mill-gwerra tinkludi d-degradazzjoni tal-ekosistemi, it-tniġġis tal-arja u tal-ilma, u l-kontaminazzjoni tar-raba’ li jinħadem u tal-mergħat. Skont ir-rapporti, minn mindu bdiet il-gwerra, 200 000 ettaru ta’ foresti ntlaqtu min-nirien, inħarqu 680 000 tunnellata ta’ fjuwils fossili, u 180 000 metru kubu ta’ ħamrija ġew ikkontaminati bil-munizzjon. Il-gwerra ddegradat iż-żoni protetti u qerdet l-impjanti tat-trattament tal-ilma. Aktar minn 100 każ ta’ nirien fil-foresti ġew skattati mill-kunflitt, li rrilaxxaw 33 miljun tunnellata ta’ CO2. |
|
1.3. |
L-azzjonijiet tar-Russja jidhru li jammontaw għal ekoċidju, abbażi ta’ definizzjoni proposta minn esperti legali u ppubblikata f’Ġunju 2021. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) talab li l-“ekoċidju”, kif definit mill-Bord ta’ Esperti Indipendenti għad-Definizzjoni Legali tal-Ekoċidju, jiġi kkodifikat bħala reat kriminali skont il-liġi tal-UE. Ir-rikonoxximent tar-reat tal-ekoċidju fid-Direttiva riveduta tal-UE dwar ir-Reati Ambjentali se jwassal għal żviluppi fil-leġiżlazzjoni lil hinn mill-UE, b’mod partikolari fil-Qorti Kriminali Internazzjonali, u dan jista’ jgħin biex ir-Russja tingħata ċertu obbligu ta’ rendikont li jirrifletti l-ħsara ambjentali u ekoloġika kkawżata. |
Il-KESE:
|
1.4. |
jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tittejjeb il-protezzjoni ambjentali għad-drittijiet fundamentali fl-UE u lil hinn minnha, li ġiet aggravata mill-ħsara ambjentali kkawżata mill-gwerra fl-Ukrajna, inklużi l-ħsara lis-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem, id-degradazzjoni tal-ekosistema, it-tniġġis tal-arja u tal-ilma, u l-kontaminazzjoni tar-raba’ li jinħadem u tal-mergħat, li jheddu direttament il-produzzjoni agrikola u jesponu l-fraġilità tas-sigurtà globali tal-ikel; |
|
1.5. |
jiġbed l-attenzjoni dwar l-impatt ambjentali u soċjali tal-invażjoni tar-Russja, u dwar l-importanza tal-appoġġ u l-għoti tiegħu biex jiġu ddokumentati, immappjati u mkejla dawn il-konsegwenzi, biex tiġi segwita l-protezzjoni legali tal-ambjent, biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont, biex jiġu stabbiliti l-pedamenti għal irkupru ekoloġiku u sostenibbli wara l-gwerra, u biex tingħata għajnuna bil-għan li jiġu vvalutati l-bżonnijiet finanzjarji għar-riallokazzjoni tal-fondi għall-irkupru ekoloġiku; |
|
1.6. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu passi biex jidentifikaw l-impatti ambjentali negattivi tal-gwerra illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jeħtiġilhom jappoġġjaw l-isforzi tas-soċjetà ċivili biex tiddokumenta l-ħsara ambjentali, inklużi r-reati ambjentali, imwettqa mir-Russja, u jappoġġjaw ir-rwol tas-soċjetà ċivili fit-tiswir tal-bini mill-ġdid tal-Ukrajna; |
|
1.7. |
iħeġġeġ li l-UE jeħtiġilha tgħin biex tipproteġi l-ambjent tal-Ukrajna u biex issewwi l-ħsara ambjentali kkawżata mill-gwerra. Il-KESE jsostni li l-isforzi kollha ta’ rikostruzzjoni ser jitwettqu b’konformità mal-istandards internazzjonali tal-ILO u l-prinċipji tal-kundizzjonalità soċjali; |
|
1.8. |
jenfasizza li s-saħħa tal-bniedem u l-kwalità tal-ambjent ma jistgħux jiġu sseparati – is-saħħa tal-ekosistemi, tal-annimali u tan-nies huma interkonnessi – u li l-UE għandha tissalvagwardja dan id-dritt. Id-deterjorament ambjentali huwa l-kawża primarja ta’ mard. It-tniġġis akustiku, pereżempju, jikkawża l-mewt ta’ 12 000 persuna fis-sena. L-interkonnettività tas-saħħa tal-ambjent u tal-bniedem hija wkoll partikolarment evidenti fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel; |
|
1.9. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isaħħu l-metodi ta’ spezzjoni tal-ikel u tal-agrikoltura meta jidħlu fis-suq uniku, b’attenzjoni speċifika għad-detezzjoni tat-tniġġis ambjentali kkawżat mill-gwerra fl-Ukrajna sabiex tiġi ggarantita s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej kollha u tal-ambjent tagħna; |
|
1.10. |
jisħaq li d-dritt għal ambjent b’saħħtu huwa essenzjali għall-benessri soċjali u ekonomiku tan-nies fl-Ewropa u madwar id-dinja. Huwa stmat li madwar 40 % tal-impjiegi globalment jiddependu minn klima u ekosistema b’saħħithom. Fid-dawl tal-qafas legali internazzjonali u ta’ din ir-realtà qawwija, mhuwiex sorprendenti li ġew adottati bosta biċċiet ta’ leġiżlazzjoni tal-UE biex l-obbligu tal-UE li tiżgura r-rispett għad-dritt għal ambjent b’saħħtu jiġi applikat fil-prattika; |
|
1.11. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha biex japprofondixxu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-effettività tal-għodod legali eżistenti, peress li l-effettività fil-prattika spiss tkun nieqsa. Il-ħafna eżempji ta’ litigazzjoni kontra n-nuqqasijiet tal-Istati Membri jew tal-UE nnifisha f’oqsma bħall-arja nadifa, il-klima, is-sajd, jew l-ilma juru sa liema punt l-awtoritajiet pubbliċi qed jonqsu milli jiżguraw ir-rispett għal dan id-dritt. |
2. Kummenti ġenerali
2.1. Id-dritt għal ambjent b’saħħtu fil-kuntest tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE
|
2.1.1. |
Fis-16 ta’ Marzu 2022, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa keċċa r-Russja b’effett immedjat (1). Għalhekk, waqt li l-UE kienet f’nofs in-negozjati tal-adeżjoni tagħha mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (il-Konvenzjoni), fis-16 ta’ Settembru 2022 ir-Russja ma baqgħetx marbuta biha. Dan naqqas b’mod drammatiku l-kopertura tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar il-kontinent Ewropew. Madankollu, fiż-żmien tal-invażjoni u sas-16 ta’ Settembru 2022, ir-Russja kienet marbuta mill-Konvenzjoni u, minkejja li r-Russja rtirat anke minn istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn, din kienet u għadha soġġetta għal firxa wiesgħa ta’ obbligi internazzjonali. Dawn jikkonċernaw mhux biss id-drittijiet tal-bniedem (2) iżda wkoll l-ambjent: il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (3) u l-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversità huma fost dawk li r-Russja kisret bl-aggressjoni tagħha. |
|
2.1.2. |
Huwa vitali li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent jiġu protetti fil-bqija tal-Ewropa – mhux biss fis-27 Stat Membru tal-UE, fejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem se tissaħħaħ bl-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni, iżda wkoll fid-19-il Stat Membru li jifdal tal-Kunsill tal-Ewropa, inkluża l-Ukrajna. |
|
2.1.3. |
Dan huwa aktar u aktar importanti peress li, fit-23 ta’ Ġunju 2022, l-Ukrajna saret pajjiż kandidat għall-UE. Meta l-Ukrajna tissieħeb fl-UE, se tkun l-akbar jew it-tieni l-akbar Stat Membru tal-UE f’termini ta’ territorju (4). It-territorju kbir tal-Ukrajna għandu ekosistemi differenti; tabilħaqq, skont is-segretarjat tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (5), l-Ukrajna tkopri 6 % tat-territorju tal-Ewropa iżda tospita 35 % tal-bijodiversità tagħha. Barra minn hekk, l-art agrikola tal-pajjiż — kruċjali għall-provvisti tal-ikel globali — u l-infrastruttura estensiva tal-fjuwils fossili — li minnha jiddependu ċerti Stati Membri ġirien b’mod partikolari għall-provvisti tal-enerġija — ġarrbu pressjoni enormi matul din l-aħħar sena. |
|
2.1.4. |
L-azzjonijiet tar-Russja jidhru li jammontaw għal ekoċidju, abbażi ta’ definizzjoni proposta minn esperti legali u ppubblikata f’Ġunju 2021 (6). Fl-2001, il-kodiċi kriminali tal-Ukrajna (7) inkluda r-reat tal-ekoċidju. B’mod parallel mad-deċiżoni tal-Parlament Ewropew (8), il-KESE talab li l-“ekoċidju”, kif definit mill-Bord ta’ Esperti Indipendenti għad-Definizzjoni Legali tal-Ekoċidju, jiġi kkodifikat bħala reat kriminali skont il-liġi tal-UE (9). Ir-rikonoxximent tar-reat tal-ekoċidju fid-Direttiva riveduta tal-UE dwar ir-Reati Ambjentali se jwassal għal żviluppi fil-leġiżlazzjoni lil hinn mill-UE, b’mod partikolari fil-Qorti Kriminali Internazzjonali, u dan jista’ jgħin biex ir-Russja tingħata ċertu obbligu ta’ rendikont li jirrifletti l-ħsara ambjentali u ekoloġika kkawżata. |
|
2.1.5. |
Fid-19 ta’ Jannar 2023, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni li tappella biex jiġi stabbilit tribunal għad-delitti ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna – appoġġjata mill-KESE fis-sessjoni plenarja tiegħu fi Frar (10). It-test tar-Riżoluzzjoni jirreferi darbtejn għal kwistjonijiet ambjentali. L-ewwel nett, jirrikonoxxi r-rabta bejn il-gwerra u l-ħsara fit-tul għall-ambjent naturali u l-klima. It-tieni, jappella għall-istabbiliment ta’ reġistru internazzjonali li, fost affarijiet oħra, jirreġistra ħsara mifruxa u serja għall-ambjent naturali u l-klima sabiex jgħin fid-determinazzjoni ta’ rimedji futuri għall-ħsara kkawżata. F’dan il-kuntest, huwa essenzjali li r-rabta bejn il-ħsara ambjentali bħala arma tal-gwerra tiġi enfasizzata u msaħħa u li ssir prosekuzzjoni ta’ dawn ir-reati. |
|
2.1.6. |
Il-ħsara ambjentali kkawżata mill-gwerra tinkludi d-degradazzjoni tal-ekosistemi, it-tniġġis tal-arja u tal-ilma, u l-kontaminazzjoni tar-raba’ li jinħadem u tal-mergħat. Pereżempju, it-tnixxijiet minn żewġ pipelines tal-gass Russi fil-Baħar Baltiku jistgħu jikkawżaw impatt bla preċedent fuq il-klima u aspetti oħra tal-ambjent (11). Minn mindu bdiet il-gwerra, 200 000 ettaru ta’ foresti ġew affettwati min-nirien, inħarqu 680 000 tunnellata ta’ fjuwils fossili, u 180 000 metru kubu ta’ ħamrija ġew ikkontaminati bil-munizzjon. Il-gwerra ddegradat iż-żoni protetti u qerdet l-impjanti tat-trattament tal-ilma. Il-periklu huwa akbar peress li l-Ukrajna hija t-tieni l-aktar pajjiż b’enerġija nukleari fl-Ewropa bi 15-il reattur. Aktar minn 100 każ ta’ nirien fil-foresti ġew skattati mill-kunflitt, li rrilaxxaw 33 miljun tunnellata ta’ CO2. Il-bumbardamenti mir-Russja qed jeqirdu l-bijodiversità tal-Ukrajna. L-esperti Ukreni jistmaw li l-ħsara ambjentali kkawżata mir-Russja hija ta’ EUR 24 biljun. |
|
2.1.7. |
Il-gwerra fl-Ukrajna qed tikkawża sfidi bla preċedent u fit-tul fuq l-ambjent. Qed taffettwa wkoll b’mod negattiv is-saħħa fiżika u mentali, l-integrità u l-benessri tal-poplu Ukren u l-ġenerazzjonijiet futuri tiegħu. Dawn l-impatti huma aggravati għal gruppi vulnerabbli u għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-effett psikoloġiku tal-gwerra u l-kwistjonijiet ta’ saħħa mentali. Il-gwerra qed tikkawża kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija, kif ukoll tniġġis akustiku, li kollha se jaffettwaw lill-vittmi tagħha għal ġenerazzjoni wara oħra. Ħafna problemi jistgħu jitqiesu li jmorru lil hinn mill-fruntieri tal-Ukrajna u jeżistu riskji serji b’mod kollettiv għas-saħħa pubblika. Bħall-effetti tal-gwerra, huwa magħruf li l-impatti fuq is-saħħa mentali u fiżika minħabba d-degradazzjoni ambjentali, b’mod partikolari l-impatti tal-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma, huma interġenerazzjonali. Mhumiex biss it-tfal li jgħixu fl-Ukrajna jew li ħarbu minnha llum li se jsofru l-impatti tagħhom; se jbatu wkoll il-ġenerazzjonijiet futuri. |
|
2.1.8. |
Għalhekk l-isforzi tal-movimenti taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet Ukreni biex jiżguraw leħen għall-ġenerazzjoni tagħhom huma element partikolarment kommoventi. Huwa importanti li l-vuċijiet u l-opinjonijiet tagħhom jiffurmaw parti mill-isforzi ta’ rikostruzzjoni. |
|
2.1.9. |
Il-ħsara lill-ekosistema kondiviża tagħna, bħad-degradazzjoni tal-ħamrija, qed thedded direttament lill-produzzjoni agrikola futura u tesponi l-fraġilità tas-sigurtà globali tal-ikel. B’mod partikolari, l-istruttura attwali tas-suq tal-komoditajiet mhijiex qed tgħin biex jintlaħqu l-“ekonomija sostenibbli li neħtieġu” u l-objettivi marbuta mal-iżvilupp sostenibbli, l-ambizzjoni klimatika u t-tranżizzjoni ġusta minquxa fl-Aġenda tal-2030 tan-NU u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, iżda pjuttost qed taħdem b’mod attiv kontrihom (12). |
|
2.1.10. |
Is-soċjetà ċivili kellha rwol ewlieni fid-difiża tal-ambjent fl-Ukrajna qabel il-gwerra. Il-gwerra affettwat b’mod drammatiku l-kapaċità tas-soċjetà ċivili li twettaq l-attivitajiet tagħha. Ħafna difensuri ambjentali kellhom jaħarbu, jew qed jikkontribwixxu fl-isforzi tal-gwerra. Dawk li għadhom jistgħu joperaw bidlu ħidmiethom biex jiddokumentaw il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq l-ambjent (13). L-involviment tagħhom se jkun vitali fil-bini mill-ġdid tal-ambjent tal-Ukrajna u fl-iżgurar li l-Ukrajna tadotta l-liġi ambjentali tal-UE sabiex tkun tista’ taderixxi mal-UE. |
|
2.1.11. |
Il-protezzjoni ambjentali u l-impatti fuq il-ħajja ta’ kuljum u fuq is-saħħa għadhom importanti għall-Ukreni. Barra minn hekk, skont stħarriġ pubbliku, 95,2 % ta’ dawk li wieġbu jemmnu li r-restawr tan-natura huwa importanti fir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna wara l-gwerra (14). |
|
2.1.12. |
Sakemm ikun hemm appoġġ internazzjonali adegwat, il-qerda min-naħa tar-Russja tal-infrastruttura tal-industrija peżanti tal-Ukrajna tista’ tinbidel f’opportunità għall-Ukrajna biex tisfrutta l-potenzjal solari u eoliku tagħha u tibni mill-ġdid b’mod aħjar u aktar ekoloġiku b’sorsi alternattivi tal-elettriku, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħha u ta’ dawk lil hinn mill-fruntieri tagħha, li jsaħħaħ b’mod sostanzjali l-pożizzjoni tal-Ukrajna fin-negozjati tal-adeżjoni tagħha mal-UE. |
|
2.1.13. |
Is-sitwazzjoni bħalissa għadha instabbli. Hemm inċertezzi serji dwar il-futur. Lil hinn mid-diżastru umanitarju drammatiku kkawżat mill-bniedem, se jqumu mistoqsijiet dwar l-ispiża finali tal-bini mill-ġdid tal-Ukrajna u l-punt sa fejn ir-Russja tista’ tinżamm responsabbli tagħha. L-UE għandha rwol importanti xi twettaq. Fir-Riżoluzzjoni tal-KESE dwar Il-gwerra fl-Ukrajna u l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħha (15), flimkien mal-impatti umani, il-KESE enfasizza li l-impatti ambjentali tal-gwerra bħala konsegwenza ta’ attakki bil-bombi, tnixxijiet taż-żejt u tal-gass, u inċidenti f’fabbriki kimiċi u impjanti nukleari, huma ta’ tħassib kbir għall-Ukreni, l-UE u lil hinn minnha. Dawn l-impatti ambjentali inevitabbilment se jkollhom konsegwenzi fit-tul għas-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi. L-impatt ambjentali tal-gwerra huwa theddida reali għall-popolazzjoni: l-esperti tan-NU iwissu li t-tniġġis jista’ jieħu s-snin biex jitnaddaf, u b’hekk jiżdied ir-riskju ta’ kanċers, mard respiratorju u dewmien fl-żvilupp fit-tfal (16). Is-saħħa riproduttiva hija tħassib ieħor. Il-KESE enfasizza li l-UE trid tgħin fil-protezzjoni tal-ambjent tal-Ukrajna u biex tissewwa l-ħsara ambjentali kkawżata mill-gwerra. Il-KESE jsostni li l-isforzi kollha ta’ rikostruzzjoni ser jitwettqu b’konformità mal-istandards internazzjonali tal-ILO u l-prinċipji tal-kundizzjonalità soċjali. Il-KESE ppropona li l-UE tirrispondi permezz ta’ programmi bħal RescEU u LIFE, f’koordinazzjoni ma’ mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u lokali u f’kooperazzjoni mas-settur privat u l-NGOs. |
|
2.1.14. |
Waqt li l-gwerra għadha għaddejja, il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali hija importanti għall-immappjar u l-monitoraġġ tal-ħsara ambjentali ta’ natura transfruntiera, sabiex jiġu vvalutati l-ħsarat u l-ħtiġijiet finanzjarji, jitqanqlu l-investimenti u jiġu riallokati r-riżorsi għar-restawr sostenibbli tal-Ukrajna. Fil-każ tal-immappjar, l-EEA appoġġjat l-isforzi biex tittejjeb il-kapaċità ta’ ġbir ta’ informazzjoni li tirrifletti l-istat tal-ambjent ta’ qabel il-gwerra, li tista’ tintuża bħala l-linja bażi fil-proċessi ta’ monitoraġġ (17). |
|
2.1.15. |
Il-Kummissjoni u l-Kunsill jeħtiġilhom jappoġġjaw l-isforzi tas-soċjetà ċivili biex tiddokumenta l-ħsara ambjentali, inklużi r-reati ambjentali, imwettqa mir-Russja. L-UE jeħtiġilha tiżgura wkoll li l-isforzi tagħha biex tappoġġja l-bini mill-ġdid tal-Ukrajna jipprevjenu u jtaffu l-impatti ekoloġiċi u ambjentali terribbli tal-gwerra sabiex id-drittijiet tal-bniedem jiġu applikati fil-prattika. |
|
2.1.16. |
L-isforzi tal-UE jridu jiżguraw li l-ekonomija tal-Ukrajna u l-ekonomija tal-UE ma jibqgħux dipendenti mill-fjuwils fossili u li l-isforzi tal-bini mill-ġdid jitbiegħdu mill-infrastruttura tal-fjuwils fossili. L-isforzi tal-UE jridu jiżguraw ukoll li l-Ukrajna tkun tista’ taqdi r-rwol tagħha fis-sistema globali tal-ikel u – fid-dawl tal-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE – biex l-UE tkun tista’ tissodisfa l-impenji tagħha skont il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Ftehim ta’ Kunming-Montreal. L-UE għandha tiżgura wkoll li l-programmi ta’ sanzjonijiet tagħha jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent. L-NGOs appellaw, pereżempju, għall-użu ta’ sanzjonijiet li mhux biss ifixklu l-kapaċità tar-Russja li tkompli l-gwerra illegali tagħha iżda wkoll il-kapaċità tagħha li tapprofitta minn sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrappurtat (18). |
2.2. L-obbligu legali tal-UE li tipproteġi d-dritt għal ambjent b’saħħtu
|
2.2.1. |
Fit-28 ta’ Lulju 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat riżoluzzjoni storika li tirrikonoxxi d-dritt għal ambjent nadif, b’saħħtu u sostenibbli bħala dritt tal-bniedem (19), li tappella lin-nazzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lin-negozji u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra kollha biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw ambjent nadif, b’saħħtu u sostenibbli għal kulħadd. Is-27 Stat Membru tal-UE vvutaw favur ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-maġġoranza kbira tan-nazzjonijiet. Ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tidwi r-Rapport ta’ Informazzjoni tal-KESE tal-2021 dwar Il-protezzjoni ambjentali bħala prerekwiżit għar-rispett tad-drittijiet fundamentali (20), u tirrikonoxxi li “d-degradazzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, id-deżertifikazzjoni u l-iżvilupp mhux sostenibbli jikkostitwixxu wħud mill-aktar theddidiet urġenti u serji għall-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri li jgawdu b’mod effettiv id-drittijiet kollha tal-bniedem”. Ir-riżoluzzjoni tappella, fost affarijiet oħra, lil organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UE “biex itejbu l-kooperazzjoni internazzjonali, isaħħu l-bini tal-kapaċità u jkomplu jikkondividu prattiki tajba sabiex iżidu l-iskala tal-isforzi li jiżguraw ambjent nadif, b’saħħtu u sostenibbli għal kulħadd”. |
|
2.2.2. |
Id-dritt għal ambjent b’saħħtu jirrikonoxxi r-rabta fundamentali bejn l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Is-saħħa tal-bniedem u l-kwalità tal-ambjent ma jistgħux jiġu sseparati – is-saħħa tal-ekosistemi, tal-annimali u tan-nies huma interkonnessi – u l-UE jeħtiġilha tissalvagwardja dan id-dritt. Id-deterjorament ambjentali huwa l-kawża primarja ta’ mard. Pereżempju, fl-2019, 307 000 mewta prematura ġew attribwiti għal materja partikolata fina, 40 400 għad-diossidu tan-nitroġenu, u 16 800 għal esponiment akut għall-ożonu (21). Naturalment, il-problema tmur lil hinn mill-kwalità tal-arja. It-tniġġis akustiku, pereżempju, jikkawża l-mewt ta’ 12 000 persuna fis-sena. (22) L-interkonnettività bejn l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem hija wkoll partikolarment evidenti fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel. |
|
2.2.3. |
L-ordni ġuridiku tal-UE huwa fuq quddiem nett globalment f’termini ta’ rikonoxximent, f’livell supranazzjonali, tad-dritt għal ambjent b’saħħtu. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat (l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) jimxu id f’id ma’ diversi oħrajn, b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 21(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 191 tat-TFUE (23), kif ukoll diversi dispożizzjonijiet oħra tal-Karta (24) li, meta jinqraw flimkien, jirrappreżentaw ir-rikonoxximent ta’ dritt għal ambjent nadif, b’saħħtu u sostenibbli. Bis-saħħa tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma dejjem soġġetti għal dan l-obbligu u l-Istati Membri huma soġġetti għalih meta jimplementaw id-dritt tal-Unjoni (25). Il-Parlament Ewropew talab li “d-dritt għal ambjent b’saħħtu [għandu] jiġi rikonoxxut fil-Karta” u li l-UE “tmexxi l-inizjattiva li dritt simili jkun rikonoxxut internazzjonalment” (26). |
|
2.2.4. |
Bis-saħħa tal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-UE hija marbuta wkoll li tirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni meta d-dispożizzjonijiet tal-Karta jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. B’mod partikolari permezz tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, il-ħajja tal-familja, u d-dar (l-Artikolu 7 tal-Karta, l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni), il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem probabbilment diġà rrikonoxxiet id-dritt għal ambjent sikur u b’saħħtu (27). Dan jimplika mhux biss obbligi negattivi (l-obbligu li ma jiġix imfixkel id-dritt għal ambjent b’saħħtu), iżda wkoll obbligi pożittivi biex jittieħdu miżuri, bħal dawk li jikkonċernaw il-kwalità tal-arja, sabiex jiġi żgurat ir-rispett għal dan id-dritt (28). Dawn l-obbligi se jsiru saħansitra aktar eżegwibbli ladarba l-UE taderixxi mal-Konvenzjoni, kif jintalab mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Bħall-Parlament Ewropew, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa appellat għal protokoll għall-Konvenzjoni li jirrikonoxxi b’mod espliċitu “d-dritt għal ambjent sikur, nadif, b’saħħtu u sostenibbli” (29). Dan joħloq dritt eżegwibbli madwar is-27 Stat Membru tal-UE u d-19-il pajjiż terz li huma wkoll membri tal-Kunsill tal-Ewropa. |
|
2.2.5. |
L-UE hija wkoll rikonoxxuta b’mod wiesa’ li għandha influwenza kbira b’mod sproporzjonat fuq ir-regolamentazzjoni ambjentali globali. Diversi oqsma tal-liġi tal-UE li jaffettwaw id-dritt għal ambjent b’saħħtu – b’mod partikolari r-regoli dwar sustanzi tossiċi skont ir-Regolament REACH (30) – huma każijiet klassiċi tal-“effett ta’ Brussell” (31), li permezz tiegħu r-regoli tal-UE jsiru standards globali. |
|
2.2.6. |
Id-dritt għal ambjent b’saħħtu huwa vitali għall-benessri soċjali u ekonomiku tan-nies fl-Ewropa u madwar id-dinja. Huwa stmat li madwar 40 % tal-impjiegi globalment jiddependu minn klima u ekosistema b’saħħithom (32). Fid-dawl tal-qafas legali internazzjonali u ta’ din ir-realtà qawwija, mhuwiex sorprendenti li ġew adottati bosta partijiet ta’ leġiżlazzjoni tal-UE biex l-obbligu tal-UE li tiżgura r-rispett għad-dritt għal ambjent b’saħħtu jiġi applikat fil-prattika. Ir-regoli tal-UE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent (id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33)) huma eżempju ċar. L-Avukat Ġenerali Kokott sab li “r-regoli dwar il-kwalità tal-arja ambjentali għalhekk ipoġġu f’termini konkreti l-obbligi tal-Unjoni li tipprovdi l-protezzjoni li tirriżulta mid-dritt fundamentali għall-ħajja skont l-Artikolu 2(1) tal-Karta u l-livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali meħtieġ skont l-Artikolu 3(3) tat-TUE, l-Artikolu 37 tal-Karta, u l-Artikolu 191(2) tat-TFUE” (34). Għall-protezzjoni massima tas-saħħa tal-bniedem, il-KESE jirrakkomanda li l-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE jiġu allinjati bis-sħiħ mal-Linji Gwida Globali aġġornati dwar il-Kwalità tal-Arja tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa sal-2030. |
|
2.2.7. |
Il-Programmi ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE – meħtieġa skont l-Artikolu 192(3) tat-TFUE – jirrikonoxxu dejjem aktar l-ambjent b’saħħtu bħala dritt. It-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jirrikonoxxi b’mod espliċitu li “[i]l-progress lejn ir-rikonoxximent tad-dritt għal ambjent nadif, b’saħħtu u sostenibbli, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni 48/13 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, huwa kundizzjoni abilitanti biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-8 EAP” (35). |
|
2.2.8. |
Madankollu, ħafna drabi hemm nuqqas ta’ effettività fil-prattika (36), u l-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha biex japprofondixxu l-isforzi biex itejbu l-effettività tal-għodod legali eżistenti. Il-ħafna eżempji ta’ litigazzjoni kontra n-nuqqasijiet tal-Istati Membri jew tal-UE nnifisha f’oqsma bħall-arja nadifa, il-klima, is-sajd, jew l-ilma juru sa liema punt l-awtoritajiet pubbliċi qed jonqsu milli jiżguraw ir-rispett għal dan id-dritt. |
|
2.2.9. |
Fil-kuntest tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u l-adeżjoni prospettiva tal-Ukrajna mal-UE, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-UE u l-Istati Membri tagħha japplikaw fil-prattika d-dritt għal ambjent b’saħħtu. Dan ifisser li l-protezzjoni ambjentali tingħata l-istess prijorità bħal oqsma oħra tal-liġi, bħall-kompetizzjoni jew il-protezzjoni tad-data, fejn l-UE hija mudell globali kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika. |
|
2.2.10. |
B’dan il-mod, l-UE għandha l-opportunità li tirrikonoxxi n-natura interġenerazzjonali tad-dritt għal ambjent b’saħħtu. |
|
2.2.11. |
Mhuwiex sorprendenti li l-movimenti taż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom b’mod speċjali fis-sejħa għall-protezzjoni ambjentali. Minħabba l-impatti negattivi tad-degradazzjoni ambjentali fuq is-saħħa riproduttiva, l-eżistenza nnifisha tal-ġenerazzjonijiet futuri tinsab f’riskju. L-UE għandha ssegwi l-eżempju tal-Istati Membri li introduċew istituzzjonijiet imfassla biex jipproteġu l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri. Tali istituzzjoni fil-livell tal-UE tgħin biex jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet futuri jgawdu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi li l-protezzjoni ambjentali se ġġib magħha llum. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) CM/Del/Dec (2022) 1431/2.3, Consequences of the aggression of the Russian Federation against Ukraine (Konsegwenzi tal-aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna [mhux disponibbli bil-Malti]).
(2) Ara, pereżempju, l-Artikolu 11(2)(b) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali.
(3) Ara pereżempju, l-Artikolu 3(5) li jgħid li “l-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jippromovu sistema ekonomika internazzjonali ta’ appoġġ u miftuħa li twassal għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fil-Partijiet kollha”.
(4) L-ebda Stat Membru ma huwa akbar. Fost il-pajjiżi kandidati attwali, it-Turkija biss hija akbar.
(5) Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika: Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Bijodiversità
(6) “Atti illegali jew malizzjużi mwettqa bl-għarfien li hemm probabbiltà sostanzjali ta’ ħsara serja u mifruxa jew fit-tul lill-ambjent ikkawżata minn dawk l-atti” (mhux disponibbli bil-Malti), Stop Ecocide Foundation
(7) Il-Kodiċi Kriminali tal-Ukrajna
(8) Id-Deċiżjoni tad-29 ta’ Marzu 2023.
(9) Opinjoni tal-KESE: It-titjib tal-protezzjoni ambjentali permezz tad-dritt kriminali (ĠU C 290, 29.7.2022, p. 143).
(10) Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-Ukrajna: Sena wara l-invażjoni Russa — il-perspettiva tas-soċjetà ċivili Ewropea” (ĠU C 146, 27.4.2023, p. 1).
(11) Nord Stream: Russian gas pipe leaks could have an “unprecedented” environmental impact (Nord Stream: It-tnixxijiet mill-pipelines tal-gass tar-Russja jista’ jkollhom impatt “bla preċedent” [mhux disponibbli bil-Malti]) | Euronews.
(12) Opinjoni tal-KESE dwar Il-kriżi tal-prezzijiet tal-ikel: ir-rwol tal-ispekulazzjoni u proposti konkreti għal azzjoni minħabba l-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna (ĠU C 100, 16.3.2023, p. 51).
(13) Ara, pereżempju, il-ħidma tal-EcoAction: Crimes against the environment after one month of Russia’s war against Ukraine (Delitti kontra l-ambjent wara xahar tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna [mhux disponibbli bil-Malti]) – Ecoaction.
(14) How the war does change Ukrainians: public opinion poll about the war, the environment, post-war reconstrution and EU acesssion (Kif il-gwerra fil-fatt tibdel lill-Ukreni: stħarriġ tal-opinjoni pubblika dwar il-gwerra, l-ambjent, ir-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra u l-adeżjoni mal-UE [mhux disponibbli bil-Malti]), Resource and Analysis Centre “Society and Environment”, 2023.
(15) ĠU C 290, 29.7.2022, p. 1.
(16) OECD, Lulju 2022, Consequences environnementales de la guerre en Ukraine et perspectives pour une reconstruction verte (oecd.org) (Il-kosegwenzi ambjentali tal-gwerra fl-Ukrajna u l-perspettivi ta’ rikostruzzjoni ekoloġika [mhux disponibbli bil-Malti]).
(17) Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat
(18) Agence Europe, Europe Daily Bulletin Nru 13014, “Thirteen NGOs call for inclusion of Russian fishing vessels in upcoming EU sanctions against Putin’s regime” (Tlettax-il NGO jitolbu l-inklużjoni ta’ bastimenti tas-sajd Russi fis-sanzjonijiet futuri tal-UE kontra r-reġim ta’ Putin [mhux disponibbli bil-Malti]), 6 ta’ Settembru 2022.
(19) Riżoluzzjoni (A/76/L.75) – Librerija Diġitali tan-NU.
(20) Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE: Il-protezzjoni ambjentali bħala prerekwiżit għar-rispett tad-drittijiet fundamentali
(21) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Air Quality in Europe 2021: Health impacts of air pollution in Europe” (Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa 2021: l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa fl-Ewropa [mhux disponibbli bil-Malti]), 15 ta’ Novembru 2021.
(22) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Health risks caused by environmental noise in Europe” (Riskji għas-saħħa kkawżati mill-ħsejjes ambjentali fl-Ewropa” [mhux disponibbli bil-Malti]), 14 ta’ Diċembru 2020.
(23) Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-għanijiet tal-politika ambjentali tal-UE.
(24) B’mod partikolari l-Artikolu 2 (id-dritt għall-ħajja), l-Artikolu 3 (id-dritt għall-integrità tal-persuna), l-Artikolu 35 (l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE), u l-Artikolu 38 (il-protezzjoni tal-konsumatur).
(25) “Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Karta huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji tal-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni.”
(26) P9_TA (2021) 0277, L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, para. 143.
(27) Irmina Kotiuk, Adam Weiss u Ugo Taddei, fil-Journal of Human Rights and the Environment, vol. 13, ħarġa speċjali, Settembru 2022.
(28) Dwar l-obbligi pożittivi b’konformità mal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni (u għalhekk l-Artikolu 7 tal-Karta), ara, pereżempju, Fadeyeva vs ir-Russja, applikazzjoni numru 55723/00, sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2005.
(29) Riżoluzzjoni 2396 (2021), Ankraġġ tad-dritt għal ambjent b’saħħtu: ħtieġa għal azzjoni msaħħa mill-Kunsill tal-Ewropa.
(30) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(31) Anu Bradford, The Brussels Effect: How the European Union Rules the World (L-effett ta’ Brussell: Kif l-Unjoni Ewropea tmexxi d-Dinja [mhux disponibbli bil-Malti]), Oxford University Press, 2020.
(32) ILO: World employment and social outlook 2018 – Greening with jobs, 2018 (Prospettiva dinjija dwar l-impjieg u l-qasam soċjali 2018 – Ekoloġizzazzjoni permezz tal-impjiegi [mhux disponibbli bil-Malti]), 2018.
(33) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
(34) Kawża C-723/17, Craeynest vs Brussels Hoofdstedelijk Gewest, paragrafu 53.
(35) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).
(36) Opinjoni tal-KESE: Implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE: kwalità tal-arja, l-ilma u l-iskart (ĠU C 110, 22.3.2019, p. 33).
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/17 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tisħiħ ulterjuri tal-kompetittività diġitali tal-UE”
(opinjoni esploratorja)
(2023/C 228/03)
|
Relatur: |
Gonçalo LOBO XAVIER |
|
Korelatur: |
Philip VON BROCKDORFF |
|
Konsultazzjoni |
Presidenza tal-Kunsill Ewropew, 14.11.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
4.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
145/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Għall-Kumitat Ekonomiku Soċjali Ewropew (KESE), ma hemm l-ebda dubju li l-kompetittività diġitali hija vitali għall-kompetittività ġenerali tal-UE u għandha titqies bħala parti essenzjali tal-aġenda tal-kompetittività tal-UE kif enfasizzat f’rapporti preċedenti tal-KESE. Hemm bżonn ta’ titjib konsiderevoli fil-kompetittività biex l-UE tirnexxi fl-ambjent kompetittiv globali. Għal dan l-għan, il-KESE appella għall-introduzzjoni ta’ kontroll tal-kompetittività li jikkonforma mal-politiki u l-objettivi tal-UE li għandhom jiġu inkorporati fil-proċessi tat-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet tal-UE. Dan għandu jinkludi valutazzjoni komprensiva tal-impatti ta’ kwalunkwe inizjattiva ġdida fuq il-kompetittività u jiżgura li l-aspetti tal-kompetittività jitqiesu b’mod adatt fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-KESE jemmen li b’din il-perspettiva u b’messaġġi ċari jkun aktar faċli li ċ-ċittadini jiġu involuti u jiġu motivati biex jilħqu l-għanijiet ġenerali. |
|
1.2. |
Il-KESE jappoġġja l-pożizzjoni li l-UE teħtieġ tipprovdi ambjent tan-negozju favorevoli, li jkun ibbażat fuq strateġija komprensiva li tlaqqa’ flimkien u tallinja oqsma ta’ politika differenti, u li jagħti prijorità lill-kompetittività, id-dimensjoni soċjali u l-impatt tan-negozju fuq il-benesseri taċ-ċittadini. Għall-KESE, l-għan għandu jkun li tingħata spinta lill-kompetittività xprunata mis-settur diġitali billi jittejbu l-kundizzjonijiet, minn naħa waħda, għall-iżvilupp u l-provvista ta’ soluzzjonijiet diġitali mill-intrapriżi tal-UE u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni u l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali fil-varjetà wiesgħa ta’ negozji tal-UE, inklużi setturi bħall-manifattura, it-trasport u l-loġistika, il-bejgħ bl-imnut, l-agrikoltura u l-kostruzzjoni, biex jissemmew biss dawk l-aktar rilevanti. |
|
1.3. |
Iċ-ċittadini Ewropej iridu jkunu involuti fl-istrateġija tal-kompetittività diġitali u jridu jħossuhom assigurati f’dak li għandu x’jaqsam ma’ wieħed mill-aktar suġġetti rilevanti rigward il-ġbir diġitali u tad-data: iċ-ċibersigurtà. Il-KESE huwa tal-fehma li l-UE teħtieġ tippromovi ekonomija tad-data Ewropea billi ttejjeb id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u t-trasferiment tad-data, flimkien ma’ protezzjoni adatta tad-data. Għal dan l-għan, l-UE teħtieġ approċċ aktar strateġiku biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jiġbru, jaħżnu, jaggregaw, jikkondividu u janalizzaw id-data b’mod sigur. Huwa kruċjali li jiġu aċċellerati l-inizjattivi għal spazji tad-data trans-Ewropej speċifiċi għas-settur biex jippermettu analiżi u użu aħjar tad-data għall-benefiċċju tas-soċjetà Ewropea, l-UE u l-kompetittività tan-negozji tagħha. L-ispazji tad-data jistgħu jsawru u jagħtu spinta lill-innovaturi industrijali skalabbli u lin-negozji ġodda. Suq uniku tad-data li jiffunzjona tajjeb huwa kruċjali wkoll minħabba li huwa intrinsikament marbut mas-suq uniku għall-oġġetti, is-servizzi, il-kapital u l-persuni, kif ukoll mas-sistemi tal-enerġija u tat-trasport. |
|
1.4. |
Għall-KESE, l-investiment f’infrastruttura diġitali komprensiva, effettiva u sigura huwa pedament meħtieġ għal kwalunkwe żvilupp diġitali. Dan joħroġ fid-dieher b’mod ċar f’żoni ġeografiċi oħra li jinsabu minn ta’ quddiem f’ċerti oqsma fil-livell globali. Minbarra n-networks diġitali, iċ-ċentri tad-data, il-kapaċità tal-informatika, eċċ., dan irid ikopri wkoll l-aċċess għall-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju u l-materja prima kritika meħtieġa fil-prodotti u s-sistemi diġitali. |
|
1.5. |
Għalhekk, biex l-UE tkun minn ta’ quddiem f’oqsma kritiċi bħaċ-ċibersigurtà, jeħtieġ li tippromovi u tappoġġja ċ-ċibersigurtà minn naħa waħda u tagħti spinta lill-kompetittività tan-negozji tagħha min-naħa l-oħra. F’dan ir-rigward, il-KESE jqis li ċ-ċertifikazzjoni tal-UE jeħtieġ li tibqa’ mmexxija mis-suq u tkun ibbażata fuq standards internazzjonali eżistenti. L-UE għandha żżid il-livelli ta’ sigurtà bl-“Ewropizzazzjoni” tal-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni eżistenti biex tiżgura suq armonizzat fost l-Istati Membri, qabel ma tabbozza skemi kandidati ġodda skont l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà. L-UE trid tiggarantixxi wkoll qafas leġiżlattiv koerenti u armonizzat fil-livell tal-UE u tevita l-inkonsistenzi fil-leġiżlazzjoni tal-UE, pereżempju r-riskji ta’ rekwiżiti mhux allinjati mad-dispożizzjonijiet ċibernetiċi inklużi fil-leġiżlazzjoni vertikali fil-Qafas Leġiżlattiv Ġdid. |
|
1.6. |
Għall-KESE, huwa ċar li l-eċċellenza fit-teknoloġiji ewlenin teħtieġ żieda sinifikanti kemm fl-investiment pubbliku kif ukoll dak privat fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni ta’ klassi dinjija, l-attrazzjoni tat-talent, u l-ħolqien ta’ ekosistemi bbażati fuq il-kooperazzjoni bejn in-negozji, l-universitajiet u l-istituzzjonijiet tar-riċerka. Filwaqt li huwa importanti li jittejjeb l-użu tal-IA, tat-teknoloġija kwantistika u ta’ teknoloġiji avvanzati oħra, irid jiġi rikonoxxut ukoll li ħafna SMEs jiffaċċjaw sfidi kbar saħansitra fl-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali bażiċi. L-UE u l-Istati Membri għandhom jiffukaw sforzi speċifiċi fuq l-appoġġ u l-iffaċilitar tad-diġitalizzazzjoni tal-SMEs. Dan se jinvolvi l-involviment tal-SMEs fiċ-ċentri tal-innovazzjoni, fl-ispazji tad-data u fl-ekosistemi tan-negozju. Huwa meħtieġ ukoll li jiżdied l-għarfien tal-SMEs dwar l-opportunitajiet ipprovduti mid-diġitalizzazzjoni, l-appoġġ disponibbli għall-iżvilupp tal-ħiliet, u l-għarfien espert tekniku u l-gwida disponibbli dwar ir-regolamentazzjoni f’dan il-qasam. |
|
1.7. |
Għal darb’oħra, il-KESE jsostni li n-nies huma wieħed mill-aktar assi Ewropej importanti li jistgħu jbiddlu l-pass tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinvestu b’mod deċiżiv fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-tagħlim tul il-ħajja, sabiex jirrispondu għall-ħtiġijiet attwali u futuri kemm tal-iżvilupp kif ukoll tal-applikazzjoni ta’ għodod u soluzzjonijiet diġitali. L-UE trid ukoll tħeġġeġ u tiffaċilita l-mobbiltà transfruntiera tax-xogħol u tat-talent, kemm fl-UE kif ukoll f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Il-KESE jsostni wkoll li l-persuni akbar fl-età jridu jiġu involuti f’dan il-proċess u għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fih. |
|
1.8. |
Sabiex il-qafas regolatorju jikkontribwixxi għall-kompetittività diġitali, l-UE trid tiżgura li r-regolamenti jkunu adattati għall-iskop tagħhom, jinkoraġġixxu l-innovazzjoni u l-investiment, u jipprovdu kundizzjonijiet u trattament ugwali fis-suq uniku. Jeħtieġ ukoll li l-UE tikkoopera ma’ pajjiżi tal-istess fehma biex ittejjeb ir-regoli u l-istandards internazzjonali komuni. Apparti li jżomm standards għoljin, kwalunkwe regolament irid iwassal għad-diġitalizzazzjoni b’suċċess tan-negozji u għall-kompetittività tagħhom. Is-settur pubbliku jeħtieġ ukoll li jiddiġitalizza l-operazzjonijiet u s-servizzi tiegħu stess, inklużi l-proċessi amministrattivi. Eżempju ta’ ħtieġa urġenti fejn id-diġitalizzazzjoni tista’ tkun parti mis-soluzzjoni huwa t-tħaffif tal-proċeduri tal-permessi għall-investimenti u operazzjonijiet kummerċjali oħra. |
|
1.9. |
Il-KESE jappoġġja l-idea li l-aċċess għall-finanzi, kemm jekk kapital ta’ riskju, finanzjament pubbliku jew kwalunkwe sors ieħor ta’ finanzjament, huwa prerekwiżit ieħor għal trasformazzjoni diġitali effiċjenti u ta’ suċċess. Fir-rigward tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-finanzjament għall-programm Ewropa Diġitali għandu jiżdied biex isaħħaħ, pereżempju, ir-rwol, il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà taċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali. Dan huwa ġġustifikat sew, peress li l-kumpaniji diġitali jikbru bħala medja darbtejn u nofs aktar malajr minn dawk mhux diġitali. Evidentement, il-KESE mhuwiex qed jitlob linja ta’ investiment separata għat-“trasformazzjoni diġitali”: il-KESE qed jappella għal strateġija kkombinata u raġonevoli rigward il-proċess ta’ finanzjament għad-diġitalizzazzjoni biex jinħolqu kundizzjonijiet adatti għall-partijiet ikkonċernati kollha involuti fl-ekosistema tal-innovazzjoni. |
|
1.10. |
Bħal f’ħafna oqsma differenti tal-ekonomija u s-soċjetà (l-istrateġija industrijali, is-sistemi tas-saħħa, il-bejgħ bl-imnut, eċċ.), il-KESE jappella għal strateġija intelliġenti u kkombinata dwar il-ħiliet. Ħafna setturi diġà qed iħejju proġetti fuq skala kbira rigward it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom abbażi tad-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika. Il-KESE jappella għal programm ikkoordinat għall-ħiliet li jista’ jippermetti lill-forza tax-xogħol eżistenti u ġdida tegħleb l-isfidi involuti. L-Istati Membri għandhom jallokaw biżżejjed riżorsi biex jindirizzaw din l-isfida u din trid tkun prijorità immedjata, speċjalment biex jappoġġjaw lill-SMEs li għadhom qed jitħabtu ma’ diffikultajiet relatati mal-kriżi tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna. |
|
1.11. |
Il-KESE jemmen li indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambizzjużi u ta’ sfida huma fundamentali hawnhekk biex tingħata spinta u titkejjel il-kompetittività diġitali tal-UE. L-indikaturi attwali (ibbażati fuq l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, DESI) u l-miri stabbiliti fil-kuntest tal-Kumpass Diġitali għandhom jiġu vvalutati u kkomplementati mill-perspettiva tal-kompetittività diġitali, biex jiġu mmonitorjati mhux biss il-faċilitaturi iżda wkoll il-benefiċċji tal-iżvilupp diġitali. Dawn il-benefiċċji jinkludu prodotti diġitali ġodda u s-sehem tagħhom fis-swieq, proċessi ta’ produzzjoni aktar effiċjenti u l-impatt tagħhom fuq il-produttività, u l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-isfidi tas-soċjetà (eż. is-saħħa u l-klima). Il-monitoraġġ tal-indikaturi jeħtieġ li jindirizza l-progress li jkun sar maż-żmien fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, u jagħmel tqabbil ma’ kompetituri internazzjonali. Huwa importanti wkoll li ċ-ċittadini jiġu motivati permezz ta’ komunikazzjoni aħjar u billi jiġu involuti fil-proċess. |
2. Sfond
|
2.1. |
Din l-Opinjoni hija tweġiba għat-talba tal-Presidenza Żvediża tal-Kunsill għal Opinjoni esploratorja tal-KESE fil-qasam tal-kompetittività tal-UE bħala segwitu għall-(Opinjoni INT/1000) (1) dwar Kontroll tal-Kompetittività adottata fuq talba tal-Presidenza Ċeka. Il-Presidenza Żvediża tal-Kunsill talbet lill-KESE jesplora s-suġġett ta’ X’inhu meħtieġ biex l-UE tkompli ssaħħaħ il-kompetittività diġitali tagħha, u b’mod partikolari biex tippermetti lin-negozji jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni? Din l-Opinjoni se tipprova tiffoka fuq il-kompetittività tal-UE fil-kuntest tat-tranżizzjoni diġitali lejn mudell ta’ tkabbir ekonomiku aktar sostenibbli. Din se tindirizza l-miżuri u l-politiki li huma meħtieġa biex tissaħħaħ aktar il-kompetittività diġitali tal-UE, u b’mod partikolari biex in-negozji u l-ħaddiema jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-proċess tad-diġitalizzazzjoni. |
|
2.2. |
Huwa importanti li jitfakkar li fl-Opinjoni INT/1000, il-KESE rrikonoxxa li s-suq uniku u l-mudell ta’ tkabbir ekonomiku tas-suq soċjali tal-UE kkontribwew ħafna għall-appoġġ tat-tkabbir ekonomiku u l-benesseri soċjali fl-UE. Din il-bażi hija importanti fi kwalunkwe proposta mmirata lejn it-tisħiħ tal-kompetittività diġitali u f’dan il-każ partikolari mhux se tkun differenti. |
|
2.3. |
Huwa importanti wkoll li nintebħu li l-kompetittività tal-Ewropa meta mqabbla man-nazzjonijiet kompetituri ewlenin tagħha marret għall-agħar matul dawn l-aħħar snin, kif juru l-indikaturi ekonomiċi ewlenin tal-kompetittività u t-tkabbir tal-produttività. Id-diġitalizzazzjoni, madankollu, hija qasam fejn l-UE għamlet progress importanti u tista’ tkun il-bażi għal żieda fil-kompetittività u żieda fil-profittabbiltà għan-negozji u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba għall-ħaddiema. Hija meħtieġa perspettiva ta’ terminu medju li tħares ’il quddiem biex titfassal it-triq għall-proċess lejn it-tranżizzjoni diġitali. |
3. Id-diġitalizzazzjoni fil-kuntest tal-aġenda tal-kompetittività
|
3.1. |
Il-KESE talab lill-Kummissjoni biex tagħmel l-aġenda tal-kompetittività waħda mill-prijoritajiet tagħha bl-għan prinċipali li ssaħħaħ il-kompetittività tal-UE. L-inizjattivi tal-Kummissjoni fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni huma kollha mmirati biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni diġitali fl-ekonomiji u s-soċjetajiet fl-UE. Tranżizzjoni b’suċċess, madankollu, teħtieġ impenn sod u bla waqfien min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-impenn diġà huwa espress fil-miżuri ta’ rkupru u reżiljenza fil-livell tal-Istati Membri individwali, iżda l-KESE jemmen li jista’ jagħti l-każ li mhux l-Istati Membri kollha jkunu qed jimxu lejn id-diġitalizzazzjoni bl-istess pass u bl-istess intensità, li huwa kruċjali biex l-UE ssir aktar kompetittiva. |
|
3.2. |
L-UE trid tiddependi aktar minn qatt qabel mis-suq uniku, iżda huwa daqstant importanti li tiffoka fuq l-aċċess għas-swieq barranin; l-investiment u l-aċċess għall-finanzjament; is-sistemi tat-taxxa; ir-riċerka u l-innovazzjoni; il-ħiliet u t-tisħiħ tas-suq tax-xogħol; kif ukoll l-MSMEs u t-tranżizzjoni doppja, billi tqis ukoll il-qafas ta’ finanzjament sostenibbli li jipprevedi kompetittività li tkun konsistenti mal-objettivi soċjali u ambjentali (2). It-tranżizzjoni diġitali hija kruċjali għal dan kollu peress li tipprovdi l-bażi għall-innovazzjoni, iżżid il-kompetittività, tiżviluppa s-suq tax-xogħol, u fl-istess ħin tipprovdi opportunitajiet għal kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar fil-kuntest tal-ekonomija soċjali tas-suq. |
|
3.3. |
Il-KESE jemmen li d-diġitalizzazzjoni hija l-ixprun biex is-suq uniku jilħaq il-potenzjal tiegħu. Is-suq uniku ilu 30 sena jipprovdi benefiċċji soċjali u ekonomiċi, iżda l-KESE huwa tal-fehma li hemm ħafna aktar x’jinkiseb, u li d-diġitalizzazzjoni, jekk tiġi implimentata b’suċċess u bl-istess intensità u inklużjoni fl-UE kollha, se tagħmel differenza kbira għan-negozji, il-ħaddiema u ċ-ċittadini ta’ kull età u sfond soċjali. |
|
3.4. |
Il-KESE huwa tal-fehma wkoll li fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-Ewropa, l-appoġġ politiku għal ekonomija intraprenditorjali u bbażata fuq l-għarfien li tista’ żżomm u tattira t-talent u toffri kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba huwa kruċjali. Dan huwa dak li l-KESE jifhem permezz ta’ proċess sħiħ ta’ tranżizzjoni diġitali fl-intrapriża. Għall-KESE, huwa ċar li l-UE teħtieġ tipprovdi ambjent tan-negozju favorevoli b’mod ġenerali, li għandu jkun ibbażat fuq strateġija komprensiva li tiġbor flimkien u tallinja oqsma ta’ politika differenti. |
|
3.5. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-ħafna inizjattivi u politiki li ġew applikati biex tiżdied il-kompetittività fil-passat, mingħajr dubju b’intenzjonijiet tajbin. Ir-realtà wriet, madankollu, li l-UE issa għadha lura meta mqabbla mal-Istati Uniti u ċ-Ċina fir-rigward tal-produttività. F’dan l-isfond, id-diġitalizzazzjoni toffri opportunità biex l-UE tirrimedja għad-dewmien tagħha kemm fir-rigward tal-Istati Uniti kif ukoll taċ-Ċina, u fl-istess ħin tapplika mudell ta’ tkabbir ekonomiku li jkun aktar sostenibbli u jiffoka kemm fuq il-benesseri ekonomiku kif ukoll fuq dak soċjali taċ-ċittadini tal-UE. |
4. Politiki li jappoġġjaw id-diġitalizzazzjoni fil-kuntest tal-aġenda tal-kompetittività
|
4.1. |
F’għadd ta’ Opinjonijiet tiegħu, il-KESE esprima l-fehma tiegħu li t-tranżizzjoni diġitali teħtieġ aktar investiment u investiment aktar iffukat fl-iżvilupp tal-ħiliet diġitali. Hemm ukoll argument ekonomiku b’saħħtu għal aktar investiment fir-riżorsi umani u, speċifikament, fir-rabta bejn l-iżvilupp tal-ħiliet u l-produttività u, indirettament, fil-kompetittività. L-iżvilupp tal-firxa ta’ ħiliet diġitali huwa meħtieġ biex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Il-KESE jqis li l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol għandha tiffoka b’mod speċjali fuq il-metodi ta’ organizzazzjoni tax-xogħol u l-mod kif il-ħiliet jintużaw u jiġu żviluppati fuq il-post tax-xogħol, u mhux biss fuq il-provvista tal-ħaddiema. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg huma importanti daqs l-investiment f’teknoloġija jew tagħmir ġdid. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li n-negozji u s-settur pubbliku jirriflettu dwar liema tipi ta’ politiki u forom ta’ organizzazzjoni tax-xogħol urew li huma effettivi biex jiksbu suċċess u li tejbu l-innovazzjoni permezz tal-investiment fil-ħiliet. Dan is-suċċess mbagħad jista’ jiġi replikat f’negozji oħra. |
|
4.2. |
F’Opinjonijiet preċedenti, il-KESE rrakkomanda wkoll l-investiment fl-infrastruttura meħtieġa biex tiġi appoġġjata d-diġitalizzazzjoni fl-UE. Għal darb’oħra, il-pjani għall-irkupru u r-reżiljenza huma maħsuba biex jagħmlu proprju dan. It-tħassib tagħna huwa li dan l-investiment jista’ jkun fil-biċċa l-kbira dirett lejn is-settur pubbliku. Il-KESE jirrikonoxxi li l-bidla lejn servizzi pubbliċi diġitalizzati, pereżempju fil-ġudikatura, iżżid indirettament il-kompetittività permezz ta’ effiċjenza msaħħa. Minkejja dan, l-intrapriżi jeħtieġu wkoll livell relattivament għoli ta’ investiment u, mingħajr appoġġ finanzjarju disponibbli, in-negozji ta’ kull daqs, speċjalment l-SMEs, jistgħu jitħabtu biex ilaħħqu mal-ispiża finanzjarja meħtieġa biex jiddiġitalizzaw il-proċessi tax-xogħol tagħhom u jinvestu fil-forza tax-xogħol tagħhom. |
|
4.3. |
Il-KESE jirrakkomanda rieżami tal-opportunitajiet ta’ finanzjament eżistenti għad-diġitalizzazzjoni pprovduti mill-entitajiet tal-istat fl-UE. B’mod ġenerali, l-iskemi mmirati biex jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-intrapriżi fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni huma bbażati fuq proġetti bi proċess formali ta’ applikazzjoni u approvazzjoni meħtieġ qabel il-bidu tal-attivitajiet tal-proġett sabiex jiġi żgurat il-finanzjament. Minbarra l-proċeduri amministrattivi tas-soltu ta’ qabel l-għoti assoċjati ma’ tali skemi, li jistgħu jkunu ta’ piż għal xi negozji (għalkemm dawn qed jiġu ssemplifikati maż-żmien), il-proċessi attwali għandhom it-tendenza li jdewmu t-tnedija ta’ proġetti u inizjattivi b’appoġġ għad-diġitalizzazzjoni fin-negozji. |
|
4.4. |
Dan jista’ ma jkunx fattibbli għan-negozji li jeħtieġu riżultati immedjati sabiex jibdew il-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni bil-għan li jtejbu l-prodotti, is-servizzi jew il-proċessi li jippermettilhom iżommu vantaġġ kompetittiv, jimmiraw swieq ġodda, inaqqsu l-ispejjeż jew sempliċiment jirrispondu għar-rekwiżiti tal-klijenti. Tali skemi ċċentrati fuq il-proġett jistgħu għalhekk jiskoraġġixxu lin-negozji privati milli japplikaw għal finanzjament. Għalhekk, il-KESE jappella għal forma ġdida, għalkemm komplementari, ta’ finanzjament ibbażat fuq attivitajiet diġitali aktar milli fuq proġetti biss. Skont dan l-approċċ, il-krediti tat-taxxa jew il-pagamenti fi flus kontanti jiġu pprovduti lin-negozji abbażi tan-nefqa annwali rrappurtata tagħhom fuq l-attivitajiet diġitali, u l-infiq eliġibbli jiġi definit minn qabel sabiex tiġi pprovduta ċarezza. Il-kostijiet eliġibbli jinkludu kwalunkwe nefqa fuq it-taħriġ u l-iżvilupp tal-persunal fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni. |
|
4.5. |
Għalkemm il-KESE jirrikonoxxi l-kapaċità tal-UE fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, peress li qed isir progress kemm fl-aspetti leġiżlattivi kif ukoll f’dawk teknoloġiċi, huwa tal-fehma li kemm l-investiment dirett nazzjonali kif ukoll dak barrani, b’mod partikolari biex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, għadhom kritiċi. Fil-fehma tal-Kumitat, dan se jsaħħaħ ukoll il-kompetittività tal-UE fis-suq globali. Ta’ min jilqa’ b’sodisfazzjon l-aspirazzjoni għal awtonomija strateġika fil-produzzjoni tas-semikondutturi, u l-KESE huwa tal-fehma li l-UE ma tistax tippermetti li tesperjenza nuqqasijiet li jirriskjaw li jfixklu l-industriji Ewropej. Is-semikondutturi huma fil-qalba tal-politika industrijali tal-UE li għandha l-għan li tikseb awtonomija strateġika fl-isfera diġitali. Gaħlkemm dawn ir-riskji jeħtieġ li jittaffew, il-KESE jwissi kontra li jittieħed approċċ protezzjonista li jpoġġi f’riskju sħubijiet ta’ riċerka ma’ kumpaniji tat-teknoloġija diġitali fid-dinja. |
|
4.6. |
It-tkabbir ekonomiku sostenibbli bbażat fuq tranżizzjoni diġitali ta’ suċċess huwa essenzjali għall-prosperità tal-UE. Dan huwa wkoll konformi mal-objettiv tal-UE għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, li timmira lejn livell massimu ta’ impjiegi u l-progress soċjali, kif ukoll lejn il-kisba ta’ livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent. Il-KESE jemmen li dan jista’ jinkiseb biss billi jiżdied it-tkabbir tal-produttività mil-livelli attwali fis-setturi kollha tal-ekonomija. Il-KESE huwa tal-fehma li d-diġitalizzazzjoni qed taqdi u tista’ tkompli taqdi rwol ewlieni fil-kisba tal-objettivi ekonomiċi u soċjali msemmija hawn fuq. Il-KESE jinnota wkoll li fil-manifattura, it-tkabbir fil-produttività kien l-aktar mgħaġġel fl-industriji xprunati mit-teknoloġija, li jappoġġja l-fehma li d-diġitalizzazzjoni tista’ żżid kemm il-profitti għall-intrapriżi kif ukoll il-qligħ reali għall-ħaddiema. Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni hija mod essenzjali biex titmexxa ’l quddiem it-tranżizzjoni ekoloġika. Għalhekk, jeħtieġ li l-UE timmassimizza l-opportunitajiet billi simultanjament tippromovi ż-żewġ aspetti tat-tranżizzjoni doppja. |
|
4.7. |
Sabiex tinkiseb kompetittività diġitali reali fl-ekonomija u s-soċjetà, il-KESE jappella għal strateġija intelliġenti u kkombinata dwar il-ħiliet. Diversi setturi diġà qed iħejju proġetti fuq skala kbira rigward it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom abbażi tad-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika. Il-KESE jappella għal programm ikkoordinat għall-ħiliet li jista’ jippermetti lill-forza tax-xogħol eżistenti u ġdida tegħleb l-isfidi involuti u dan għandu jkun prijorità. |
5. Kontroll tal-kompetittività u evalwazzjoni tal-programmi ta’ diġitalizzazzjoni
|
5.1. |
Il-kompetittività diġitali hija vitali għall-kompetittività ġenerali tal-UE u għandha titqies bħala parti essenzjali tal-aġenda tal-kompetittività tal-UE. Hemm bżonn ta’ titjib konsiderevoli fil-kompetittività jekk l-UE trid tirnexxi f’kompetizzjoni globali ħarxa. Għal dan l-għan, il-KESE appella wkoll għall-introduzzjoni ta’ kontroll tal-kompetittività li jikkonforma mal-politiki u l-objettivi tal-UE u li għandu jiġi inkorporat fil-proċessi tat-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet tal-UE. Jinħtieġu wkoll strutturi adatti ta’ governanza biex jiżguraw li l-kontroll tal-kompetittività u l-aġenda jitwettqu bis-sħiħ fil-prattika. |
|
5.2. |
Il-KESE jieħu nota tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar u s-Sett ta’ Għodod attwali, iżda jirrimarka li, kif enfasizzat mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, hemm ħtieġa ċara għal titjib, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tiżdied il-kompetittività. |
|
5.3. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jappella għal użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni u ta’ riċerka u żvilupp relatati mal-proċess tad-diġitalizzazzjoni. F’dan il-kuntest, huwa fundamentali wkoll li jiġu evalwati l-impatt u l-implimentazzjoni adatta tal-programmi eżistenti li setgħu ġew żviluppati biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għad-diġitalizzazzjoni. Il-prijoritizzazzjoni tal-aċċess għall-finanzi, kemm fir-rigward tal-investiment privat kif ukoll pubbliku, tista’ tiġi perċepita sew miċ-ċittadini Ewropej u, b’mod partikolari, mis-soċjetà ċivili organizzata. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/22 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-30 sena mis-suq uniku — kif jista’ jittejjeb aktar il-funzjonament tas-suq uniku”
(opinjoni esploratorja)
(2023/C 228/04)
|
Relatur: |
Felipe MEDINA MARTÍN |
|
Korelatur: |
Angelo PAGLIARA |
|
Konsultazzjoni |
Presidenza tal-Kunsill Ewropew, 14.11.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
4.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
137/1/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iqis li s-suq intern kien, u għadu, wieħed mis-suċċessi politiċi u ekonomiċi kbar tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea. Iċ-ċittadini u l-kumpaniji bbenefikaw minnu, u għandu jitqies bħala proċess ta’ titjib kontinwu li dejjem qed jadatta għal ħtiġijiet ġodda hekk kif jinqalgħu. Inkisbu ħafna vantaġġi matul dawn l-aħħar 30 sena, iżda għad hemm bżonn ta’ rieżami kritiku u titjib ġdid, mhux biss f’termini ta’ dak li għad irid jinkiseb iżda wkoll f’termini tal-isfidi l-ġodda li għandhom jiġu ffaċċjati bħall-pandemija tal-COVID-19, il-kriżi tal-enerġija, jew l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Il-KESE jixtieq jikkontribwixxi għal dan il-proċess ta’ titjib u jipproponi l-miżuri li ġejjin biex jissaħħaħ. |
|
1.2. |
Il-KESE jittama li l-“Programm tas-Suq Uniku 2021–2027”, li għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività u s-sostenibbiltà tan-negozji, se jkun akkumpanjat minn għodod adegwati ta’ kontroll u protezzjoni fir-rigward tal-kwalità tax-xogħol, kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-kumpaniji kollha, id-drittijiet taċ-ċittadini, u l-protezzjoni tal-konsumatur. Fl-istess ħin, il-KESE jitlob li jiġu stabbiliti l-miżuri neċessarji kollha biex jingħelbu l-forom kollha ta’ dumping soċjali u dumping fiskali biex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u funzjonament tajjeb tas-suq uniku, u biex jiġu evitati l-forom kollha ta’ distorsjoni. |
|
1.3. |
L-isfidi ġeopolitiċi li għaddejjin bħalissa se jinfluwenzaw il-funzjonament tas-suq uniku, is-sistemi tal-provvista u r-reżiljenza tal-ekonomija Ewropea. Il-KESE jilqa’ l-azzjoni biex jitnaqqsu d-dipendenzi kritiċi minn pajjiżi terzi, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex taġġorna l-politika industrijali Ewropea billi tippreserva u ssaħħaħ is-suq uniku u l-benefiċċji għall-konsumaturi, il-ħaddiema u n-negozji. |
|
1.4. |
Il-kriżi reċenti wriet li l-prijorità ewlenija tas-suq uniku tal-UE għandha tkun li jittejbu l-istandards tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol billi jiġu promossi t-tkabbir u l-kompetittività ġusta, u jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozju u li jirrispetta d-dimensjoni soċjali. Il-KESE jqis il-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema bħala wieħed mill-pedamenti tas-suq uniku, u għalhekk jappella biex il-kwalifiki u d-diplomi jiġu rikonoxxuti aktar malajr bejn l-Istati Membri. L-attenzjoni speċifika għall-ħaddiema spostati hija essenzjali. |
|
1.5. |
Il-KESE jqis li n-negozji Ewropej jiffaċċjaw problemi relatati ma’ nuqqasijiet tas-suq uniku li jolqtu ħażin il-kompetittività u s-sostenibbiltà. Minkejja l-isforzi enormi fl-implimentazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku, il-biċċa l-kbira tal-piż regolatorju għadu qed jiġi ġġenerat fil-livell nazzjonali. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jimmiraw għal armonizzazzjoni sħiħa filwaqt li min-naħa tagħhom jiżguraw l-ogħla standards, u l-Istati Membri għandhom iqisu l-impatti possibbli taż-żidiet tagħhom fuq l-integrità u l-funzjonament tajjeb tas-suq, u għandhom, fejn possibbli, jevitaw miżuri li jistgħu joħolqu distorsjoni u frammentazzjoni sinifikanti, il-KESE jirrakkomanda li l-istituzzjonijiet tal-UE jaġixxu b’mod aktar proattiv u rapidu biex ifasslu leġiżlazzjoni fil-ħin biex titrawwem l-armonizzazzjoni. Huwa essenzjali li jiġu limitati kemm jista’ jkun l-inizjattivi nazzjonali li jistgħu jipperikolaw is-suq intern u r-regoli komuni tiegħu. F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza li l-mekkaniżmu tas-sistema ta’ informazzjoni dwar ir-regolamentazzjoni teknika (TRIS — Technical Regulation Information System) għandu jissaħħaħ biex jippermetti l-kundizzjonijiet għal suq uniku reali u mhux 27 suq differenti. |
|
1.6. |
Il-KESE jirrakkomanda impenn sod biex tittejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni fl-Ewropa u fl-Istati Membri. Il-KESE jemmen li għandu jsir rieżami fl-istadji preliminari tal-leġiżlazzjoni Ewropea — analiżi tal-impatt obbligatorja qabel kwalunkwe inizjattiva legali, u konsultazzjoni pubblika — biex l-inizjattiva ssir aktar trasparenti u biex jittejbu l-objettivi tagħha. Bl-istess mod, l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar u l-programm REFIT għandhom jiffokaw biex ikun hemm aktar ftuħ u integrazzjoni tas-swieq għall-prodotti u s-servizzi, biex jinkiseb l-akbar benefiċċju għaċ-ċittadini u l-ekonomija Ewropea, jiġi analizzat jekk teżistix leġiżlazzjoni superfluwa, u ssir enfasi prinċipalment fuq dawk l-oqsma fejn l-armonizzazzjoni hija meħtieġa, u tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni soċjali. |
|
1.7. |
Il-KESE jqis li għandha ssir enfasi akbar fuq l-implimentazzjoni, is-semplifikazzjoni u l-infurzar, speċjalment fir-rigward tal-Istati Membri. Il-KESE jistedinhom jimplimentaw u jinfurzaw b’mod strett regoli komuni u jevitaw regolamentazzjoni nazzjonali ulterjuri meta din ma tkunx meħtieġa (1). |
|
1.8. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tevalwa kull regolament f’termini tal-kontribut tiegħu għall-kompetittività tal-kumpaniji u l-benesseri taċ-ċittadini, u tidentifika l-ostakli li għandhom jitneħħew u jiġu eliminati b’mod sistematiku. |
|
1.9. |
Il-KESE jqis li l-għadd eżistenti ta’ strumenti legali disponibbli għall-Unjoni Ewropea biex tiddefendi s-suq intern tagħha huma suffiċjenti u proporzjonati mal-ħtiġijiet: il-proċedura TRIS, ir-rikonoxximent reċiproku tal-leġiżlazzjoni, is-SOLVIT, it-28 reġim, il-proċedura tal-ilmenti, l-istandards CEN-CENELEC, eċċ. Dawn huma strumenti essenzjali għall-protezzjoni tas-suq uniku, iżda l-potenzjal tagħhom mhux dejjem jiġi sfruttat, u dawn iridu jkunu aktar effiċjenti u utli. |
|
1.10. |
Il-KESE jqis li mill-isfidi l-ġodda kollha li qed jiffaċċja s-suq uniku, trid tingħata prijorità lill-promozzjoni tal-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE fir-rigward tal-provvista u l-kummerċ, fis-settur tal-enerġija, tal-materja prima kritika u, b’mod aktar ġenerali, fil-pożizzjoni ta’ tmexxija fl-innovazzjoni, fid-diġitalizzazzjoni u fir-riċerka avvanzata. Il-KESE jirrakkomanda li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-ftehimiet ma’ pajjiżi tal-istess fehma. |
|
1.11. |
Fil-qasam tal-oġġetti u s-servizzi, il-KESE jirrikonoxxi l-impatt pożittiv tax-xiri konġunt f’setturi differenti bħall-gass jew il-bejgħ bl-imnut. Dawn it-tipi ta’ alleanzi Ewropej għandhom ħafna effetti favur il-kompetizzjoni u benefiċċji evidenti għall-konsumaturi, għalhekk dawn l-alleanzi jridu jiġu appoġġjati b’mod ċar mill-istituzzjonijiet tal-UE. |
|
1.12. |
Il-KESE huwa konvint li l-isfidi tas-suq uniku li jirriżultaw mit-tranżizzjoni diġitali jridu jiġu indirizzati permezz tad-djalogu soċjali u li l-UE jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija anke fl-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni kondiviża, biex jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli, u jiġi żgurat li l-effiċjenza segwita ma ddgħajjifx il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, kif ukoll l-istabbiltà politika. |
|
1.13. |
Is-suq uniku mhuwiex perfett iżda jrid jiġi adattat kontinwament għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu biex jibqa’ jiffunzjona anke fi żminijiet ta’ kriżi u jrawwem b’mod attiv il-libertajiet tiegħu (il-pandemija wriet li l-moviment liberu ma jistax jitqies bħala fatt). Dan l-anniversarju għandu għalhekk ikun opportunità biex din il-politika terġa’ titqiegħed fuq l-aġenda Ewropea u biex jiġi propost titjib għall-futur qrib. |
|
1.14. |
Il-KESE jinsab imħasseb li l-illaxkar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’reazzjoni għall-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni jista’ joħloq aktar asimmetriji bejn l-Istati Membri u b’hekk jipperikola r-reżiljenza tas-suq uniku, u jemmen li l-aħjar mod biex jiġi pprovdut momentum ġdid għall-politika industrijali Ewropea u l-investiment fit-teknoloġiji ekoloġiċi huwa li jiġi żviluppat Fond Ewropew għas-Sovranità. |
|
1.15. |
Il-KESE jenfasizza l-kontribut importanti tas-suq uniku biex jiġi evitat il-protezzjoniżmu u jiġu żviluppati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-UE. F’dan ir-rigward, il-KESE jqis li għandha titqies li ssir riflessjoni fil-fond dwar il-kriterji għall-allokazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, l-effetti tagħhom, is-siwi tagħhom u r-reżiljenza tagħhom. Hemm setturi ekonomiċi li qatt ma setgħu jaċċessaw dan it-tip ta’ għajnuna li, barra minn hekk, hija żbilanċjata bejn ċerti Stati Membri u oħrajn, u dan jikkawża differenzi fil-kompetittività fi ħdan l-UE. |
2. Introduzzjoni
|
2.1. |
L-2023 tfakkar it-30 anniversarju ta’ wieħed mill-akbar suċċessi politiċi, ekonomiċi u soċjali tal-Unjoni Ewropea fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea: is-suq uniku. Madankollu, l-anniversarju għandu jkun l-okkażjoni biex il-filosofija tas-suq uniku tiġi adattata b’mod fundamentali u tiġi allinjata mal-isfidi attwali. Il-proċess beda fl-1986 bl-Att Uniku Ewropew, li ppromova l-adozzjoni ta’ regoli komuni — minflok dawk nazzjonali — f’ħafna oqsma differenti, permezz tal-approvazzjoni ta’ mijiet ta’ miżuri leġiżlattivi strateġiċi u l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. |
|
2.2. |
Illum ħadd ma jiċħad l-effetti pożittivi tas-suq uniku, iżda hemm ukoll effetti negattivi. Is-suq uniku jista’ jitqies bħala komponent essenzjali tal-mudell Ewropew li ppermetta l-fluss liberu ta’ oġġetti, persuni, servizzi u kapital fl-Unjoni Ewropea kollha, u b’hekk għamilha aktar faċli, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, għall-kumpaniji, l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini. |
|
2.3. |
Is-suq uniku mexxa l-progress mhux biss ekonomikament u soċjalment, iżda wkoll politikament, u aċċellera l-proċess ta’ integrazzjoni. Il-moviment liberu tal-persuni bis-saħħa tas-suq uniku kellu impatt fuq il-ħajja ta’ diversi ġenerazzjonijiet ta’ Ewropej li, permezz ta’ programmi bħall-Erasmus, huma kapaċi jħaddnu l-ispirtu Ewropew minn età żgħira ħafna, u stabbilew rabtiet ta’ unjoni u fehim ma’ għadd kbir ta’ persuni bħalhom minn Stati Membri differenti u li jikkondividu stil ta’ ħajja Ewropew komuni. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-pandemija wriet li l-UE teħtieġ mudell ekonomiku u kummerċjali ġdid. Il-kriżijiet reċenti, it-tensjonijiet ġeopolitiċi attwali, l-isfidi tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali u l-approvazzjoni reċenti tal-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni tal-Istati Uniti kollha juru li wasal iż-żmien biex naġġornaw u nagħtu impetu ġdid lis-suq uniku, u fl-istess ħin dejjem inżommu f’moħħna li s-suq uniku huwa għodda għall-Ewropej u mhux għan fih innifsu. |
|
3.2. |
Is-suq uniku evolva mal-avvanz li sar fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. Filwaqt li inizjalment is-suq uniku ffoka fuq it-tneħħija tal-ostakli mhux tariffarji u l-miżuri li għandhom effett ekwivalenti fuq il-kummerċ intra-Komunitarju tal-merkanzija u fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni (is-Suq Uniku Ewropew), il-ħtiġijiet u l-ambizzjonijiet politiċi suċċessivi wessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għal oqsma ġodda bħas-servizzi u l-ekonomija diġitali. |
|
3.3. |
Dan il-progress kollu nkiseb biss bi sforzi enormi min-naħa tal-partijiet ikkonċernati, l-amministrazzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi u soċjali kollha. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin is-suq uniku ma baqax prijorità politika, u l-ftuħ u l-integrazzjoni tas-swieq tal-prodotti u s-servizzi m’għadhomx fuq nett tal-aġenda. F’dan ir-rigward, l-ewwel nuqqas li għandu jiġi nnutat huwa n-nuqqas ta’ impenn f’dawn l-aħħar snin min-naħa tal-Istati Membri. Il-Kunsill f’ħafna okkażjonijiet wiegħed li jtejjeb u jsaħħaħ is-suq uniku, iżda l-konklużjonijiet tiegħu rarament issarfu f’politiki nazzjonali. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni ulterjuri f’dan ir-rigward. |
|
3.4. |
Il-KESE jirrimarka li s-suq uniku għandu jkun utli biex il-kumpaniji Ewropej isiru aktar kompetittivi fis-swieq globali. Huwa mfassal biex ikun proċess li jevolvi kontinwament, li huwa kemm dgħufija kif ukoll riskju, iżda jagħtih ukoll rwol ġdid: Dan ir-rwol il-ġdid jingħaqad ma’ dawk tradizzjonali, li hemm bżonn jibqgħu dinamiċi u ma jistgħux jitqiesu bħala ovvji. |
|
3.5. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jassistu lill-politiki industrijali u lill-kumpaniji Ewropej fil-kisba tal-objettivi tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, billi jużaw l-għodod eżistenti tal-UE u billi jsegwu, jekk ikun meħtieġ, il-proposta li jiġi żviluppat Fond Ewropew għas-Sovranità. Huwa jfakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, madankollu, li diġà jeżistu diversi programmi u għodod ta’ finanzjament li għandhom jintużaw sal-potenzjal sħiħ tagħhom qabel ma jiżdiedu aktar strumenti. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tinvolvi lill-KESE fid-diskussjonijiet dwar ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
3.6. |
Il-KESE jaqbel (2) li l-UE teħtieġ politika diġitali robusta u ambizzjuża biex tisfrutta l-opportunitajiet offruti mill-innovazzjoni diġitali biex l-UE ssir aktar kompetittiva. Il-KESE jenfasizza l-fatt li suq uniku reali flimkien ma’ leġiżlazzjoni transfruntiera sempliċi se jippermettu lil ħafna setturi jwieġbu għad-domandi tal-konsumaturi u jikkompetu f’ambjent globalment kompetittiv u aktar diġitali. |
|
3.7. |
Id-diġitalizzazzjoni tas-suq uniku tista’ tipprovdi aktar tkabbir u benesseri għall-Ewropej u l-kumpaniji Ewropej. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex iżżid l-investimenti u b’hekk jingħeleb id-distakk diġitali eżistenti bejn ir-reġjuni Ewropej. Huwa kruċjali li l-Istati Membri jżidu l-investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex is-Suq Uniku Diġitali jiġi żviluppat u jsir aktar effiċjenti. L-objettiv għandu jkun li jiġi żgurat li jkun hemm ħaddiema tas-sengħa, negozji innovattivi u impjiegi ta’ kwalità tajba billi jiġu miġġielda l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji. |
|
3.8. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiffoka fuq ir-riskji li jirriżultaw mill-produzzjoni, iċ-ċirkolazzjoni u l-ħżin ta’ data personali u sensittiva li tirriżulta mill-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni, kif ukoll mill-użu u l-kontroll tagħha. Fl-istess ħin, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex tilqa’ kontra dan ir-riskju, u tikkunsidra bħala bażi għall-qafas regolatorju, il-konklużjonijiet tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-intelliġenza artifiċjali, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt (3). L-objettiv għandu jkun li d-data personali, il-ħaddiema u l-konsumaturi jiġu protetti u fl-istess ħin jiġi permess l-użu kunfidenzjali tagħha, biex ikunu jistgħu jiġu sfruttati l-benefiċċji ta’ teknoloġiji ġodda. |
|
3.9. |
Huwa kruċjali li jiġu aċċellerati l-inizjattivi għad-diġitalizzazzjoni u l-ispazji tad-data trans-Ewropej speċifiċi għas-settur biex ikunu jistgħu jsiru analiżi u użu aħjar tad-data għall-benefiċċju tas-soċjetà Ewropea u l-kompetittività tan-negozji tal-Ewropa. L-ispazji tad-data jistgħu jniedu jew jagħtu spinta lill-innovaturi industrijali skalabbli u lin-negozji ġodda. Suq uniku għad-data li jiffunzjona tajjeb huwa kruċjali wkoll minħabba li huwa intrinsikament marbut mas-suq uniku għall-oġġetti, is-servizzi, il-kapital, u l-persuni, kif ukoll mas-sistemi tal-enerġija u tat-trasport. |
4. Is-suq uniku għall-oġġetti u s-servizzi
|
4.1. |
Il-KESE jqis li n-nuqqasijiet tas-suq uniku għad iridu jiġu analizzati u għandhom jittieħdu miżuri biex dawn jiġu eliminati, b’mod partikolari, billi jegħlbu l-piżijiet regolatorji u amministrattivi bla bżonn, biex jiffaċilitaw il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-kumpaniji Ewropej waqt li tiġi ppreservata u msaħħa l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni soċjali. |
|
4.2. |
Il-KESE jenfasizza l-problemi kkawżati mill-Istati Membri meta jantiċipaw l-adozzjoni ta’ miżuri komuni fil-livell Ewropew, u kif dawn jinfluwenzaw u jiggwidaw is-soluzzjonijiet komuni li jinsabu fil-leġiżlazzjoni Ewropea. F’ċerti każijiet, dan huwa minħabba li l-Kummissjoni Ewropea ma tkunx ipproponiet miżuri, iżda xi drabi dan huwa kkawżat mill-Istati Membri li jinsabu fi stat aktar avvanzat mill-proposta Ewropea (eż. it-tikkettar tal-oriġini tal-prodotti tal-laħam, it-tikkettar tal-ikel fuq il-parti ta’ quddiem tal-pakkett, il-proposta Irlandiża dwar it-twissijiet tas-saħħa għax-xorb alkoħoliku, eċċ.), li jxekklu l-proċess ta’ armonizzazzjoni u l-moviment liberu tal-merkanzija. Għal din ir-raġuni, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tantiċipa r-regolamenti meta jkun meħtieġ biex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ regolamenti nazzjonali li jifframmentaw is-suq uniku. |
|
4.3. |
Id-Direttiva (UE) 2015/153 5tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi l-proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri. Din il-miżura leġiżlattiva tipprovdi l-possibbiltà li Stat Membru jiġi obbligat jipposponi l-adozzjoni ta’ abbozz ta’ regolament bi 12 sa 18-il xahar jekk tkun għaddejja inizjattiva tal-UE li tista’ tiġi kompromessa mir-regola nazzjonali u li tkun għaddejja minn fażi ta’ tiġdid. Madankollu, fil-prattika l-prerogattiva tal-Kummissjoni Ewropea hi li tiġi ppubblikata biex ma tiġix infurzata, u fl-aħħar mill-aħħar huma l-Istati Membri li jikkundizzjonaw il-leġiżlazzjoni Ewropea. |
|
4.4. |
Għodda oħra disponibbli maħsuba biex twaqqaf jew timmitiga kwalunkwe azzjoni li tmur kontra s-suq uniku hija s-SOLVIT. Din hija proċedura applikata f’każijiet fejn l-amministrazzjoni ta’ Stat Membru ieħor ma tapplikax il-leġiżlazzjoni Ewropea b’mod korrett u tipprevjeni l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini u l-kumpaniji fis-suq uniku. Din hija sistema ta’ medjazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali li fil-prattika tiddependi aktar mid-determinazzjoni tal-amministrazzjonijiet milli mis-saħħa legali tagħhom biex tiġi rimedjata sitwazzjoni, u għalhekk il-KESE jqis li l-effettività tagħha hija limitata u jeħtieġ li tittejjeb. |
|
4.5. |
Għodda oħra disponibbli hija l-proċedura ta’ lment quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Il-KESE jqis li din l-għodda hija effettiva peress li hija flessibbli u trasparenti, iżda teħtieġ appoġġ politiku qawwi u l-proċedura għandha tittejjeb f’termini ta’ effiċjenza u effettività. |
|
4.6. |
Strateġija għall-ftuħ u l-iżvilupp tad-diversi setturi Ewropej ġiet approvata fl-2018. Madankollu, għad hemm il-problemi, id-diskriminazzjoni għadha għaddejja, u mhux l-Istati Membri kollha jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva dwar is-Servizzi. |
|
4.7. |
Il-KESE jirrimarka li ċerti setturi, bħas-settur tas-servizzi finanzjarji u s-settur tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, huma frammentati ħafna iżda kienu kapaċi jingħaqdu u jsiru aktar b’saħħithom fil-livell Ewropew. Is-setturi tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa ħaddnu l-ispirtu u l-vantaġġi inkontestabbli tas-suq uniku biex il-konsumaturi Ewropej jinqdew aħjar kuljum bis-saħħa tal-alleanzi tax-xiri u tas-suq uniku. Għad fadal sfidi kbar f’termini ta’ armonizzazzjoni u implimentazzjoni effettiva tal-libertà tal-istabbiliment fil-każ tas-settur tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, u l-istrateġija dwar “Settur Ewropew tal-bejgħ bl-imnut adattat għas-seklu 21” għadha mhix qed tiġi implimentata kompletament. Barra minn hekk, l-appoġġ għall-alleanzi tax-xiri fil-bejgħ bl-imnut huwa meħtieġ bħala mezz biex jittejjeb il-benesseri tal-konsumatur f’kuntest prokompetittiv fil-livell Ewropew. |
5. Is-suq uniku għall-ħaddiema
|
5.1. |
Fost l-isfidi li qed jiffaċċja s-suq uniku, il-KESE jindika t-trasformazzjoni tax-xogħol u l-konsegwenzi tagħha f’termini ta’ tfassil mill-ġdid tar-relazzjoni bejn il-partijiet, kif ukoll ir-riskji assoċjati f’termini ta’ flessibbiltà (ta’ sigħat, post u servizzi), b’mod partikolari fir-rigward tal-ħaddiema tal-pjattaformi u, b’mod aktar ġenerali, il-professjonijiet diġitali u l-ħaddiema intelliġenti. |
|
5.2. |
Kriżijiet reċenti wrew li l-prijorità ewlenija tas-suq uniku tal-UE għandha tkun li jittejbu l-istandards tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol waqt li jiġu promossi t-tkabbir u l-kompetittività ġusta u jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozju u li jirrispetta d-dimensjoni soċjali. Minkejja l-progress li sar, 21,7 % tal-popolazzjoni Ewropea għadha f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (Eurostat, 2021). |
|
5.3. |
Il-KESE jqis il-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema bħala wieħed mill-pedamenti tas-suq uniku, u għalhekk jappella biex il-kwalifiki u d-diplomi jiġu rikonoxxuti aktar malajr bejn l-Istati Membri. Għandha tingħata attenzjoni speċifika biex jiġi żgurat trattament ġust tal-ħaddiema stazzjonati fir-rigward tas-salarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
|
5.4. |
Kif uriet il-kriżi pandemika, il-moviment liberu tal-professjonisti tas-saħħa kien fattur ta’ konverġenza u awtoprotezzjoni għall-Unjoni Ewropea, iżda sal-lum ħafna professjonijiet għadhom fil-marġini ta’ dan il-proċess (pereżempju fil-qasam legali u fit-tagħlim). Il-KESE (5) jitlob tfassil mill-ġdid ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-impjiegi u l-ħiliet u investiment fis-settijiet ta’ ħiliet ta’ ħaddiema futuri permezz ta’ taħriġ vokazzjonali u taħriġ edukattiv imtejjeb u tagħlim individwali, li jappoġġjaw lill-kumpaniji b’dan il-mod. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impjiegi ekoloġiċi. |
|
5.5. |
L-infrastruttura diġitali hija kruċjali għal applikazzjoni b’suċċess tal-benefiċċji tas-suq uniku fiż-żoni u r-reġjuni Ewropej kollha, speċjalment dawk li għadhom lura meta mqabbla mal-medja. Id-distakk fl-infrastruttura jżid l-inugwaljanzi u jaffettwa l-opportunitajiet għan-nies u għan-negozji. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tadotta l-miżuri meħtieġa biex isaħħu l-investimenti sabiex jingħeleb id-distakk diġitali eżistenti fl-UE. Hija meħtieġa attenzjoni speċifika għall-intrapriżi, speċjalment l-SMEs. |
6. It-triq ’il quddiem: Sfidi futuri għas-suq uniku
|
6.1. |
L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jkomplu jsaħħu s-suq uniku biex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tiegħu għall-ħolqien tat-tkabbir, l-impjiegi, u għal soċjetà aħjar fil-futur. |
|
6.2. |
L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jimmiraw, u fl-istess ħin jiżguraw standards ogħla, għal armonizzazzjoni sħiħa tal-liġi tal-UE fejn possibbli, li tkun adatta biex tiġi evitata l-frammentazzjoni bla bżonn tas-suq uniku, pereżempju dwar it-tassazzjoni. Il-KESE jirrimarka li l-isfidi li qed jiffaċċja s-suq uniku jinkludu l-avvanz lejn l-armonizzazzjoni tat-taxxa bejn l-Istati Membri u l-evitar tad-dumping u, fuq terminu medju, lejn il-konverġenza tal-pagi, kif ukoll il-prevenzjoni tad-dumping soċjali u/jew il-kompetizzjoni inġusta, b’mod partikolari meta jiġi attirat l-investiment, jiġu lokalizzati l-intrapriżi, u jiġu impjegati l-ħaddiema. |
|
6.3. |
L-infurzar biex l-implimentazzjoni u s-semplifikazzjoni jsiru l-prijorità u l-prinċipju ta’ gwida għas-suq uniku huwa kruċjali. L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jiżguraw li r-rwol tal-Kummissjoni bħala Gwardjan tat-Trattati jiġi salvagwardjat f’ambjent Ewropew politiċizzat ħafna. Jekk il-leġiżlaturi nazzjonali — billi jużaw il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom — jiddeċiedu li jżidu rekwiżiti fil-livell nazzjonali, dawn għandhom jagħmlu dan b’mod trasparenti, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali oħrajn u jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom, f’konformità mal-impenn tagħhom skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Barra minn hekk, is-sanzjonijiet ma jridux ivarjaw fi ħdan l-UE. |
|
6.4. |
Il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tfisser leġiżlazzjoni aħjar. Il-proċess preparatorju għandu jinkludi verifika tal-kompetittività fit-tfassil tal-politika, immudellar aħjar tal-valutazzjonijiet tal-impatt u analiżi aktar profonda ta’ kif ir-regolamenti jaffettwaw il-piż burokratiku kumulattiv tal-kumpaniji, speċjalment l-SMEs. |
|
6.5. |
Tneħħija ta’ ostakli nazzjonali mhux meħtieġa: il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jevalwaw jekk ir-regoli tekniċi nazzjonali għadhomx adatti għall-iskop tagħhom, validi għall-futur u proporzjonati biex itejbu l-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi. |
|
6.6. |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti għall-operaturi kollha, mibnija fuq qafas legali b’saħħtu li jiżgura li l-prodotti u s-servizzi kollha mibjugħa fis-suq tal-UE huma konformi mar-regoli tal-UE u sikuri, biex tinżamm il-fiduċja u s-sikurezza tal-konsumatur f’konformità mar-regolament il-ġdid dwar is-sikurezza tal-prodotti u tas-servizzi, li jinkludi wkoll prodotti u servizzi diġitali. |
|
6.7. |
L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom bżonn jindirizzaw il-protezzjoniżmu u d-diskriminazzjoni tal-Istati Membri b’mod effettiv biex jiżguraw li l-interessi tal-konsumatur jiġu servuti b’mod ugwali fid-deċiżjonijiet ta’ politika tal-UE u dawk nazzjonali. |
|
6.8. |
Għandhom jittejbu l-għodod disponibbli biex il-kumpaniji u l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar in-notifika (tieqa unika għan-notifiki) u biex il-proċessi jsiru aktar siewja u flessibbli, pereżempju billi jsaħħu n-network tal-ilmenti għall-konsumaturi transfruntiera. Il-KESE jħeġġeġ sabiex jiġu stabbiliti networks ta’ skemi għas-soluzzjoni tat-tilwim li jkunu faċilment aċċessibbli, peress li l-konsumaturi jiksbu fiduċja fis-suq uniku jekk ikunu jistgħu jsibu rimedju fil-konfront ta’ kumpaniji stabbiliti fi Stati Membri oħra mingħajr xkiel. |
|
6.9. |
Fir-rigward ta’ suq uniku għall-akkwist: dan huwa qasam b’limitazzjonijiet u restrizzjonijiet nazzjonali għall-kumpaniji bbażati fi Stat Membru ieħor li jista’ jfixkel il-funzjonament normali tas-suq uniku u li jirrikjedi rispons qawwi mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jiġi kkompletat il-qafas regolatorju li jikkontribwixxi għall-progress soċjali taċ-ċittadini (6). |
|
6.10. |
Il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra għandhom jikkollaboraw biex jiżguraw komunitajiet sostenibbli. Il-kriżi klimatika hija kemm theddida kif ukoll opportunità: riallinjament rapidu tas-suq uniku huwa meħtieġ biex jirrifletti l-prijoritajiet mibdula tal-Patt Ekoloġiku. L-użu ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero jeħtieġ li jiġi promoss, u t-taħriġ tal-forza tax-xogħol jeħtieġ li jiġi adattat malajr. L-investimenti ekoloġiċi jistgħu jwasslu għal perjodu twil ta’ tkabbir fis-suq intern tal-UE u fl-istess ħin jagħtu kontribut importanti għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 28.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2349 tal-21 ta’ Novembru 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea għal konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-intelliġenza artifiċjali, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt (ĠU L 311, 2.12.2022, p. 138).
(4) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/28 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ix-“Xogħol prekarju u saħħa mentali”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 228/05)
|
Relatur: |
José Antonio MORENO DÍAZ |
|
Talba għall-konsultazzjoni mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill |
Ittra, 27.7.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
|
(opinjoni esploratorja) |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
3.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
158/73/12 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Lulju 2017, l-impjieg prekarju huwa “impjieg li ma jikkonformax mar-regoli u l-liġijiet tal-UE, internazzjonali u nazzjonali jew li ma jipprovdix biżżejjed riżorsi għal ħajja diċenti jew protezzjoni soċjali adegwata”. |
|
1.2. |
Ix-xogħol jista’ jkun fattur protettiv għas-saħħa mentali iżda jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tal-mard, u għalhekk id-WHO tikkunsidrah bħala determinant soċjali tas-saħħa. |
|
1.3. |
Skont evidenza xjentifika robusta, ix-xogħol prekarju jżid iċ-ċansijiet li s-saħħa mentali tal-ħaddiema tiddeterjora. Pereżempju, nuqqas kbir ta’ sigurtà fl-impjiegi jżid il-possibbiltajiet ta’ dipressjoni, ansjetà u suwiċidju; esiġenzi għoljin u kontroll baxx iżidu l-opportunitajiet ta’ liv minħabba mard mentali ddijanjostikat; bl-istess mod, il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ riskji żżid il-probabbiltà li jkun hemm disturbi depressivi. |
|
1.4. |
Il-forom ta’ xogħol prekarju jistgħu jinkludu: impjieg part-time involontarju; pagi baxxi li ma jkoprux ħtiġijiet bażiċi; kuntratti ta’ żero sigħat, fuq talba jew kuntratti temporanji biex ikopru ħtiġijiet strutturali; inċertezza kostanti dwar it-tul ta’ żmien tal-impjieg, l-iskeda, is-salarju, il-kompiti, eċċ; nuqqas ta’ awtonomija u ta’ żvilupp fit-twettiq tax-xogħol; u ħtiġijiet eċċessivi li jirriżultaw f’sigħat tax-xogħol twal jew intensifikati u kunflitt bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja. Dawn il-forom ta’ xogħol rarament ikunu għażla volontarja għall-ħaddiema, għalkemm hemm ħaddiema li jagħżluhom. |
|
1.5. |
Ix-xogħol prekarju huwa aktar prevalenti fost il-ħaddiema li jagħmlu xogħol manwali, in-nisa, iż-żgħażagħ u l-migranti. Dan iżid mal-inugwaljanzi soċjali u jista’ jimmultiplika d-diskriminazzjoni u l-gradjent soċjali tal-mard mentali. |
|
1.6. |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (1) dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Karta Soċjali Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu, la l-kisba u ż-żieda tal-profitti korporattivi, u lanqas it-tnaqqis tal-ispejjeż tax-xogħol jew l-iżgurar tal-flessibbiltà għall-impjegaturi ma jistgħu jsiru għad-detriment tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
|
1.7. |
Ix-xogħol prekarju huwa inkompatibbli mal-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fl-UE. |
|
1.8. |
Sabiex jitnaqqsu x-xogħol prekarju u l-prevalenza tal-problemi assoċjati tas-saħħa mentali, il-KESE jqis li huwa neċessarju li tiġi implimentata u infurzata l-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ impjiegi u ta’ xogħol ta’ kwalità li jagħmluha possibbli li wieħed jgħix ħajja dinjituża. |
|
1.9. |
Għal dan il-għan, il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiżdiedu l-miżuri għall-monitoraġġ u l-awditjar tal-konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni, soġġett għall-provvista ta’ riżorsi adegwata lill-awtorità pubblika kompetenti (proporzjonijiet tal-ILO), u li jiġu żgurati sanzjonijiet finanzjarji adatti għan-nuqqas ta’ konformità. |
|
1.10. |
Bl-istess mod, il-KESE jipproponi li l-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet li ma jipprovdux garanziji ta’ konformità ma’ dawn ir-regolamenti ma jitħallewx jippreżentaw ruħhom f’sejħiet għall-offerti u għajnuna pubblika, f’konformità mad-Direttivi attwali dwar l-akkwist pubbliku. |
|
1.11. |
Il-KESE jieħu nota l-Komunikazzjoni dwar Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 (COM(2021) 323 final). Barra minn hekk, il-KESE jipproponi li tiġi adottata leġiżlazzjoni speċifika dwar il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali fil-livell tal-UE, kif ukoll li tiġi żviluppata u mmodernizzata d-Direttiva dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (89/391/KEE), li tiġi implimentata l-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali tax-xogħol fis-sors, u li jinbidel il-mod kif ix-xogħol huwa mfassal, ġestit u organizzat, peress li l-evidenza xjentifika wriet li leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika f’dan il-qasam hija forma aktar effettiva ta’ azzjoni preventiva u ta’ tnaqqis tal-esponiment għal dawn ir-riskji. Il-benefiċċji tagħha jistgħu għalhekk jiġu estiżi għall-pajjiżi kollha tal-UE permezz ta’ Direttiva. |
|
1.12. |
Il-KESE jenfasizza li l-ġlieda kontra r-riskji psikosoċjali relatati max-xogħol fis-sors li jkunu ġew identifikati, bl-użu ta’ interventi organizzattivi biex jissawru mill-ġdid il-kundizzjonijiet tax-xogħol, hija pass fil-promozzjoni tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, f’konformità ma’ dak li ġie deskritt mid-WHO u l-ILO fil-linji gwida u fis-sommarju ta’ politika tagħhom ta’ Settembru 2022 (2). |
|
1.13. |
Il-KESE jieħu nota u jappoġġja n-negozjati li għaddejjin dwar il-Proposta tal-2021 għal Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi. Bl-istess mod, il-KESE jipproponi li jiġu żviluppati approċċi adatti għall-ġestjoni tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali fuq il-post tax-xogħol b’mod li jipprevjeni r-riskji tax-xogħol u l-imminar ta’ drittijiet oħra tax-xogħol. |
|
1.14. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jipproponi li titfassal politika industrijali fil-livell Ewropew u nazzjonali sabiex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa u jtejbu l-kompetittività. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-Gvern Spanjol iqis li hija prijorità li “jiġi indirizzat l-impatt tax-xogħol prekarju fuq is-saħħa mentali” matul il-Presidenza tiegħu tal-Kunsill tal-UE 2023, peress li huwa essenzjali li dan jiġi kkoreġut “bil-għan li jiġu definiti politiki tax-xogħol ġodda biex nimxu lejn swieq tax-xogħol aktar b’saħħithom, iffukati fuq in-nies u aktar inklużivi bbażati fuq xogħol deċenti” (3). Għalhekk huwa stieden lill-KESE jfassal Opinjoni esploratorja dwar din il-kwistjoni. |
|
2.2. |
Ix-xogħol prekarju huwa inkompatibbli mal-kisba tal-għanijiet tal-Millennju 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti, speċifikament mal-Għan Nru 8 “Xogħol Deċenti u Tkabbir Ekonomiku”, kif ukoll mal-Għan Nru 3 “Saħħa u Benessri” jew l-Għan Nru 5 “Ugwaljanza bejn il-Ġeneri” (4). Skont id-WHO (5), “ix-xogħol deċenti huwa tajjeb għas-saħħa mentali, u ambjenti tax-xogħol ħżiena – inklużi d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza, l-ammont eċċessiv ta’ xogħol, il-kontroll baxx tal-impjiegi u n-nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi – joħolqu riskju għas-saħħa mentali”. |
|
2.3. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg prekarju (6) tiddefinixxi l-impjieg prekarju bħala “impjieg li ma jikkonformax mal-istandards u l-liġijiet tal-UE, internazzjonali u nazzjonali u/jew li ma jipprovdix biżżejjed riżorsi għal ħajja diċenti jew għal protezzjoni soċjali adegwata”. |
|
2.4. |
Skont it-teżawru tal-EU-OSHA, l-impjieg prekarju huwa “impjieg li huwa mħallas ħażin, mhux sigur, mhux protett, u li ma jistax jappoġġja unità domestika” (7). Sadattant, in-network internazzjonali tar-riċerkaturi esperti fil-prekarjat jiddefinixxi x-xogħol prekarju bħala kunċett multidimensjonali li jinkludi iżda mhuwiex limitat għan-nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol, introjtu mhux adegwat, u nuqqas ta’ drittijiet u protezzjoni fir-relazzjoni tal-impjieg, li jista’ jaffettwa kemm lill-ħaddiema informali kif ukoll lill-ħaddiema formali (8). Kif tinnota l-Eurofound, ix-xogħol prekarju ma għandux definizzjoni universali iżda l-ħtieġa li jiġi indirizzat hija rikonoxxuta b’mod wiesa’ sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u tajbin għas-saħħa, f’konformità mal-Aġenda għal Xogħol Deċenti tal-ILO (9). |
|
2.5. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunċetti, ċerti forom ta’ impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol li jsawru impjiegi ta’ kwalità baxxa jistgħu jitqiesu prekarji. Dawn jinkludu: impjieg part-time involontarju; sigħat twal ta’ xogħol jew talbiet kontinwi għal disponibbiltà; pagi baxxi jew mhux sikuri; użu abbużiv ta’ kuntratti temporanji, kuntratti ta’ żero sigħat jew fuq talba; xogħol mingħajr kuntratt; u xogħol mingħajr miżuri preventivi. |
|
2.6. |
Ix-xogħol prekarju jista’ jinvolvi: l-intensifikazzjoni u l-estensjoni tal-jum tax-xogħol; in-nuqqas ta’ awtonomija u żvilupp fuq il-post tax-xogħol; jiem u sigħat tax-xogħol imprevedibbli u mhux soċjali li jirriżultaw f’kunflitt bejn ix-xogħol u l-familja; sigħat tax-xogħol insuffiċjenti u pagi li ma jippermettux li jiġu koperti l-ħtiġijiet bażiċi; l-inċertezza kostanti dwar it-tul tal-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol (sigħat, pagi, kompiti, eċċ.); id-diffikultà fl-eżerċizzju tad-drittijiet tax-xogħol, inkluża azzjoni kollettiva, li tnaqqas is-saħħa tal-kuntratt; vulnerabbiltà akbar għal abbuż, diskriminazzjoni u fastidju; u l-impossibbiltà li wieħed jgħix ħajja deċenti minkejja li jkollu impjieg (“ħaddiema foqra”). |
|
2.7. |
Ix-xogħol prekarju jista’ jkollu konsegwenzi f’oqsma differenti tal-ħajja ta’ kuljum, inkluża s-saħħa. L-EU-OSHA tinnota li “l-istudji dwar l-effetti tal-impjiegi prekarji fuq is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol sabu assoċjazzjonijiet negattivi u aktar ma tkun kbira l-instabbiltà tal-impjiegi, aktar tkun assoċjata mal-morbidità jew mal-mortalità” (10). |
|
2.8. |
Xi eżempji speċifiċi bbażati fuq evidenza xjentifika tal-ogħla kwalità li tqabbel ħaddiema esposti ma’ ħaddiema mhux esposti (studji lonġitudinali jew dawk imwettqa b’bażijiet tad-data kbar li jeskludu data aleatorja u jiżolaw kawżi oħra fi ħdan l-ambjent tax-xogħol u barra minnu) juru li l-livell għoli ta’ nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi perċeput li jikkaratterizza x-xogħol prekarju jżid il-possibbiltajiet li wieħed ibati mid-dipressjoni b’61 %, il-possibilitajiet li wieħed ibati bl-ansjetà b’77 % (11) u l-possibilitajiet ta’ suwiċidju b’51 % (12). Il-ħtiġijiet kwantitattivi għolja jżidu l-possibilitajiet li wieħed jieħu liv minħabba mard ikkawżat minn disturb mentali dijanjostikat bi 23 %, li livell baxx ta’ kontroll iżidhom b’25 % (13) u li l-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi żżid il-possibbiltà ta’ dipressjoni b’77 %. Bl-istess mod, sigħat twal ta’ xogħol iżidu ċ-ċansijiet ta’ dipressjoni b’14 % (14). |
|
2.9. |
Jekk l-esponimenti għar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol jiġu eliminati fl-UE, il-każijiet ta’ dipressjoni jonqsu b’bejn 17 u 35 % u l-mard kardjovaskulari b’bejn 5 u 11 % (15). |
|
2.10. |
Forom prekarji ta’ impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol rarament ikunu għażla volontarja. L-evidenza turi b’mod konsistenti li dawn il-forom ta’ impjieg huma aktar prominenti fost il-ħaddiema li jagħmlu xogħol manwali, in-nisa, iż-żgħażagħ u l-migranti (16), u dan iżid l-inugwaljanzi soċjali bħall-klassi, il-ġeneru, l-età, in-nazzjonalità u l-etniċità, li jistgħu jkattru d-diskriminazzjonijiet intersezzjonali, l-inugwaljanzi eżistenti fil-qasam tas-saħħa u l-gradjent soċjali tal-mard mentali. Għalkemm dawn il-forom ta’ xogħol spiss ma jkunux l-għażla preferuta, hemm ħaddiema li b’mod intenzjonat jagħżlu dawn il-forom ta’ xogħol. |
|
2.11. |
Il-prevalenza ta’ xogħol prekarju tvarja wkoll bejn il-pajjiżi tal-UE (17) u bejn is-setturi tal-attività. L-inċidenza hija ogħla f’attivitajiet li huma estensjoni tax-xogħol domestiku u tal-kura (jiġifieri t-tindif, il-kura soċjali u tas-saħħa, l-ospitalità, il-lukandi, is-sigurtà, il-kunsinna fid-djar, eċċ.) (18), li ġiet intensifikata bil-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, ix-xogħol prekarju jeżisti fis-setturi kollha – inkluż is-settur pubbliku – u fil-pajjiżi kollha. |
|
2.12. |
Skont id-Direttiva 89/391/KEE dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, l-impjegatur għandu d-dmir li jiżgura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema f’kull aspett relatat max-xogħol. Skont l-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kull ħaddiem għandu d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità tiegħu. Barra minn hekk, kull ħaddiem għandu d-dritt għal-limitazzjoni tas-sigħat massimi tax-xogħol, għall-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa, u għal perjodu annwali ta’ liv imħallas, fost affarijiet oħra. Dan huwa rifless ukoll fil-Karta Soċjali Ewropea, fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u fil-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu. La l-ġenerazzjoni jew iż-żieda tal-profitti korporattivi, u lanqas it-tnaqqis tal-kostijiet lavorattivi jew l-iżgurar tal-flessibbiltà għall-impjegaturi ma jistgħu jsiru għad-detriment tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. |
|
2.13. |
Għandu jiġi nnotat fir-rigward tas-saħħa mentali b’mod ġenerali, li s-sistemi pubbliċi tal-kura tas-saħħa għandhom rwol importanti. Mingħajr bidliet u adattamenti rapidi/meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika u disponibbiltà ta’ għajnuna psikoloġika u psikjatrika f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, remoti jew terapewtiċi, mhux se nindirizzaw kif xieraq is-saħħa mentali la tal-impjegati u lanqas taċ-ċittadini kollha fl-Ewropa. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
L-iżbilanċ fil-poter bejn il-kapital u x-xogħol huwa fattur ta’ riskju għal xogħol prekarju. Dan l-iżbilanċ jeħtieġ jiġi livellat, kemm permezz tal-liġijiet kif ukoll permezz tad-djalogu soċjali u l-azzjoni tat-trade unions, biex jinħoloq kuntest li jipproteġi l-ħaddiema nisa u rġiel, u fl-istess waqt jinżammu ċirkostanzi ekonomiċi favorevoli u tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta. |
|
3.2. |
Il-ħtieġa li tiżdied u tiġi implimentata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom hija evidenzjata mill-fatt li, fl-UE, it-tliet raġunijiet ewlenin li jimmotivaw lin-negozji biex jindirizzaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, huma: biex ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni (89,2 %), biex jissodisfaw it-talbiet tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom (81,8 %), u biex jevitaw azzjoni punittiva mill-awtorità kompetenti tax-xogħol (79,4 %) (19). |
|
3.3. |
Eżempju ieħor tal-effettività tal-leġiżlazzjoni biex titnaqqas il-prekarjetà kuntrattwali jista’ jiġi osservat fi Spanja: ir-riforma tax-xogħol approvata reċentement, bħala riżultat ta’ ftehim soċjali, naqqset ir-rati għoljin u anomali ta’ staġjonalità tas-suq tax-xogħol f’dan il-pajjiż. |
4. Proposti
|
4.1. |
Il-KESE jinnota li hemm evidenza robusta li x-xogħol prekarju jżid il-possibbiltajiet li wieħed jesperjenza deterjorament fis-saħħa mentali. B’hekk, wara r-rakkomandazzjonijiet kemm mill-qasam xjentifiku relatat mas-saħħa okkupazzjonali u pubblika u l-epidemjoloġija okkupazzjonali, kif ukoll minn istituzzjonijiet internazzjonali fir-rigward tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol u skont id-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva Ewropea 89/391/KEE dwar il-prevenzjoni tal-oriġini ta’ riskji fuq il-post tax-xogħol, il-miżuri kollha proposti hawnhekk konxjament jadottaw approċċ immirat biex jillimita t-tixrid tar-riskji assoċjati max-xogħol prekarju biex jipprevjeni d-deterjorament fis-saħħa mentali tal-ħaddiema. Peress li l-fatturi ta’ riskju li potenzjalment għandhom impatt fuq is-saħħa mentali jvarjaw ħafna bejn setturi differenti u anke bejn postijiet tax-xogħol differenti fi ħdan l-istess settur, l-aħjar soluzzjonijiet spiss jistgħu jinstabu permezz ta’ djalogu soċjali fil-livell settorjali jew tal-kumpanija li jippermetti approċċ immirat, waqt li jitqiesu l-oqfsa legali kollha. |
|
4.2. |
Il-KESE jinnota li, fil-qafas strateġiku tagħha dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2021-2027) (20), il-Kummissjoni indikat li, fost affarijiet oħra:
|
4.3. L-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u dik nazzjonali li tistabbilixxi impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità
|
4.3.1. |
Il-KESE josserva li d-Direttivi eżistenti tal-UE dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg, ir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni jkopru drittijiet, obbligi u responsabbiltajiet relatati mal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (2003/88/KE (21)), ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u tax-xogħol (UE) 2019/1158 (22), paga minima adegwata (UE) 2022/2041 (23), in-nondiskriminazzjoni (2006/54/KE (24); 2000/78/KE (25); 2000/43/KE (26)), kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli (UE) 2019/1152 (27), il-prevenzjoni ta’ perikli fuq il-post tax-xogħol u saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (89/391/KEE u l-iżviluppi speċifiċi tagħha), u l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom (2009/38/KE (28), 2003/72/KE (29), 2002/14/KE (30)). Barra minn hekk, il-libertà tal-assoċjazzjoni, tan-negozjar kollettiv, tad-dimostrazzjoni u tal-istrajk huma protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. L-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-korp legali tista’ tippermetti lill-ħaddiema jkollhom xogħol deċenti, tnaqqas l-inċertezza, u tippromovi s-saħħa mentali. |
|
4.3.2. |
Madankollu, il-KESE jinnota li hemm lok għal titjib fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dawn il-liġijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, u l-konformità magħhom, stabbiliti bħala drittijiet minimi meħtieġa, kif ukoll fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti. |
|
4.4. |
Huwa għalhekk li l-KESE jipproponi: |
|
4.4.1. |
li jiżdiedu l-azzjonijiet ta’ sorveljanza u kontroll tal-konformità mar-regolamenti tax-xogħol attwali koperti minn dawn id-Direttivi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tagħhom. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu riżorsi umani adegwati lill-awtoritajiet kompetenti tax-xogħol, skont il-proporzjonijiet rakkomandati mill-ILO (31); |
|
4.4.2. |
li jiġu żgurati sanzjonijiet finanzjarji xierqa għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-Direttivi; |
|
4.4.3. |
li tiġi stabbilita l-impossibilità li jitressqu offerti għal akkwist pubbliku u għajnuna pubblika oħra tal-UE, nazzjonali, lokali jew kwalunkwe għajnuna pubblika oħra għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-Direttivi, f’konformità mad-Direttivi attwali dwar l-akkwist pubbliku; |
|
4.4.4. |
li jsir użu sħiħ mill-possibbiltajiet offruti mill-Kumitat ta’ Spetturi Għolja tax-Xogħol (SLIC) għall-koordinazzjoni tal-UE fil-monitoraġġ tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.3.1. |
|
4.4.5. |
Il-KESE jappoġġja n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-proposta tal-2021 għal Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi u jieħu nota tan-negozjati li għaddejjin dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill kif ukoll l-emendi proposti mill-Kumitat tal-Impjiegi tal-Parlament Ewropew f’Diċembru 2022. Bl-istess mod, il-KESE jipproponi li jiġu żviluppati approċċi adatti għall-ġestjoni tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali fuq il-post tax-xogħol b’mod li jipprevjeni r-riskji tax-xogħol u l-imminar ta’ drittijiet oħra tax-xogħol. |
4.5. Enfasi fuq il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali relatati max-xogħol
|
4.5.1. |
Il-KESE jieħu nota tal-Komunikazzjoni dwar Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 (COM(2021) 323 final). Barra minn hekk, il-KESE jipproponi li tiġi adottata leġiżlazzjoni speċifika dwar il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali fil-livell tal-UE, li tiġi żviluppata u mmodernizzata d-Direttiva dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (89/391/KEE), li tiġi implimentata l-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali tax-xogħol fis-sors, u li jinbidel il-mod kif ix-xogħol huwa mfassal, ġestit u organizzat, peress li l-evidenza xjentifika turi li leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika f’dan il-qasam hija forma aktar effettiva ta’ azzjoni preventiva u ta’ tnaqqis tal-esponiment għal dawn ir-riskji (32). |
|
4.5.2. |
Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza li d-dritt għal ambjent tax-xogħol sikur u tajjeb għas-saħħa ġie introdott fil-qafas tal-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol tal-ILO fil-110 Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol ta’ Ġunju 2022, u li l-ġlieda kontra r-riskji psikosoċjali relatati max-xogħol fis-sors, bl-użu ta’ interventi organizzattivi biex jissawru mill-ġdid il-kundizzjonijiet tax-xogħol, hija pass essenzjali fil-promozzjoni tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, f’konformità ma’ dak li ġie miftiehem mid-WHO u l-ILO fil-linji gwida u fis-sommarju ta’ politika tagħhom li jiddeskrivu strateġiji prattiċi f’Settembru 2022 (33). Minbarra l-prevenzjoni tar-riskju psikosoċjali, dawn l-istituzzjonijiet jirrakkomandaw, bħala t-tieni pass, li tittejjeb is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, tiġi protetta u promossa, speċjalment permezz ta’ taħriġ u interventi li jtejbu l-litteriżmu dwar is-saħħa mentali. It-tielet pass huwa li l-ħaddiema b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali jiġu appoġġjati biex jipparteċipaw bis-sħiħ u b’mod ekwu fix-xogħol permezz ta’ miżuri raġonevoli li jakkomodawhom u programmi ta’ ritorn għax-xogħol. Fl-aħħar nett, huma jirrakkomandaw il-ħolqien ta’ ambjent abilitanti b’miżuri trasversali biex tittejjeb is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol permezz tat-tmexxija, l-investiment, id-drittijiet, l-integrazzjoni, il-parteċipazzjoni, l-evidenza u l-konformità. |
|
4.5.3. |
Il-KESE jenfasizza li, kif iddikjarat ukoll fil-ftehim qafas tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE dwar l-istress, skont id-Direttiva Qafas 89/391/KEE, l-impjegaturi kollha għandhom obbligu legali li jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Dan id-dmir japplika wkoll għal problemi ta’ stress relatat max-xogħol meta dawn jinvolvu riskju għas-saħħa u s-sigurtà. |
|
4.5.4. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jipproponi li din id-Direttiva tiżviluppa l-prevenzjoni primarja tar-riskji psikosoċjali relatati max-xogħol b’approċċ organizzattiv u kollettiv. Biex tagħmel dan, tkun tkopri: |
|
4.5.4.1. |
ir-rekwiżiti ta’ kwalità għall-metodi ta’ valutazzjoni użati (ivvalidati b’data dwar is-saħħa, billi jitkejlu r-riskji psikosoċjali stabbiliti mill-evidenza xjentifika, li jiviżwalizzaw l-inugwaljanzi, eċċ.); |
|
4.5.4.2. |
fejn meħtieġ, l-istabbiliment, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi għall-eliminazzjoni jew il-minimizzazzjoni ta’ dawn ir-riskji: (1) ir-rispons għar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskji psikosoċjali; (2) bidla fl-oriġini tal-kundizzjonijiet tax-xogħol li ġew iddijanjostikati bħala dannużi, bl-użu ta’ interventi organizzattivi, sabiex jiġi evitat li l-miżuri preventivi jiffukaw biss fuq it-taħriġ u r-riabilitazzjoni; |
|
4.5.4.3. |
l-obbligu tal-impjegatur li jnaqqas ir-riskji fuq il-post tax-xogħol billi jimplimenta miżuri xierqa biex jiġu indirizzati r-riskji psikosoċjali identifikati relatati max-xogħol li jsawru mill-ġdid il-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jistgħu jinkludu: it-titjib tat-teknoloġija u l-proċessi ta’ produzzjoni għall-oġġetti u s-servizzi u ż-żieda fin-numru tal-persunal sabiex jitnaqqsu l-piżijiet; l-iżgurar li l-arranġamenti tal-iskeda jkunu kompatibbli max-xogħol tal-kura fi ħdan il-familji; il-promozzjoni ta’ metodi ta’ ħidma parteċipattivi u kooperattivi biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom leħen fil-mod kif jitwettaq xogħolhom, u jiżdied l-appoġġ funzjonali bejn il-ħaddiema u l-maniġers tagħhom; l-istabbiliment ta’ proċeduri ġusti għall-ingaġġ, l-assenjazzjoni tax-xogħol, it-taħriġ u l-promozzjonijiet sabiex titjieb il-kwalità tat-tmexxija; it-tfassil ta’ kompiti arrikkiti li jippermettu lill-ħaddiema jużaw il-ħiliet u l-għarfien tagħhom, u jitgħallmu oħrajn ġodda; il-promozzjoni tal-istabbiltà fl-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u l-prevedibbiltà fejn jidħlu bidliet, li jeħtieġ li jkunu raġunati u raġonevoli, sabiex tiġi evitata n-nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol; u salarju adegwat li jrid jipprovdi għal ħajja dinjituża skont il-liġi applikabbli, id-djalogu soċjali u l-ftehimiet kollettivi. Dawn il-miżuri kollha għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tax-xogħol prekarju u għall-protezzjoni tas-saħħa mentali; |
|
4.5.4.4. |
ir-rekwiżit li jitqies kif xieraq l-iskop preventiv tal-valutazzjoni sabiex tiġi promossa l-ġestjoni effiċjenti ta’ dawn ir-riskji, filwaqt li jiġu evitati rivalutazzjonijiet sempliċement burokratiċi; |
|
4.5.4.5. |
li jiġi żgurat li dawn l-azzjonijiet kollha ta’ prevenzjoni fl-oriġini tar-riskji psikosoċjali, mit-tfassil tal-evalwazzjoni, sal-bidliet organizzattivi u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom biex inaqqsu r-riskji, ikunu bbażati fuq il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fuq il-post tax-xogħol jew fil-livell tal-kumpanija b’konformità mar-regoli applikabbli dwar l-informazzjoni lill-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom u dwar il-konsultazzjoni magħhom. Għal dan il-għan, għandhom jiġu żgurati, b’konformità mar-regoli nazzjonali fis-seħħ, l-eżistenza u l-funzjonament tal-korpi rilevanti fil-każi meta dawn huma previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew mill-ftehimiet kollettivi: kumitati tas-sigurtà u s-saħħa, delegati inkarigati mill-prevenzjoni, kumitati tal-kumpanija, eċċ, u jiġu żgurati n-negozjati bejn ir-rappreżentanza tal-ħaddiema u l-impjegatur b’konformità mal-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet kollettivi applikabbli. |
4.6. Politika industrijali mfassla biex tappoġġja l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità
|
4.6.1. |
Il-politika industrijali tal-pajjiżi individwali, fost fatturi oħra, għandha impatt fuq il-kapaċità tal-kumpaniji li joħolqu impjiegi bi kwalifiki għoljin u ta’ kwalità għolja f’ekonomija. Għalhekk, il-KESE jipproponi li t-tfassil tal-politika industrijali fil-livell Ewropew għandu jqis l-għan li jinħolqu impjiegi bi kwalifiki għoljin u ta’ kwalità għolja li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa u jtejbu l-kompetittività. Dan jista’ jkun ibbażat, fost affarijiet oħra, fuq: |
|
4.6.1.1. |
kollaborazzjoni ferm aktar attiva mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-aġenziji tal-iżvilupp ekonomiku, iffukata fuq il-forniment tal-infrastruttura meħtieġa u politiki attivi tal-impjiegi orjentati lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji bl-akbar potenzjal li joħolqu impjiegi lokali ta’ kwalità, li jesiġu, min-naħa tagħhom, li l-kumpaniji benefiċjarji joħolqu ammont minimu ta’ dawn il-postijiet tax-xogħol; |
|
4.6.1.2. |
l-immirar tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp lejn teknoloġiji li jżidu l-produttività u li jiffavorixxu x-xogħol sabiex tiżdied b’mod sinerġistiku l-kapaċità tagħhom li joħolqu l-valur; |
|
4.6.1.3. |
l-inklużjoni ta’ kriterji li jipprevjenu r-riskji fuq il-post tax-xogħol u li jipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema fit-tfassil tal-politika industrijali. |
|
4.6.1.4. |
l-inklużjoni ta’ kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli li jiżguraw id-drittijiet tax-xogħol fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali. |
|
4.7. |
Il-KESE jipproponi li l-għarfien tad-drittijiet tax-xogħol individwali u kollettivi kif ukoll il-ħiliet intraprenditorjali jiġi inkluż fil-kurrikulu trasversali tal-edukazzjoni obbligatorja u t-taħriġ vokazzjonali f’kull pajjiż, sabiex il-ħaddiema u l-impjegaturi futuri jingħataw l-għarfien meħtieġ dwar dawn il-kwistjonijiet. |
|
4.8. |
Wara r-riżultati tal-istħarriġ u d-data tal-Eurofound, l-EU-OSHA u l-Eurostat, il-KESE jipproponi li jiġu identifikati perjodikament l-aktar forom prevalenti ta’ xogħol prekarju u l-kuntesti ta’ żvilupp tagħhom (pajjiżi, setturi, eċċ.) u gruppi l-aktar milquta (ħaddiema li jagħmlu xogħol manwali, nisa, żgħażagħ, eċċ.) u li tiġi analizzata l-evoluzzjoni tagħhom. |
|
4.9. |
Il-KESE jipproponi li tiġi promossa r-riċerka dwar il-kwalità tax-xogħol u s-saħħa mentali, l-ewwel billi jittejbu s-sistemi ta’ informazzjoni u s-sorveljanza epidemjoloġika f’dawn l-oqsma. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
(2) https://www.ilo.org/global/about-the-ilo/newsroom/news/WCMS_856821/lang--en/index.htm.
(3) It-Tieni Deputat Prim Ministru, Ministeru tax-Xogħol u l-Ekonomija Soċjali: Talba għal Opinjoni esploratorja.
(4) NU, Assemblea Ġenerali, is-sebgħin sessjoni (2015) Riżoluzzjoni dwar Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta’ Settembru 2015.
(5) https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/mental-health-at-work
(6) https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-8-2017-0290_MT.html
(7) https://osha.europa.eu/en/tools-and-resources/eu-osha-thesaurus/term/62001d
(8) https://doi.org/10.1186/s13643-021-01728-z
(9) https://www.eurofound.europa.eu/it/node/91840
(10) EU-OSHA (2013), Priorities for occupational safety and health research in Europe: 2013–2020 (Il-prijoritajiet għar-riċerka fl-Ewropa dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: 2013-2020). Lussemburgu: Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (mhux disponibbli bil-Malti). 10.2802/25457.
(11) Niedhammer, I., Bertrais, S., u Witt, K. (2021). Psychosocial work exposures and health outcomes: a meta-review of 72 literature reviews with meta-analysis (Esponimenti fix-xogħol għal riskji psikosoċjali u l-effetti fuq is-saħħa: metareviżjoni ta’ 72 analiżi tal-letteratura b’metaanaliżi). Scandinavian Journal of Work, Environment & Health, Volum 47, Nru 7, pp. 489-508 (mhux disponibbli bil-Malti).
(12) Blomqvist, S., Virtanen, M., LaMontagne, A. D., u Magnusson Hanson, L. L. (2022). Perceived job insecurity and risk of suicide and suicide attempts: a study of men and women in the Swedish working population (Perċezzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi u riskju ta’ suwiċidju u tentattivi ta’ suwiċidju: studju ta’ rġiel u nisa fost il-popolazzjoni impjegata Żvediża). Scandinavian Journal of Work, Environment & Health, Volum 48, Nru 4, pp. 293-301 (mhux disponibbli bil-Malti).
(13) Duchaine, CS et al. (2020). Psychosocial stressors at work and the risk of sickness absence due to a diagnosed mental disorder: a systematic review and meta-analysis (Fatturi ta’ stress psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol u r-riskju ta’ assenzi relatati mal-mard minħabba mard mentali dijanjostikat: rieżami sistematiku u metaanaliżi). JAMA psychiatry, Volum 77, Nru 8, pp. 842-851 (mhux disponibbli bil-Malti).
(14) Niedhammer, Bertrais, Witt (2021), (ara hawn fuq).
(15) Niedhammer I et al. (2022). Update of the fractions of cardiovascular diseases and mental disorders attributable to psychosocial work factors in Europe (Aġġornament tal-frazzjonijiet tal-mard kardjovaskulari u d-disturbi mentali attribwibbli għal fatturi ta’ riskju psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa). International Archives of Occupational and Environmental Health, Volum 95, Nru 1, pp. 233 247 (mhux disponibbli bil-Malti).
(16) https://oshwiki.osha.europa.eu/en/themes/precarious-work-definitions-workers-affected-and-osh-consequences
(17) Matilla-Santander N et al. (2019). Measuring precarious employment in Europe 8 years into the global crisis (Il-kejl tal-impjiegi prekarji fl-Ewropa 8 sena wara l-kriżi globali). Journal of Public Health (Oxford), Volum 41, Nru 2, pp. 259-267 (mhux disponibbli bil-Malti).
(18) Eurofound (2021). Working conditions and sustainable work: An analysis using the job quality framework (Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u xogħol sostenibbli: analiżi bl-użu tal-qafas tal-kwalità tal-impjiegi). Lussemburgu: Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (mhux disponibbli bil-Malti).
(19) https://visualisation.osha.europa.eu/esener/en/survey/datavisualisation/2019
(20) Komunikazzjoni dwar Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027. Is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għal dinja tax-xogħol li qed tinbidel (COM (2021) 323 final).
(21) Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).
(22) Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79).
(23) Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).
(24) Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
(25) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16)
(26) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
(27) Id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105).
(28) Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).
(29) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25).
(30) Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).
(31) https://www.ilo.org/global/topics/labour-administration-inspection/resources-library/publications/WCMS_844151/lang--en/index.htm, § 4.1.8.
(32) Jain, A. et al (2022), The impact of national legislation on psychosocial risks on organisational action plans, psychosocial working conditions, and employee work-related stress in Europe (L-impatt tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-riskji psikosoċjali fuq il-pjani ta’ azzjoni organizzattivi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol psikosoċjali, u l-istress relatat max-xogħol tal-impjegati fl-Ewropa). Social Science & Medicine 302 (mhux disponibbli bil-Malti).
(33) https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_protect/---protrav/---safework/documents/publication/wcms_856976.pdf
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 60(2) tar-Regoli ta’ Proċedura):
EMENDA 1
Imressqa minn:
BLIJLEVENS René
DANISMAN Mira-Maria
MINCHEVA Mariya
PILAWSKI, Lech
POTTIER Jean-Michel
VADÁSZ Borbála
SOC/745
Xogħol prekarju u saħħa mentali
Punt 2.7
Żid punt ġdid:
Pożizzjoni: Wara l-punt eżistenti 2.6
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
||||||||
|
|
Id-definizzjoni li juża l-PE fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-2017 (12) , minn naħa waħda, tindika li l-impjieg prekarju jfisser xogħol li ma jikkonformax mal-leġiżlazzjoni applikabbli. Din id-definizzjoni, madankollu, tirreferi wkoll għal xogħol li “ma jipprovdix biżżejjed riżorsi għal ħajja diċenti jew għal protezzjoni soċjali adegwata”. Fl-istess ħin, il-KESE jinnota li skont il-Eurofound, m’hemm l-ebda definizzjoni tax-xogħol prekarju li hija aċċettata universalment fl-Ewropa, madankollu, il-ħtieġa li jiġi indirizzat dan il-fenomenu kumpless hija rikonoxxuta b’mod wiesa’. Skont id-WHO, fuq il-post tax-xogħol, ir-riskji għas-saħħa mentali, imsejħa wkoll riskji psikosoċjali, jistgħu jkunu relatati mal-kontenut tax-xogħol jew mal-iskeda tax-xogħol, mal-karatteristiċi speċifiċi tal-post tax-xogħol jew mal-opportunitajiet għall-iżvilupp tal-karriera fost affarijiet oħra. Id-WHO tindika wkoll li għalkemm ir-riskji psikosoċjali jistgħu jinstabu fis-setturi kollha, xi ħaddiema huma aktar probabbli li jkunu esposti minn oħrajn, minħabba n-natura ta’ xogħolhom jew il-post ta’ fejn jaħdmu u l-mod ta’ kif jaħdmu (13) . Barra minn hekk, il-ftehim qafas awtonomu tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE dwar l-istress jiddikjara li l-istress relatat max-xogħol jista’ jiġi kkawżat minn fatturi differenti bħall-kontenut tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni, eċċ. (14) Dan ifisser li meta tiġi vvalutata r-rabta bejn l-impjieg prekarju u r-riskji għas-saħħa mentali, għandu jitqies il-fatt li m’hemmx definizzjoni aċċettata b’mod universali fl-Ewropa. Barra minn hekk, il-valutazzjoni trid tqis dan li ġej:
|
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
81 |
|
Kontra: |
127 |
|
Astensjonijiet: |
13 |
EMENDA 3
Imressqa minn:
BLIJLEVENS René
DANISMAN Mira-Maria
MINCHEVA Mariya
PILAWSKI, Lech
POTTIER Jean-Michel
VADÁSZ Borbála
SOC/745
Xogħol prekarju u saħħa mentali
Punt 4.5.1
Żid punt ġdid:
Pożizzjoni: Wara l-punt eżistenti 4.5
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
|
Il-promozzjoni tas-saħħa u l-benessri mentali hija fl-interess tas-soċjetà kollha. Fil-ħajja tax-xogħol il-promozzjoni tas-saħħa mentali hija importanti peress li l-problemi tas-saħħa mentali jistgħu jwasslu għal produttività tax-xogħol aktar baxxa, prestazzjoni tax-xogħol inferjuri u assenteiżmu ogħla, u saħħa mentali tajba hija assoċjata ma’ motivazzjoni u produttività aħjar. Il-KESE jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni (29) li tħejji, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali, inizjattiva mhux leġiżlattiva fil-livell tal-UE relatata mas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol li tivvaluta kwistjonijiet emerġenti relatati mas-saħħa mentali tal-ħaddiema. Il-KESE jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li tinkludi r-riskji psikosoċjali u ergonomiċi bħala parti mill-kampanja dwar postijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa. Il-KESE jqis li għandha tingħata aktar attenzjoni, fil-livell tal-UE u dak nazzjonali kif ukoll fuq il-postijiet tax-xogħol, għal politiki u/jew azzjonijiet adatti biex tiġi żviluppata l-prevenzjoni primarja tar-riskji psikosoċjali relatati max-xogħol b’approċċ organizzattiv u kollettiv fejn applikabbli. Madankollu, m’hemmx bżonn li fil-livell tal-UE tiġi proposta leġiżlazzjoni speċifika dwar il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali. Il-punti mqajma fil-paragrafi 1.11, 4.5.1, 4.5.4 u 4.5.4.3 ta’ din l-Opinjoni jikkontradixxu jew ma jirriflettux biżżejjed din il-kunsiderazzjoni. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
91 |
|
Kontra: |
127 |
|
Astensjonijiet: |
18 |
EMENDA 4
Imressqa minn:
BLIJLEVENS René
DANISMAN Mira-Maria
MINCHEVA Mariya
PILAWSKI, Lech
POTTIER Jean-Michel
VADÁSZ Borbála
SOC/745
Xogħol prekarju u saħħa mentali
Punt 4.6.1
Żid punt ġdid:
Pożizzjoni: Wara l-punt eżistenti 4.6
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
|
Minħabba l-bidliet profondi fl-ambjent operattiv, hemm ħtieġa urġenti li l-UE ssawwar politika industrijali komprensiva u aġġornata, ibbażata fuq l-innovazzjoni u l-eċċellenza. Il-kumpaniji se joħolqu l-impjiegi u jipprovdu impjiegi ta’ kwalità meta jkun hemm ambjent regolatorju u ta’ investiment favorevoli u meta n-negozju jkun jista’ jitwettaq bi profitt. Dan ifisser li l-impjiegi ma jistgħux jiġu ppjanati permezz ta’ politika industrijali. Bl-istess mod, mhuwiex sostenibbli jew raġonevoli li jkun meħtieġ li l-kumpaniji li jibbenefikaw minn infrastruttura jew politiki attivi tas-suq tax-xogħol joħolqu għadd minimu ta’ impjiegi. Barra minn hekk, il-politika industrijali teżisti flimkien mal-qafas regolatorju applikabbli tal-UE u dak nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali iżda l-politika industrijali nnifisha ma tipprovdix il-kriterju għall-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji jeħtieġu wkoll aċċess għal forza tax-xogħol b’ħiliet iżda bħalissa qed jiffaċċjaw nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet. Dan jenfasizza l-importanza ta’ sistemi effettivi ta’ tagħlim tul il-ħajja u antiċipazzjoni mtejba tal-ħtiġijiet b’rabta mal-ħiliet futuri. Il-punti mqajma fil-paragrafi 4.6.1.1 u 4.6.1.3 ta’ din l-Opinjoni jikkontradixxu jew ma jirriflettux biżżejjed dawn il-kunsiderazzjonijiet. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
89 |
|
Kontra: |
139 |
|
Astensjonijiet: |
9 |
EMENDA 5
Imressqa minn:
BLIJLEVENS René
DANISMAN Mira-Maria
MINCHEVA Mariya
PILAWSKI, Lech
POTTIER Jean-Michel
VADÁSZ Borbála
SOC/745
Xogħol prekarju u saħħa mentali
Punt 1.3
Żid punt ġdid:
Pożizzjoni: Wara l-punt eżistenti 1.2
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
||||||||
|
|
Pereżempju, il-ftehim qafas awtonomu tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE dwar l-istress jiddikjara li l-istress relatat max-xogħol jista’ jiġi kkawżat minn fatturi differenti bħall-kontenut tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni, eċċ. (1) Meta tiġi vvalutata r-rabta bejn l-impjieg prekarju u r-riskji għas-saħħa mentali, irid jitqies il-fatt li m’hemmx definizzjoni aċċettata b’mod universali fl-Ewropa. Barra minn hekk, il-valutazzjoni trid tqis dan li ġej:
|
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
83 |
|
Kontra: |
139 |
|
Astensjonijiet: |
15 |
EMENDA 6
Imressqa minn:
BLIJLEVENS René
DANISMAN Mira-Maria
MINCHEVA Mariya
PILAWSKI, Lech
POTTIER Jean-Michel
VADÁSZ Borbála
SOC/745
Xogħol prekarju u saħħa mentali
Punt 1.4
Żid punt ġdid:
Pożizzjoni: Wara l-punt ġdid 1.3 (ara Emenda 5)
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
|
Il-KESE jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni (3) li tħejji, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali, inizjattiva mhux leġiżlattiva fil-livell tal-UE relatata mas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol li tivvaluta kwistjonijiet emerġenti relatati mas-saħħa mentali tal-ħaddiema. Il-KESE jqis li għandha tingħata aktar attenzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali kif ukoll fuq il-postijiet tax-xogħol għal politiki u/jew azzjonijiet adatti biex tiġi żviluppata l-prevenzjoni primarja tar-riskji psikosoċjali relatati max-xogħol b’approċċ organizzattiv u kollettiv fejn applikabbli. Madankollu, m’hemmx bżonn li fil-livell tal-UE tiġi proposta leġiżlazzjoni speċifika dwar il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali. Il-punti mqajma fil-paragrafi 1.11, 4.5.1, 4.5.4 u 4.5.4.3 ta’ din l-Opinjoni jikkontradixxu jew ma jirriflettux biżżejjed din il-kunsiderazzjoni. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
91 |
|
Kontra: |
141 |
|
Astensjonijiet: |
11 |
(12) Testi adottati – Kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju – It-Tlieta, 4 ta’ Lulju 2017 (https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-8-2017-0290_MT.html)
(13) https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/mental-health-at-work
(14) Ara https://resourcecentre.etuc.org/agreement/framework-agreement-work-related-stress u https://www.businesseurope.eu/sites/buseur/files/media/imported/2005-00679-EN.pdf
(15) In-numerazzjoni użata hawnhekk tirreferi għan-numerazzjoni tal-paragrafi tal-Opinjoni tas-Sezzjoni SOC kif ippreżentata lill-Plenarja u inkluża fil-Portal tal-Membri għall-Plenarja tal-KESE tas-26 u s-27 ta’ April (bidliet fin-numerazzjoni jistgħu jirriżultaw mill-adozzjoni eventwali ta’ dawn l-emendi jew kwalunkwe emenda oħra).
(16) Ara https://resourcecentre.etuc.org/agreement/framework-agreement-work-related-stress u https://www.businesseurope.eu/sites/buseur/files/media/imported/2005-00679-EN.pdf
(29) COM(2021) 323 final
(1) Ara https://resourcecentre.etuc.org/agreement/framework-agreement-work-related-stress u https://www.businesseurope.eu/sites/buseur/files/media/imported/2005-00679-EN.pdf
(2) In-numerazzjoni użata hawnhekk tirreferi għan-numerazzjoni tal-paragrafi tal-Opinjoni tas-Sezzjoni SOC kif ippreżentata lill-Plenarja u inkluża fil-Portal tal-Membri għall-Plenarja tal-KESE tas-26 u s-27 ta’ April (bidliet fin-numerazzjoni jistgħu jirriżultaw mill-adozzjoni eventwali ta’ dawn l-emendi jew kwalunkwe emenda oħra).
(3) Komunikazzjoni dwar Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 Is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għal dinja tax-xogħol li qed tinbidel (COM(2021) 323 final).
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/43 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-demokrazija fil-post tax-xogħol
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 228/06)
|
Relatur: |
Reiner HOFFMANN |
|
Korelatur: |
Krzysztof BALON |
|
Konsultazzjoni mitluba mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Ittra datata 27.7.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
3.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
175/69/13 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Matul għexieren ta’ snin, il-leġiżlazzjoni Ewropea żviluppat sistema robusta ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, ibbażata fuq il-liġi u l-prattiki tal-Istati Membri u l-libertajiet fundamentali tal-UE. Dinja tax-xogħol demokratika hija pedament għall-iżvilupp ulterjuri tal-mudell soċjali Ewropew f’ambjent sostenibbli u kompetittiv. |
|
1.2. |
B’mod partikolari, il-kriżijiet passati wrew li d-drittijiet ċivili u tax-xogħol li ġew eżerċitati b’mod attiv isaħħu lil xulxin. Il-koeżjoni soċjali hija msaħħa, in-nisġa demokratika tas-soċjetajiet tagħna hija aktar stabbli u s-soċjetà hija inqas vulnerabbli għal pożizzjonijiet populistiċi u awtoritarji. |
|
1.3. |
Il-mekkaniżmi u l-istrumenti legali li jaqdu l-għan tad-demokrazija fil-post tax-xogħol jagħmlu l-kumpaniji aktar reżiljenti, aktar ta’ suċċess mil-lat ekonomiku u, fl-istess ħin, ikunu jistgħu jiksbu riżultati aħjar f’dak li jirrigwarda l-impjieg u x-xogħol deċenti. Id-demokrazija fil-post tax-xogħol bħala kunċett ta’ gwida għandha tkopri l-ħaddiema u t-tipi ta’ xogħol kollha kif ukoll il-postijiet tax-xogħol kollha, kemm jekk ikunu privati, pubbliċi jew soċjali fin-natura tagħhom, irrispettivament mid-daqs, mis-settur jew minn aspetti organizzattivi oħrajn. Iċ-ċirkostanzi tal-SMEs għandhom jiġu kkunsidrati. L-evidenza empirika turi li l-vuċijiet tal-ħaddiema joffru l-flessibbiltà u l-ispazju għall-immanuvrar meħtieġ fil-livell tal-post tax-xogħol sabiex jadattaw għall-bidliet strutturali. |
|
1.4. |
Id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel malajr hija wkoll opportunità għal aktar demokrazija. Biex dan iseħħ, il-parteċipazzjoni tal-impjegati u d-djalogu soċjali jeħtieġ li jkunu aktar prominenti fil-kuxjenza pubblika u jeħtieġ li jissaħħu wkoll bejn il-fruntieri. Għal dan il-għan, qafas legali Ewropew affidabbli huwa essenzjali biex jiggwida u jagħmel sistemi nazzjonali aktar effettivi fir-rigward tal-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni, appoġġjati minn programmi ta’ azzjoni b’riperkussjonijiet prevedibbli fil-livell nazzjonali. |
|
1.5. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali bħala bażi għal aktar demokrazija fil-post tax-xogħol, kif ukoll id-dikjarazzjoni li d-djalogu soċjali huwa bbażat fuq kultura vibranti ta’ fiduċja bbażata fuq ir-rwol speċifiku tal-imsieħba soċjali, u li d-djalogu ċivili, rikonoxxut bħala proċess separat, jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata f’firxa usa’ ta’ suġġetti, li jsawru l-proċessi ta’ trasformazzjoni. Madankollu, għandu jiġi rikonoxxut li s-suq tax-xogħol qed jinbidel, pereżempju ħafna ħaddiema huma impjegati f’intrapriżi żgħar u mikro, u fl-istess ħin fl-Unjoni Ewropea madwar 13,6 miljun (1) persuna huma impjegati f’entitajiet tal-ekonomija soċjali. Dawn il-ħaddiema kollha u l-impjegaturi tagħhom għandhom ikunu koperti bis-sħiħ mid-djalogu soċjali istituzzjonali. |
|
1.6. |
Matul għexieren ta’ snin, il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet taw kontribut pożittiv għall-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fit-tul tal-kumpaniji. Sabiex jiżdiedu l-potenzjal u l-effettività tagħhom, id-drittijiet ta’ parteċipazzjoni u r-riżorsi tagħhom jeħtieġ li jittejbu b’mod sostanzjali: pereżempju kwalunkwe ċirkomvenzjoni jew ksur tad-drittijiet tal-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet għandu jiġi sanzjonat b’mod effettiv u għandu jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja. F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’ r-riżoluzzjoni reċenti tal-PE dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri legali f’waqthom. |
|
1.7. |
Jeżistu forom oħra ta’ suċċess ta’ parteċipazzjoni demokratika tal-ħaddiema li huma preżenti ferm fl-ekonomija soċjali, prinċipalment fil-kooperattivi, u li jikkomplementaw id-demokrazija fil-post tax-xogħol ibbażata fuq il-liġi jew id-djalogu soċjali. |
|
1.8. |
L-innovazzjonijiet teknoloġiċi wasslu għal mudelli ġodda ta’ negozju fl-ekonomija tal-pjattaformi, li ħafna drabi jinvolvu impjieg prekarju, speċjalment għal persuni f’impjiegi fil-livell tad-dħul u ħaddiema migranti. L-aċċess għar-rappreżentazzjoni kollettiva ħafna drabi ma jeżistix jew inkella mhux użat biżżejjed. Il-KESE jqis ta’ siwi l-għan tal-abbozz attwali ta’ Direttiva tal-UE dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi biex jiġi evitat l-impjieg indipendenti fittizju, b’mod partikolari d-definizzjoni tal-impjegaturi u l-impjegati, it-treġġigħ lura tal-oneru tal-prova. Dan isaħħaħ ukoll il-bażi biex il-ħaddiema jingħataw vuċi fl-ekonomija tal-pjattaformi meta jiġu ssodisfati kriterji adegwati għall-istatus fl-impjieg. Il-KESE jinnota l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal ftehimiet kollettivi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ persuni b’impjieg indipendenti waħedhom. Il-KESE jħeġġeġ lill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE biex tenfasizza dan l-aspett, b’mod partikolari meta tadotta d-Direttiva, kif ukoll biex tindirizza l-aċċess potenzjali ta’ dawn il-ħaddiema għal kopertura kollettiva f’konformità mad-Direttiva dwar pagi minimi. |
|
1.9. |
L-iżvilupp rapidu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) huwa ta’ sfida mingħajr preċedent għall-istandards demokratiċi fid-dinja tax-xogħol. Il-ġestjoni algoritmika tad-data għandha impatt enormi fuq l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà tad-data. L-imsieħba soċjali Ewropej jaqblu li huwa kruċjali li t-teknoloġija diġitali tiġi introdotta f’konsultazzjoni f’waqtha mal-forza tax-xogħol u r-rappreżentanti tagħha, fil-qafas tas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali, b’mod partikolari d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, sabiex tkun tista’ tinbena l-fiduċja fil-proċess. Il-KESE jappoġġja t-tisħiħ tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tal-impjegati b’mod li jiżgura d-drittijiet kollettivi tal-ħaddiema, u jixtieq jara aċċess diġitali adegwat għall-kumpaniji u l-impjegati tagħhom fir-rigward tat-trade unions sabiex jiġi stabbilit u jitrawwem djalogu soċjali effettiv fil-qasam tal-applikazzjoni tal-IA fil-postijiet tax-xogħol. |
|
1.10. |
Governanza korporattiva responsabbli tfisser li d-drittijiet tal-bniedem u tal-impjegati kif ukoll l-għanijiet ambjentali jiġu rrispettati tul il-katina kollha tal-provvista. L-impjegaturi jridu juru li jqisu d-diliġenza dovuta bħala parti obbligatorja mill-ġestjoni tar-riskju tal-bord maniġerjali. Il-ħolqien ta’ xogħol tajjeb fid-dinja kollha għandu jiġi ddefinit bħala għan tal-governanza korporattiva sostenibbli. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li jiġi ddefinit ir-rekwiżit ta’ governanza korporattiva sostenibbli fi ħdan il-qafas legali Ewropew. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll is-soċjetà ċivili (organizzazzjonijiet ambjentali, għad-drittijiet tal-bniedem u tal-konsumatur) għandhom jiġu involuti b’mod sistematiku. |
|
1.11. |
Madankollu, il-KESE jiddispjaċih li l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-livell tal-bord tal-kumpaniji mhijiex rikonoxxuta bħala element ewlieni tal-governanza korporattiva sostenibbli. Għalhekk, il-KESE jappoġġja l-isforzi adatti biex jiġi stabbilit qafas armonizzat għall-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-bordijiet, li jqis id-differenzi bejn l-Istati Membri, u biex jiġi żgurat li l-liġi Ewropea tal-kumpaniji ma tirriżultax fl-evitar jew l-erożjoni tal-parteċipazzjoni korporattiva fl-Istati Membri. |
|
1.12. |
Minbarra l-pedamenti legali neċessarji u adegwati, id-demokrazija akbar fid-dinja tax-xogħol tiddependi wkoll mill-kooperazzjoni bbażata fuq l-għarfien tal-atturi kollha; dan speċjalment fl-isfond tal-isfida tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fil-livell reġjonali jew lokali fil-qasam tal-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-awtonomizzazzjoni, u istituzzjonijiet xjentifiċi u esperti tal-professjonijiet liberi jistgħu jappoġġjaw ukoll din il-kooperazzjoni bi ftehim mal-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet lokali permezz ta’ miżuri mmirati adattati għaċ-ċirkostanzi lokali. Attivitajiet bħal dawn għandhom jiġu promossi wkoll mill-Fondi Strutturali Ewropej. |
|
1.13. |
Ir-rwol edukattiv tal-parteċipazzjoni fuq il-post tax-xogħol jista’ jappoġġja l-prattika demokratika f’tifsira politika u soċjetali usa’. Huwa kruċjali li jkun hemm sensibilizzazzjoni f’dan ir-rigward u li ż-żgħażagħ jiġu edukati għad-demokrazija fil-post tax-xogħol anke qabel ma jibdew jaħdmu. Flimkien mal-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni jista’ jkollhom rwol komplementari u għandhom jiġu appoġġjati. |
2. Demokrazija fil-post tax-xogħol: rilevanza soċjopolitika fl-Ewropa
|
2.1. |
Kriżijiet eżoġeni u sfidi trasformattivi saru stat permanenti. L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jridu jimplimentaw b’mod kontinwu mekkaniżmi effettivi ġodda ta’ rispons li jikkombinaw l-effiċjenza ekonomika mal-objettivi soċjali, ambjentali u politiċi. |
|
2.2. |
Hemm ħafna ġustifikazzjonijiet normattivi u empiriċi għal aktar demokrazija fid-dinja tax-xogħol (2). Għalhekk, il-KESE ilu żmien twil jirrakkomanda implimentazzjoni bbilanċjata tal-kunċett tad-demokrazija fil-post tax-xogħol u l-komponenti ewlenin tagħha, bħal djalogu soċjali dinamiku u bilanċ ġust bejn id-drittijiet u r-responsabbiltajiet fil-post tax-xogħol, li jinkludi wkoll il-promozzjoni ta’ kultura ta’ fiduċja u kooperazzjoni bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema, u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Dawn il-komponenti għandhom jiġu appoġġjati minn qafas legali u djalogu soċjali fil-livelli kollha u prattika tajba tal-kumpaniji. |
|
2.3. |
Id-demokrazija fil-post tax-xogħol mhux biss tikkontribwixxi għal demokrazija reżiljenti, iżda hija wkoll element ewlieni għall-kompetittività u l-prosperità ekonomika sostenibbli. Il-parteċipazzjoni fuq il-post tax-xogħol tikkontribwixxi għall-edukazzjoni u t-taħriġ taċ-ċittadini fir-rigward ta’ prattiki, valuri u kultura politika demokratiċi. Dawk li jħossuhom inklużi fuq il-post tax-xogħol u li jistgħu jagħtu fehmthom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, jagħmlu dan ukoll fis-soċjetà u għandhom ukoll attitudni aktar pożittiva lejn id-demokrazija. |
|
2.4. |
Il-KESE enfasizza b’mod konsistenti li qafas Ewropew b’saħħtu u prattiki tajbin għall-parteċipazzjoni tal-ħaddiema (il-vuċi tal-ħaddiema) (3) bħala bażi għal djalogu ta’ fiduċja bejn il-maniġment u l-ħaddiema fil-livelli kollha (transfruntiera, nazzjonali, lokali) jagħmlu parti mill-qafas legali bażiku tad-demokrazija Ewropea u huma gwida importanti għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva. Dan jenħtieġ li japplika għall-ħaddiema kollha u għall-forom kollha ta’ xogħol fil-postijiet tax-xogħol kollha, kemm jekk ikunu ta’ natura privata, pubblika jew soċjali, irrispettivament mid-daqs, mis-settur jew minn aspetti organizzattivi oħrajn. |
|
2.5. |
Għal deċenji sħaħ, kien hemm kunsens politiku bejn il-gvernijiet, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili li ankra l-vuċi tal-ħaddiema f’bosta atti legali Ewropej (4). Din ir-riżorsa effiċjenti għandha tiġi implimentata bis-sħiħ bħala komponent siewi fil-pajjiżi u l-kumpaniji kollha, tissaħħaħ u tittejjeb aktar fl-interessi tas-suċċess ekonomiku u l-koeżjoni soċjali fl-Ewropa, tissaħħaħ ukoll f’każijiet fejn hemm lakuni fil-liġi jew fl-implimentazzjoni, u għandha tiġi żviluppata aktar f’konformità mal-bidliet fid-dinja tax-xogħol. F’dan l-isfond, il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jevalwaw fil-livell nazzjonali s-sitwazzjoni attwali u jiżviluppaw inizjattivi għal oqfsa robusti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. |
|
2.6. |
Il-vuċi tal-ħaddiema fil-pajjiżi tal-UE hija kkaratterizzata minn diversi istituzzjonijiet, u xi drabi minn “ekwivalenti funzjonali” abbażi ta’ sistemi differenti tar-relazzjonijiet tax-xogħol, bħal informazzjoni b’saħħitha relatata max-xogħol u mal-kumpanija, drittijiet ta’ konsultazzjoni u negozjar, parteċipazzjoni tal-impjegati fil-bordijiet, ftehimiet kollettivi fil-livelli tal-kumpaniji, settorjali u transindustrijali, eżiti vinkolanti tad-djalogu soċjali, kif ukoll kulturi tal-kumpaniji u kapaċitajiet għall-ġestjoni tal-bidla. |
|
2.7. |
It-talba tal-Presidenza Spanjola li jmiss għal Opinjoni esploratorja mill-KESE dwar id-demokrazija fil-post tax-xogħol tkompli x-xejra notevoli ta’ “aktar demokrazija fil-post tax-xogħol” li dan l-aħħar bdiet tiġi fformulata dejjem aktar mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-gvernijiet fil-pajjiżi tal-UE bħala għan politiku għall-“futur tal-Ewropa”. Dan jista’ jidher:
|
|
2.8. |
Bl-istess mod, il-KESE jqis li vuċi tal-ħaddiema affidabbli u effettiva tista’ tkun prerekwiżit essenzjali għal governanza korporattiva “sostenibbli” u ekonomikament ta’ suċċess fl-UE. |
|
2.9. |
Il-KESE huwa kuntent li jirrispondi għall-mistoqsijiet imqajma mill-Presidenza Spanjola, jiġifieri
|
|
2.10. |
Barra minn hekk, f’din l-Opinjoni, il-KESE jippreżenta kunsiderazzjonijiet dwar forom oħra ta’ demokrazija fid-dinja tax-xogħol. |
|
2.11. |
Il-KESE jilqa’ r-Riżoluzzjoni dwar ix-xogħol deċenti u l-ekonomija soċjali u ta’ solidarjetà adottata mill-ILO fil-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol ta’ Ġunju 2022, li tenfasizza r-rwol fundamentali tal-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali biex jikkunsidraw il-kontribut tal-ekonomija soċjali u solidali għal xogħol deċenti, ekonomiji inklużivi u sostenibbli, ġustizzja soċjali, żvilupp sostenibbli u titjib tal-istandards tal-għajxien għal kulħadd, kif ukoll ir-Riżoluzzjoni tat-18 ta’ April 2023 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali u solidali għall-iżviluppsostenibbli (9). Dawn ir-riżoluzzjonijiet prinċipali juru li l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali jaqdu rwol importanti fl-iżvilupp tad-demokrazija fil-post tax-xogħol permezz ta’ kontribut importanti għal aktar demokrazija u parteċipazzjoni fl-ekonomija u fis-suq tax-xogħol; dan għandu jkun rifless sabiex ikunu koperti l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali fid-djalogu soċjali instituzzjonali anke fil-livell Ewropew. |
3. Il-pożizzjoni tal-KESE dwar id-demokrazija fil-post tax-xogħol
|
3.1. |
Il-KESE jemmen li l-inklużjoni soċjali tal-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari l-vuċi tal-ħaddiema, bħala pilastru importanti tal-kumpaniji u l-ekonomija, għandha tiġi rikonoxxuta u promossa bħala wieħed mill-prerekwiżiti biex in-negozji jsiru aktar “soċjali”, aktar ambjentalment sostenibbli u aktar kompetittivi. |
|
3.2. |
F’bosta Opinjonijiet adottati b’maġġoranza kbira, il-KESE diġà enfasizza l-vantaġġi tal-istrumenti għall-parteċipazzjoni obbligatorja tal-ħaddiema fil-livell nazzjonali u Ewropew, u enfasizza li
|
|
3.3. |
Il-KESE jenfasizza l-valur tal-involviment tal-ħaddiema fl-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-inizjattivi mill-imsieħba soċjali biex itejbu l-produttività u l-benesseri tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol għandhom jiġu promossi f’kuntest Ewropew usa’. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattivi u r-riċerka tal-Eurofound (17) u Network Ewropew ta’ Innovazzjoni għall-Post tax-Xogħol u jipproponi li l-UE tieħu azzjoni biex tiżviluppa djalogu bejn l-imsieħba soċjali u partijiet ikkonċernati oħra fil-livelli kollha fil-kuntest ta’ approċċi parteċipattivi. |
|
3.4. |
Il-KESE ta xhieda wkoll tal-konvinzjoni tiegħu li attività ekonomika sostenibbli tirrikjedi li d-diversi partijiet interessati fil-kumpaniji jaħdmu flimkien biex ifittxu li jiksbu opportunitajiet ta’ negozju fit-tul, kompetittività ekonomika, sostenibbiltà ekoloġika u bilanċ soċjali. Għalhekk, il-KESE jappella għal mudell ta’ governanza korporattiva li jippromovi l-ħolqien ta’ valuri fit-tul bħala dmir tad-diretturi eżekuttivi permezz tal-insegwiment tal-interessi fit-tul tal-kumpanija u tal-partijiet ikkonċernati tagħha (18). |
|
3.5. |
Id-dibattitu dwar l-iżvilupp ulterjuri ta’ qafas legali Ewropew għal governanza korporattiva sostenibbli jrid jagħmel referenza għar-Riżoluzzjonijiet, l-Opinjonijiet u r-Rapporti diġà adottati mill-KESE u l-Parlament Ewropew, u għal sorsi rilevanti oħra bħall-ftehimiet tal-imsieħba soċjali. Konsegwentement, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra fil-programmi ta’ ħidma ulterjuri tagħha qafas ta’ governanza korporattiva li jservi bħala referenza għal governanza korporattiva aktar sostenibbli u demokratika li fundamentalment tipprovdi espressjoni adegwata tal-vuċi tal-ħaddiema u għar-rappreżentanti tagħhom fis-superviżjoni u l-amministrazzjoni tal-kumpaniji fil-livelli kollha. |
|
3.6. |
Id-dibattitu dwar l-iżvilupp ulterjuri ta’ qafas legali Ewropew għal governanza korporattiva sostenibbli jrid jagħmel referenza għar-Riżoluzzjonijiet, l-Opinjonijiet u r-Rapporti diġà adottati mill-KESE u l-Parlament Ewropew, u għal sorsi rilevanti oħra bħall-ftehimiet tal-imsieħba soċjali. |
|
3.7. |
Il-kompetenzi eżistenti, l-infrastruttura xjentifika u industrijali u l-mobilizzazzjoni ta’ kulturi tal-ekonomija soċjali jridu jkunu l-punt tat-tluq għall-appoġġ Ewropew għall-parteċipazzjoni demokratika fit-tfassil tat-trasformazzjoni li tħares ’il quddiem. B’hekk, l-ekonomiji lokali jistgħu jkunu marbuta b’suċċess mal-kompetittività globali tal-prodotti u s-servizzi. |
4. Kummenti speċjali dwar l-iżvilupp demokratiku tad-dinja tax-xogħol
4.1. L-iżgurar u t-tisħiħ tal-istandards eżistenti għall-parteċipazzjoni tal-impjegati
|
4.1.1. |
Il-promozzjoni tad-demokrazija fid-dinja tax-xogħol trid tmur lil hinn mid-drittijiet tal-parteċipazzjoni fil-livell tal-kumpaniji. Din trid tinkludi s-sistemi ta’ negozjar u rappreżentanza kollettivi settorjali u transsettorjali, kif ukoll id-djalogu soċjali fil-livelli kollha, inkluż id-djalogu mas-soċjetà ċivili. |
|
4.1.2. |
Il-KESE ddiskuta l-ħtieġa li jiġi evalwat il-qafas legali attwali tal-UE u kif dan għandu jiġi implimentat b’mod effettiv fil-liġi nazzjonali. Dan jinkludi l-intenzjoni li jittejbu kif dovut id-dispożizzjonijiet diġà eżistenti. |
|
4.1.3. |
Pereżempju, il-KESE ddiskuta l-ħtieġa għal qafas tal-UE fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-bordijiet waqt it-tfassil tal-perkors strateġiku tal-kumpaniji, u li jiġu rispettati d-differenzi fil-livell nazzjonali u tal-kumpaniji (19).
|
|
4.1.4. |
Il-KESE ddiskuta wkoll il-ħtieġa li jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE dwar il-parteċipazzjoni obbligatorja tal-impjegati, abbażi tal-istandards diġà miksuba, u li jiġu standardizzati d-definizzjonijiet tal-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni (21). |
|
4.1.5. |
Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE reċentement ikkonfermat li l-elementi eżistenti tal-involviment tal-impjegati fil-livell tal-kumpaniji, bħall-kompożizzjoni tal-bord, iridu jitqiesu wkoll meta l-kumpaniji jiġu ttrasformati f’forma ġuridika Ewropea, bħal kumpanija Ewropea (22). Il-liġi tal-UE għandha tiżgura li dan l-element ikun funzjonalment komparabbli fil-liġi tal-Istati Membri tal-UE. Dan joħloq bażi affidabbli u legalment sigura għal azzjoni għall-partijiet kollha involuti. |
|
4.1.6. |
Sabiex tiżdied l-effettività tal-ħidma tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet, il-KESE diġà ddiskuta titjib, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt ta’ parteċipazzjoni, fil-forniment tar-riżorsi meħtieġa, fit-tisħiħ tal-miżuri ta’ infurzar, il-kjarifika tad-definizzjonijiet biex tiġi pprevenuta ċ-ċirkomvenzjoni, u sanzjonijiet effettivi għan-negozji li jiksru d-dispożizzjonijiet rilevanti (23). |
|
4.1.7. |
Dawn it-talbiet huma riflessi wkoll fl-aktar Riżoluzzjoni reċenti tal-Parlament Ewropew dwar id-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, li titlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej bil-għan li tiċċara l-objettivi, id-definizzjonijiet u l-proċeduri tagħha, u biex issaħħaħ id-dritt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u tat-trade unions għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni, b’mod partikolari matul il-proċessi ta’ ristrutturar (24). Il-KESE jqis utli t-talbiet tal-Parlament biex tittejjeb id-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri legali f’waqthom, b’enfasi fuq miżuri li jippromovu l-infurzar effettiv tad-drittijiet Ewropej fil-prattika tan-negozju. |
4.2. Rekwiżiti għall-parteċipazzjoni fl-ekonomija tal-pjattaformi
|
4.2.1. |
L-ekonomija tal-pjattaformi tirrappreżenta opportunitajiet, sfidi u riskji fir-rigward tax-xogħol, flimkien ma’ prekarjetà u inugwaljanza (25), li joħolqu sfidi għad-demokrazija fil-post tax-xogħol. Dan japplika b’mod partikolari għal opportunitajiet għar-rappreżentanza kollettiva u l-protezzjoni tad-drittijiet kollettivi (26), li sa issa kienu riżervati għall-impjegati diretti. Il-ħaddiema fl-ekonomija tal-pjattaformi – fil-biċċa l-kbira persuni f’impjiegi ta’ livell tad-dħul u ħaddiema migranti – ħafna drabi jiffaċċjaw sfidi akbar minn oħrajn f’termini ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u pagi; għalhekk, meta jiġu ssodisfati kriterji adegwati, id-drittijiet tal-ħaddiema għandhom jiġu estiżi biex jinkluduhom u l-vuċijiet tagħhom għandhom ikunu parti mill-vuċi tal-ħaddiema. |
|
4.2.2. |
Il-KESE jqis ta’ siwi l-għan tal-abbozz ta’ Direttiva attwali dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi biex jiġi evitat impjieg indipendenti fittizju. Dan iċaqlaq l-oneru tal-provi minn fuq il-ħaddiema għal fuq il-pjattaformi u jagħmilha possibbli li l-ħaddiema tal-pjattaformi jkollhom protezzjoni skont il-liġi tax-xogħol u dik soċjali, u li jkollhom drittijiet ta’ rappreżentanza u aċċess aktar faċli għall-ġustizzja. Il-KESE jinnota l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal ftehimiet kollettivi rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ persuni b’impjieg indipendenti waħedhom. |
|
4.2.3. |
Il-KESE jtenni l-Opinjoni preċedenti tiegħu li l-kooperattivi b’mod partikolari huma kapaċi jiżguraw id-demokrazija fil-post tax-xogħol fil-kuntest tal-pjattaformi diġitali (27). Barra minn hekk, il-KESE jappoġġja l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew li l-kooperattivi jistgħu jikkostitwixxu strument importanti għall-organizzazzjoni minn isfel għal fuq tax-xogħol fuq il-pjattaformi (28). |
|
4.2.4. |
Peress li ż-żgħażagħ minn sfondi vulnerabbli jikkostitwixxu 55 % tal-ħaddiema tal-pjattaformi, huwa kruċjali li jiġu edukati dwar id-demokrazija fil-post tax-xogħol anke qabel ma jibdew l-impjieg, sabiex ikunu jistgħu jeżegwixxu d-drittijiet tagħhom u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni. Flimkien mal-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni jista’ jkollhom rwol importanti u l-proġetti korrispondenti għandhom jiġu appoġġjati. |
|
4.2.5. |
Il-KESE se jkompli jsegwi aspetti tal-vuċi tal-ħaddiema fl-ekonomija tal-pjattaformi u jagħti attenzjoni lis-sitwazzjoni speċifika tal-ħaddiema tal-pjattaformi li jaħdmu għal rashom u l-kopertura tagħhom permezz ta’ negozjar kollettiv. |
4.3. “Il-vuċi tal-ħaddiema” u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA), u l-protezzjoni tad-data fil-post tax-xogħol
|
4.3.1. |
Peress li l-IA jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq id-drittijiet fundamentali, in-nondiskriminazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandha tkun ibbażata fuq bażi soda ta’ regolamenti infurzabbli biex tipproteġi lill-ħaddiema mill-impatti negattivi. Hija tippreżenta wkoll sfidi ġodda għall-istandards demokratiċi fil-post tax-xogħol. Il-protezzjoni tal-privatezza u l-infurzar tal-liġijiet rilevanti għandhom ikunu punt fokali ewlieni. Barra minn hekk, il-monitoraġġ, it-traċċar u l-kontroll tal-algoritmi tal-IA użati fil-post tax-xogħol iridu jkunu żgurati. Hawn, pereżempju, tqum il-kwistjoni dwar kif għandu jiġi strutturat l-aċċess għall-informazzjoni għal dawk ikkonċernati sabiex jinftiehmu l-funzjonament u l-effetti tal-algoritmu fuq l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol (29). |
|
4.3.2. |
L-imsieħba soċjali għandhom ikunu involuti fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni u l-użu tal-IA. Il-ftehim qafas tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar id-diġitalizzazzjoni ta’ Ġunju 2020 jenfasizza espressament, fost l-oħrajn, il-ħtieġa li jkun hemm antiċipazzjoni tajba u involviment f’waqtu tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom fil-livell strateġiku (30). |
|
4.3.3. |
Il-Big Data hija element ewlieni tal-IA. Għalhekk, is-sistemi tal-IA jridu jikkonformaw ukoll mal-prinċipji tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (EU-GDPR). L-Artikolu 88 tal-EU-GDPR jimponi obbligi speċjali fuq l-impjegaturi biex jipproteġu d-data tal-ħaddiema. Mill-perspettiva tal-KESE, għandu jiġi vverifikat jekk dispożizzjonijiet eżistenti jirrikjedux titjib sabiex jissaħħu d-drittijiet relatati meħtieġa, fid-dawl tal-iżviluppi dinamiċi u l-kumplessità dejjem akbar fl-ipproċessar tad-data. |
|
4.3.4. |
Il-KESE jixtieq jara aċċess diġitali adegwat għall-kumpaniji u l-impjegati tagħhom fir-rigward tat-trade unions sabiex jiġi stabbilit u jitrawwem djalogu soċjali effettiv fil-qasam tal-applikazzjoni tal-IA fil-postijiet tax-xogħol. Irid jiġi żgurat li fil-prattika l-EU-GDPR bl-ebda mod ma jintuża biex jostakola l-eżerċizzju leġittimu tad-drittijiet kollettivi tal-ħaddiema. L-abbuż irid jiġi pprevenut b’sanzjonijiet adegwati (31). |
|
4.3.5. |
Minbarra l-Opinjonijiet li diġà ġew adottati, il-KESE se jkompli japprofondixxi l-fehma tiegħu dwar l-impatt tal-IA fid-dinja tax-xogħol, u b’hekk jiffoka wkoll fuq il-vuċi tal-ħaddiema. |
4.4. Parteċipazzjoni waqt id-diliġenza dovuta tal-kumpaniji matul il-katina kollha tal-provvista
|
4.4.1. |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala strateġija ta’ tkabbir sostenibbli għall-UE jfisser li mhux biss is-suċċess ekonomiku, iżda wkoll l-objettivi soċjali u ekoloġiċi huma essenzjali għan-negozji. Għalhekk, regoli komuni li jiżguraw li l-korporazzjonijiet u s-sidien tagħhom jaderixxu ma’ “governanza korporattiva tajba” għandhom jinkorporaw b’mod bilanċjat ir-rwol tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluża l-vuċi tal-ħaddiema. |
|
4.4.2. |
Il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema kif ukoll l-objettivi ekoloġiċi matul il-katina tal-provvista huma elementi importanti tal-governanza korporattiva sostenibbli. Il-ħolqien ta’ “xogħol deċenti” fid-dinja kollha jrid isir għan rikonoxxut għad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji (32). Għalhekk, il-KESE diġà għaraf li huwa meħtieġ qafas legali uniformi għan-negozji fil-livell tal-UE (33). Il-ktajjen tal-provvista għandhom jikkostitwixxu parti akbar tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż fil-kuntest tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, huwa loġiku li r-responsabbiltà għalihom titqiegħed fil-livell tal-bord. |
|
4.4.3. |
Il-KESE jinnota li mhux biss l-impjegati mat-trade unions u r-rappreżentanti tal-interessi tagħhom, iżda anke l-interessi tas-soċjetà ċivili, bħal dawk tal-organizzazzjonijiet ambjentali kif ukoll dawk għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-konsumatur, għandhom rwol importanti x’jaqdu fil-monitoraġġ tad-diliġenza dovuta. Għalhekk, huwa jilqa’ l-introduzzjoni proposta tal-mekkaniżmi biex tiġi vvalutata u mmonitorjata l-konformità mal-obbligu tad-diliġenza dovuta tal-kumpaniji. Madankollu, huwa jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ djalogu bejn l-imsieħba soċjali. |
|
4.4.4. |
Il-KESE diġà ssuġġerixxa qafas legali vinkolanti dwar id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà korporattiva, li jqis il-vuċi tal-ħaddiema, u jqis li dan irid jaqdi rwol importanti (34). Huwa jistieden lill-Kummissjoni tiddetermina dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni obbligatorja u effettiva tal-impjegati kif ukoll dwar l-interessi tas-soċjetà ċivili fil-proċess tad-diliġenza dovuta fit-test legali propost waqt il-proċess kontinwu tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
4.5. Kunsiderazzjonijiet ulterjuri fuq id-demokrazija fid-dinja tax-xogħol u forom diretti ta’ parteċipazzjoni
|
4.5.1. |
L-approċċ ta’ ġestjoni parteċipattiva huwa wkoll ta’ importanza f’oqsma b’forom ta’ rappreżentanza tal-impjegati li mhumiex żviluppati biżżejjed, bħal negozji ġodda, negozji freelance u ħafna SMEs. Dan l-approċċ diġà qed jaqdi rwol ewlieni fil-kumpaniji tal-ekonomija soċjali, speċjalment fl-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-kooperattivi ekonomikament attivi. Il-KESE se jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam, speċjalment biex ikun hemm interazzjoni bejn il-parteċipazzjoni legali u tat-trade unions u l-forom ta’ parteċipazzjoni diretta bħala element ta’ ġestjoni parteċipattiva. |
|
4.5.2. |
Jeżistu forom oħra ta’ suċċess ta’ parteċipazzjoni demokratika tal-ħaddiema li huma ferm preżenti fl-ekonomija soċjali, prinċipalment fil-kooperattivi, u li jikkomplementaw id-demokrazija fil-post tax-xogħol ibbażata fuq il-liġi u/jew id-djalogu soċjali. |
|
4.5.3. |
Sabiex tissawwar il-bidla strutturali reġjonali u jinħoloq patt ekoloġiku u soċjali, tqum il-kwistjoni dwar kif il-forom ta’ demokrazija fil-post tax-xogħol jistgħu jingħaqdu ma’ forom ta’ demokrazija parteċipattiva lil hinn mill-kumpanija, bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà, bħall-organizzazzjonijiet ambjentali u soċjali fil-kuntest reġjonali u lokali. |
|
4.5.4. |
L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ diversi forom ta’ demokrazija fid-dinja tax-xogħol tiddependi wkoll mill-kooperazzjoni bbażata fuq l-għarfien tal-partijiet ikkonċernati kollha. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-livell reġjonali jew dak lokali fil-qasam tal-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-awtonomizzazzjoni, jistgħu jappoġġjaw tali kooperazzjoni bi ftehim mal-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet lokali permezz ta’ miżuri mmirati adattati għaċ-ċirkostanzi lokali. F’dan il-kuntest, f’xi Stati Membri l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u tad-drittijiet tal-bniedem, jista’ jkollhom rwol komplementari fl-awtonomizzazzjoni tal-ħaddiema u biex iħeġġu lill-impjegaturi jeżerċitaw ir-responsabbiltà soċjali korporattiva. Attivitajiet bħal dawn għandhom jiġu promossi wkoll mill-Fondi Ewropej. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Commission presents Action Plan to boost the social economy and create jobs – 9.12.2021 (Il-Kummissjoni tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni biex tagħti spinta lill-ekonomija u toħloq l-impjiegi – 9.12.2021 – mhux disponibbli bil-Malti).
(2) Benchmarking Working Europe 2019 (Valutazzjoni komparattiva tax-xogħol fl-Ewropa – mhux disponibbli bil-Malti), Kapitolu 4.
(3) Biex jitqiesu l-forom u l-proċessi differenti tal-involviment tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fl-Istati Membri, din l-Opinjoni tuża t-terminu ġeneriku l-“vuċi tal-ħaddiema” fejn adegwat.
(4) Bl-involviment tal-imsieħba soċjali żdied korp ta’ kważi 40 Direttiva fil-leġiżlazzjoni sekondarja Ewropea li jistabbilixxi qafas legali wiesa’ għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u li jippermettilhom jipparteċipaw; ETUI Facts & Figures (Fatti u ċifri, ETUI).
(5) Porto Social Commitment 2021 (L-Impenn Soċjali ta’ Porto 2021 – mhux disponibbli bil-Malti).
(6) Rapport tal-Parlament Ewropew A9-0331/2021
(7) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew P9_TA/2023, 0028
(8) Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea, COM(2023) 38 final, p.14
(9) Ir-Riżoluzzjoni li fiha huwa rikonoxxut il-kontribut tal-ekonomija soċjali u solidali għal xogħol deċenti u ekonomiji inklużivi u sostenibbli, għall-promozzjoni ta’ standards internazzjonali tax-xogħol, inklużi d-drittijiet fundamentali fil-post tax-xogħol, għat-titjib tal-istandard tal-għajxien għal kulħadd u għall-innovazzjoni soċjali, inkluż fil-qasam tat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet [mhux disponibbli bil-Malti].
(10) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 77
(11) ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14
(12) ĠU C 159, 10.5.2019, p. 1 punt 1.1.
(13) Riżoluzzjoni tal-KESE dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, adottata fit-8.12.2021, punti 2.13 u 2.14 (ĠU C 100, 16.03.2023, p. 1).
(14) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 77, punt 1.4 u ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14, punt 5.5.
(15) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 13 punt 1.6.
(16) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23, punt 2.6.
(17) Stħarriġ Ewropew dwar il-Kumpaniji 2019
(18) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 77, punt 4.1, ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23, punt 1.11, ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14, punt 5.1, ĠU C 106, 31.3.2020, p. 1
(19) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23, punt 1.14 u punt 3, ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14, ĠU C 161, 6.6.2013, p. 35, punt 4.2.2 u punt 4.4.2.
(20) Rapport tal-Parlament Ewropew, A9-0331/2021
(21) Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28) u d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29) għandhom jittieħdu bħala punt ta’ referenza; ara l-punti 1.6 u 4.4.2 tal-ĠU C 161, 6.6.2013, p. 35.
(22) Sentenza tal-QĠUE tat-18 ta’ Ottubru 2022, referenza tar-reġistru C-677/20 (SAP), sentenza tal-QĠUE tat-18 ta’ Lulju 2017, referenza tar-reġistru C-566/15 (TUI).
(23) ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14, punt 1.10.
(24) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew P9_TA(2023)0028
(25) The platform economy and the disruption of the employment relationship (L-ekonomija tal-pjattaformi u t-tfixkil tar-relazzjoni tax-xogħol – mhux disponibbli bil-Malti).
(26) ĠU C 290, 29.7.2022, p. 95
(27) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 38
(28) Rapport tal-PE: Rapport dwar il-Proposta għal Direttiva dwar Xogħol fuq il-Pjattaformi, premessa (ġdida) 39a.
(29) Labour in the age of AI: why regulation is needed to protect workers (Ix-xogħol fl-era tal-IA: Għalfejn neħtieġu r-regolamentazzjoni biex inħarsu l-ħaddiema – mhux disponibbli bil-Malti).
(30) European Social Partners Agreement on Digitalisation (Il-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar id-Diġitalizzazzjoni – mhux disponibbli bil-Malti).
(31) Studju tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA) (2021), Data Protection Law and the Exercise of collective Labour Rights (Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Eżerċitar tad-Drittijiet tax-Xogħol Kollettivi – mhux disponibbli bil-Malti).
(32) ĠU C 486, 21.12.2022, p. 149, punt 1.8 u punt 1.9.
(33) ĠU C 486, 21.12.2022, p. 149, punt 1.11.
(34) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 81, punt 1.7 u ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23, punt 3.10.
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 74(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
EMENDA 3
SOC/746
Id-demokrazija fil-post tax-xogħol
Punt 4.1.3
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
||||||||
|
Pereżempju, il-KESE ddiskuta l-ħtieġa għal qafas tal-UE fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-bordijiet waqt it-tfassil tal-perkors strateġiku tal-kumpaniji, u li jiġu rispettati d-differenzi fil-livell nazzjonali u tal-kumpaniji (1).
|
Pereżempju, il-KESE ddiskuta l-ħtieġa għal qafas tal-UE fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-bordijiet waqt it-tfassil tal-perkors strateġiku tal-kumpaniji, u li jiġu rispettati d-differenzi fil-livell nazzjonali u tal-kumpaniji (1).
|
Raġuni
Peress li kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni korporattiva hija bbażata fuq leġiżlazzjoni jew prattiki nazzjonali, il-liġi Ewropea tal-kumpaniji fiha nnifisha ma għandu jkollha l-ebda impatt fuq is-sistemi ta’ parteċipazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-ebda regolament ġdid fil-livell tal-UE ma huwa meħtieġ biex jissolvew il-problemi possibbli.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
98 |
|
Kontra: |
130 |
|
Astensjonijiet: |
20 |
EMENDA 4
SOC/746
Id-demokrazija fil-post tax-xogħol
Punt 4.1.5
Ħassar il-punt:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE reċentement ikkonfermat li l-elementi eżistenti tal-involviment tal-impjegati fil-livell tal-kumpaniji, bħall-kompożizzjoni tal-bord, iridu jitqiesu wkoll meta l-kumpaniji jiġu ttrasformati f’forma ġuridika Ewropea, bħal kumpanija Ewropea (1) . Il-liġi tal-UE għandha tiżgura li dan l-element ikun funzjonalment komparabbli fil-liġi tal-Istati Membri tal-UE. Dan joħloq bażi affidabbli u legalment sigura għal azzjoni għall-partijiet kollha involuti. |
|
Raġuni
Din il-kwistjoni ma ġietx indirizzata kif imiss fil-Grupp ta’ Studju peress li hija kwistjoni legali kumplessa ħafna b’għadd ta’ aspetti speċifiċi għall-pajjiż. F’dan ir-rigward, mhux il-kompitu tal-KESE li jislet konklużjonijiet mis-sentenza tal-QĠUE.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
100 |
|
Kontra: |
136 |
|
Astensjonijiet: |
15 |
EMENDA 5
SOC/746
Id-demokrazija fil-post tax-xogħol
Punt 4.1.7
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Dawn it-talbiet huma riflessi wkoll fl-aktar Riżoluzzjoni reċenti tal-Parlament Ewropew dwar id-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, li titlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej bil-għan li tiċċara l-objettivi, id-definizzjonijiet u l-proċeduri tagħha, u biex issaħħaħ id-dritt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u tat-trade unions għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni, b’mod partikolari matul il-proċessi ta’ ristrutturar (1). Il-KESE jqis utli t- talbiet tal-Parlament biex tittejjeb id-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri legali f’waqthom, b’enfasi fuq miżuri li jippromovu l-infurzar effettiv tad-drittijiet Ewropej fil-prattika tan-negozju. |
Dawn it-talbiet huma riflessi wkoll fl-aktar Riżoluzzjoni reċenti tal-Parlament Ewropew dwar id-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, li titlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej bil-għan li tiċċara l-objettivi, id-definizzjonijiet u l-proċeduri tagħha, u biex issaħħaħ id-dritt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u tat-trade unions għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni, b’mod partikolari matul il-proċessi ta’ ristrutturar (1). Il-KESE jieħu nota tat- talbiet tal-Parlament biex tittejjeb id-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri f’waqthom, b’enfasi fuq miżuri li jippromovu l-infurzar effettiv tad-drittijiet Ewropej fil-prattika tan-negozju . Il-KESE jinnota wkoll li fil-11 ta’ April il-Kummissjoni nediet l-ewwel stadju ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej dwar reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej sabiex tiġbor il-fehmiet tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar il-ħtieġa u d-direzzjoni ġenerali ta’ azzjoni possibbli tal-UE dwar it-titjib tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej. Il-konsultazzjoni se tkun miftuħa għal sitt ġimgħat. (2) |
Raġuni
Jidher ċar li hemm fehmiet diverġenti dwar l-appoġġ għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew u l-utilità tagħha. Għalhekk, u għal raġunijiet ta’ kompromess, ir-riżoluzzjoni tal-PE tista’ tittieħed nota tagħha. Għandu jiġi nnutat ukoll li fil-11 ta’ April il-Kummissjoni nediet l-ewwel stadju ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej dwar reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej sabiex tiġbor il-fehmiet tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar il-ħtieġa u d-direzzjoni ġenerali ta’ azzjoni possibbli tal-UE dwar it-titjib tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej. Il-konsultazzjoni se tkun miftuħa għal sitt ġimgħat.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
86 |
|
Kontra: |
139 |
|
Astensjonijiet: |
18 |
EMENDA 6
SOC/746
Id-demokrazija fil-post tax-xogħol
Punt 4.4.4
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Il-KESE diġà ssuġġerixxa qafas legali vinkolanti dwar id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà korporattiva, li jqis il-vuċi tal-ħaddiema, u jqis li dan irid jaqdi rwol importanti (1) . Huwa jistieden lill-Kummissjoni tiddetermina dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni obbligatorja u effettiva tal-impjegati kif ukoll dwar l-interessi tas-soċjetà ċivili fil-proċess tad-diliġenza dovuta fit-test legali propost waqt il-proċess kontinwu tat-teħid ta’ deċiżjonijiet . |
Il-KESE diġà ssuġġerixxa qafas legali vinkolanti dwar id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà korporattiva, li jqis il-vuċi tal-ħaddiema, u jqis li dan se jaqdi rwol importanti (1). |
Raġuni
L-emenda tiġġustifika b’mod aktar preċiż l-għan tal-Opinjonijiet tal-KESE fir-rigward tad-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva.
Fir-rigward tal-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni dwar id-diliġenza dovuta għadha pendenti fil-proċess leġiżlattiv, ir-reazzjonijiet mill-KESE mhumiex utli. Fir-rigward tas-sustanza tas-sentenza, it-talba għal dispożizzjonijiet tat-test legali dwar il-parteċipazzjoni obbligatorja ma tistax tiġi appoġġjata minħabba li tikkomprometti r-responsabbiltajiet tal-maniġment u tas-sidien tal-kumpanija.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
89 |
|
Kontra: |
148 |
|
Astensjonijiet: |
11 |
EMENDA 1
SOC/746
Id-demokrazija fil-post tax-xogħol
Punt 1.6
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Matul għexieren ta’ snin, il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet taw kontribut pożittiv għall-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fit-tul tal-kumpaniji. Sabiex jiżdiedu l-potenzjal u l-effettività tagħhom, id-drittijiet ta’ parteċipazzjoni u r-riżorsi tagħhom jeħtieġ li jittejbu b’mod sostanzjali: pereżempju kwalunkwe ċirkomvenzjoni jew ksur tad-drittijiet tal-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet għandu jiġi sanzjonat b’mod effettiv u għandu jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja . F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’ r- riżoluzzjoni reċenti tal-PE dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri legali f’waqthom . |
Matul għexieren ta’ snin, il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet taw kontribut pożittiv għall-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fit-tul tal-kumpaniji. Sabiex jiżdiedu l-potenzjal u l-effettività tagħhom, il-KESE jqis li hemm bżonn ta’ aktar promozzjoni ta’ infurzar u gwida adegwati bbażati fuq għodod prattiċi bħall-valutazzjoni komparattiva mal-aħjar prattiki . F’dan il-kuntest, il-KESE jieħu nota tar- riżoluzzjoni reċenti tal-PE dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri adegwati biex tippromovi l-infurzar adegwat tad-Direttiva b’mod li jkun f’waqtu. Il-KESE jinnota wkoll li fil-11 ta’ April il-Kummissjoni nediet l-ewwel stadju ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej dwar reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej sabiex tiġbor il-fehmiet tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar il-ħtieġa u d-direzzjoni ġenerali ta’ azzjoni possibbli tal-UE dwar it-titjib tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej. Il-konsultazzjoni se tkun miftuħa għal sitt ġimgħat (1) . |
Raġuni
Id-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej kif riformulata fl-2009 hija adattata għall-iskop tagħha u ma hemmx bżonn li wieħed jidħol f’eżerċizzju ta’ reviżjoni legali twil u kkumplikat. Minflok, fl-ispirtu ta’ kooperazzjoni tajba, l-infurzar tad-Direttiva jista’ jissaħħaħ permezz ta’ sforzi konġunti tal-imsieħba soċjali bħall-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ prattika. Għandu jiġi nnutat ukoll li fil-11 ta’ April il-Kummissjoni nediet l-ewwel stadju ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej dwar reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej sabiex tiġbor il-fehmiet tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar il-ħtieġa u d-direzzjoni ġenerali ta’ azzjoni possibbli tal-UE dwar it-titjib tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej. Il-konsultazzjoni se tkun miftuħa għal sitt ġimgħat.
Riżultat tal-votazzjoni: b’rabta mal-emenda 5
EMENDA 2
SOC/746
Id-demokrazija fil-post tax-xogħol
Punt 1.11
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Madankollu, il-KESE jiddispjaċih li l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-livell tal-bord tal-kumpaniji mhijiex rikonoxxuta bħala element ewlieni tal-governanza korporattiva sostenibbli. Għalhekk, il-KESE jappoġġja l-isforzi adatti biex jiġi stabbilit qafas armonizzat għall- parteċipazzjoni tal-impjegati fil-bordijiet , li jqis id-differenzi bejn l-Istati Membri , u biex jiġi żgurat li l-liġi Ewropea tal-kumpaniji ma tirriżultax fl-evitar jew l-erożjoni tal-parteċipazzjoni korporattiva fl-Istati Membri. |
Madankollu, il-KESE jiddispjaċih li l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-livell tal-bord tal-kumpaniji mhijiex rikonoxxuta bħala element ewlieni tal-governanza korporattiva sostenibbli. Għalhekk, il-KESE jappoġġja l-isforzi adatti biex jappoġġja l- parteċipazzjoni tal-impjegati fil-bordijiet u jqis id-differenzi bejn l-Istati Membri. |
Raġuni
Għalkemm fil-livell tal-UE hemm qafas legali komprensiv għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, is-sistemi ta’ parteċipazzjoni huma bbażati fuq oqfsa legali nazzjonali u tradizzjonijiet b’għeruq fondi. Ir-regolamentazzjoni fil-livell tal-UE tikkomprometti u toħnoq l-iżviluppi nazzjonali u tinterferixxi fis-sistemi nazzjonali tal-liġi tal-kumpaniji. Dan huwa qasam fejn l-aħjar triq ’il quddiem, anke fil-kuntest tal-governanza korporattiva, hija differenti mir-regolamentazzjoni, bħall-iskambju tal-aħjar prattiki u mezzi oħra ta’ tixrid tal-informazzjoni.
Peress li kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni korporattiva hija bbażata fuq leġiżlazzjoni jew prattiki nazzjonali, il-liġi Ewropea tal-kumpaniji fiha nnifisha ma għandu jkollha l-ebda impatt fuq is-sistemi ta’ parteċipazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-ebda regolament ġdid fil-livell tal-UE ma huwa meħtieġ biex jissolvew il-problemi possibbli.
Riżultat tal-votazzjoni: b’rabta mal-emenda 3
(1) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23, punt 1.14 u punt 3, ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14, ĠU C 161, 6.6.2013, p. 35, punt 4.2 u punt 4.4.2.
(2) Rapport tal-Parlament Ewropew A9-0331/2021.
(1) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23, punt 1.14 u punt 3, ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14, ĠU C 161, 6.6.2013, p. 35, punt 4.2 u punt 4.4.2.
(2) Rapport tal-Parlament Ewropew A9-0331/2021.
(1) Sentenza tal-QĠUE tat-18 ta’ Ottubru 2022, referenza tar-reġistru C-677/20 (SAP), sentenza tal-QĠUE tat-18 ta’ Lulju 2017, referenza tar-reġistru C-566/15 (TUI).
(1) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew P9_TA(2023)0028.
(1) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew P9_TA/2023, 0028.
(2) L-ewwel stadju ta’ konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali (europa . eu)
(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 81, punt 1.7. u ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23, punt 3.10.
(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 81, punt 1.7. u ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23, punt 3.10.
(1) L-ewwel stadju ta’ konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali (europa . eu).
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/58 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proċedura ta’ Żbilanċi Soċjali
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 228/07)
|
Relatur: |
Justyna Kalina OCHĘDZAN |
|
Talba għall-konsultazzjoni mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill |
Ittra, 27.7.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
3.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
234/7/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jemmen li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw b’mod sostenibbli mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali sabiex tinkiseb konverġenza ’l fuq f’dawn it-tliet oqsma, b’livell għoli ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem. L-iżvilupp ta’ dawn l-oqsma fl-istess ħin joħloq għadd ta’ sfidi. |
|
1.2. |
Il-KESE jinnota li f’kuntest ta’ kriżijiet multipli u kriżijiet futuri potenzjali, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat mill-ġdid is-sett ta’ għodod ta’ governanza soċjali tal-UE biex tinkiseb konverġenza soċjali ’l fuq u jitnaqqsu l-inugwaljanzi. |
|
1.3. |
Diversi kriżijiet u l-effetti fit-tul tagħhom qed ipoġġu f’riskju l-konverġenza soċjali ’l fuq fl-UE, bil-governanza fiskali u makroekonomika u l-governanza ambjentali jiġu żviluppati aktar u kkoordinati aħjar mill-governanza soċjali. Il-KESE jqis il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali bħala opportunità biex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-isforzi nazzjonali biex tinkiseb konverġenza soċjali ’l fuq. Dan għandu jwassal ukoll għal użu aħjar tal-arkitettura ta’ governanza attwali fl-UE. |
|
1.4. |
Il-KESE jirrakkomanda l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali, u li din tiġi żviluppata aktar, bħala parti mis-sistema integrata ta’ koordinazzjoni tal-politika tal-UE u tal-Istati Membri taħt is-Semestru Ewropew. Huwa importanti li l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali tikkomplementa l-proċessi u l-għodod ta’ monitoraġġ eżistenti, u żżid valur miżjud ċar f’termini tal-iffaċilitar tal-konverġenza soċjali ’l fuq. |
|
1.5. |
L-aħjar mod biex tiġi implimentata l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali huwa approċċ gradwali li, kull meta jkun meħtieġ, jibni fuq, u jiġi integrat fil-proċeduri u s-sistemi eżistenti għall-monitoraġġ tal-eżiti soċjali abbażi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu. |
|
1.6. |
Il-KESE jipproponi li l-iżbilanċi soċjali jiġu definiti bħala sitwazzjonijiet kritiċi identifikati mit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali u devjazzjonijiet ċari mill-perkors biex jintlaħqu l-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-kwalità tal-metodoloġija għall-kejl tal-eżiti soċjali għandha tittejjeb sabiex ikunu jistgħu jitqiesu bis-sħiħ il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u x-xejriet pluriennali. |
|
1.7. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali tiġi integrata fis-Semestru Ewropew, matul il-fażijiet differenti tiegħu. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jużaw ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, ir-Rapporti tal-Pajjiżi u r-reviżjonijiet fil-fond ad hoc biex jidentifikaw u jindirizzaw l-iżbilanċi soċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, f’punt separat fil-preambolu u kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet, għandhom jindirizzaw l-iżbilanċi soċjali deskritti fir-rapport tal-pajjiż. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom iħeġġu lill-Istati Membri jimplimentaw riformi speċifiċi li, skont l-analiżi tal-Kummissjoni u l-valutazzjonijiet tal-Istati Membri, tal-imsieħba soċjali nazzjonali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, huma l-aktar probabbli li jtejbu s-sitwazzjoni fl-oqsma identifikati bħala kritiċi. Bi tweġiba, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipproponi l-inizjattivi u r-riformi li għandhom jiġu implimentati bil-għan li jittejbu s-sitwazzjonijiet kritiċi identifikati. Pjan bħal dan jista’ jinkludi wkoll valutazzjoni tal-konsistenza bejn l-inizjattivi inklużi u l-politiki makroekonomiċi u baġitarji segwiti mill-Istat Membru inkwistjoni, sabiex jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u baġitarji. |
|
1.8. |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jagħmlu r-regoli eżistenti b’rabta mal-allokazzjoni tal-fondi (inklużi l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u oħrajn) aktar flessibbli sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati malajr għall-isfidi attwali tas-soċjetà u s-sitwazzjonijiet kritiċi identifikati fl-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Din l-Opinjoni hija tweġiba għat-talba tal-Presidenza Spanjola għal opinjoni esploratorja mill-KESE dwar il-Proċedura ta’ Żbilanċi Soċjali. Il-kompitu tal-KESE huwa li jwieġeb il-mistoqsijiet: (i) Fil-fehma tal-KESE, x’inhuwa l-aħjar mod biex tiġi żviluppata l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali bħala mekkaniżmu speċifiku biex jiġu identifikati u monitorjati l-inugwaljanzi soċjali li qed jiżdiedu fl-Unjoni Ewropea? (ii) X’inhu l-aħjar mod biex il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali tiġi inkorporata fl-istruttura u l-iskema istituzzjonali attwali tas-Semestru Ewropew, u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv ikkawżat mill-introduzzjoni possibbli tagħha? (iii) Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif jista’ jkun marbut mas-sistema ta’ monitoraġġ li tirriżulta mill-ħolqien tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali? (iv) Kif jista’ jintuża l-proċess ta’ governanza ekonomika attwali biex jissaħħu l-koerenza u l-armonija bejn l-aspetti makroekonomiċi u soċjali tas-Semestru Ewropew? |
|
2.2. |
Sabiex tinkiseb tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali ġusta u biex jittaffa l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-kawżi tal-inugwaljanzi soċjali u jimmiraw li jibbilanċjaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, li jiffavorixxu l-inklużjoni soċjali, abbażi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (1). |
|
2.3. |
Fis-Summit Soċjali ta’ Porto f’Mejju 2021, il-Belġju u Spanja pproponew li t-tabella ta’ valutazzjoni soċjali riveduta tiġi estiża sabiex tkun tinkludi mekkaniżmu ta’ twissija li jista’ jiskatta azzjonijiet ta’ segwitu u diskussjonijiet fil-livell tal-Kummissjoni u dak ministerjali, li jibni fuq l-approċċ għall-iżbilanċi makroekonomiċi li jinsab fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija (AMR) (2). |
|
2.4. |
Id-diskussjoni bl-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tas-Semestru Ewropew permezz tal-introduzzjoni ta’ proċedura ta’ żbilanċi soċjali kompliet fil-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) f’Ottubru u Diċembru 2021, u l-Presidenza Franċiża inkludiet dan is-suġġett fid-dibattitu u l-aġenda għall-ewwel nofs tal-2022. Il-konklużjonijiet tad-diskussjonijiet issemmew fil-Kunsill EPSCO ta’ Ġunju 2022. |
|
2.5. |
Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-UE u l-Istati Membri qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bi tliet miri ewlenin u miri sekondarji. Kull Stat Membru jistabbilixxi wkoll il-miri tiegħu stess f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fl-Istati Membri hija mmonitorjata permezz tal-metodoloġija ta’ tabella ta’ valutazzjoni soċjali (3) b’indikaturi ewlenin u sekondarji. Abbażi ta’ dan il-monitoraġġ, il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-pożizzjoni medja huma ddeterminati fl-oqsma koperti mill-indikaturi. Dan jippermetti li jiġu identifikati l-oqsma tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jirrikjedu azzjoni f’pajjiżi speċifiċi (sitwazzjonijiet kritiċi fil-livell soċjali). |
|
2.6. |
Is-Semestru Ewropew (4) huwa l-proċess ta’ koordinazzjoni tal-politiki tal-UE u tal-Istati Membri dwar l-istrumenti għall-ilħuq tal-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Is-Semestru jqis ukoll l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-pjan għall-implimentazzjoni tiegħu u l-monitoraġġ tal-eżiti soċjali. |
3. Lejn konverġenza soċjali ’l fuq
|
3.1. |
Il-KESE jemmen li f’kuntest ta’ kriżijiet multipli, kriżijiet futuri potenzjali kif ukoll żbilanċi ekonomiċi u soċjali, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat mill-ġdid is-sett ta’ għodod ta’ governanza soċjali tal-UE biex tinkiseb konverġenza soċjali ’l fuq u jitnaqqsu l-inugwaljanzi (5). Fl-2022, il-perċentwal tal-Ewropej li ma jaqblux jew li ma jaqblu xejn mal-osservazzjoni li “in-nies jingħataw dak li jistħoqqilhom f’pajjiżhom” kien akbar (37 %) mill-perċentwal tal-Ewropej li jaqblu ma’ din l-osservazzjoni (35 %) (6). |
|
3.2. |
Fil-fehma tal-KESE, l-ilħuq simultanju ta’ objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali bħala parti minn konverġenza komprensiva ’l fuq tippreżenta sfida kbira. F’dawn l-aħħar snin, ġew żviluppati proċeduri għall-governanza fiskali u makroekonomika u għall-governanza ambjentali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kif ukoll għall-koordinazzjoni bejniethom. Id-dimensjoni soċjali tal-governanza tal-UE għadha lura fir-rigward tal-iżvilupp ta’ dawn l-oqsma u l-koordinazzjoni bejniethom. |
|
3.3. |
Fi żmien ta’ kriżi relatata mal-enerġija, il-migrazzjoni, il-gwerra, il-klima u l-perjodu ta’ wara l-COVID, l-Ewropa teħtieġ tmexxija ekonomika u soċjali b’saħħitha, kemm fl-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali bħala mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ koordinazzjoni, li jgħin biex jintlaħqu objettivi soċjali u ekonomiċi aħjar u jikkontribwixxi għall-konverġenza soċjali fl-UE. |
|
3.4. |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jagħmlu r-regoli eżistenti b’rabta mal-allokazzjoni tal-fondi (inklużi l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u oħrajn) aktar flessibbli sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati malajr għall-isfidi attwali tas-soċjetà u s-sitwazzjonijiet kritiċi identifikati, fost oħrajn, fl-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali. Il-COVID-19, il-gwerra fl-Ukrajna, il-kriżi tal-għoli tal-ħajja, u l-kriżijiet tal-klima u tal-migrazzjoni kollha jesiġu risponsi nazzjonali aħjar u, fejn adatt, risponsi tal-UE għall-effetti fit-tul tal-kriżijiet u għal tipi ġodda ta’ esklużjoni. L-għoli tal-ħajja li qed jiżdied bħalissa huwa l-aktar tħassib urġenti għal 93 % tal-Ewropej, u l-faqar u l-esklużjoni soċjali huma l-aktar tħassib urġenti għal 82 % (7). Stħarriġ ieħor tal-Ewrobarometru juri li 78 % tal-Ewropej jemmnu li għandu jiżdied l-infiq pubbliku ġenerali fuq politiki soċjali ewlenin (8). |
4. Tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Presidenza Spanjola
|
4.1. |
Il-KESE jipproponi li l-iżbilanċi soċjali jiġu definiti bħala sitwazzjonijiet kritiċi identifikati mit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali u devjazzjonijiet ċari mill-perkors biex jintlaħqu l-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-kwalità tal-metodoloġija għall-kejl tal-eżiti soċjali għandha tittejjeb sabiex ikunu jistgħu jitqiesu bis-sħiħ il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u x-xejriet pluriennali. Fir-rigward tal-kejl tal-progress biex jinkisbu l-Miri tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, għandhom jiġu kkunsidrati biss indikaturi affidabbli u komparabbli. |
|
4.2. |
Il-KESE jirrakkomanda l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali, u li din tiġi żviluppata aktar, bħala parti mis-sistema integrata ta’ koordinazzjoni tal-politika tal-UE u tal-Istati Membri taħt is-Semestru Ewropew. Huwa importanti li l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali tikkomplementa l-proċessi u l-għodod ta’ monitoraġġ eżistenti, u żżid valur miżjud ċar f’termini tal-iffaċilitar tal-konverġenza soċjali ’l fuq. Fl-istess ħin, għandhom jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn biex jiġi żgurat sens ta’ sjieda u impenn fl-Istati Membri. |
|
4.3. |
Il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali għandha l-għan li ttejjeb il-koordinazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri fil-kisba ta’ konverġenza soċjali ’l fuq f’konformità mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-KESE jassumi li dan diġà ġie parzjalment implimentat fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-miri tiegħu għall-2030 u l-monitoraġġ tal-eżiti soċjali. Madankollu, il-KESE huwa mħasseb li l-kisba ta’ dawn l-objettivi se tkun imxekkla min-nuqqas ta’ investiment soċjali u riformi f’dawk l-Istati Membri li ġew identifikati li jinsabu f’sitwazzjoni soċjali kritika mit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali. Dawn is-sitwazzjonijiet ipoġġu f’riskju kemm l-ilħuq tal-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll l-konverġenza soċjali ’l fuq, u għalhekk għandhom jingħataw attenzjoni partikolari fi ħdan l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali. |
|
4.4. |
Il-KESE jemmen li l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali għandha tingħata l-istess importanza bħall-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jew il-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku. Il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali tista’ tkompli ttejjeb dak li diġà nkiseb fil-governanza soċjali billi tagħmel użu aktar effettiv tal-proċessi u modi eżistenti kif titkejjel il-konverġenza soċjali u, fejn meħtieġ, billi jiġu żviluppati oħrajn ġodda. Il-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku u l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali għandhom jiġu kkoordinati u mhux sovrapposti. |
|
4.5. |
Il-KESE jirrimarka li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom kompetenzi differenti fir-rigward tat-tfassil tal-politika soċjali dwar ix-xogħol, l-edukazzjoni u s-saħħa u l-protezzjoni soċjali, li huma koperti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet ewlenin f’dan il-qasam huma tal-Istati Membri, mifhuma bħala l-gvernijiet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll diversi partijiet ikkonċernati bħat-trade unions, l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. B’riżultat ta’ din id-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea qed tieħu ħafna inizjattivi f’dawn l-oqsma relatati mal-koordinazzjoni, ir-regolamentazzjoni u l-finanzi, fi ħdan il-qafas tal-politika ta’ koeżjoni u l-prijoritajiet soċjali tagħha. |
|
4.6. |
Fil-fehma tal-KESE, l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali hija possibbli fis-sitwazzjoni legali attwali fl-UE. Għaldaqstant, l-UE għandha kompiti soċjali importanti xi twettaq, u tista’ tagħmel dan prinċipalment permezz ta’ dikjarazzjonijiet (Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u Pjan ta’ Azzjoni), rakkomandazzjonijiet, strumenti finanzjarji (eż. kundizzjonalità soċjali u prijoritajiet soċjali tal-politika ta’ koeżjoni) u strumenti ta’ koordinazzjoni (is-Semestru Ewropew u l-monitoraġġ tal-eżiti soċjali abbażi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali). Dan l-approċċ iqis il-kompetenzi speċifiċi fil-livelli differenti kif ukoll ir-rwol tad-diversi partijiet ikkonċernati, jiġifieri l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali tista’ tappoġġja lil dawk li jfasslu l-politika fl-isforzi tagħhom biex tinkiseb konverġenza soċjali ’l fuq u jitnaqqsu l-inugwaljanzi. Hija għandha tqis id-dimensjonijiet soċjali rilevanti definiti b’mod konġunt mill-Istati Membri u d-diversi partijiet ikkonċernati. |
|
4.7. |
Jekk tkun marbuta sew mal-mekkaniżmi eżistenti, bħas-Semestru Ewropew u b’mod partikolari t-tabella ta’ valutazzjoni soċjali, il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali tista’ tgħin biex tibni fuq il-kisbiet eżistenti, jiġifieri l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-monitoraġġ tal-eżiti soċjali abbażi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
|
4.8. |
Fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-KESE jqis li l-ewwel pass fl-iżvilupp tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali għandu jkun l-introduzzjoni ta’ bidliet fil-prinċipji li jiggwidaw lill-Kummissjoni Ewropea fit-tħejjija tar-rapport konġunt dwar l-impjiegi (JER), tar-rapporti tal-pajjiżi (CR) u tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSR) fi ħdan is-Semestru Ewropew. |
|
4.9. |
Ir-rapport konġunt dwar l-impjiegi u r-rapporti tal-pajjiżi għandhom jinkludu sottokapitolu separat dwar l-iżbilanċi soċjali li jqiegħdu f’riskju l-konverġenza soċjali ’l fuq, u li jsemmi l-oqsma identifikati bħala kritiċi fil-monitoraġġ tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali. Għalhekk, dan se japplika biss għall-Istati Membri fejn tali oqsma ġew identifikati. |
|
4.10. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-proċedura ta’ żbilanċi soċjali tiġi integrata fis-Semestru Ewropew, matul il-fażijiet differenti tiegħu. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jużaw ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, ir-Rapporti tal-Pajjiżi u r-reviżjonijiet fil-fond ad hoc biex jidentifikaw u jindirizzaw l-iżbilanċi soċjali. |
|
4.11. |
Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, f’punt separat fil-preambolu u kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet, għandhom jindirizzaw l-iżbilanċi soċjali deskritti fir-rapport tal-pajjiż. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom iħeġġu lill-Istati Membri jimplimentaw riformi speċifiċi li, skont l-analiżi tal-Kummissjoni u l-valutazzjonijiet tal-Istati Membri, tal-imsieħba soċjali nazzjonali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, huma l-aktar probabbli li jtejbu s-sitwazzjoni fl-oqsma identifikati bħala kritiċi. Bi tweġiba, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipproponi l-inizjattivi u r-riformi li għandhom jiġu implimentati bil-għan li jittejbu s-sitwazzjonijiet kritiċi identifikati. Pjan bħal dan għall-inizjattivi u r-riformi jista’ jinkludi wkoll valutazzjoni tal-konsistenza bejn l-inizjattivi inklużi u l-politiki makroekonomiċi u baġitarji segwiti mill-Istat Membru inkwistjoni, sabiex jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u baġitarji. |
|
4.12. |
L-UE għandha timplimenta strumenti ġodda u ffinanzjati aħjar biex tikkomunika direttament mal-popolazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali u r-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru, sabiex toħloq trasparenza u impatt fuq is-sitwazzjonijiet fl-Istati Membri. |
|
4.13. |
Sabiex tiġi evitata l-konverġenza ’l isfel, l-Istati Membri soġġetti għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (PDE) għandhom jintalbu jadottaw pjan ta’ riforma u ta’ investiment fl-oqsma identifikati bħala kritiċi. F’din is-sitwazzjoni, l-Istati Membri inkwistjoni għandu jkollhom id-dritt li jinnegozjaw mill-ġdid il-pjani ta’ nfiq ta’ fondi oħra, inkluż fejn meħtieġ il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bi qbil mal-Kummissjoni. |
|
4.14. |
L-ewwel pass fl-iżvilupp tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali, kif propost hawn fuq, għandu l-inqas piż possibbli f’termini ta’ ħidma analitika u amministrattiva addizzjonali, kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Membri. Dan il-pass ma jipproponix rapportar addizzjonali għall-Istati Membri kollha, u lanqas ma jżid proċeduri ġodda ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar ma’ dawk diġà fis-seħħ. |
|
4.15. |
Is-sistema attwali ta’ monitoraġġ tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali żviluppata għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali diġà ġiet stabbilita u hija bbażata fuq metodoloġija kumplessa għall-interpretazzjoni ta’ sett kbir ta’ indikaturi. Dawn jikkorrispondu għall-oqsma ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-progress fl-ilħuq tal-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa mmonitorjat ukoll. Il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali għandha tiġi inkorporata fil-proċess eżistenti tas-Semestru Ewropew u tagħmel użu mill-indikaturi eżistenti (Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali). |
|
4.16. |
Fil-pass li jmiss tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali, l-ambitu tal-kejl u tal-indikaturi għandhom jiġu żviluppati f’konformità mad-definizzjoni tal-iżbilanċi soċjali adottata fil-kuntest tal-konverġenza soċjali ’l fuq. |
|
4.17. |
L-analiżijiet u l-konsultazzjonijiet futuri dwar il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali għandhom jinkludu tweġibiet dwar il-punt sa fejn l-indikaturi tal-monitoraġġ tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali jikkorrispondu għall-prinċipji kollha tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u sa liema punt, u kif, l-oqsma identifikati bħala kritiċi jistgħu jfixklu l-konverġenza soċjali ’l fuq. |
|
4.18. |
Il-kundizzjoni ġenerali tal-Istati Membri, inkluż fid-dimensjoni ekonomika, għandha impatt fundamentali fuq l-iskala u d-dinamika tal-problemi soċjali li jaffettwaw lill-abitanti tagħhom u b’hekk ukoll il-konverġenza soċjali ’l fuq. Jekk prestazzjoni soċjali tajba tirrikjedi prestazzjoni ekonomika tajba, allura l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni li jiggarantixxu lil tal-aħħar (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku) se jkunu kruċjali għal tal-ewwel. L-ewwel pass propost mill-KESE għall-iżvilupp tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali iqis l-approċċ ta’ hawn fuq, li jirfed il-loġika tal-governanza fiskali u makroekonomika fi ħdan l-UE. |
5. Sfidi u prijoritajiet għall-iżvilupp tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali
|
5.1. |
L-iżvilupp ulterjuri tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali bħala parti mis-sistema integrata ta’ koordinazzjoni tal-politika tal-UE u tal-Istati Membri taħt is-Semestru Ewropew, iżda wkoll taħt strumenti oħra tal-UE, għandu jiġi analizzat u diskuss aktar fil-fond mill-Kummissjoni, il-Kunsill, l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bil-għan li tiġi implimentata b’mod parallel mar-riforma tal-governanza fiskali u makroekonomika (9). |
|
5.2. |
Il-fattibbiltà politika, amministrattiva u ekonomika tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali għandha tiġi eżaminata f’aktar dettall. Hawnhekk għandha tingħata attenzjoni biex ma jkunx hemm proċeduri doppji, sabiex il-burokrazija tinżamm kemm jista’ jkun mill-inqas, u biex l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu involuti b’mod ġenwin f’dan il-proċess. |
|
5.3. |
Il-KESE jenfasizza li r-rwol tal-Kunsill EPSCO fil-proċedura ta’ żbilanċi soċjali għandu jissaħħaħ sabiex tissaħħaħ l-approvazzjoni politika tar-riżultati tal-istrument. Il-parteċipazzjoni tal-Kunsill EPSCO tista’ tiġi żgurata permezz tal-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-proċedura ta’ żbilanċi soċjali fi tmiem il-proċess. |
|
5.4. |
Il-KESE jenfasizza li huwa kruċjali, għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi soċjali, li jinsiltu konklużjonijiet prattiċi speċifiċi mill-monitoraġġ tar-riżultati soċjali u dwar sa liema punt intlaħqu l-objettivi soċjali tal-UE fl-Istati Membri.
|
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 13.
(2) Belgian-Spanish Non Paper ahead of the Porto Social Summit (Dokument Informali tal-Belġju u Spanja qabel is-Summit Soċjali ta’ Porto – mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Eurostat: https://ec.europa.eu/eurostat/web/european-pillar-of-social-rights/overview
(4) Opinjoni tal-KESE dwar Is-Semestru Ewropew u l-Politika ta’ Koeżjoni – Lejn strateġija Ewropea ġdida għal wara l-2020 (ĠU C 353, 18.10.2019, p. 39)
(6) Ewrobarometru, 2023, Ġustizzja, Inugwaljanza u Mobilità Interġenerazzjonali (mhux disponibbli bil-Malti).
(7) Stħarriġ tal-Ħarifa 2022 tal-PE (mhux disponibbli bil-Malti)
(8) Ewrobarometru, 2023, Ġustizzja, Inugwaljanza u Mobilità Interġenerazzjonali (mhux disponibbli bil-Malti)
(9) Opinjoni tal-KESE dwar Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10)
(10) Opinjoni tal-KESE dwar Is-Semestru Ewropew u l-politika ta’ koeżjoni – Lejn strateġija Ewropea ġdida għal wara l-2020 (ĠU C 353, 18.10.2019, p. 39 )
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/64 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-iżvilupp tal-kompetenzi u tal-ħiliet fil-kuntest tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Żvediża)
(2023/C 228/08)
|
Relatur: |
María del Carmen BARRERA CHAMORRO |
|
Korelatur: |
Justyna Kalina OCHĘDZAN |
|
Talba mill-Presidenza Żvediża tal-Kunsill |
Ittra tal-14.11.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
3.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
149/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jinnota żieda fl-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol dovuta għat-trasformazzjoni diġitali. B’mod partikolari, u minħabba l-awtomatizzazzjoni tal-impjiegi, jinnota tendenza ta’ tnaqqis fl-impjiegi b’livell medju ta’ kwalifiki u b’paga medja favur żieda fl-impjiegi b’livell baxx ta’ kwalifiki u b’paga baxxa. Huwa mistenni wkoll li jkun hemm impjieg f’postijiet tax-xogħol b’livell għoli ta’ kwalifiki u b’pagi għoljin, li għandu jwassal għal żieda fl-intensità tal-ħiliet (1). Il-KESE jinnota wkoll li n-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet qed isir dejjem aktar prominenti f’firxa wiesgħa ta’ setturi. Il-KESE jqis li l-aċċess effettiv għat-taħriġ huwa kruċjali sabiex jgħin lin-negozji u lill-ħaddiema jindirizzaw din l-isfida u huwa wkoll vitali biex jgħin fil-prevenzjoni tal-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol bħala riżultat tat-trasformazzjoni diġitali. |
|
1.2. |
Il-KESE jagħraf li għandu jiġi evitat li t-tranżizzjonijiet iseħħu permezz ta’ sensji jew miżuri drastiċi għas-suq tax-xogħol, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi li jippromovu t-tranżizzjonijiet interni pjuttost milli dawk esterni, li permezz tagħhom il-kumpaniji jħarrġu lill-impjegati tagħhom fil-qasam tal-kompetenzi meħtieġa u b’hekk ma jkollhomx għalfejn ikeċċu lil dawk il-ħaddiema li ma jkollhomx dawn il-kompetenzi. |
|
1.3. |
L-edukazzjoni hija dritt tal-bniedem tul il-ħajja ta’ kull individwu. Għalhekk, f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu drittijiet għat-tagħlim tul il-ħajja (fid-dawl tas-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali u l-prattiki edukattivi u ta’ taħriġ), li jipprovdu liċ-ċittadini kollha b’opportunitajiet ta’ tagħlim u ta’ żvilupp personali u professjonali, u dan jagħmluh il-prinċipju ewlieni li jiggwida l-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
|
1.4. |
Il-KESE jitlob li l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ kwalifiki meħtieġa fid-dawl tal-isfidi tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali jkun dritt ġenwin għal kulħadd, abbażi ta’ taħriġ ivvalidat u ċċertifikat fil-qasam tal-ħiliet diġitali u ekoloġiċi u fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali. Għal dan l-għan, it-taħriġ fil-kompetenzi jeħtieġ li jkun marbut ma’ leave bi ħlas għat-taħriġ, u jeħtieġ li jitqiesu l-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet nazzjonali. |
|
1.5. |
Il-KESE jqis li l-inizjattivi li ħadet il-Kummissjoni Ewropea s’issa dwar il-kompetenzi diġitali u ekoloġiċi mhumiex biżżejjed u ftit li xejn jinvolvu lill-imsieħba soċjali. Għalhekk, jitlob li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 jinkorpora strateġiji effettivi biex jittejjeb it-taħriġ u jiġu adattati l-kompetenzi tal-ħaddiema u l-persuni qiegħda fis-setturi kollha, irrispettivament mid-daqs tal-kumpaniji, u biex f’dan il-proċess jiġu involuti l-imsieħba soċjali. Fil-livell nazzjonali, l-imsieħba soċjali nazzjonali jenħtieġ li jkomplu jimplimentaw il-Ftehim Qafas Ewropew dwar id-Diġitalizzazzjoni (2). Il-KESE jixtieq jenfasizza r-rwol tan-negozjar kollettiv bħala għodda għat-tfassil u l-adattament tal-programmi ta’ taħriġ. |
|
1.6. |
Il-KESE jitlob li t-taħriġ fil-ħiliet u l-kompetenzi diġitali u ekoloġiċi jiġi ċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti u mhux biss ivvalidat. |
|
1.7. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, sal-2030, timplimenta indikatur annwali tal-għadd ta’ adulti u impjegati, b’referenza partikolari għaż-żgħażagħ, li jkunu qed isegwu taħriġ dwar il-kompetenzi ekoloġiċi, is-sensibilizzazzjoni ambjentali, u r-responsabbiltà ekoloġika u ambjentali, billi tqis għodod sempliċi u adattati għall-SMEs. |
|
1.8. |
Il-KESE jappella għall-inkoraġġiment u l-faċilitazzjoni tal-aġġustament tal-programmi ta’ apprendiment eżistenti biex jiġu inkorporati l-kompetenzi meħtieġa fil-kuntest tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. |
|
1.9. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li tiġi stabbilita sorveljanza strateġika dwar il-kapaċità li jiġu antiċipati l-ħtiġijiet futuri ta’ taħriġ għas-suq tax-xogħol u s-soċjetajiet tal-Istati Membri sabiex jiġu evitati lakuni ekoloġiċi u diġitali u tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE. |
|
1.10. |
Il-KESE jinnota li hemm differenzi kbar fil-livelli bażiċi tal-kompetenzi diġitali, li jaffettwaw b’mod partikolari lill-gruppi żvantaġġati u għadd kbir ta’ adulti, u speċjalment lill-persuni akbar fl-età. Id-distakk diġitali jeżisti u għalhekk l-ipprogrammar tal-ħiliet diġitali jenħtieġ li jkun aktar sensittiv għat-taħriġ tal-persuni akbar fl-età u gruppi żvantaġġati oħra, anke billi t-taħriġ jiġi adattat għall-ħtiġijiet tagħhom meta dan ikun meħtieġ, biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-inklużjoni tan-nisa f’tali taħriġ, minħabba d-disparità bejn il-ġeneri f’termini ta’ aċċess għal taħriġ biex jadattaw għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. |
|
1.11. |
Il-KESE jirrikonoxxi li tranżizzjoni ġusta tirrikjedi li jiġi żgurat li kulħadd ikollu aċċess biex itejjeb il-ħiliet diġitali bażiċi tiegħu relatati mal-kompiti ta’ kuljum, kif ukoll biex jifhem iċ-ċibersigurtà, il-komunikazzjoni diġitali, is-sigurtà tad-data, il-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza fuq l-Internet u l-perikli tad-diżinformazzjoni. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Ninsabu fi żmien ta’ tibdil u tranżizzjonijiet. Il-kriżijiet suċċessivi qed jikkoinċidu ma’ sfidi kbar għall-kumpaniji, għall-forza tax-xogħol u għaċ-ċittadini, bħall-bidliet rapidi fis-suq tax-xogħol ikkawżati mit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. B’mod parallel, qed titfaċċa firxa ta’ impjiegi ġodda marbuta mat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Ir-realtà hija li l-impjiegi attwali qed jevolvu u qed jinħolqu oħrajn ġodda. Il-ħaddiema għandhom jingħataw l-għodod biex jimmaniġġjaw u jlaħħqu ma’ dawn il-bidliet, u biex in-negozji jkunu jistgħu jibqgħu produttivi u kompetittivi. |
|
2.2. |
Dawn l-isfidi huma evidenti fil-livelli u fl-istadji kollha tal-ħajja tax-xogħol. Għalhekk, hemm sfidi kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-adulti, u kemm għall-persuni b’livell baxx ta’ kwalifiki kif ukoll għal dawk b’livell medju ta’ kwalifiki u dawk bi kwalifiki għoljin. Jidher li ċerti impjiegi storikament b’livell baxx ta’ kwalifiki bħalissa jeħtieġu taħriġ diġitali fid-dawl tal-fatt li l-mod li dawn l-impjiegi jiġu aċċessati qiegħed jinbidel. Barra minn hekk, dan jolqot b’mod partikolari lin-nisa peress li d-distakk diġitali bejn il-ġeneri għadu qed jikber. Xogħol li kien jitfittex permezz ta’ mezzi tradizzjonali, pereżempju bil-fomm, issa jista’ jitfittex biss permezz tal-Internet jew ta’ pjattaformi diġitali apposta. Dan ifisser li t-taħriġ fil-kompetenzi bażiċi diġitali jrid jilħaq lill-popolazzjoni kollha. |
|
2.3. |
Il-KESE jinnota li wieħed mill-effetti tal-kriżi tal-COVID-19 kien żieda fl-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fit-telexogħol (3). Pereżempju, dawk li jaħdmu f’ċerti okkupazzjonijiet, li tipikament jistgħu jkunu assoċjati ma’ xogħol b’livell baxx ta’ kwalifiki u b’paga baxxa, normalment ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-għażla tat-telexogħol. Għall-kuntrarju ta’ dan, persuni f’ċerti okkupazzjonijiet b’ħiliet ogħla, b’mod partikolari xogħol fl-uffiċċju, li għandhom it-tendenza li jgawdu minn pagi ogħla, spiss ikollhom il-possibbiltà ta’ telexogħol. Huwa għal din ir-raġuni li t-telexogħol jeħtieġ li jinkludi l-possibbiltà li jiġu żviluppati ħiliet diġitali u ambjentali sabiex ma jiżdidux inugwaljanzi u biex dawk li ma jistgħux jagħmlu telexogħol ikunu jistgħu jaċċessaw dan it-tip ta’ taħriġ marbut mat-telexogħol. |
|
2.4. |
Il-KESE jinnota żbilanċ dejjem jikber fis-suq tax-xogħol assoċjat, b’mod partikolari, mal-hekk imsejjaħ “distakk diġitali kbir”. Dan il-fenomenu wassal għal tnaqqis fl-impjiegi b’livell medju ta’ kwalifiki u b’paga medja – minħabba l-awtomatizzazzjoni tal-impjiegi – favur żieda fl-impjiegi b’livell baxx ta’ kwalifiki u b’paga baxxa u l-impjiegi bi kwalifiki għoljin u mħallsa sew. Il-KESE jenfasizza li ż-żieda fl-inugwaljanzi tipperikola ż-żamma tal-istat soċjali tagħna. |
|
2.5. |
Il-KESE jinnota li l-Ewropa qed tiffaċċja sfida demografika kbira u tnaqqis fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol. Dan qed jgħin biex jixpruna n-nuqqas qawwi ta’ ħaddiema u ħiliet fis-setturi kollha tal-ekonomija u f’livelli differenti ta’ ħiliet. Għalhekk, hemm bżonn li n-nies fil-livelli kollha tal-ħiliet jindirizzaw dawn id-diskrepanzi. Biex jiġu indirizzati dawn id-diskrepanzi, hemm bżonn ta’ politiki ta’ appoġġ li jiżguraw li l-ħaddiema jaġġornaw il-ħiliet tagħhom u jitħarrġu mill-ġdid, kif ukoll li l-persuni li ma jaħdmux u dawk qiegħda jitħeġġu jidħlu fis-suq tax-xogħol. F’dan ir-rigward, jeħtieġ ukoll li jiġi kkunsidrat l-approċċ tal-politiki dwar il-migrazzjoni. |
|
2.6. |
Il-KESE jirrikonoxxi li t-tranżizzjonijiet m’għandhomx jinkisbu permezz tas-sensji jew ta’ miżuri trawmatiċi għas-suq tax-xogħol. Is-sistema għandha tippremja t-tranżizzjonijiet interni pjuttost milli esterni, jiġifieri tranżiżżjonijiet li fihom il-kumpaniji jħarrġu lill-ħaddiema tagħhom fil-kompetenzi meħtieġa u b’hekk jevitaw li jkeċċu ħaddiema li m’għandhomx dawn il-kompetenzi. Dan huwa partikolarment diffiċli għall-SMEs li jeħtieġu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ mill-Istati Membri għat-tranżizzjoni. |
|
2.7. |
Il-KESE jinnota li, fid-dawl tat-tixrid estensiv tat-telexogħol, is-suq tax-xogħol qed isir aktar flessibbli globalment. Dan ifisser li huwa impossibbli għall-ħaddiema Ewropej li jikkompetu bi prezzijiet baxxi peress li l-ispejjeż baxxi għall-għajxien u d-dgħufija tal-munita ta’ pajjiżi oħra meta mqabbla mal-munita Ewropea jagħmlu lill-ħaddiema tagħna inqas kompetittivi. Għalhekk, l-unika possibbiltà ser tkun li nikkompetu b’ħaddiema Ewropej li għandhom aktar kompetenzi u ħiliet, u li dawn jittejbu. |
|
2.8. |
Huwa importanti li l-ħaddiema f’forom differenti ta’ relazzjonijiet kuntrattwali jkollhom aċċess għal taħriġ biex jgħinhom iżommu l-ħiliet u l-impjegabbiltà tagħhom fid-dawl ta’ dawn ir-realtajiet ġodda tas-suq tax-xogħol. |
|
2.9. |
Il-KESE jinnota li qed jiqsar il-perjodu minn meta toħroġ fid-dieher ħila ġdida sa ma tkun mitluba fuq skala wiesgħa ħafna fis-suq tax-xogħol. Dan jeħtieġ adattabbiltà qawwija, proattività u t-tnaqqis meħtieġ tal-burokrazija fl-aċċess għat-taħriġ u l-bini tal-kapaċitajiet fl-istituzzjonijiet pubbliċi. Jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu aġġornati l-kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-ħin u b’mod effettiv b’reazzjoni għal ħtiġijiet ta’ ħiliet ġodda u emerġenti u bħala parti mill-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-gvernijiet, l-imsieħba soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u s-soċjetà ċivili. |
|
2.10. |
Il-KESE jinnota li, minħabba l-għadd kbir ta’ impjiegi ta’ rutina u mhux kumplessi fis-swieq tax-xogħol Ewropej, 55 % tal-ħaddiema adulti fl-UE ma jużawx bis-sħiħ il-kompetenzi tagħhom fuq il-post tax-xogħol u 28 % għandhom kwalifiki ogħla milli jeħtieġu biex jagħmlu xogħolhom. Għandu jiġi nnutat li “l-ħela” tal-potenzjal tal-kapital uman tissarraf f’penali sinifikanti tal-pagi u tnaqqas il-benesseri tal-persuni impjegati. Ir-rapporti tas-Cedefop jenfasizzaw li d-diffikultajiet fir-reklutaġġ jew l-ispariġġ fil-ħiliet jistgħu, fost affarijiet oħra, jirriflettu l-kwalità ħażina tal-impjiegi (4). |
|
2.11. |
L-isfida tat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija ma għandhiex tiffoka biss fuq kif jiżdiedu l-kompetenzi diġitali bażiċi għall-ħaddiema kollha, iżda wkoll fuq id-diġitalizzazzjoni tal-kompetenzi eżistenti u fuq li jkunu jistgħu jinkisbu ħiliet diġitali aktar avvanzati. Jeħtieġ li l-isforzi jkunu ffukati fuq it-trasformazzjoni tal-kompetenzi klassiċi biex jintużaw fid-dinja diġitali. Il-kunċett ta’ kompetenzi diġitalizzati huwa ta’ natura trasversali u jirreferi għall-kapaċità li l-aspetti diġitali jiġu kkombinati ma’ kompetenzi oħra. Dan jeħtieġ biżżejjed ħiliet u għarfien dwar id-dinja diġitali, kif ukoll biżżejjed taħriġ f’kompetenzi professjonali konkreti. |
|
2.12. |
It-trasformazzjoni ekoloġika mhijiex sfida żgħira għas-suq tax-xogħol u għar-rekwiżiti relatati mal-kompetenzi. Is-setturi kollha ser ibiddlu l-mod kif jiffunzjonaw minħabba d-dekarbonizzazzjoni meħtieġa u l-adattament tal-mudelli ta’ negozju għall-ħtiġijiet ta’ sostenibbiltà marbuta mal-Patt Ekoloġiku Ewropew (5). Dan id-dokument jenfasizza li l-istrateġija industrijali għandha tagħti attenzjoni lill-impatt fuq il-forza tax-xogħol, kif ukoll lit-taħriġ, lit-taħriġ mill-ġdid u lit-titjib tal-kwalifiki. Dawn l-impatti għandhom jiġu analizzati flimkien mal-imsieħba soċjali u dejjem bl-għan li jiġu antiċipati, bħala mod kif jiġu evitati l-effetti mhux intenzjonati fuq l-impjieg u l-ekonomija. |
|
2.13. |
It-tranżizzjoni diġitali u dik ambjentali huma “rivoluzzjoni”, li l-effetti tagħha jistgħu jitqabblu mar-rivoluzzjoni industrijali tal-bidu tas-seklu 20. Il-professjonijiet u l-organizzazzjonijiet kollha huma, jew ser jiġu, milquta mid-diġitalizzazzjoni u l-miżuri li se jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-produzzjoni industrijali, artiġjanali, agrikola, kummerċjali jew tas-servizzi jkunu nodfa kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi, li jenħtieġ li jiġu appoġġjati u akkumpanjati, mil-lat tar-riżorsi kemm umani kif ukoll finanzjarji. |
|
2.14. |
Il-KESE jemmen li sabiex tintlaħaq tranżizzjoni ekoloġika ġusta fis-setturi kollha milquta tal-industrija, ser ikunu meħtieġa taħriġ u edukazzjoni fil-kompetenzi ekoloġiċi. B’mod partikolari jinħolqu tliet sfidi:
|
|
2.15. |
Sabiex tinkiseb tranżizzjoni ġusta, u f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġi żgurat l-persuni kollha jkollhom aċċess ugwali għal taħriġ ta’ kwalità tajba u tagħlim tul il-ħajja, fi ħdan u barra l-post tax-xogħol, b’rabta mat-teknoloġiji diġitali u ekoloġiċi għall-professjonijiet preżenti u futuri. F’konformità mal-prattiki nazzjonali u settorjali tal-Istati Membri, il-ħaddiema għandhom jingħataw appoġġ effettiv biex itejbu l-livell ta’ taħriġ tagħhom f’dawn il-ħiliet (rikonċiljazzjoni, leave għat-taħriġ, eċċ.) u appoġġ finanzjarju għan-negozji għal dan l-għan. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
It-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali qed tbiddel l-impjiegi eżistenti u toħloq oħrajn ġodda. Il-kwalità tal-impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-pagi ġusti huma prerekwiżit għal tranżizzjoni ġusta li tippermetti diġitalizzazzjoni u dekarbonizzazzjoni fit-tul flimkien ma’ tkabbir sostenibbli tal-ekonomija, il-produttività u l-innovazzjoni. Il-valur tal-ħiliet bħala fattur fil-kompetittività tal-kumpaniji huwa kruċjali wkoll għat-tfassil ta’ inizjattivi ta’ taħriġ mill-ġdid u għal aċċess effettiv għat-taħriġ tal-ħaddiema. L-uniku mod biex jintlaħqu dawn l-objettivi huwa permezz tat-tagħlim permanenti tul il-ħajja ta’ kompetenzi diġitali u diġitalizzati ġodda, kif ukoll ta’ kompetenzi ekoloġiċi. |
|
3.2. |
L-iżvilupp professjonali għall-etajiet kollha għandu rwol essenzjali biex tiġi żgurata tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali ġusta. F’dan ir-rigward, il-KESE jappella biex il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 u l-Proposti għal Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-kompetenzi diġitali u t-taħriġ diġitali jinkorporaw strateġiji effettivi biex jittejjeb it-taħriġ u jiġu adattati l-kompetenzi tal-ħaddiema u ta’ dawk qiegħda fis-setturi kollha irrispettivament mid-daqs tal-kumpaniji. It-taħriġ fil-kompetenzi diġitali jenħtieġ li jiġi adattat għall-ħtiġijiet ta’ kull professjoni u settur, filwaqt li tiġi rrispettata r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja. |
|
3.3. |
Il-KESE jirrikonoxxi li t-tagħlim ta’ kompetenzi ġodda u li l-kompetenzi jiġu adattati għal sfidi diġitali u ekoloġiċi ġodda huma responsabbiltà kondiviża tas-soċjetà kollha kemm hi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea tinnota li 90 % tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol huwa ffinanzjat mill-kumpaniji (6). L-Istati nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-kumpaniji, permezz tal-assoċjazzjonijiet settorjali tagħhom u fil-livell individwali wkoll, għandhom ifasslu strateġiji biex jippromovu d-diġitalizzazzjoni u jindirizzaw l-isfida ekoloġika li jappoġġjaw it-titjib tal-kompetenzi. L-eżempji tajbin ta’ mekkaniżmi nazzjonali ta’ finanzjament u ta’ strateġiji għat-taħriġ fi ftehimiet kollettivi għandhom jiġu analizzati bir-reqqa u kondiviżi bħala prattiki tajbin (7). |
|
3.4. |
Il-KESE jilqa’ l-ftehim qafas Ewropew dwar id-diġitalizzazzjoni ffirmat bejn il-KETU, il-Business Europe, SGI Europe u l-SMEUnited (8), li jiddikjara li meta impjegatur jitlob lil ħaddiem jieħu sehem f’taħriġ relatat max-xogħol li jkun direttament relatat mat-trasformazzjoni diġitali tal-kumpanija, it-taħriġ jitħallas mill-impjegatur jew skont il-ftehim kollettiv jew il-prattika nazzjonali. Dan it-taħriġ jista’ jsir fil-kumpanija jew x’imkien ieħor u waqt ħin xieraq u miftiehem kemm għall-impjegatur kif ukoll għall-ħaddiem, u kemm jista’ jkun matul il-ħinijiet tax-xogħol. Jekk it-taħriġ isir barra mill-ħinijiet tax-xogħol, għandu jiġi offrut kumpens adatt. Il-KESE jitlob li jitqiesu dawn il-prinċipji meta jitfassal il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027. |
|
3.5. |
Il-KESE jirrikonoxxi li tranżizzjoni ġusta tirrikjedi li jiġi żgurat li kulħadd ikollu aċċess biex itejjeb il-ħiliet diġitali bażiċi tiegħu relatati mal-kompiti ta’ kuljum, kif ukoll biex jifhem iċ-ċibersigurtà, il-komunikazzjoni diġitali, is-sigurtà tad-data, il-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza fuq l-Internet u l-perikli tad-diżinformazzjoni. F’dan il-kuntest, il-KESE jitlob li t-taħriġ fil-ħiliet u l-kompetenzi diġitali jiġi rikonoxxut u ċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti. |
|
3.6. |
Il-KESE jaqbel mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-apprendiment favur is-sostenibbiltà ambjentali (9) fir-rigward tal-mikrokredenzjali diġitali, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li dawn ikunu komplementari għal diplomi u ċertifikazzjonijiet sħaħ. Barra minn hekk, il-KESE jinnota l-ħtieġa li l-kwalità tagħhom tiġi garantita u ċċertifikata, u mhux biss ivvalidata, sabiex ikunu jistgħu jaqdu wkoll rwol importanti fil-validazzjoni tat-tagħlim formali u mhux formali. |
|
3.7. |
Il-KESE jirrikonoxxi li sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta, it-taħriġ fil-kompetenzi jeħtieġ li jkun marbut mal-leave bi ħlas għat-taħriġ, b’konformità mal-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet nazzjonali. Dan għandu jippermetti l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fi programmi u korsijiet ta’ żvilupp tal-karriera fir-rigward ta’ impjiegi ekoloġiċi u diġitali ġodda, u fl-istess ħin jippermetti wkoll rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja. |
|
3.8. |
Fir-rigward tal-qafas Ewropew tal-Kummissjoni Ewropea ta’ kompetenza dwar is-sostenibbiltà (10), li “iwieġeb għall-ħtieġa dejjem tikber li n-nies itejbu u jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet biex jgħixu, jaħdmu u jaġixxu b’mod sostenibbli”, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi soluzzjonijiet konkreti biex dawk li qed ifittxu impjieg u l-ħaddiema jkollhom aċċess effettiv għal taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità tajba u inklużiv li jgħinhom jiksbu l-kompetenzi meħtieġa għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. F’dan ir-rigward, jappella li jissaħħu l-effettività u l-kwalità tat-taħriġ sabiex jiġi żgurat taħriġ ta’ kwalità tajba, inklużiv, u ekwu għal kulħadd. |
|
3.9. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, sal-2030, timplimenta indikatur annwali tal-għadd ta’ adulti u impjegati, b’referenza partikolari għaż-żgħażagħ, li jkunu qed isegwu taħriġ dwar il-kompetenzi ekoloġiċi, is-sensibilizzazzjoni ambjentali, u l-kompetenzi u r-responsabbiltà ekoloġiċi u ambjentali, billi tqis għodod sempliċi u adattati għall-SMEs. |
|
3.10. |
Il-programmi ta’ taħriġ attwali jeħtieġ li jiġu adattati għall-isfidi l-ġodda. Għalhekk, il-KESE jitlob li jitħeġġeġ u jiġi ffaċilitat l-aġġustament ta’ programmi ta’ tagħlim eżistenti sabiex jinkludu l-kompetenzi meħtieġa fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika, u li l-għalliema jitħarrġu f’dawn is-suġġetti. It-taħriġ dwar ir-responsabbiltà ambjentali u s-sensibilizzazzjoni dwar il-klima għandu jiġi inkluż fit-taħriġ vokazzjonali. L-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-korsijiet ta’ taħriġ huma kruċjali. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk li qed ifittxu impjieg u l-ħaddiema jkollhom aċċess għal taħriġ ta’ kwalità tajba, evalwat u ċċertifikat. |
|
3.11. |
Hemm bżonn ta’ informazzjoni dwar is-setturi kollha ta’ attività u viżibbiltà tajba tagħhom. Il-prattiki tajbin jistgħu jiġu identifikati abbażi ta’ dak li diġà jeżisti fl-Ewropa u f’xi pajjiżi tal-UE fir-rigward ta’ informazzjoni jew osservatorji tal-impjiegi u l-kwalifiki biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet futuri, tiżdied is-sensibilizzazzjoni u jiġu involuti l-ħaddiema u l-kumpaniji sabiex b’mod konġunt jinbnew xenarji prospettivi għall-azzjoni u jiġi attirat talent ġdid. |
|
3.12. |
Il-KESE jqis essenzjali li tiġi stabbilita sorveljanza strateġika tal-kompetenzi meħtieġa bil-għan li jiġi adottat approċċ prospettiv dwar il-ħtiġijiet futuri ta’ taħriġ meħtieġa mis-suq tax-xogħol u s-soċjetajiet tal-Istati Membri sabiex jiġu evitati lakuni ekoloġiċi u diġitali u tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE. L-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandu jkollhom rwol ewlieni biex janalizzaw u jidentifikaw id-domanda. Huma għandhom ikunu involuti fl-antiċipazzjoni tal-kompetenzi meħtieġa u jkunu jafu kif it-taħriġ offrut ikun jikkorrispondi mal-kompetenzi mitluba mill-kumpaniji, mis-suq tax-xogħol u mit-tendenzi, inkluż fil-livell territorjali. |
4. Ħiliet u kompetenzi diġitali u ekoloġiċi
|
4.1. |
Il-KESE jipproponi li l-iżvilupp sostenibbli jiġi inkluż fil-politiki u l-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bħaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, f’konformità, fost l-oħrajn, mal-mira 4.7 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Dan ifisser li l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-iżvilupp sostenibbli jiġu inklużi f’Erasmus+, fl-FSE+ u fl-Orizzont Ewropa u li jinħolqu sinerġiji bejn dawn il-programmi. |
|
4.2. |
Il-KESE jenfasizza li l-investiment fin-nies u li jiżdied l-aċċess għal opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja huma importanti daqs l-investiment fit-teknoloġiji diġitali, ekoloġiċi u sostenibbli. |
|
4.3. |
Il-KESE jistieden lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex itejbu l-appoġġ għall-għalliema u l-edukaturi fl-użu ta’ teknoloġiji diġitali, ekoloġiċi u sostenibbli fl-ambjenti ta’ tagħlim, billi jinvestu fl-iżvilupp professjonali inizjali u kontinwu tagħhom u fil-ħiliet u l-kompetenzi diġitali u ekoloġiċi tagħhom stess. |
|
4.4. |
Il-KESE jappella li jkun hemm investiment f’riċerka lonġitudinali, interdixxiplinari u imparzjali dwar l-aspetti differenti tat-teknoloġiji diġitali fl-edukazzjoni, li torbot ix-xjenzi tal-edukazzjoni, il-pedagoġija, il-psikoloġija, is-soċjoloġija, in-newroxjenzi, l-inġinerija u x-xjenzi tal-informatika, sabiex jiġi esplorat aktar kif qed jiżviluppaw l-imħuħ tat-tfal fid-dinja diġitali. |
|
4.5. |
Il-KESE jappella għal approċċ komprensiv għall-istrateġiji diġitali li jippromovu l-iżvilupp tal-kapaċitajiet bażiċi bħala l-pedament tal-koeżjoni soċjali. |
|
4.6. |
Il-KESE jilqa’ s-Sena Ewropea tal-Ħiliet u jiġbed l-attenzjoni għall-approċċ tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet diġitali u ekoloġiċi minn perspettiva usa’. Madankollu, huwa kruċjali li jitnaqqsu d-distakki fil-ħiliet diġitali bażiċi, meta wieħed iqis li 54 % biss tal-Ewropej għandhom dawn il-ħiliet, filwaqt li l-miri tad-Deċennju Diġitali tal-Ewropa jipprevedu li 80 % tal-Ewropej ikollhom mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi sal-2030. Il-KESE jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-kompetenzi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet relatati mal-użu ta’ teknoloġiji ġodda, bħall-analiżi tal-big data, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà. |
|
4.7. |
Il-KESE jemmen li l-iżvilupp taċ-ċittadinanza diġitali huwa prerekwiżit biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tal-istudenti kollha fis-soċjetà. Fir-rigward tat-tranżizzjoni doppja, għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-differenza bejn il-ġeneri li toħroġ fid-dieher mill-aċċess tan-nisa għat-taħriġ. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni ma tistax titħalla tibqa’ lura minħabba n-nuqqas ta’ approċċ abbażi tal-ġeneru. Għal dan l-għan, il-Qafas Ewropew ta’ Kompetenza Diġitali (DigComp 2.0) jenħtieġ li jiġi promoss aħjar biex jiġi żgurat li jiġi aċċettat minn fornituri differenti tat-tagħlim u minn partijiet ikkonċernati tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiġi promoss is-sett usa’ ta’ kompetenzi meħtieġa biex wieħed isir ċittadin diġitali. |
|
4.8. |
Il-KESE jinnota li l-lakuni fl-aċċess għar-riżorsi diġitali u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali huma marbuta mal-ambjent soċjoekonomiku. Il-lakuni reġjonali u soċjoekonomiċi għandhom jingħalqu permezz ta’ garanziji ta’ appoġġ immirat għall-iżjed gruppi żvantaġġati u b’attenzjoni għaż-żoni rurali. |
|
4.9. |
Il-KESE jappella li jiġu stabbiliti prinċipji relatati mal-interoperabbiltà u l-protokolli miftuħa fl-għodod diġitali użati, sabiex jitrawwem spazju ta’ tagħlim online aktar demokratiku u għodod diġitali alternattivi għal dawk li ilhom jeżistu u tradizzjonali, li jippermettu l-ħolqien konġunt ta’ tagħlim u kontenut. |
|
4.10. |
L-iżvilupp tal-kompetenzi diġitali jenħtieġ li jiġi mmonitorjat permezz tas-Semestru Ewropew u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jiġi żgurat li kwalunkwe finanzjament użat biex jingħalqu l-lakuni fl-infrastruttura diġitali jkun appoġġjat minn politiki ta’ tagħlim adatti biex tingħata spinta lill-kompetenzi diġitali. |
|
4.11. |
Il-KESE jirrikonoxxi d-diffikultajiet esperjenzati mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll mill-SMEs biex jadattaw għat-tranżizzjoni diġitali minħabba nuqqas ta’ riżorsi għad-diġitalizzazzjoni jew it-taħriġ inadegwat biex jagħmlu dan. Jenħtieġ li jiġu ffaċilitati aktar opportunitajiet ta’ finanzjament, azzjonijiet ta’ tagħlim bejn il-pari u l-iskambju ta’ riżorsi diġitali fis-settur, u jitqies kif l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jservu bħala faċilitaturi jew fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aċċess għal software bla ħlas jiġi promoss biex jiġu żgurati aċċess b’xejn, il-ħolqien konġunt ta’ spazji online b’mod demokratiku, u l-promozzjoni ta’ riżorsi diġitali alternattivi li jiftħu l-ispazju online għal kulħadd. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.cedefop.europa.eu/en/news/more-employment-higher-skills-demand
(2) https://www.businesseurope.eu/sites/buseur/files/media/reports_and_studies/2020-06-22_agreement_on_digitalisation_-_with_signatures.pdf
(3) https://www.businessinsider.com/service-industry-work-from-home-remote-madrid-london-paris-berlin-2021-2?r=US&IR=T
(4) https://www.cedefop.europa.eu/files/3092_en.pdf
(5) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew.
(6) Adult Learning Statistical Report, https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=8337&furtherPubs=yes
(7) Pereżempju, il-finanzjament ta’ Scuola Edile fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Italja permezz tal-ftehim kollettiv għas-settur, jew Fondi Interprofessionali, fondi speċifiċi għall-finanzjament ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għall-SMEs, miftiehma mill-imsieħba soċjali fil-ftehimiet kollettivi.
(8) http://erc-online.eu/wp-content/uploads/2020/07/Final-22-06-20-with-signatures_Agreement-on-Digitalisation-2020.pdf
(9) https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9242-2022-INIT/mt/pdf
(10) https://joint-research-centre.ec.europa.eu/greencomp-european-sustainability-competence-framework_en
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/71 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Karta Ewropea tad-Diżabilità”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Kummissjoni Ewropea)
(2023/C 228/09)
|
Relatur: |
Ioannis VARDAKASTANIS |
|
Konsultazzjoni |
Opinjoni esploratorja mitluba mill-Kummissjoni Ewropea, 20.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
3.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
135/2/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni Ewropea li tniedi Karta tad-Diżabilità tal-UE, li tippermetti d-dritt għall-moviment liberu u r-residenza madwar l-UE għall-persuni b’diżabilità billi tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità għad-detenturi tal-karta. Il-moviment tal-persuni b’diżabilità ilu għal żmien twil jitlob għall-introduzzjoni tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE, li hija prijorità għolja tiegħu, minħabba l-limitazzjonijiet kontinwi għad-drittijiet tal-libertà tal-moviment li jġib miegħu n-nuqqas ta’ rikonoxximent tad-diżabilità. |
|
1.2. |
Il-KESE jenfasizza li n-nuqqas ta’ rikonoxximent reċiproku tad-diżabilità jfixkel id-disponibbiltà ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-persuni b’diżabilità, li jimplika ċaħda diretta tar-realizzazzjoni tad-drittijiet tagħhom li jivvjaġġaw u/jew jiċċaqilqu lejn pajjiżi oħra tal-UE. |
|
1.3. |
Il-KESE jifhem li t-titjib ta’ din il-libertà tal-moviment permezz tar-rikonoxximent reċiproku tad-diżabilità jtejjeb il-bini ta’ identità Ewropea komuni u jwassal għal konsistenza akbar għall-persuni b’diżabilità, u joħloq sensibilizzazzjoni fost il-fornituri tas-servizzi dwar in-nuqqas ta’ aċċessibbiltà u, fuq medda twila ta’ żmien, itejjeb l-aċċess. Dan se jkun ta’ benefiċċju għalihom, fl-istess ħin, billi jiżdied l-għadd ta’ viżitaturi. |
|
1.4. |
Il-Karta tad-Diżabilità tal-UE se ssaħħaħ ukoll il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali differenti u l-aġenziji tal-gvern għas-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ diżabilità, u b’hekk ċerti persuni b’diżabilità inviżibbli jingħataw għodda biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-vantaġġi u s-servizzi mingħajr ma jkollhom għalfejn jispjegaw id-diżabilitajiet tagħhom. Hija se tiffaċilita wkoll il-forniment ta’ servizzi lil persuni b’diżabilità minn Stati Membri li ma għandhomx karta nazzjonali tad-diżabilità billi tipprovdi dokument li jistgħu jużaw ukoll fil-livell nazzjonali bħala prova ta’ diżabilità. |
|
1.5. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li t-tnedija tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE tiġi kkomplementata b’miżuri, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, immirati biex itejbu l-aċċessibbiltà ġenerali tal-ambjenti mibnija, tat-trasport, tas-servizzi u tal-oġġetti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), regolamenti dwar l-aċċessibbiltà għat-trasport (3) u standards għall-aċċessibbiltà relatati. |
|
1.6. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tipproponi inizjattiva leġiżlattiva għall-Karta Ewropea tad-Diżabilità, u jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi regolament, peress li huwa strument aktar adatt biex tiġi żgurata l-aġilità tal-applikazzjoni u biex jiġu evitati differenzi fl-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali. |
|
1.7. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE jiġi inkluż l-aċċess għall-forom kollha ta’ servizzi, benefiċċji u skontijiet li diġà jingħataw fil-livell nazzjonali, aċċettati mis-servizzi kollha li joffru kundizzjonijiet preferenzjali jew adattamenti għall-persuni b’diżabilità, kemm jekk ipprovduti minn entitajiet pubbliċi jew privati. |
|
1.8. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Karta tad-Diżabilità tal-UE tipprovdi l-possibbiltà li jingħata aċċess għall-benefiċċji marbuta mal-politiki soċjali pubbliċi u/jew mas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali fuq bażi temporanja meta persuna b’diżabilità tmur tgħix fi Stat Membru biex tistudja jew taħdem, tal-inqas matul il-proċess biex id-diżabilità tiġi vvalutata mill-ġdid u ċċertifikata. |
|
1.9. |
Għalkemm ir-rikonoxximent tad-diżabilità permezz tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE ma jimplikax l-omoġenizzazzjoni tal-mudelli tal-valutazzjoni tad-diżabilità fost l-Istati Membri, dan iġiegħel lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi attwali bbażati primarjament fuq approċċ mediku biex ikunu aktar konformi mal-mudelli li jirrispettaw l-UNCRPD. |
|
1.10. |
Il-KESE jemmen li l-karta trid tkun f’forma fiżika b’kapaċitajiet diġitali, kompletament aċċessibbli u b’daqs standardizzat ta’ karta tal-identità, inkluża informazzjoni dwar l-assistenza personali u/jew dwar l-akkumpanjatur ta’ sid il-karta. |
|
1.11. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-leġiżlazzjoni dwar il-Karta tad-Diżabilità tal-UE trid tinkludi sit web kompletament aċċessibbli fil-livell tal-UE, li jinkludi wkoll verżjoni faċli li jinqara u l-lingwa tas-sinjali, li jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE, u jipprovdi informazzjoni prattika għal kull pajjiż. Il-leġiżlazzjoni għandha tinkludi wkoll kampanji ta’ sensibilizzazzjoni madwar l-UE u nazzjonali fil-lingwi kollha tal-UE għall-pubbliku ġenerali, għall-utenti potenzjali tal-karta u għall-fornituri tas-servizzi. |
|
1.12. |
Il-KESE jappoġġja l-proposta li tiġi żviluppata leġiżlazzjoni ġdida dwar il-Kard tal-UE għall-Parkeġġ flimkien mal-proposta għal Karta tad-Diżabilità tal-UE. Madankollu, huwa jappella lill-Kummissjoni biex tqis li ż-żewġ karti għandhom jibqgħu fiżikament separati fil-każijiet kollha. |
|
1.13. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-istituzzjonijiet tal-UE jżommu kollaborazzjoni mill-qrib mal-persuni b’diżabilità, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ persuni b’diżabilità (DPOs) fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali fl-iżvilupp, l-eżekuzzjoni u, aktar tard, il-valutazzjoni tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE. |
|
1.14. |
Il-KESE jifhem li l-Karta tad-Diżabilità tal-UE hija kompletament konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (4) u tipproteġi l-informazzjoni personali tal-utent. Huwa jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ din id-data, flimkien ma’ miżuri ta’ sigurtà u kontra l-falsifikazzjoni, permezz tal-leġiżlazzjoni proposta fit-tfassil u l-użu tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-KESE jinnota li l-istatus taċ-ċittadinanza Ewropea, kif sanċit fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jinvolvi d-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri (5). Għall-persuni b’diżabilità, dan id-dritt huwa protett mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD), irratifikata mill-Unjoni Ewropea u s-27 Stat Membru, li fl-Artikolu 18 tiddetermina l-libertà tal-moviment, il-libertà li jagħżlu r-residenza u n-nazzjonalità tagħhom, fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor. Il-fehim tad-diżabilità bħala sensiela ta’ insuffiċjenzi li flimkien ma’ diversi ostakli jistgħu jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor (6), għalhekk, huwa r-responsabbiltà tas-soċjetà kollha kemm hi, b’mod partikolari permezz ta’ politiki pubbliċi nazzjonali u Ewropej, li tipproteġi u tippermetti b’mod effettiv it-twettiq ta’ dan id-dritt. |
|
2.2. |
Skont dan il-qafas, l-għoti ta’ appoġġ, assistenza, miżuri ta’ aċċessibbiltà, servizzi speċifiċi, akkomodazzjoni raġonevoli, azzjonijiet pożittivi u forom oħra ta’ benefiċċji għall-persuni b’diżabilità huma l-għodod li permezz tagħhom tinkiseb it-tgawdija ugwali tad-drittijiet u jingħelbu l-ostakli. Għalhekk, in-nuqqas ta’ rikonoxximent tad-diżabilità li jfixkel id-disponibbiltà ta’ dawn il-miżuri ta’ appoġġ jimplika ċaħda diretta tar-realizzazzjoni tad-drittijiet tas-87 miljun persuna b’diżabilità li jgħixu fl-UE biex jivvjaġġaw u/jew jiċċaqilqu lejn pajjiżi oħra tal-UE. |
|
2.3. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tipproponi inizjattiva leġiżlattiva għall-Karta Ewropea tad-Diżabilità, u jirrakkomanda bil-qawwa li l-Karta Ewropea tad-Diżabilità tiġi stabbilita permezz ta’ regolament, applikabbli fl-Istati Membri kollha b’mod rapidu, effettiv u omoġenju. Regolament huwa strument aktar adatt biex tiġi żgurata l-aġilità fl-applikazzjoni u biex jiġu evitati differenzi fl-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni ma jistax ikollha n-natura ta’ rakkomandazzjoni, peress li din ma tippermettix li l-karta jkollha applikabbiltà universali u omoġenja. Fil-każ ta’ direttiva, ikun hemm riskju għoli ta’ estensjoni mhux definita taż-żmien meħtieġ għat-traspożizzjoni tagħha, b’sitwazzjonijiet potenzjali fejn il-Karta tad-Diżabilità tal-UE jkollha status attiv f’xi Stati Membri iżda pajjiżi oħra tal-UE ma jkollhomx leġiżlazzjoni adegwata li tapplika l-benefiċċji tagħha. Min-naħa l-oħra, regolament ikollu effett immedjat f’kull Stat Membru. |
|
2.4. |
Il-Karta tad-Diżabilità tal-UE, li tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakli għall-persuni b’diżabilità biex jiċċaqilqu liberament fl-UE, għalhekk taħdem u jkollha l-karatteristiċi ta’ Passaport Ewropew tad-Diżabilità, li jippermetti l-identifikazzjoni tas-servizzi u l-benefiċċji kollha li jistħoqqilhom bid-dritt u l-aċċess sussegwenti għalihom. |
|
2.5. |
Il-KESE jemmen li l-proġett pilota li tnieda bejn l-2016 u l-2019 fi tmien Stati Membri wera l-fattibbiltà tal-karta u l-opportunitajiet li hija toffri lill-utenti, kif hija tippermetti mobbiltà aktar faċli billi tagħti aċċess għal kundizzjonijiet ta’ benefiċċju għal servizzi partikolari diġà disponibbli għall-persuni b’diżabilità tal-Istat Membru ospitanti. |
|
2.6. |
Il-valutazzjoni tal-proġett pilota (7) li saret fl-2021 iddeskriviet fid-dettall din l-effettività. Pereżempju, l-użu tal-karta ta spinta lill-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-setturi tal-kultura u tad-divertiment, żdiedet il-mobbiltà transfruntiera u ħafna utenti tejbu l-esperjenzi turistiċi tagħhom barra minn pajjiżhom. |
|
2.7. |
Madankollu, il-valutazzjoni wriet ukoll li l-utenti talbu ambizzjoni u kopertura akbar ta’ aktar setturi, inkluż is-settur tat-trasport, li kien limitat. Barra minn hekk, il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tqiesu meħtieġa ħafna sabiex l-utenti potenzjali jkunu jistgħu jifhmu aħjar il-possibbiltajiet il-ġodda u l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jirrikonoxxu l-karta u l-iskontijiet u s-servizzi li din tinvolvi. |
|
2.8. |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni jesprimi b’mod ċar l-opportunitajiet iżda wkoll it-talbiet minn persuni b’diżabilità u l-lakuni potenzjali li l-Karta tad-Diżabilità tal-UE tista’ tenfasizza jekk is-setturi koperti jkunu limitati. Għalhekk, il-KESE jenfasizza l-importanza li jingħata aċċess għall-forom kollha ta’ servizzi, benefiċċji u skontijiet li diġà jingħataw fil-livell nazzjonali lill-utenti tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE, li jkunu aċċettati mis-servizzi kollha li joffru kundizzjonijiet preferenzjali jew adattamenti lil persuni b’diżabilità, kemm jekk ipprovduti minn entitajiet pubbliċi jew privati. Huwa jemmen li l-leġiżlazzjoni m’għandhiex tistabbilixxi lista limitata ta’ setturi iżda għandha tapplika għas-servizzi kollha tas-suq uniku tal-UE, peress li l-elenkar ikun jinvolvi ħafna eċċezzjonijiet, tinżamm il-biċċa l-kbira tal-ostakli attwali u tiġi limitata l-effettività tagħha. |
|
2.9. |
Il-KESE jifhem li, fir-rigward tal-kopertura tal-benefiċċji marbuta mal-politiki soċjali pubbliċi u/jew is-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali bħall-appoġġ ekonomiku dirett, l-għoti ta’ assistenza personali, l-appoġġ għall-istudenti jew il-benefiċċji relatati max-xogħol lill-kumpaniji li jimpjegaw impjegati b’diżabilità, il-Karta tad-Diżabilità tal-UE għandha tipprovdi l-possibbiltà li jingħataw dawn is-servizzi fuq bażi temporanja meta persuna b’diżabilità tiċċaqlaq lejn Stat Membru biex tistudja jew taħdem, tal-inqas matul il-proċess biex id-diżabilità tiġi vvalutata mill-ġdid u ċċertifikata. Dan se jfisser li l-persuni b’diżabilità li jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor għal impjieg jew biex jistudjaw (eż. il-programm Erasmus+) se jkollhom il-possibbiltà li jaċċessaw kwalunkwe appoġġ meħtieġ biex jaħdmu jew jistudjaw fuq bażi ugwali. |
|
2.10. |
Il-KESE jenfasizza li l-Karta tad-Diżabilità tal-UE hija kompletament konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u tipproteġi l-informazzjoni personali tal-utent, peress li l-użu ta’ dan id-dokument għall-aċċess għas-servizzi u benefiċċji jissalvagwardja lill-persuna milli tkun obbligata turi u tinforma dwar id-data personali, b’mod partikolari l-valutazzjoni tad-diżabilità u l-informazzjoni dwar is-saħħa personali. |
|
2.11. |
Il-proposta għal Karta Ewropea tad-Diżabilità għandha tinkludi t-tnedija ta’ sistema ta’ infurzar u ta’ monitoraġġ, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva tagħha, flimkien ma’ struttura biex jiġu indirizzati u ġestiti l-ilmenti u t-talbiet tal-utenti. |
|
2.12. |
Il-KESE jifhem li r-rikonoxximent tad-diżabilità permezz tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE ma jimplikax l-omoġenizzazzjoni tal-mudelli tal-valutazzjoni tad-diżabilità fost l-Istati Membri. Madankollu, dan iġiegħel lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi attwali bbażati primarjament fuq approċċ mediku biex ikunu aktar konformi mal-mudelli li jirrispettaw l-UNCRPD. Skont ir-riċerka reċenti tal-Parlament Ewropew dwar Disability assessment, mutual recognition and the EU Disability Card (Il-valutazzjoni tad-diżabilità, ir-rikonoxximent reċiproku u l-Karta tad-Diżabilità tal-UE) (mhux disponibbli bil-Malti), hemm kunsens qawwi dwar il-ħtieġa li tittejjeb l-adozzjoni ta’ prinċipji kondiviżi u armonizzazzjoni akbar dwar il-valutazzjonijiet tad-diżabilità, id-definizzjonijiet tad-diżabilità u r-rikonoxximent reċiproku. Barra minn hekk, jifhem li s-sistemi ta’ valutazzjoni eżistenti ffukaw aktar fuq il-karatteristiċi individwali milli fuq dawk ambjentali, u jiddependu ħafna fuq l-għarfien mediku jew it-testijiet ta’ individwi li jiffunzjonaw barra mill-kuntest aktar milli approċċ aktar olistiku li jqis is-sitwazzjonijiet tal-ħajja reali tan-nies (8). |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Il-KESE jemmen li, fir-rigward tal-format, il-karta trid tkun fiżika, b’kapaċitajiet diġitali — pereżempju, kodiċi QR u/jew ċippa elettronika marbuta mad-dettalji tal-valutazzjoni tad-diżabilità tkun żieda pożittiva. Din il-karta fiżika trid tkun kompletament aċċessibbli, b’deskrizzjoni bil-braille, u daqs standardizzat tal-karta tal-identità. |
|
3.2. |
Il-proġett tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE jrid jinkludi sit web fil-livell tal-UE li jipprovdi dettalji prattiċi għal kull pajjiż, bħal fejn tista’ tinkiseb il-karta u kif taħdem. Is-sit web tal-UE għandu jkun disponibbli b’kull lingwa u jrid ikun aċċessibbli fl-ogħla livell ta’ konformità (AAA) tal-Linji Gwida għall-Aċċessibilità għall-Kontenut tal-Web (9), b’format faċli li jinqara u jkun disponibbli bil-lingwa tas-sinjali, kif għandhom ikunu wkoll is-siti web nazzjonali u l-proċess sħiħ biex tinkiseb il-karta. |
|
3.3. |
Il-Karta tad-Diżabilità tal-UE għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-assistenza personali u/jew l-akkumpanjaturi ta’ sid il-karta, sabiex tinkludihom fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-benefiċċji u l-appoġġ kull meta jkun applikabbli. Din l-informazzjoni tista’ tiġi espressa b’simbolu konkret jew tissemma fil-karta fiżika. |
|
3.4. |
Il-KESE jemmen li l-użu tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE jrid ikun volontarju, u li jiġi kkodifikat fil-liġi li kull persuna b’diżabilità tista’ tiddeċiedi hi stess jekk tridx tapplika għall-karta, u qatt m’għandu jkun obbligu li wieħed ikollu tali karta biex jipprova diżabilità. |
|
3.5. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi strument ta’ finanzjament biex tiġi stabbilita l-Karta tad-Diżabilità tal-UE fl-Istati Membri kollha tal-UE inkluż is-sit web tal-UE. Wara, irid jiġi żgurat finanzjament kontinwu għall-istampar u l-ħruġ tal-karta, il-persunal, il-komunikazzjoni u l-manutenzjoni tas-sit web u għodod relatati bħal applikazzjonijiet mobbli possibbli. Dan jista’ jsir permezz ta’ kontinwazzjoni tal-istrument ta’ finanzjament tal-UE u/jew permezz ta’ flussi ta’ finanzjament nazzjonali. |
|
3.6. |
Il-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar il-Karta tad-Diżabilità tal-UE huma kruċjali biex jiġi żgurat li din tilħaq lill-benefiċjarji potenzjali kollha u lill-fornituri tas-servizzi. It-tnedija tal-karta għandha tkun akkumpanjata minn kampanji ta’ sensibilizzazzjoni madwar l-UE u fil-livell nazzjonali għall-pubbliku ġenerali, għall-utenti potenzjali tal-karta biex japplikaw, u għall-fornituri tas-servizzi biex jissieħbu fl-iskema sabiex il-karta tkun tista’ tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha, bil-għan li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għal kulħadd. Għandu jsir sforz partikolari biex jintlaħqu dawk il-persuni b’diżabilità li jista’ jkollhom aktar diffikultajiet biex jaċċessaw informazzjoni dwar l-eżistenza tal-karta, il-benefiċċji tagħha u l-proċessi involuti biex tinkiseb, bħall-persuni b’diżabilità psikosoċjali jew intellettwali u dawk li għandhom sistema ta’ appoġġ limitata, bħal fil-każ tar-refuġjati b’diżabilità. Biex jintlaħqu aħjar ir-refuġjati Ukreni b’diżabilità, għandu jkun hemm ukoll komunikazzjoni bil-lingwa Ukrena. Din il-kampanja għandha tiġi segwita b’komunikazzjoni regolari biex jiġu aġġornati d-detenturi tal-karti u l-pubbliku ġenerali dwar żidiet ġodda fl-iskema tal-karti u l-benefiċċji tal-karta b’mod ġenerali biex jiġi żgurat li dan il-proġett tal-UE jkun viżibbli ħafna. |
|
3.7. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-istituzzjonijiet tal-UE jkollhom kollaborazzjoni mill-qrib mal-persuni b’diżabilità, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b’diżabilità (DPOs) fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-proġett għandu jitwettaq bl-involviment sħiħ tal-persuni b’diżabilità u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. Dan għandu jseħħ kemm fil-livell ta’ politika biex tiġi żviluppata l-karta u fil-livell eżekuttiv biex tiġi implimentata u distribwita, kif ukoll biex issir komunikazzjoni dwarha. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji annwali dwar l-isfidi, il-progress u l-prattiki tajba fost l-Istati Membri, bl-involviment tal-persuni b’diżabilità u tad-DPOs, biex ittejjeb l-ambitu u l-użu tal-karta maż-żmien. |
|
3.8. |
L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE għandha tinkludi proċess ta’ ġbir ta’ data dwar informazzjoni anonimizzata dwar il-benefiċjarji, diżaggregata skont il-ġeneru u l-età. |
4. Kard tal-UE għall-Parkeġġ
|
4.1. |
Il-KESE jifhem l-importanza li tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni li tarmonizza l-karatteristiċi u l-funzjonament tal-Kard tal-UE għall-Parkeġġ. Il-formati differenti tal-kard implimentati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew saħansitra lokali għadhom jimplikaw ostakli u funzjonament ħażin għall-utenti. Madankollu, l-użu tagħha huwa ta’ importanza kbira għal ħafna persuni b’diżabilità, b’mod partikolari peress li hija l-unika soluzzjoni li tippermetti aċċess għal żoni urbani ristretti, minħabba li t-trasport pubbliku spiss ma jkunx alternattiva minħabba nuqqas ta’ aċċessibbiltà. |
|
4.2. |
Il-KESE jemmen li l-format, il-karatteristiċi u l-proċedura għall-ħruġ tal-Kard tal-UE għall-Parkeġġ għandhom jiġu armonizzati, f’forma li tkun vinkolanti għall-Istati Membri u kkomunikata b’mod ċar lill-utenti tal-kard. Il-kontrolli fuq l-użu frodulenti tal-kard u l-użu illegali tal-parkeġġi riżervati għal persuni b’diżabilità għandhom jissaħħu, u għandhom jiġu implimentati miżuri aktar iebsa ta’ sigurtà u ta’ kontra l-falsifikazzjoni flimkien ma’ multi ogħla u aktar effettivi kontra l-użu ħażin u l-falsifikazzjoni. Il-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni għandha tkun immirata wkoll lejn il-pubbliku ġenerali fir-rigward tal-ġlieda kontra l-użu illegali ta’ spazji ta’ parkeġġ riżervati għal persuni b’diżabilità. |
|
4.3. |
Il-leġiżlazzjoni dwar il-Kard tal-UE għall-Parkeġġ għandha tarmonizza aktar ir-regoli dwar l-eliġibbiltà u l-proċedura tal-ħruġ, f’forma li hija vinkolanti għall-Istati Membri u kkomunikata b’mod ċar lill-utenti tal-kard. Hija tista’ tiffaċilita wkoll l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn l-awtoritajiet nazzjonali billi jinbeda grupp ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar is-suġġett, li jippermetti li jiġu żviluppati l-ideat fil-livell tal-UE. |
|
4.4. |
L-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni l-ġdida għall-Kard tal-UE għall-Parkeġġ, flimkien mal-proposta għal Karta tad-Diżabilità tal-UE jridu jqisu li ż-żewġ dokumenti jridu jibqgħu fiżikament separati fil-każijiet kollha. Mhux il-persuni kollha b’diżabilità li huma detenturi potenzjali tal-karti tad-diżabilità jsuqu wkoll vettura u, għal raġunijiet prattiċi, il-kard għall-parkeġġ trid tibqa’ fil-vettura pparkjata, filwaqt li l-Karta tad-Diżabilità tal-UE għandha tinġarr mill-utent. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(3) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1; ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1; ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1; ĠU L 123, 17.5.2003, p. 18; ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14; ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110; ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1; ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(5) ĠU C 115, 9.5.2008, p. 47 Artikolu 20, 2. (a).
(6) Nazzjonijiet Uniti. (2006). Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Serje tat-Trattati, 2515, 3.
(7) Kummissjoni Ewropea. 2021. Studju li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-azzjoni pilota dwar il-Karta tad-Diżabilità tal-UE u l-benefiċċji assoċjati. Rapport Finali https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=mt&pubId=8407&furtherPubs=yes (mhux disponibbli bil-Malti).
(8) Il-Parlament Ewropew, Disability assessment, mutual recognition and the EU Disability Card. Progress and opportunities. (Valutazzjoni tad-diżabilità, rikonoxximent reċiproku u l-Karta tad-Diżabilità tal-UE. Progress u opportunitajiet) [mhux disponibbli bil-Malti] Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni PE 739.397 — Novembru 2022.
(9) Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.0 http://www.w3.org/TR/WCAG20/
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/76 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-inizjattiva dwar dinjiet virtwali, bħall-metavers
(opinjoni esploratorja fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea)
(2023/C 228/10)
|
Relatur: |
Martin BÖHME |
|
Korelatur: |
Hervé JEANNIN |
|
Konsultazzjoni |
20.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
|
Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
19.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
153/1/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa konvint li l-metavers u l-iżvilupp ta’ dinjiet virtwali x’aktarx li se jkollhom impatt drastiku fuq il-mod kif ngħixu flimkien. Il-metavers huwa univers diġitali interkonness ħafna (spazju virtwali) li juża l-Internet, avatars u aġenti tas-software u li jgħaqqadhom flimkien biex joħloq dinja fiżika u virtwali ġdida. Dan għandu implikazzjonijiet għall-ambjent tan-negozju, għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili. Dawn il-bidliet se jġibu magħhom kemm opportunitajiet kif ukoll riskji li s-soċjetà se jkollha tindirizza. Jeħtieġ li jsir progress fir-rigward tal-aċċettazzjoni tal-użu ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda, u b’hekk tiżdied is-sikurezza għal kull tip ta’ ħaddiem. |
|
1.2. |
Fil-fehma tal-KESE, huwa importanti li jiġi żgurat li l-ġenerazzjoni li jmiss tal-Internet tkun miftuħa u konnessa. Il-metavers huwa mibni fuq pedament ta’ dinjiet virtwali interkonnessi, li jinħolqu bl-użu ta’ diversi teknoloġiji bħal software ta’ mmudellar 3D, Web 3.0, realtà awmentata/virtwali/estiża, intelliġenza artifiċjali/tagħlim awtomatiku, u computing distribwit. L-organizzazzjonijiet jistgħu jaraw kif dawn it-teknoloġiji jistgħu jtejbu l-mudelli tan-negozju tagħhom, iżda jeħtiġilhom jindirizzaw kwistjonijiet kritiċi, bħal kif jevalwaw ix-xejriet tas-suq, il-kapaċitajiet tas-sors, ikejlu l-involviment, u jadattaw in-negozji biex jibqgħu kompetittivi. L-opportunitajiet u l-isfidi huma spjegati aktar fid-dettall fil-paragrafi 3.2 u 3.3, u għadd ta’ eżempji industrijali speċifiċi huma stabbiliti fil-paragrafu 3.10. Jeħtieġ li jiġi analizzat kontinwament jekk il-leġiżlazzjoni attwalment fis-seħħ hijiex biżżejjed biex jiġu rregolati d-dinjiet virtwali. Il-KESE jtenni l-pożizzjoni reċenti tal-Parlament Ewropew u jenfasizza l-importanza li jiġi ddeterminat b’mod korrett l-istatus tal-impjieg ta’ dawk involuti f’dinjiet virtwali u li jiġi żgurat li dawn jitqiesu bħala impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom, skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol reali tagħhom. |
|
1.3. |
L-iżvilupp tal-metavers jeħtieġ kunsiderazzjoni bir-reqqa mil-leġiżlatur sabiex jiġi żgurat ambjent sikur. Il-kollaborazzjoni kontinwa fost il-partijiet ikkonċernati hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-metavers ikun ta’ benefiċċju għas-soċjetà. Madankollu, dinjiet virtwali bħall-metavers joħolqu wkoll riskji, speċjalment għat-tfal u l-gruppi vulnerabbli. L-operaturi ta’ pjattaformi jeħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kontroll rigorużi biex jiffiltraw u jneħħu kontenut dannuż u jintroduċu salvagwardji biex jipprevjenu l-fastidju u l-abbuż. |
|
1.4. |
Il-metavers jista’ jkollu impatt ukoll fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa u s-sikurezza. Huwa importanti li jiġi żgurat li jiġu stabbiliti miżuri adegwati sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet, inkluż permezz tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ħaddiema u jiġi pprovdut aċċess għat-taħriġ biex jittejbu l-kompetenzi u l-ħiliet. L-UE jeħtieġ li tiggarantixxi li l-leġiżlazzjoni eżistenti li tapplika fid-dinja reali tiġi rispettata wkoll fid-dinja virtwali u li, fejn meħtieġ, jittieħdu miżuri adegwati biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi għar-regolamentazzjoni tal-metavers. |
|
1.5. |
L-użu tal-metavers fl-industrija llum, fil-fehma tal-KESE, huwa ffukat fuq l-ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet, il-ġbir tad-data u t-titjib tal-prestazzjoni. It-tewmin diġitali wrew li huma għodda siewja għall-kumpaniji biex jilħqu dawn l-għanijiet. Il-metavers għandu jipprovdi soluzzjonijiet għal problemi mhux solvuti jew jippermetti li l-prodotti jiġu manifatturati b’inqas spejjeż u f’inqas ħin, itejjeb il-kwalità, inaqqas ir-riskju u jżid l-effiċjenza. |
|
1.6. |
Il-metavers jista’ potenzjalment ikollu impatt pożittiv fuq l-ambjent u t-tibdil fil-klima billi jippermetti x-xogħol mill-bogħod f’livell ġdid, inaqqas il-ħtieġa għall-ivvjaġġar fiżiku u jnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju. Barra minn hekk, il-metavers jista’ jintuża biex jiġu ssimulati u ttestjati prattiki sostenibbli, bħas-sistemi tal-enerġija rinnovabbli u l-bliet intelliġenti, qabel ma dawn jiġu implimentati fid-dinja fiżika. Madankollu, iridu jiġu kkunsidrati wkoll il-konsum tal-enerġija u l-marka tal-karbonju tat-teknoloġija meħtieġa biex jitħaddem il-metavers. L-espansjoni tad-dinjiet virtwali se tkompli żżid id-domanda globali għall-enerġija. Dan se jżid il-ħtieġa għall-ġenerazzjoni tal-enerġija ekoloġika. |
|
1.7. |
Il-KESE jqis li minn issa diġà hemm il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tat-tassazzjoni tal-attivitajiet fil-metavers. Il-kwistjonijiet fiskali fil-metaverse huma ta’ sfida, peress li l-mudelli tat-taxxa tradizzjonali jistgħu ma jkunux adatti u jistgħu jkunu meħtieġa approċċi ġodda biex jinġabru taxxi ġusti u effettivi. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-ġenerazzjoni li jmiss tal-Internet se tkun miftuħa u interkonnessa, faċilitatur diġitali għall-kummerċ u s-soċjetà. It-teknoloġiji assoċjati mal-metavers – ir-realtà awmentata, ir-realtà virtwali, ir-realtà estiża u t-tewmin diġitali – huma kapaċi jaċċelleraw l-involviment, is-soċjalizzazzjoni, il-kollaborazzjoni u l-esperjenzi, u joffru lill-utenti modi immersivi ġodda biex jaċċessaw il-prodotti u s-servizzi. |
|
2.2. |
L-organizzazzjonijiet għandhom l-opportunità li jaraw kif il-ġenerazzjoni li jmiss tal-Internet se ttejjeb il-prodotti u s-servizzi tagħhom. Dan jinkludi li jiġi kkunsidrat l-impatt tal-metavers fuq il-kummerċ, kif ir-realtà awmentata tista’ ttejjeb it-taħriġ, kif jistgħu jintużaw b’mod effettiv l-immudellar 3D u t-tewmin diġitali, u kif id-divertiment jista’ japplika ir-realtà virtwali. Madankollu, il-ħolqien ta’ dinjiet virtwali ġodda bħall-metavers iqajjem ukoll diversi mistoqsijiet fundamentali għall-organizzazzjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod urġenti. L-ewwel nett, l-organizzazzjonijiet iridu jqisu l-opportunitajiet adatti u jevalwaw is-suq, il-ħtiġijiet tal-klijenti u x-xejriet sabiex jibqgħu kompetittivi. It-tieni, huma jeħtieġu proċessi effettivi biex jiksbu l-kapaċitajiet, inklużi s-sħubijiet u l-esternalizzazzjoni. It-tielet, il-kejl tal-impatt tal-involviment u tal-esperjenza huma kruċjali biex itejbu l-prestazzjoni u s-sodisfazzjon tal-klijenti b’mod kontinwu. Fl-aħħar nett, l-organizzazzjonijiet jeħtiġilhom jadattaw il-mudelli ta’ negozju tagħhom għal teknoloġiji ġodda, swieq ġodda u aspettattivi kulma jmur ġodda tal-klijenti sabiex jibqgħu kompetittivi. |
|
2.3. |
Jeħtieġ ukoll li jiġi kkunsidrat kif id-dinjiet virtwali u fiżiċi se jiġu bbilanċjati sabiex tiġi żgurata l-kostruzzjoni responsabbli tal-metavers. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-metavers ikun ambjent sikur għall-konsumaturi u jkun allinjat mill-qrib mal-viżjoni “miftuħa” tal-iterazzjoni li jmiss tal-Internet. Il-konsumaturi jeħtiġilhom ikunu ppreparati għall-użu tiegħu u jirċievu taħriġ; għat-tfal u l-adolexxenti dan għandu preferibbilment isir fl-iskola. Barra minn hekk, huwa kruċjali li jiġi kkunsidrat jekk it-teknoloġija tistax tavvanza malajr biżżejjed biex tibni l-metavers tal-immaġinazzjoni tagħna. Dawn il-kwistjonijiet jeħtieġu djalogu kontinwu u kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati, fosthom l-industrija, dawk li jfasslu l-politika, l-imsieħba soċjali u n-networks tas-soċjetà ċivili, biex jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-metavers ikun ta’ benefiċċju għas-soċjetà kollha. |
|
2.4. |
Il-KESE jindika r-riskji possibbli, speċjalment għat-tfal u l-gruppi vulnerabbli bħall-persuni b’diżabilità u l-minoranzi. Peress li l-metavers iseħħ fid-dinja virtwali, it-trasgressuri jistgħu jżommu b’mod aktar faċli l-anonimità u jxerrdu messaġġi malizzjużi u dannużi lil utenti oħra b’impunità. Dan jista’ jwassal għal bullying ċibernetiku. Il-metavers jista’ jkun fih kontenut potenzjalment dannuż jew mhux xieraq li ma jkunx adatt għat-tfal. Huwa importanti li l-operaturi ta’ pjattaformi jistabbilixxu mekkaniżmi rigorużi ta’ kontroll biex jiffiltraw u jneħħu tali kontenut. Aspett problematiku jista’ jkun ukoll il-fatt li l-użu intensiv tal-metavers jista’ jikkorrispondi għal stil ta’ ħajja inattiv. Huwa l-kompitu politiku u r-responsabbiltà tal-UE li tiddefinixxi u timmonitorja l-kundizzjonijiet legali ta’ sikurezza għad-dinjiet virtwali. |
|
2.5. |
Il-KESE jenfasizza li d-dinjiet virtwali jista’ jkollhom impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa u s-sikurezza. Hemm bżonn li jiġi analizzat kontinwament jekk il-leġiżlazzjoni li attwalment hija fis-seħħ hijiex biżżejjed biex jiġu rregolati d-dinjiet virtwali. Il-KESE jtenni l-pożizzjoni reċenti tal-Parlament Ewropew u jenfasizza l-importanza li jiġi ddeterminat b’mod korrett l-istatus tal-impjieg ta’ dawk involuti f’dinjiet virtwali u li jiġi żgurat li dawn jitqiesu bħala impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom, skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol reali tagħhom (1). Huwa importanti li jiġi żgurat li jiġu stabbiliti miżuri adegwati biex jiggarantixxu s-sikurezza tal-ħaddiema u li jiġu applikati l-istess standards bħal fid-dinja reali. Id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma għalhekk essenzjali biex jiġu żgurati dawn il-miżuri. Huwa importanti wkoll li l-ħaddiema jiġu mħarrġa u infurmati sew biex jiġi żgurat li huma jkunu jistgħu jaħdmu b’mod sikur u effettiv f’dinjiet virtwali. It-tagħlim tul il-ħajja huwa aktar meħtieġ. L-iskrinjar tal-kompetenzi matul il-karriera ta’ persuna huwa essenzjali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ taħriġ (titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid). Anke f’dan il-każ, id-djalogu soċjali għandu l-kompitu li jipprovdi approċċ kollettiv li jippermetti lil kull ħaddiem individwali jkollu aċċess għal tali skrinjar tal-kompetenzi u għat-taħriġ meħtieġ sabiex itejjeb il-kompetenzi u l-ħiliet u biex jikkontribwixxi għall-bini tal-awtonomija Ewropea fil-qasam tad-dinja virtwali. |
|
2.6. |
Il-KESE jqis li d-dinjiet virtwali bħall-metavers se jkollhom impatt fuq l-ambjent u l-konsum tar-riżorsi. Minn naħa, huma jistgħu jikkunsmaw ammont sinifikanti ta’ enerġija, speċjalment meta jkunu ospitati fuq servers ta’ prestazzjoni għolja. Dan jista’ jwassal għal żieda fid-domanda għall-elettriku u b’hekk żieda fl-impronta tal-karbonju. Min-naħa l-oħra, madankollu, id-dinjiet virtwali jistgħu joffru l-potenzjal li jintużaw bħala sostitut għal esperjenzi u interazzjonijiet reali. Dan jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-konsum tar-riżorsi, speċjalment jekk in-nies jivvjaġġaw inqas u jużaw inqas prodotti fiżiċi. Il-KESE jara li jeħtieġ li jkun hemm rekwiżiti regolatorji biex jiġi żgurat li l-operaturi tad-dinja virtwali jieħdu miżuri biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi. Dan jinkludi l-użu tal-enerġija rinnovabbli bħall-enerġija solari jew mir-riħ, l-ottimizzazzjoni tas-servers u tal-hardware biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, u l-promozzjoni tar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-hardware u tat-tagħmir. |
|
2.7. |
Il-KESE jemmen li l-valuri Ewropej u filosofija ċċentrata fuq il-bniedem iridu jispiraw ir-regoli u l-governanza ta’ dinjiet virtwali. Għal din ir-raġuni, l-Ewropa għandha tieħu pożizzjoni dominanti fl-iżvilupp tal-metavers. Huwa l-kompitu tar-regolatur tal-UE li jaġixxi, kemm jista’ jkun, biex isib bilanċ tajjeb fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-interoperabbiltà tal-istandards, li għandu jiġi stabbilit b’mod kooperattiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-imsieħba soċjali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-dimensjoni soċjali u speċjalment liż-żgħażagħ fir-rigward tal-effett sekondarju tal-metavers. Jeħtieġ ukoll li nevitaw żbilanċi u inugwaljanzi ġeografiċi minħabba differenzi fl-infrastruttura diġitali madwar l-Ewropa. |
|
2.8. |
It-tassazzjoni tan-negozji fil-metavers hija sfida kumplessa, peress li l-kunċetti tradizzjonali tal-konfini ġeografiċi u l-postijiet fiżiċi m’għadhomx biżżejjed. Id-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli, il-valutazzjoni tal-assi diġitali u d-delineazzjoni tal-linji tan-negozju jeħtieġu riallinjament tal-bażi tat-tassazzjoni. Il-ħolqien ta’ mekkaniżmi regolatorji adatti biex jiġu żgurati prattiki tat-taxxa ġusti huwa essenzjali wkoll. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1. L-elementi kostitwenti tal-metavers
|
3.1.1. |
Mil-lat tekniku, il-metavers huwa mibni fuq pedament ta’ dinjiet virtwali interkonnessi, fejn kull dinja tista’ tirrappreżenta ambjent jew esperjenza distinta. Biex ikunu jistgħu jsiru interazzjoni u komunikazzjoni bejn l-utenti fil-metavers, jintużaw diversi protokolli u standards, bħall-Protokoll dwar l-Interoperabbiltà tal-Metavers Miftuħ (Open Metaverse Interoperability Protocol – OMI), li jippermetti interazzjoni bla xkiel bejn dinjiet virtwali differenti. Komponenti tekniċi oħra jinkludu protokolli tan-netwok, sistemi ta’ identità tal-utent u algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali. L-istack teknoloġiku tal-metavers għandu erba’ elementi kostitwenti ewlenin: (1) il-kontenut u l-esperjenzi, (2) il-pjattaformi (bħall-magni tal-logħob), (3) l-infrastruttura u l-hardware (inklużi t-tagħmir u n-networks), u (4) il-faċilitaturi (bħall-mekkaniżmi ta’ ħlas u s-sigurtà). Għaxar saffi jkopru dawn il-komponenti, li jipprovdu l-elementi kostitwenti kritiċi li fuqhom huma bbażati l-esperjenzi kollha tal-metavers. |
|
3.1.2. |
Fl-aħħar nett, il-metavers jinvolvi wkoll komponenti ekonomiċi u kummerċjali, bħall-muniti virtwali, is-swieq, u sistemi għax-xiri u l-bejgħ ta’ oġġetti u ta’ servizzi virtwali. Dawn il-komponenti huma mfassla biex jiffaċilitaw il-kummerċ u l-iskambju tal-valur fil-metavers, u jistgħu jiddependu fuq il-blockchain u teknoloġiji deċentralizzati oħra biex jiżguraw it-trasparenza u s-sigurtà. |
3.2. Opportunitajiet
|
3.2.1. |
Fil-fehma tal-KESE ta’ min jinnota li l-futur tal-metavers huwa magħmul minn diversi dimensjonijiet, inklużi l-metaversi tal-konsumaturi, tal-intrapriżi u tal-industrija. (i) Il-metavers tal-konsumaturi jservi bħala l-ispazju rikreazzjonali fejn l-individwi jistgħu jipparteċipaw f’logħob u interazzjonijiet soċjali fir-realtà virtwali. (ii) Il-metavers tal-intrapriżi jipprovdi pjattaforma għall-kodisinn mal-klijenti. (iii) Il-metavers industrijali jaġixxi bħala l-portal għall-manifattura tal-prodotti. |
|
3.2.2. |
Il-metavers industrijali għandu potenzjal sinifikanti għall-kumpaniji Ewropej li qed ifittxu li jottimizzaw l-operazzjonijiet tagħhom, jiġbru d-data u jtejbu l-prestazzjoni. L-użu ta’ tewmin diġitali fis-settur industrijali wera li huwa għodda siewja għall-kumpaniji biex jottimizzaw l-operazzjonijiet tagħhom, jiġbru d-data u jtejbu l-prestazzjoni, pereżempju billi jiddisinjaw mingħajr prototipi fiżiċi. |
|
3.2.3. |
Għall-individwi, in-natura bla xkiel tat-tranżizzjonijiet bejn l-esperjenzi u l-interazzjonijiet fiżiċi u t-titjib virtwali u multimodali tagħhom toffri għadd infinit ta’ possibbiltajiet. Il-metavers għandu effett ta’ lieva kbir għar-reklutaġġ, l-onboarding, it-taħriġ mingħajr riskju, u l-provvista ta’ ambjenti tax-xogħol mill-bogħod kollaborattivi u immersivi li jattiraw it-talent futur li l-industrija jeħtieġ li tiżviluppa. |
3.3. Sfidi
|
3.3.1. |
Il-valutazzjoni tal-KESE tas-sitwazzjoni attwali hija li l-aċċettazzjoni tal-użu ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda għad trid tiżdied. Iż-żieda meħtieġa fil-livell ta’ maturità meħtieġ mill-kombinazzjoni ta’ bosta teknoloġiji, l-evoluzzjoni tal-infrastrutturi, il-kapaċità tal-informatika u n-networks tal-komunikazzjoni huma wkoll prerekwiżiti għall-introduzzjoni fuq skala ta’ dan l-Internet ġdid għall-konsumaturi u ċ-ċittadini. |
|
3.3.2. |
Il-metavers joħloq sfidi urġenti li jolqtu lin-negozji, lill-impjegati tagħhom, lill-iżviluppaturi indipendenti u lill-ħallieqa tal-kontenut, lill-gvernijiet u lill-konsumaturi. Il-biċċa l-kbira tal-forza tax-xogħol se jkollha bżonn tingħata ħiliet ġodda biex tisfrutta l-metavers aktar milli tikkompeti miegħu, u l-bliet u l-pajjiżi jeħtiġilhom jistabbilixxu lilhom infushom bħala ċentri għall-iżvilupp tiegħu u se jkollhom bżonn jissieħbu fil-kompetizzjoni globali biex jattiraw it-talent u l-investiment, u anke biex il-ħaddiema jiġu integrati b’mod permanenti. Id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv għandhom il-kompitu li jipprovdu l-opportunitajiet kollha meħtieġa għall-ħaddiema involuti f’ambjenti tax-xogħol li qed jinbidlu. |
|
3.3.3. |
Il-KESE jenfasizza li fil-livell tas-soċjetà, għadd ta’ partijiet ikkonċernati se jkollhom bżonn jiddefinixxu pjan direzzjonali lejn esperjenza tal-metavers li tkun etika, sikura u inklużiva. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll linji gwida dwar kwistjonijiet li jinkludu s-sigurtà, l-etika u l-konformità regolatorja, is-saħħa u s-sikurezza fiżika, is-sostenibbiltà, u l-ekwità u l-ġustizzja. Ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data u l-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali Ewropew dwar il-Protezzjoni tad-Data fil-metavers joħolqu wkoll sfida speċjali. Għandu jiġi eżaminat sa liema punt ir-rekwiżiti eżistenti għadhom suffiċjenti. |
|
3.3.4. |
Kunsiderazzjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ spazju virtwali fil-metavers huma ta’ importanza kbira peress li jiddeterminaw min għandu aċċess għal ċerti żoni u kontenut u min le. L-operaturi tal-pjattaformi l-kbar bħal Facebook, Google u Microsoft se jkollhom rwol importanti fit-tiswir tal-metavers peress li diġà għandhom preżenza qawwija fid-dinja virtwali u għandhom ir-riżorsi meħtieġa biex jipprovdu l-infrastruttura. Huwa importanti li dawn il-kumpaniji jsegwu regoli trasparenti u ġusti għall-aċċess għall-ispazju virtwali sabiex tinħoloq dinja virtwali miftuħa u diversa. Barra minn hekk, atturi iżgħar tas-suq jeħtiġilhom jingħataw ukoll opportunitajiet biex jipparteċipaw fil-ħolqien tal-valur permezz ta’ spazju virtwali. |
|
3.3.5. |
L-utenti qed jirrapportaw livelli dejjem akbar ta’ mġiba offensiva u mhux mixtieqa, inklużi l-fastidju tal-utenti, is-sesswalizzazzjoni tal-interazzjonijiet tal-avatar, l-isfruttament tad-data u l-logħob tal-azzard mhux regolat, każijiet ta’ bullying, il-preżentazzjoni ta’ kontenut sesswali espliċitu, ir-razziżmu, it-theddid ta’ vjolenza, u l-grooming tal-minorenni (CCDH, 2022). Barra minn hekk, id-dipendenza fuq ir-realtà simulata u l-kwistjonijiet ta’ privatezza u ta’ saħħa mentali jidhru wkoll li huma ta’ tħassib ewlieni fost l-utenti madwar id-dinja (Statista, 2020). |
|
3.4. |
Talenti: il-kostruzzjoni ta’ metaversi għan-negozji jeħtieġ tip speċjali ta’ kompetenzi. Se jkunu meħtieġa wkoll rwoli ġodda bħall-iżviluppaturi tal-komponenti, il-fornituri tal-infrastruttura, l-iżviluppaturi tas-servizzi, u l-ospitanti virtwali. L-Ewropa għandha tistinka biex terġa’ ssir komunità attraenti għar-riċerkaturi u l-inġiniera u biex tħarreġ lis-suċċessuri tagħhom. It-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol eżistenti, f’kollaborazzjoni mal-universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi oħra, għandhom isiru prijorità. |
|
3.5. |
Għodod: fl-iżvilupp tal-metavers, hemm ħtieġa kritika għal għodod li jistgħu joħolqu kontenut għal dinjiet multidimensjonali u jinkorporaw l-ipprogrammar fl-oġġetti. Dawn l-għodod se jkunu essenzjali għall-ħolqien u d-distribuzzjoni tal-kontenut u s-servizzi fil-metavers. Barra minn hekk, dawn l-għodod jeħtieġ li jkunu aċċessibbli għal firxa wiesgħa ta’ ħallieqa u utenti, minn dilettanti sa disinjaturi professjonali. |
|
3.6. |
Ekosistemi u mudelli: swieq u pjattaformi ġodda se jkunu meħtieġa biex jiġu akkwistati oġġetti live bħat-tokens mhux funġibbli (NFTs) jew metaversi sħaħ. Dawn l-oġġetti jistgħu jiġu offruti bħala prodotti jew servizzi, iżda għad iridu jiġu ddeterminati l-ipprezzar, is-sjieda u l-mudelli tan-negozju. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, jeħtieġ li jiġu stabbiliti standards biex jiggwidaw il-proċess. |
|
3.7. |
Il-KESE jenfasizza li huwa kruċjali li jiġu kkunsidrati mekkaniżmi ġodda ta’ kondiviżjoni u ta’ liċenzjar li jippermettu l-ħolqien u d-distribuzzjoni ta’ kontenut u servizzi filwaqt li jiżguraw ukoll il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u industrijali u l-privatezza u s-sigurtà tal-utenti. Id-disinn tal-metavers irid jirrispetta t-trademarks, id-drittijiet tal-awtur u liċenzji u forom oħra ta’ proprjetà intellettwali u industrijali. |
|
3.8. |
Mil-lat teknoloġiku u soċjali, waħda mill-isfidi ewlenin fl-użu tal-metavers fuq skala kbira hija l-istandardizzazzjoni. Iridu jiġu stabbiliti ħafna protokolli, standards u regoli fir-rigward taċ-ċibersigurtà, il-ħżin u l-protezzjoni tad-data personali, il-protezzjoni tal-individwi, u l-ġlieda kontra s-cyberstalking, iċ-ċiberkriminalità u d-diżinformazzjoni. L-Unjoni Ewropea jeħtiġilha jkollha rwol b’saħħtu sabiex ma tħallix li dawn jiġu stabbiliti minn żoni ġeografiċi oħra. L-Unjoni Ewropea jeħtiġilha għalhekk tieħu sehem fil-konsorzji internazzjonali inkarigati mill-iżvilupp tagħhom. |
|
3.9. |
L-industrija tal-logħob kienet minn ta’ quddiem fl-organizzazzjoni tal-komunitajiet online. Hija toffri wkoll l-ispazju fejn ħafna nies, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ, jiġu f’kuntatt mad-dinjiet virtwali għall-ewwel darba. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li din l-industrija b’mod partikolari għandha tinżamm responsabbli u tiġi involuta fl-iżvilupp tal-istandards tal-protezzjoni tal-konsumatur. |
3.10. Eżempji fejn id-dinjiet virtwali bħalissa jintużaw fl-industrija
|
3.10.1. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-kalkoli li saru mill-manifattur tal-karozzi Renault, li f’Novembru 2022 ħabbar li l-Metavers Industrijali tiegħu se jippermetti ffrankar ta’ EUR 780 miljun f’diversi stadji taċ-ċiklu tal-produzzjoni. Sal-2025, jista’ jinkiseb iffrankar addizzjonali ta’ EUR 320 miljun, kif ukoll EUR 260 miljun fi ffrankar tal-inventarju, tnaqqis ta’ 60 % fil-ħinijiet tal-konsenja tal-vetturi u tnaqqis ta’ 50 % fl-impronta tal-karbonju tal-impjanti tal-produzzjoni tal-kumpanija Renault. |
|
3.10.2. |
Fis-settur tal-kura tas-saħħa, il-kumpanija Pfizer tuża soluzzjonijiet ta’ taħriġ tar-realtà virtwali biex ittejjeb il-konformità mal-protokolli tal-provi kliniċi. It-trainees jitħarrġu permezz ta’ esperjenza realistika u immersiva f’laboratorju virtwali fejn jistgħu jinteraġixxu u jesperimentaw b’mod sikur, li huma simili ħafna tal-kundizzjonijiet tal-ħajja reali. Il-kumpanija Pfizer diġà qed tuża teknoloġiji simili biex tħarreġ lill-operaturi fuq il-post tagħha fis-siti ta’ produzzjoni. Il-konformità mal-protokolli u r-regolamenti stretti tal-industrija, kemm fir-riċerka kif ukoll fil-produzzjoni, tjiebet b’mod sinifikanti mill-impjegati li lestew dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ immersiv. Minbarra dan l-eżempju, il-metavers jista’ jwassal għal bidliet estensivi fl-aċċess għall-kura tas-saħħa u fil-kwalità tal-kura billi jgħin biex jingħelbu d-defiċits fil-kura, speċjalment f’żoni rurali u remoti. |
|
3.10.3. |
Fis-settur tal-ajrunawtika u tal-ispazju, il-kumpaniji Airbus u Boeing diġà qed jużaw il-kunċett ta’ tewmi diġitali, il-pedament tal-metavers industrijali, bħala pjattaforma futura biex tinħoloq replika 3D tal-inġenji tal-ajru u tas-sistemi ta’ produzzjoni ġodda tagħhom biex jappoġġjaw l-attivitajiet ta’ inġinerija u ta’ simulazzjoni. |
|
3.10.4. |
Fis-settur finanzjarju, diversi banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni qed itejbu l-esperjenza tal-klijenti tagħhom u l-interazzjoni magħhom permezz ta’ soluzzjonijiet immersivi u metaversi. Il-kumpanija AXA, pereżempju, xtrat biċċa art virtwali fuq pjattaforma Web 3.0 biex tinteraġixxi ma’ gruppi ġodda ta’ klijenti u biex tibni aġenzija virtwali fit-tul. Il-kumpanija Allianz tuża realtà awmentata biex iżżid l-għarfien tal-konsumatur. |
|
3.10.5. |
Il-KESE jinnota li l-industrija tal-konsumaturi, tal-prodotti, tal-bejgħ bl-imnut u tad-distribuzzjoni hija probabbilment fejn kien hemm l-akbar għadd ta’ inizjattivi reċenti tal-metavers u tal-Web 3.0. Il-każijiet ta’ użu jvarjaw minn ħwienet virtwali 3D u xiri soċjali immersiv għal avatars, branding u kummerċjalizzazzjoni, involviment komunitarju ġdid u programmi ġodda ta’ lealtà bbażati fuq it-teknoloġiji tal-NFTs u tal-Web 3.0. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20221212IPR64513/digital-workers-better-working-conditions-and-protection-of-rights
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/81 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tranżizzjoni lejn sistema tat-trasport sostenibbli fit-tul”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Żvediża)
(2023/C 228/11)
|
Relatur: |
Stefan BACK |
|
Korelatur: |
Mateusz SZYMAŃSKI |
|
Konsultazzjoni |
Presidenza Żvediża, 14.11.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
14.12.2022 |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
12.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
159/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
It-tranżizzjoni lejn sistema tat-trasport sostenibbli fit-tul trid titwettaq b’tali mod li ċ-ċittadini u n-negozji – inklużi kemm l-industrija kif ukoll is-settur tat-trasport – jaderixxu kemm għall-objettiv ta’ tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet fis-settur tat-trasport sal-2050 kif ukoll għall-modi u l-mezzi użati biex dawn jitwettqu. |
|
1.2. |
Biex dan jintlaħaq, it-tranżizzjoni trid tiġi implimentata b’tali mod li ċ-ċittadini u n-negozji jqisuha bħala finanzjarjament aċċettabbli, minn perspettiva soċjali u fil-prattika, u għalhekk ikunu lesti u disposti li jappoġġjawha b’mod attiv. Jekk dan ma jseħħx, hemm riskju serju mhux biss ta’ falliment, iżda fl-agħar każ ta’ inkwiet soċjali. |
|
1.3. |
Fil-fehma tagħna, sabiex it-tranżizzjoni tirnexxi, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
1.4. |
Filwaqt li jidher li hemm qbil ġenerali dwar l-objettiv tal-2050, għad m’hemmx kunsens dwar il-modi u l-mezzi previsti s’issa biex dan jintlaħaq. Dan huwa pereżempju l-każ fir-rigward tat-trasport heavy-duty, fejn jidher li l-possibbiltajiet ta’ elettrifikazzjoni huma limitati ħafna u d-disponibbiltà ta’ fjuwils alternattivi hija insuffiċjenti. |
|
1.5. |
L-użu tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport għandu jqis it-tipi differenti ta’ enerġija rinnovabbli u s-sorsi differenti tagħhom sabiex tiġi garantita l-indipendenza minn fornituri u pajjiżi magħżula. Iridu jitqiesu wkoll id-dipendenzi relatati mal-materja prima u l-komponenti użati fil-produzzjoni tal-karozzi elettriċi. |
|
1.6. |
L-iżvilupp tal-multimodalità huwa essenzjali biex jinkiseb l-aħjar użu minn kull mod, inklużi l-modi ġodda ta’ trasport b’emissjonijiet żero. Id-diġitalizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità u l-koordinazzjoni ser jgħinu biex it-trasport jaħdem bħala sistema koerenti. |
|
1.7. |
L-infrastruttura tat-trasport, u b’mod partikolari l-infrastruttura għad-distribuzzjoni ta’ fjuwils alternattivi, l-investiment u l-effiċjenza fl-użu tal-infrastruttura huma prerekwiżit għal bidliet fit-trasport, inkluż fir-rigward tal-aċċessibbiltà tat-trasport, l-użu ta’ fjuwils nodfa, l-integrazzjoni ta’ modi ta’ trasport, l-implimentazzjoni ta’ innovazzjonijiet u modi ġodda ta’ trasport. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jenfasizza l-problema ta’ koerenza bejn l-iskeda ta’ żmien għall-użu ta’ fjuwils alternattivi u l-infrastruttura tal-idroġenu u l-limiti ta’ żmien stabbiliti għall-implimentazzjoni tan-network TEN-T u n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar iż-żoni rurali mhux koperti mit-TEN-T. |
|
1.8. |
Sabiex id-diversi pajjiżi jkunu jistgħu jiżviluppaw it-trasport b’mod sostenibbli, jeħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi u l-preferenzi speċifiċi tagħhom. |
|
1.9. |
L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport, kif stabbilit fid-dokumenti tal-UE, jista’ jiġi pperikolat minn fatturi esterni, iżda l-bidliet maħsuba jridu jitħeġġu sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu jistgħu jintlaħqu b’mod aċċettabbli. |
|
1.10. |
It-trasport soċjalment sostenibbli jrid ikun aċċessibbli, inklużiv u affordabbli biex tiġi evitata l-problema tal-faqar tal-mobbiltà. Il-KESE jemmen li t-trasport pubbliku għandu kompitu ewlieni fil-proċess ta’ trasformazzjoni. In-natura inklużiva tiegħu tagħmilha possibbli li jintlaħqu l-objettivi kemm ambjentali kif ukoll soċjali. |
|
1.11. |
It-trasformazzjoni mhux ser tirnexxi mingħajr il-parteċipazzjoni tal-impjegati, li bħalissa hemm nuqqas tagħhom fis-settur. Għalhekk huwa importanti li s-settur tat-trasport isir magħruf għal impjiegi ta’ kwalità għolja li jagħmlu l-impjieg fit-trasport aktar attraenti. Id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma kruċjali f’dan ir-rigward. |
|
1.12. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ konsultazzjonijiet wiesgħa ma’ dawk kollha kkonċernati u ta’ sensibilizzazzjoni fl-istadji kollha tat-tranżizzjoni. |
2. Sfond
|
2.1. |
Il-Presidenza Żvediża talbet Opinjoni esploratorja dwar it-tranżizzjoni lejn sistema tat-trasport sostenibbli fit-tul. |
L-Opinjoni għandha titqies fl-isfond tal-objettivi ambizzjużi tal-Patt Ekoloġiku – tnaqqis ta’ 90 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport sal-2050 u 55 % sal-2030 – li jibdew jiġu implimentati permezz tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Il-kisba ta’ dan se ttejjeb ukoll is-sikurezza.
|
2.2. |
Kif miftiehem, għandu jinkiseb tnaqqis ta’ 55 % ta’ CO2 għall-karozzi u tnaqqis ta’ 50 % għall-vannijiet sal-2030 u tnaqqis ta’ 100 % għal karozzi u vannijiet ġodda sal-2035. Il-Kummissjoni għandha tipproponi li tippermetti vetturi bi fjuwils newtrali fir-rigward tas-CO2 wara l-2035 u tivvaluta l-effett soċjali u ekonomiku tal-ftehim fl-2026.
Proposti ewlenin ulterjuri rilevanti għall-parti tat-trasport tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, fejn intlaħqu ftehimiet ta’ trilogu, jikkonċernaw l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, li jinkludi t-trasport bit-triq, l-avjazzjoni u t-trasport marittimu, u rieżami tad-Direttiva dwar il-fjuwils rinnovabbli u r-Regolament dwar l-infrastruttura għad-distribuzzjoni ta’ fjuwils rinnovabbli. |
|
2.3. |
F’Diċembru 2021 ġew ippreżentati Proposta għal reviżjoni tar-Regolament b’linji gwida għan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) bl-għan li n-network jiġi implimentat b’mod aktar rapidu u effiċjenti u li tiġi promossa s-sostenibbiltà, Komunikazzjoni dwar il-mobbiltà tal-bliet u Proposta dwar il-komunikazzjoni tal-informatika. Waqt il-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport f’Diċembru 2022 kien hemm qbil dwar approċċ komuni dwar il-proposta TEN-T. |
|
2.4. |
Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 jinkludi pakkett tat-trasport tal-merkanzija aktar ekoloġiku, b’reviżjonijiet tad-Direttiva dwar il-Piżijiet u d-Dimensjonijiet għal Vetturi Heavy-Duty u d-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat. |
|
2.5. |
F’Marzu 2023, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar bank Ewropew tal-idroġenu, li tiffoka fuq il-finanzjament. |
|
2.6. |
Fl-2023 hija ppjanata Komunikazzjoni dwar spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà. |
|
2.7. |
Il-ftehimiet milħuqa fit-trilogi li għaddejjin dwar il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” jista’ jkollhom effett deċiżiv fuq il-possibbiltajiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku stabbiliti għall-2050. Dan huwa wkoll il-każ għall-Proposti msemmija hawn fuq ippjanati għall-2023 u d-destin tagħhom huwa f’idejn il-koleġiżlaturi. Huwa partikolarment importanti għas-suċċess tal-proġett li jinstab mod effiċjenti biex jiġi ġestit il-perjodu ta’ tranżizzjoni kemm fir-rigward tal-iżvilupp tekniku u tas-sistema kif ukoll tal-aspetti soċjali. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
It-trasport ikopri għadd kbir ta’ kwistjonijiet, ħafna minnhom speċifiċi għal kull mod ta’ trasport. Bażikament, l-elementi essenzjali għall-implimentazzjoni u, kif xieraq, għat-tħaffif tat-tranżizzjoni tat-trasport huma: it-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-iżvilupp tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, id-diġitalizzazzjoni, l-effiċjenza mtejba u mezzi alternattivi ta’ trasport fil-mobbiltà tal-bliet. Dawn l-elementi u d-disponibbiltà ta’ infrastruttura adegwata għall-fjuwils jidhru li huma komuni għall-modi kollha u għat-trasport kemm tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri. Huwa importanti li jiġu pprovduti riżorsi adegwati – privati jew pubbliċi – għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi, fjuwils rinnovabbli u soluzzjonijiet diġitali għat-trasport. |
|
3.2. |
Huwa importanti li l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha kemm jista’ jkun tkun konsistenti mal-objettivi tat-tranżizzjoni ekoloġika u tippromovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet, iżda b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-interessi soċjali tal-ħaddiema. |
|
3.3. |
Huwa importanti li tingħata attenzjoni xierqa lill-konsegwenzi soċjali importanti tat-trasformazzjoni tat-trasport, kemm għall-forza tax-xogħol kif ukoll għall-utenti, u li jiġi żgurat li jiġu evitati effetti negattivi fuq il-ħaddiema, filwaqt li jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tat-trasport għall-utenti, kif ukoll ktajjen loġistiċi effiċjenti u bi prezz raġonevoli. Soluzzjonijiet adegwati għal dawn il-kwistjonijiet huma importanti sabiex it-tranżizzjoni tiġi aċċettata mill-forza tax-xogħol, il-pubbliku ġenerali u n-negozji. |
|
3.4. |
Minħabba l-livell għoli ħafna ta’ ambizzjoni, u meta jitqies li d-domanda għat-trasport hija mistennija li tiżdied, u sal-2050 iktar milli tirdoppja meta mqabbla mal-lum, ġestjoni tajba u kredibbli tat-tranżizzjoni ssir essenzjali, filwaqt li jitqies ukoll li huwa importanti li l-miżuri ta’ implimentazzjoni jkunu fattibbli u meqjusa bħala fattibbli u li jintbagħtu s-sinjali t-tajba fis-suq. |
|
3.5. |
Il-kredibbiltà ser tkun ukoll essenzjali biex in-nies ikunu lesti jimmodifikaw id-drawwiet u l-istil ta’ ħajja b’mod li jippromovi t-tranżizzjoni, bħar-rieda li jinvestu f’vetturi b’sistemi ġodda ta’ propulsjoni, isiru jippreferu l-car sharing, jużaw aktar it-trasport kollettiv, jużaw aktar mezzi attivi ta’ mobbiltà bħaċ-ċikliżmu jew il-mixi, b’mod partikolari fil-bliet, ir-rieda tal-kumpaniji tat-trasport tal-merkanzija li jaqsmu informazzjoni biex itejbu l-possibbiltajiet ta’ użu effiċjenti tar-riżorsi permezz tal-kondiviżjoni tal-kapaċità. |
|
3.6. |
Is-sensibilizzazzjoni hija importanti, kif ukoll is-segwitu ta’ attivitajiet bħal dawn biex jiġi żgurat l-impatt tagħhom. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati rilevanti huma importanti hawnhekk. |
|
3.7. |
L-urbanizzazzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku ser ifissru bidla fil-ħtiġijiet u x-xejriet tat-trasport, kif rifless pereżempju fil-proposta tat-TEN-T imsemmija hawn fuq u fil-Komunikazzjoni dwar il-mobbiltà urbana. Iż-żoni urbani jipprovdu kuntest tajjeb biex jiġu promossi modi ta’ mobbiltà attiva u ekoloġika u soluzzjonijiet ekoloġiċi tat-trasport tal-merkanzija. |
|
3.8. |
F’UE ta’ 27 Stat Membru fejn elementi bħan-natura, id-demografija, id-densità tal-popolazzjoni, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-għajxien u l-livell tal-ispejjeż tan-negozji jvarjaw b’mod konsiderevoli, għal raġunijiet prattiċi u ta’ fattibbiltà jista’ jkun meħtieġ li jiġi aċċettat il-fatt li ma teżistix soluzzjoni universali u li jista’ jkun meħtieġ li jkun hemm flessibbiltà u jiġu aċċettati soluzzjonijiet differenti sakemm dawn ma jfixklux il-funzjonament tas-suq intern fil-ħajja reali. Eżempji ta’ dan jistgħu jkunu d-daqs globali tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi, il-limitu sa fejn il-prodotti tal-forestrija jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-bijofjuwils u s-sehem tal-bijofuwils fl-enerġija rinnovabbli globali għall-offerta tat-trasport. |
|
3.9. |
In-newtralità teknoloġika għandha tkun prinċipju ġenerali meta jitfasslu u jiġu implimentati soluzzjonijiet fil-livell tal-UE u dak nazzjonali sabiex ikun possibbli li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. |
|
3.10. |
Matul l-aħħar ftit snin l-Ewropa kienet esposta għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jaffettwaw il-funzjonament tas-sistema tat-trasport, bħall-pandemija tal-COVID-19 li affettwat it-trasport tal-passiġġieri u ħolqot sfida għall-funzjonament tal-konnessjonijiet tat-trasport tal-merkanzija. Il-gwerra fl-Ukrajna u s-sanzjonijiet ipprovokati minnha kellhom effetti konsiderevoli fuq id-disponibbiltà u l-ipprezzar tal-enerġija, inkluż fir-rigward tal-fjuwils tat-trasport. Ma jistax jiġi eskluż li l-problemi u l-ipprezzar tal-enerġija jista’ jkollhom effetti fuq il-possibbiltajiet li jiġu żviluppati fjuwils rinnovabbli filwaqt li fl-istess ħin jinħolqu ċirkostanzi li jippromovu, pereżempju, l-iżvilupp tat-trasport kollettiv. |
|
3.11. |
Dan jenfasizza l-importanza li tiġi evitata d-dipendenza minn fornitur wieħed ta’ sors ta’ enerġija. |
Rekwiżiti tas-CO2 – fjuwils rinnovabbli/mezzi ta’ propulsjoni – disponibbiltà u għażliet
|
3.12. |
Il-Kummissjoni Ewropea tiffoka fuq l-elettriku prodott mill-enerġija rinnovabbli u l-idroġenu ekoloġiku bħala sorsi ewlenin tal-enerġija. Il-ftehim reċenti dwar id-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli jistabbilixxi sehem globali minimu għall-2030 ta’ 42,5 % ta’ enerġija rinnovabbli, b’29 % fit-trasport, inkluż sottomira kkombinata vinkolanti ta’ 5,5 % bijofjuwils avvanzati/fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika b’rekwiżit minimu ta’ 1 % fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Din il-kwistjoni tqajjem il-kwistjoni tal-emendi għar-Regolament dwar l-użu tal-art u tal-forestrija, (Regolament LULUCF), li jillimitaw l-użu ta’ prodotti tal-foresti għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, u li l-iskart tal-bijomassa jintuża fl-agrikoltura u fl-industriji tal-ikel għall-produzzjoni tal-fjuwils. Din hija parti importanti minn soluzzjoni ġenerali għall-provvista tal-enerġija, bħalma huma l-possibbiltajiet tal-enerġija ġeotermali u l-fjuwils tal-avjazzjoni ġodda. |
|
3.13. |
Il-proposta li jmiss biex jiġu limitati l-emissjonijiet tas-CO2 fuq vetturi heavy-duty żżid il-limitazzjonijiet possibbli tal-propulsjoni elettrika, b’mod partikolari għat-trasport fuq distanzi twal, kif ukoll il-kwistjoni tal-adegwatezza tal-provvista għal fjuwils alternattivi għal vetturi bħal dawn u l-ispiża totali tas-sjieda tagħhom. F’dan l-isfond, l-industrija tal-karozzi qajmet il-kwistjoni ta’ għażla alternattiva biex jiġu żviluppati fjuwils fossili b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju/b’emissjonijiet baxxi bħala mezz biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mingħajr il-ħtieġa ta’ tiġdid tal-flotot tal-vetturi u ta’ infrastruttura apposta. Strateġija kkombinata bbażata fuq iż-żewġ pilastri x’aktarx li tipprovdi l-aħjar mod biex tintlaħaq il-mira. L-Istrateġija tippermetti l-iżvilupp rapidu ta’ fjuwils b’emissjonijiet baxxi jew żero inklużi diversi tipi ta’ idroġenu u l-possibbiltajiet inerenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet f’dawk is-segmenti tat-trasport fejn l-elettrifikazzjoni bħalissa mhijiex għażla. |
|
3.14. |
Il-KESE jirrakkomanda wkoll metodu aktar komprensiv għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi, jiġifieri li l-metodu attwali “mit-tank għar-rota” jiġi sostitwit bil-metodu “mill-bir għar-rota”, li jipprovdi bażi aħjar għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2. |
|
3.15. |
Kwistjoni ewlenija hija d-disponibbiltà tal-infrastruttura għad-distribuzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-idroġenu li hija prerekwiżit biex tintuża l-enerġija rinnovabbli fit-trasport, inkluż bil-kapaċità għolja meħtieġa għal vetturi heavy-duty. Il-ftehim ta’ trilogu dwar ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi jistabbilixxi fost l-oħrajn objettivi għall-karozzi, il-vannijiet u l-vetturi heavy-duty fin-network ewlieni u komprensiv tat-TEN-T, li jibda fl-2025, u għall-idroġenu fl-2030. Il-kopertura għall-vetturi heavy-duty għandha tkun kompluta fl-2030. Din tista’ toħloq problema ta’ koerenza peress li n-network ewlieni TEN-T għandu jitlesta sal-2040 u n-network komprensiv sal-2050. Id-disponibbiltà f’żoni rurali mhux koperti mit-TEN-T tista’ wkoll toħloq problema. Fi kwalunkwe każ, id-dewmien frekwenti fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ infrastruttura jqajjem il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-investiment ikun prijorità u li jiġi żgurat monitoraġġ effiċjenti tal-implimentazzjoni. |
L-effiċjenza bħala mezz ta’ tranżizzjoni
|
3.16. |
L-effiċjenza ttejjeb is-sostenibbiltà tat-trasport u tista’ tinkiseb permezz ta’ kapaċità ta’ tagħbija aħjar, infrastruttura mtejba li tagħmel it-trasport aktar rapidu jew infrastruttura tat-terminal imtejba li twassal biex jitħaffu t-tagħbija/il-ħatt jew il-bidla fil-modalità. Teknoloġiji ġodda u modi ġodda kif jintużaw il-mezzi tat-trasport, pereżempju l-car sharing, jistgħu jnaqqsu, b’mod partikolari, il-volumi tat-traffiku urban. Il-possibbiltajiet li jintużaw faċilitajiet li jtejbu l-effiċjenza jenħtieġ li ma jkunux ikkundizzjonati, pereżempju, fuq il-kwalitajiet ambjentali ta’ vettura peress li dan jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sostenibbiltà mtejba rilevanti. |
|
3.17. |
Dan ifisser, pereżempju, li l-kapaċità ta’ tagħbija mtejba li tirriżulta mill-fatt li jiġu aċċettati vetturi akbar u itqal u/jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi jenħtieġ li ma tkunx ikkundizzjonata fuq il-kwalitajiet ambjentali ta’ vettura bħal emissjonijiet żero u lanqas ma jenħtieġ li tkun marbuta ma’ użu speċifiku. |
|
3.18. |
Madankollu, huwa daqstant importanti li l-vetturi, l-ajruplani jew il-vapuri b’emissjonijiet baxxi jew żero jingħataw kundizzjonijiet ekwivalenti billi jiġi żgurat kemm jista’ jkun li l-preskrizzjonijiet tekniċi jiżguraw li jkollhom l-istess kapaċità ta’ tagħbija bħal vetturi, vapuri u ajruplani oħra. It-tisħiħ tal-użu tal-fjuwils mhux fossili jitlob miri ambizzjużi biex tiġi pprovduta sikurezza għall-investituri. |
|
3.19. |
Id-diġitalizzazzjoni hija mezz importanti ieħor biex tittejjeb l-effiċjenza. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn in-negozji jista’ jikkontribwixxi għal effiċjenza mtejba, jippermetti l-integrazzjoni tal-mezzi tat-trasport, ikun hemm koordinazzjoni tal-operazzjonijiet u dan iwassal għal sostenibbiltà mtejba. |
Multimodalità u tranżizzjoni
|
3.20. |
Element ewlieni tal-Patt Ekoloġiku huwa t-titjib tas-sostenibbiltà tal-modi kollha u kull wieħed minnhom jista’ jitqies bħala parti minn sistema. Għalhekk, l-objettiv għandu jkun li tiġi promossa multimodalità effiċjenti u bla xkiel fejn kull mod jista’ jagħti l-aħjar tiegħu b’sostenibbiltà ġenerali mtejba b’riżultat ta’ dan. Id-diġitalizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità u l-koordinazzjoni ser jgħinu biex il-modi jaħdmu bħala sistema koerenti. L-aċċess għan-networks għandu jkun ugwali għall-modi kollha u l-multimodalità għandha tkun iffaċilitata. Kull mod ta’ trasport jenħtieġ li jiġi ttrattat b’mod ugwali u jibbenefika mill-immodernizzar biex tittejjeb l-effiċjenza u jingħata kontribut għad-dekarbonizzazzjoni u għal settur tat-trasport aktar sostenibbli u reżiljenti. |
Approċċ ġenerali
|
3.21. |
Sabiex tittejjeb is-sostenibbiltà, l-approċċ bażiku għandu jkun li jsir l-aħjar użu mis-soluzzjonijiet li huma disponibbli u li jaħdmu. Ċertament, ir-riżorsi jridu jintużaw biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ġodda u innovattivi, b’mod teknoloġikament newtrali. Huwa daqstant importanti li ma jiġix ostakolat l-użu tal-għażliet diġà disponibbli. It-tranżizzjoni tat-trasport trid tkun kredibbli u realistika – u tikseb riżultati li jistgħu jitkejlu. |
|
3.22. |
Għalhekk is-soluzzjonijiet li jridu jinstabu għandhom ikunu soċjalment kredibbli u aċċettabbli. Dan ifisser li għandhom isiru pjani konkreti u kkoordinati u jkunu soġġetti għal djalogu soċjali bejn il-partijiet ikkonċernati dwar kif il-forza tax-xogħol tkun tista’ tadatta għal rekwiżiti ġodda ta’ kompetenza u jiġi evitat il-qgħad tranżitorju. |
|
3.23. |
Huwa importanti li s-soluzzjonijiet ikunu finanzjarjament kredibbli. Dan ifisser li, pereżempju, l-ispiża tal-użu ta’ fjuwils b’emissjonijiet baxxi jew żero trid tkun finanzjarjament tollerabbli għall-konsumaturi u tippermetti operazzjonijiet f’livell aċċettabbli ta’ profitt għall-operaturi kummerċjali. L-appoġġ finanzjarju dirett huwa tip ta’ soluzzjoni li għandha tiġi evitata. Soluzzjoni aħjar hija li jingħata ħelsien mit-taxxa lill-konsumaturi jew lin-negozji li jinvestu f’soluzzjonijiet sostenibbli. |
|
3.24. |
Ir-rwol tas-sistema tal-akkwist pubbliku huwa enfasizzat bħala mezz biex jiġu promossi objettivi sostenibbli meta jsiru investimenti pubbliċi. Għandha tiġi promossa l-għażla li tiġi introdotta l-konformità mal-liġi tax-xogħol bħala rekwiżit speċifiku. Il-kofinanzjament tat-trasport tal-UE għandu jkun allinjat mal-politiki u l-ippjanar nazzjonali, f’konformità mal-qafas tal-UE. |
|
3.25. |
Is-sigurtà u s-sikurezza huma essenzjali għal kwalunkwe sistema tat-trasport sostenibbli. Dawn jaffettwaw lill-utenti kollha tat-trasport u lill-fornituri tas-servizzi. Għalhekk, l-istandards iridu jittejbu b’mod kostanti fil-modi kollha. |
Parteċipazzjoni u konsultazzjoni
|
3.26. |
Huwa importanti li tranżizzjoni ekoloġika ta’ suċċess tikseb kunsens permezz ta’ djalogu soċjali u konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati kollha u l-pubbliku ġenerali. Dan l-approċċ ser jgħin biex jiġu definiti l-problemi, jinstabu soluzzjonijiet aċċettabbli għal dawk kollha kkonċernati u tinħoloq fiduċja fil-miżuri ppjanati u appoġġ ġenerali għalihom. Dan għandu jitqies bħala kundizzjoni indispensabbli għas-suċċess fin-negozjati tal-proċess kumpless tat-trasformazzjoni tas-settur tat-trasport u t-titjib tat-trasparenza tal-proċeduri leġiżlattivi u l-kwalità tal-leġiżlazzjoni. |
|
3.27. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li s-soċjetà ċivili organizzata tinżamm involuta mill-qrib f’inizjattivi li jippromovu t-trasport sostenibbli u jissuġġerixxi li tkompli tiġi żviluppata kooperazzjoni bikrija mal-partijiet ikkonċernati kollha. |
4. Kummenti speċifiċi
Aspetti soċjali – aċċessibbiltà għat-trasport
|
4.1. |
It-trasport soċjalment sostenibbli jrid ikun aċċessibbli, inklużiv, sigur u affordabbli biex jiġi evitat il-faqar tal-mobbiltà. Irid jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi differenti, pereżempju n-nisa. L-aċċessibbiltà tfisser, fost l-oħrajn, ippjanar territorjali adegwat, inkluż fir-rigward tal-interfaċċa bejn l-agglomerazzjonijiet u ż-żoni tal-madwar u b’kunsiderazzjoni xierqa għal soluzzjonijiet dedikati għall-anzjani u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (passaġġi pedonali mobbli (moving walkways), funikulari eċċ.). L-offerta ta’ trasport ekoloġiku għat-turiżmu urban għandha tittejjeb. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi u żviluppati pjani ta’ mobbiltà urbana sostenibbli. |
|
4.2. |
Il-KESE jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-utenti nisa sabiex it-trasport jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż billi jiffoka fuq is-sikurezza fit-trasport pubbliku. |
|
4.3. |
Għandu jkun hemm appoġġ għal trasport kondiviż u attiv, b’mod partikolari fil-bliet, inkluża l-promozzjoni ta’ modi ekoloġiċi bl-użu ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti, il-mobbiltà bħala kunċett ta’ servizz u t-titjib tas-sikurezza fit-toroq. Iridu jitqiesu l-kwistjonijiet tal-kwalità tal-ħajja, bħall-ħtieġa li jitnaqqas it-tniġġis akustiku. |
|
4.4. |
Il-KESE jemmen li t-trasport pubbliku għandu kompitu ewlieni fil-proċess ta’ trasformazzjoni. In-natura inklużiva tiegħu tagħmilha possibbli li jintlaħqu l-objettivi kemm ambjentali kif ukoll soċjali. Dan jista’ jiġi kkomplementat b’soluzzjonijiet ta’ mikromobbiltà. |
|
4.5. |
L-ipprezzar tat-trasport pubbliku jrid ikun affordabbli u ġust filwaqt li ma jwassalx għal tnaqqis fil-konnessjonijiet jew fil-persunal b’kunsiderazzjoni xierqa għall-partijiet ikkonċernati kollha. Bħala kwistjoni ta’ servizz pubbliku, it-trasport pubbliku ma jridx ikun ibbażat biss fuq il-profittabbiltà, u lanqas ma għandu jwassal għall-esklużjoni tat-trasport. Dan jimplika ħtieġa soċjalment ġustifikabbli li jinżammu wkoll konnessjonijiet mhux profittabbli biex tinżamm il-koeżjoni soċjali, pereżempju permezz ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. Dan jista’ jitlob li l-propulsjoni tal-magna bil-kombustjoni żżomm livell adegwat ta’ servizz. |
Aspetti soċjali – il-forza tax-xogħol
|
4.6. |
Problema kbira tas-settur tat-trasport hija n-nuqqas ta’ riżorsi umani, li jista’ joħloq problema għall-iżvilupp tas-settur, inkluża t-tranżizzjoni ekoloġika ppjanata. F’dan il-kuntest, qed tinġibed l-attenzjoni għall-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol sodisfaċenti u li jiġu żgurati paga u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fis-settur, inkluż għall-ħaddiema tal-pjattaformi. Filwaqt li r-relazzjonijiet tax-xogħol jibqgħu kompetenza nazzjonali, madankollu hemm raġuni biex tinġibed l-attenzjoni għall-possibbiltajiet ta’ negozjar kollettiv biex jintlaħaq ftehim dwar kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti fis-settur tat-trasport, inklużi l-pagi u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-livell nazzjonali u transnazzjonali. |
|
4.7. |
Teknoloġiji ġodda jistgħu jġibu opportunitajiet ġodda f’dan ir-rigward. L-importanza tat-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja hija enfasizzata, b’mod partikolari bħala mezz biex il-forza tax-xogħol tkun tista’ tlaħħaq mar-rekwiżiti ġodda ta’ kompetenza minħabba t-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża d-diġitalizzazzjoni tas-settur. |
|
4.8. |
Miżuri bħal dawk stabbiliti fil-punti 4.3 u 4.5 hawn fuq ser jagħtu lis-settur immaġni attraenti u jattiraw liż-żgħażagħ u lin-nisa lejn is-settur tat-trasport. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-578 sessjoni plenarja tal-KESE — Sessjoni tat-tiġdid, 26.4.2023–27.4.2023
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/87 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea”
(COM(2023) 38 final — 2023/0012 (NLE))
u dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Insaħħu d-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea: nisfruttaw il-potenzjal kollu tiegħu biex niksbu tranżizzjonijiet ġusti”
(COM(2023) 40 final)
(2023/C 228/12)
|
Relatur: |
Pekka RISTELÄ |
|
Korelatur: |
Mariya MINCHEVA |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 8.3.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
3.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
179/52/17 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kunitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Insaħħu d-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea (“il-Komunikazzjoni”) u l-Proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea (“ir-Rakkomandazzjoni”). |
|
1.2. |
Id-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali u Ewropew għandu rwol ewlieni fit-tfassil tal-politiki ekonomiċi, tax-xogħol u soċjali li jippromovu l-konverġenza ’l fuq tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fl-Istati Membri. Il-KESE huwa allinjat bis-sħiħ mal-fehma li d-djalogu soċjali jista’ jkun għodda ta’ benefiċċju biex jixpruna r-reżiljenza ekonomika u soċjali, il-kompetittività, u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv. |
|
1.3. |
Ir-riżultati pożittivi tad-djalogu soċjali ma għandhomx, madankollu, jitqiesu bħala fatt, peress li d-djalogu soċjali ma jistax jitqies sempliċement bħala strument li jista’ jiġi implimentat. Il-Kummissjoni għandha tħares lejn il-mudelli nazzjonali, reġjonali u settorjali ta’ suċċess u tara għaliex dawn irnexxew. |
|
1.4. |
Il-KESE jaqbel mal-Komunikazzjoni li jeħtieġ li jsir aktar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE biex tiġi appoġġjata l-kopertura tan-negozjar kollettiv. F’dan ir-rigward, filwaqt li r-Rakkomandazzjoni telenka fatturi importanti fit-titjib tal-kopertura, din hija nieqsa minn punt rilevanti ħafna li sar fil-Komunikazzjoni, jiġifieri l-importanza ta’ ftehimiet kollettivi settorjali. |
|
1.5. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li r-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li ttejjeb id-djalogu soċjali tripartitiku kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, filwaqt li jinnota li f’xi Stati Membri, id-dimensjoni tripartitika tad-djalogu soċjali hija aktar formalistika milli sinifikanti. Il-KESE jemmen li l-istabbiliment ta’ qafas effettiv komuni. li għandu jiġi implimentat fil-livell nazzjonali għall-involviment tal-imsieħba soċjali, jista’ jgħin biex jiġi żgurat li jsiru konsultazzjonijiet effettivi u ta’ kwalità mal-imsieħba soċjali nazzjonali. L-Istati Membri għandu jkollhom l-obbligu li jehmżu r-riżultat tal-konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali mal-programmi nazzjonali għar-riformi u l-investimenti. Jekk ma jitwettaq l-ebda involviment sinifikanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu azzjoni. |
|
1.6. |
Il-KESE jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni mhux ċara fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-imsieħba soċjali permezz ta’ Direttivi tal-Kunsill. Mingħajr ċarezza, trasparenza u prevedibbiltà, id-diskrezzjoni wiesgħa tal-Kummissjoni Ewropea f’din il-kwistjoni x’aktarx li jkollha l-konsegwenza mhux intenzjonata li tiskoraġġixxi lill-imsieħba soċjali milli jinnegozjaw dawn it-tipi ta’ ftehimiet. Il-KESE jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiddiskuti din il-kwistjoni mal-imsieħba soċjali. |
|
1.7. |
Kif iddikjarat fir-Rakkomandazzjoni, ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rikonoxxut u rispettat bis-sħiħ fl-istrutturi u l-proċessi tad-djalogu soċjali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-djalogu ċivili, li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati fuq firxa usa’ ta’ suġġetti, huwa proċess separat. Din id-distinzjoni għandha ssir ukoll fl-appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet għall-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili usa’. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Insaħħu d-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea (“il-Komunikazzjoni”) u l-Proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea (“ir-Rakkomandazzjoni”). |
|
2.2. |
Kif ġie nnutat fl-Opinjoni tal-KESE SOC/644 (1), id-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali u Ewropew, għandu rwol ewlieni fit-tfassil tal-politiki ekonomiċi, tax-xogħol u soċjali li jippromovu l-konverġenza ’l fuq tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol madwar l-Istati Membri, kif ukoll fir-rispons għall-isfidi li l-Ewropa qed tiffaċċja fid-dinja tax-xogħol. |
|
2.3. |
Kif rikonoxxut mill-Komunikazzjoni, l-imsieħba soċjali għandhom għarfien u esperjenza li ma hemmx bħalhom tas-sitwazzjoni tal-impjiegi u dik soċjali “fuq il-post”. Il-kontribut tagħhom jista’ jsib il-bilanċ it-tajjeb bejn l-interessi tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem u jtejjeb l-aċċettabbiltà u l-effettività tal-politika u l-leġiżlazzjoni. Il-Kummissjoni ġustament tinnota wkoll li l-imsieħba soċjali għandhom rwol uniku meta mqabbla ma’ partijiet ikkonċernati oħra. |
|
2.4. |
Kif iddikjarat fir-Rakkomandazzjoni, ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rikonoxxut u rispettat bis-sħiħ fl-istrutturi u l-proċessi tad-djalogu soċjali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-djalogu ċivili, li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati fuq firxa usa’ ta’ suġġetti, huwa proċess separat. |
|
2.5. |
Il-KESE diġà enfasizza (2) li waħda mill-funzjonijiet ewlenin tad-djalogu soċjali, b’mod partikolari n-negozjar kollettiv, hija li d-djalogu soċjali jikkontribwixxi għat-tiswir tal-ambjent tan-negozju u l-ġestjoni tal-bidla fil-ħajja tax-xogħol, permezz tal-għoti ta’ informazzjoni, l-antiċipazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-faċilitazzjoni, biex tinbena l-fiduċja reċiproka bejn l-imsieħba soċjali fil-livelli kollha. |
|
2.6. |
Il-KESE huwa allinjat bis-sħiħ mal-fehma li d-djalogu soċjali jista’ jkun għodda ta’ benefiċċju biex jixpruna r-reżiljenza ekonomika u soċjali, il-kompetittività, u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv. Madankollu, ir-riżultati pożittivi tad-djalogu soċjali ma għandhomx jitqiesu bħala fatt, peress li d-djalogu soċjali ma jistax jitqies sempliċement bħala strument li jista’ jiġi implimentat. Il-Kummissjoni għandha tħares lejn il-mudelli nazzjonali, reġjonali u settorjali ta’ suċċess u tara għaliex dawn irnexxew. Il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-evalwazzjoni bejn il-pari bejn l-Istati Membri jistgħu jgħinu wkoll biex tittejjeb is-sitwazzjoni f’pajjiżi fejn id-djalogu soċjali huwa dgħajjef. |
|
2.7. |
Biex l-imsieħba soċjali jiġu appoġġjati aktar biex jinvolvu ruħhom fi djalogu soċjali, biex itejbu l-kopertura tan-negozjar kollettiv, u biex jimplimentaw ftehimiet ta’ djalogu soċjali, kemm jekk fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, huwa importanti li l-imsieħba soċjali f’pajjiżi fejn id-djalogu soċjali bħalissa huwa aktar dgħajjef ikollhom aċċess għal appoġġ addizzjonali għall-bini tal-kapaċitajiet. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-Fond Soċjali Ewropew (FSE)+, fejn ikun importanti li ssir distinzjoni bejn l-appoġġ għall-bini tal-kapaċità għall-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili usa’. Din id-distinzjoni jenħtieġ li tiġi introdotta fir-Regolament tal-FSE+ u fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-perjodu finanzjarju li jmiss. Fl-istess ħin, għandhom jinstabu soluzzjonijiet finanzjarji aħjar għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
2.8. |
Kif rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea, id-djalogu soċjali kien fuq quddiem nett fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki li jillimitaw l-impatti tal-pandemija fid-dinja tax-xogħol. L-imsieħba soċjali għandhom ukoll rwol importanti fl-indirizzar tal-impatti estensivi tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna billi jiffaċilitaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-persuni spostati mill-Ukrajna, kif ukoll ta’ refuġjati u migranti oħra. L-imsieħba soċjali għandhom ukoll ir-rwol essenzjali li jsibu soluzzjonijiet sostenibbli għall-aġġustar tal-pagi u għall-ftehimiet kollettivi b’reazzjoni għall-kriżi tal-għoli tal-ħajja u l-livelli għoljin ta’ inflazzjoni. |
|
2.9. |
Il-KESE rrikonoxxa (3) li djalogu soċjali effettiv irid jinkludi:
Il-KESE japprezza li dawn l-elementi kollha huma inklużi f’din l-inizjattiva tal-Kummissjoni. |
|
2.10. |
Fl-istess ħin, għad hemm eżempji madwar l-UE fejn id-djalogu soċjali huwa dgħajjef u jopera f’ambjent negattiv. Xi drabi, il-qafas legali ma jipprovdix spazju li fih l-imsieħba soċjali jkunu jistgħu jinnegozjaw. Dan idgħajjef il-pożizzjonijiet tal-imsieħba soċjali, iżda jnaqqas ukoll il-kapaċità tagħhom li jinvolvu ruħhom f’negozjar kollettiv u jattiraw membri ġodda. Kriterji oġġettivi miftuħa, trasparenti u stabbiliti minn qabel għad-determinazzjoni tar-rappreżentattività tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali, stabbiliti bi qbil magħhom u l-evitar ta’ piżijiet amministrattivi eċċessivi, huma kruċjali għall-Istati Membri li għad ma għandhomx tradizzjonijiet twal. Fl-istess ħin, hemm varjetà kbira ta’ prattiki nazzjonali eżistenti, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali, li jeħtieġ li jiġu rispettati. |
|
2.11. |
Il-KESE jaqbel mal-Komunikazzjoni li jeħtieġ li jsir aktar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE biex tiġi appoġġjata l-kopertura tan-negozjar kollettiv (4), u jilqa’ f’dan ir-rigward ir-referenzi tar-Rakkomandazzjoni għal mezzi differenti biex jinkiseb dan: it-tneħħija ta’ ostakli istituzzjonali jew legali għad-djalogu soċjali u għan-negozjar kollettiv li jkopru forom ġodda ta’ xogħol jew impjieg atipiku; l-iżgurar li l-partijiet fin-negozjati jkollhom il-libertà li jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet li għandhom jiġu nnegozjati; l-iżgurar li kwalunkwe possibbiltà ta’ deroga minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv tiġi miftiehma bejn l-imsieħba soċjali u limitata fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tapplika; u l-iżgurar u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ infurzar ta’ ftehimiet kollettivi. |
|
2.12. |
Filwaqt li r-Rakkomandazzjoni telenka dawn il-fatturi importanti fit-titjib tal-kopertura tan-negozjar kollettiv, din hija nieqsa minn punt rilevanti ħafna li sar fil-Komunikazzjoni, jiġifieri l-importanza ta’ ftehimiet kollettivi settorjali. Kif innutat fil-Komunikazzjoni, il-kopertura tan-negozjar kollettiv hija għolja (aktar minn 50 %) f’pajjiżi b’mill-inqas xi forma ta’ negozjar settorjali biss. Din l-evidenza hija rikonoxxuta wkoll fid-Direttiva reċenti dwar pagi minimi adegwati (id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)), li skontha l-Istati Membri għandhom jippromovu l-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-imsieħba soċjali biex jinvolvu ruħhom f’negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi, b’mod partikolari fil-livell settorjali jew transindustrijali. |
|
2.13. |
Fl-istess ħin, huwa importanti li tiġi ppreservata n-natura volontarja tan-negozjar kollettiv, u li jinħoloq ambjent adegwat biex il-proċess isir attraenti u ta’ benefiċċju reċiproku. Il-proċess jeħtieġ li jkun inklużiv kemm jista’ jkun. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll sistemi effettivi għas-soluzzjoni tat-tilwim. Il-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-kopertura tal-ftehimiet kollettivi għandhom jiġu żviluppati fl-Istati Membri bl-involviment tal-imsieħba soċjali. |
|
2.14. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li r-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li ttejjeb id-djalogu soċjali tripartitiku kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, filwaqt li tirreferi, fost l-oħrajn, għall-importanza li jiġi allokat biżżejjed żmien għall-konsultazzjonijiet matul il-proċess tat-tfassil tal-politika, filwaqt li jiġu żgurati oqfsa istituzzjonali adegwati, u jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-parteċipazzjoni fid-djalogu soċjali. |
|
2.15. |
F’ċerti Stati Membri, id-dimensjoni tripartitika tad-djalogu soċjali hija aktar formalistika milli sinifikanti. B’implimentazzjoni u monitoraġġ adegwati, ir-Rakkomandazzjoni tista’ tkun pass importanti ’l quddiem fit-titjib ta’ din is-sitwazzjoni. It-trawwim ta’ djalogu tripartitiku fil-livell Ewropew ikun partikolarment importanti madwar aspetti relatati mal-impjiegi u l-protezzjoni soċjali, pereżempju permezz ta’ kunsiderazzjoni adegwata għall-ħolqien ta’ kumitati konsultattivi tripartitiċi dwar dawn il-kwistjonijiet. |
|
2.16. |
Fl-Opinjonijiet preċedenti tiegħu, il-KESE rrakkomanda, pereżempju, l-involviment adatt tal-imsieħba soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali ta’ rkupru, u kooperazzjoni aħjar bejn l-imsieħba soċjali u l-Kummissjoni Ewropea biex jiġi żgurat l-użu konsistenti tar-riżorsi Ewropej (6). Għandu jiġi żgurat ukoll l-involviment imtejjeb ta’ organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili. |
|
2.17. |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza tal-ftehimiet ta’ djalogu soċjali Ewropew bħala wieħed mill-aktar eżiti importanti tad-djalogu soċjali tal-UE. Il-KESE jieħu nota wkoll tas-sejħa tal-Kummissjoni lill-imsieħba soċjali Ewropej biex jinnegozjaw u jikkonkludu aktar ftehimiet tal-imsieħba soċjali, u fl-istess ħin jenfasizza li l-imsieħba soċjali nfushom ser jiddeċiedu jekk għandhomx jidħlu f’negozjati u, jekk iva, liema kwistjonijiet ikunu adegwati. Dan huwa aspett fundamentali tal-awtonomija tagħhom. |
|
2.18. |
Fl-istess ħin, il-KESE jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni mhux ċara fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-imsieħba soċjali permezz ta’ Direttivi tal-Kunsill. Mingħajr proċess aktar ċar, id-diskrezzjoni wiesgħa tal-Kummissjoni Ewropea f’din il-kwistjoni, permessa mis-sentenzi reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (7), x’aktarx li jkollha l-konsegwenza mhux mixtieqa li tnaqqas ir-rieda tal-imsieħba soċjali li jinnegozjaw dawn it-tipi ta’ ftehimiet. |
|
2.19. |
Għal din ir-raġuni, il-KESE jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiddiskuti din il-kwistjoni mal-imsieħba soċjali, filwaqt li tirrispetta l-awtonomija tagħhom u ssegwi l-proċedura tal-Artikolu 155 tat-TFUE. Il-KESE jtenni wkoll it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi kriterji ċari u trasparenti rigward l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-imsieħba soċjali settorjali (8). |
3. Kummenti speċifiċi
3.1. Kummenti speċifiċi dwar il-Komunikazzjoni
|
3.1.1. |
Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi appoġġ u parir legali mis-servizzi tal-Kummissjoni lill-imsieħba soċjali li qed jinnegozjaw, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta’ ftehim permezz tal-liġi tal-UE. B’mod kruċjali, l-imsieħba soċjali jeħtieġ li jaqblu b’mod konġunt jekk tali pariri u appoġġ humiex meħtieġa fil-kuntest tan-negozjati tagħhom. |
|
3.1.2. |
Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-prattika, ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti C-928/19 P, li tivvaluta, fost affarijiet oħra, l-adegwatezza tal-implimentazzjoni tal-ftehim innegozjat tal-imsieħba soċjali permezz tal-liġi tal-UE. Il-Kummissjoni tinnota li f’dan il-kuntest tista’ ssir valutazzjoni tal-impatt. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tinforma lill-imsieħba soċjali rispettivi fi żmien 3 xhur dwar il-kunsiderazzjonijiet preliminari tagħha, possibbilment inkluż jekk hux se jkun hemm valutazzjoni tal-impatt jew le. |
|
3.1.3. |
Filwaqt li l-KESE jirrikonoxxi l-valur tal-appoġġ u l-pariri offruti mill-Kummissjoni, u l-impenn għal ċerti limiti ta’ żmien fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tagħha, dawn il-miżuri mhumiex biżżejjed biex jagħtu lill-proċess iċ-ċarezza, it-trasparenza u l-prevedibbiltà li jeħtieġu l-imsieħba fin-negozjati. |
|
3.1.4. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ qafas ta’ appoġġ adegwat għad-djalogu soċjali settorjali, u jieħu nota tal-ittra miftuħa mill-Imsieħba Soċjali Settorjali Ewropej (9). It-tħassib tal-organizzazzjonijiet settorjali dwar il-finanzjament u l-organizzazzjoni tal-kumitati għad-djalogu soċjali settorjali jistħoqqlu kunsiderazzjoni serja. |
|
3.1.5. |
Fir-rigward tal-promozzjoni tad-djalogu soċjali tripartitiku Ewropew, il-KESE jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni li ser tassenja r-rwol ta’ Koordinatur tad-Djalogu Soċjali f’kull servizz tal-Kummissjoni. Il-preżenza ta’ koordinaturi bħal dawn fid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u fis-servizzi rilevanti għandha l-potenzjal li toħloq sensibilizzazzjoni u ttejjeb il-kwalità tad-djalogu soċjali, u b’hekk tgħin lill-Kummissjoni tikseb il-benefiċċji li djalogu tripartitiku li jiffunzjona tajjeb jista’ jġib għat-tfassil tal-politika Ewropea. |
|
3.1.6. |
Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u tal-impjiegi, il-KESE jilqa’ r-rikonoxximent tal-Kummissjoni tar-rwol importanti li għandhom l-imsieħba soċjali, meta jkunu involuti b’mod sinifikanti u f’waqtu fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, biex jiġi żgurat li r-riformi u l-investimenti jitfasslu u jiġu implimentati b’mod effettiv. Madankollu, filwaqt li d-djalogi strutturati jiġu organizzati regolarment mal-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE matul mumenti ewlenin taċ-ċiklu tas-Semestru, fil-livell nazzjonali l-gvernijiet spiss injoraw l-involviment tagħhom, u l-effettività tiegħu tiddependi ħafna fuq ir-rieda tajba tal-gvernijiet aktar milli fuq prattiki jew regoli stabbiliti. |
|
3.1.7. |
Il-KESE jaqbel li l-promozzjoni tad-djalogu soċjali u tan-negozjar kollettiv hija importanti wkoll fil-kuntest tan-negozjati tat-tkabbir li għaddejjin bħalissa, u jilqa’ l-appoġġ tal-Kummissjoni għal proġetti mmirati lejn it-titjib tad-djalogu soċjali fil-pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali. L-istess jgħodd għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u għas-sħubijiet tal-Global Gateway tal-UE, fejn l-UE ġustament timpenja ruħha li żżomm standards għoljin ta’ drittijiet tal-bniedem, tal-ħaddiema u dawk soċjali. |
3.2. Kummenti speċifiċi dwar il-Rakkomandazzjoni
|
3.2.1. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rispett tar-Rakkomandazzjoni għar-rwol u l-awtonomija tat-trade unions u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem fin-negozjar kollettiv. Il-KESE jqis li huwa importanti li jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, kif imsemmi fil-premessa 12, huwa interpretat f’konformità mal-ġurisprudenza tal-korpi superviżorji tal-ILO (b’mod partikolari l-Konvenzjonijiet 98 u 154), u li titneħħa l-kelma “ġeneralment” mill-premessa 12. Barra minn hekk, referenza għall-Konvenzjoni 98 tal-ILO tkun rilevanti, flimkien mal-Konvenzjoni 135, fil-premessa 13. |
|
3.2.2. |
Il-KESE jilqa’ l-appell lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-imsieħba soċjali jkunu involuti b’mod sistematiku u sinifikanti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki fil-ħin, speċjalment dawk li jikkonċernaw is-Semestru Ewropew u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-KESE jemmen li l-istabbiliment ta’ qafas effettiv komuni, li għandu jiġi implimentat fil-livell nazzjonali għall-involviment tal-imsieħba soċjali, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jista’ jgħin biex jiġi żgurat li jsiru konsultazzjonijiet effettivi u ta’ kwalità mal-imsieħba soċjali nazzjonali. |
|
3.2.3. |
Rigward is-Semestru Ewropew, l-Istati Membri għandu jkollhom l-obbligu li jehmżu r-riżultat tal-konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali, u l-pożizzjoni/il-kontribut tagħhom, mal-programmi nazzjonali għar-riformi u l-investimenti. Dan japplika wkoll għall-FSE+ u fondi oħra ta’ koeżjoni, kif adatt, u b’rispett sħiħ tal-Prinċipju tas-Sħubija. Fil-każijiet kollha, huwa vitali li l-imsieħba soċjali jkunu involuti b’mod effettiv, u li dan ma jiġix ridott għal eżerċizzju ta’ “tick-box”. Barra minn hekk, jekk ma jitwettaq l-ebda involviment sinifikanti, jew jekk id-djalogu soċjali jiġi kompromess fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni, pereżempju, l-abbozzi ta’ pjani/ftehimiet ta’ sħubija jistgħu jibqgħu, sakemm jiġu approvati. |
|
3.2.4. |
Il-premessi tar-Rakkomandazzjoni jirrikonoxxu li d-Direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (10) jirrikjedu li l-Istati Membri jirrispettaw id-dritt ta’ organizzazzjoni u ta’ negozjar kollettiv. Il-KESE jqis li din il-kwistjoni, li hija marbuta mill-qrib mal-għan li tiżdied il-kopertura tan-negozjar kollettiv, għandha tiġi inkluża fir-rakkomandazzjonijiet attwali lill-Istati Membri. |
|
3.2.5. |
Ir-Rakkomandazzjoni tinnota li l-kapaċità tal-imsieħba soċjali nazzjonali f’xi Stati Membri jeħtieġ li tissaħħaħ, bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet awtonomi tal-imsieħba soċjali tal-UE fil-livell nazzjonali. Il-KESE jemmen li l-għoti ta’ appoġġ aktar b’saħħtu f’dan ir-rigward (inkluż permezz tal-FSE+) se jżid il-viżibbiltà tal-eżiti tad-djalogu soċjali tal-UE fil-livell nazzjonali u jtejjeb il-proċess ta’ implimentazzjoni fil-prattika. |
|
3.2.6. |
Il-KESE jilqa’ l-attenzjoni speċjali għall-finanzjament nazzjonali u tal-UE disponibbli biex jiġu appoġġjati l-imsieħba soċjali. L-FSE+ huwa strument siewi biex tiżdied il-kapaċità tal-imsieħba soċjali (inklużi dawk li jirrappreżentaw l-SMEs u l-mikrointrapriżi) li jinvolvu ruħhom fi djalogi soċjali tripartitiċi u bipartitiċi, iżda wkoll biex jappoġġja azzjonijiet konġunti meħuda minnhom biex jantiċipaw, jibdlu u jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali u fuq l-impjieg tal-isfidi li jirriżultaw minn żviluppi soċjoekonomiċi differenti, bħat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, biex jingħata eżempju wieħed biss. Dan għandu jiġi deskritt b’mod ċar bħala parti minn approċċ iddedikat għall-appoġġ għall-bini tal-kapaċità għall-imsieħba soċjali taħt l-FSE+. |
|
3.2.7. |
Peress li d-djalogu ċivili li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati huwa rikonoxxut ġustament bħala proċess separat mill-Kummissjoni, l-appoġġ taħt l-FSE+ jenħtieġ li jsegwi l-istess approċċ. Il-linji baġitarji ddedikati għall-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu separati biex jiddeskrivu aħjar ir-rwoli speċifiċi u jsegwu aħjar l-eżiti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ sett ċar ta’ kriterji għat-testijiet tal-Għajnuna mill-Istat (approvati mill-Kummissjoni), peress li jidher li hija kwistjoni f’ċerti Stati Membri. Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati meta l-awtoritajiet nazzjonali jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-attivitajiet tal-proġetti tal-imsieħba soċjali mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. It-tfassil tagħhom għandu jirrifletti r-rwol speċjali tal-imsieħba soċjali, sabiex jiġi ffaċilitat l-involviment aħjar tagħhom fid-djalogu soċjali u l-kontribut effettiv tagħhom fuq livelli differenti (internazzjonali, tal-UE, nazzjonali, reġjonali, settorjali). Għandhom jiġu żviluppati regoli simili għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
3.2.8. |
Il-KESE jqis li huwa importanti li r-Rakkomandazzjoni tiġi b’dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ ċari u effettivi. Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jippreżentaw, fi żmien 18-il xahar mill-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni, lista ta’ miżuri, imfassla f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, għall-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, biħsiebha tiżviluppa indikaturi maqbula b’mod komuni biex tissorvelja l-implimentazzjoni b’mod konġunt mal-Kumitat tal-Impjiegi u mal-imsieħba soċjali rilevanti. L-imsieħba soċjali għandu jkollhom rwol prominenti fl-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi. |
|
3.2.9. |
Il-KESE jilqa’ d-dikjarazzjoni tar-Rakkomandazzjoni li dan il-monitoraġġ għandu jippermetti lill-imsieħba soċjali, fost affarijiet oħra, jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn ikunu ġew esklużi jew involuti b’mod inadegwat f’konsultazzjonijiet fil-livell nazzjonali dwar il-politika tal-UE u dik nazzjonali. Il-KESE jqis li jkun importanti wkoll li jiġi definit proċess li jsegwi minn tali identifikazzjonijiet u li għandu l-għan li jtejjeb is-sitwazzjoni. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) L-Opinjoni tal-KESE dwar Id-djalogu soċjali għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-ekonomiji (ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14).
(2) L-Opinjoni tal-KESE dwar Djalogu soċjali għall-innovazzjoni fl-ekonomija diġitali (ĠU C 159, 10.5.2019, p. 1).
(3) L-Opinjoni tal-KESE dwar Id-djalogu soċjali għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-ekonomiji (ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14).
(4) L-Opinjoni tal-KESE dwar Id-djalogu soċjali għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-ekonomiji (ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14).
(5) Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).
(6) L-Opinjoni tal-KESE dwar Id-djalogu soċjali għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-ekonomiji (ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14) u Opinjoni tal-KESE dwar Linji gwida għall-politiki dwar l-impjieg tal-Istati Membri (ĠU C 517, 22.12.2021, p. 97).
(7) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019, T-310/18, u Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-2 ta’ Settembru 2021 C-928/19 P.
(8) Opinjoni tal-KESE dwar Id-djalogu soċjali għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-ekonomiji (ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14).
(9) Ittra miftuħa mill-Imsieħba Soċjali Settorjali Ewropej – EuroCommerce
(10) Id-Direttiva 2014/24/UE ara ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, 2014/25/UE ara ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243 u 2014/23/UE ara ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 74(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
EMENDA 1
SOC/764
It-tisħiħ tad-djalogu soċjali
Punt 2.3
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Kif rikonoxxut mill-Komunikazzjoni, l- imsieħba soċjali għandhom għarfien u esperjenza li ma hemmx bħalhom tas-sitwazzjoni tal-impjiegi u dik soċjali “fuq il-post”. Il- kontribut tagħhom jista’ jsib il-bilanċ it-tajjeb bejn l-interessi tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem u jtejjeb l-aċċettabbiltà u l-effettività tal-politika u l-leġiżlazzjoni. Il-Kummissjoni ġustament tinnota wkoll li l-imsieħba soċjali għandhom rwol uniku meta mqabbla ma’ partijiet ikkonċernati oħra. |
Kif rikonoxxut mill-Komunikazzjoni, il-kontribut tal- imsieħba soċjali jista’ jsib il-bilanċ it-tajjeb bejn l-interessi tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem u jtejjeb l-aċċettabbiltà u l-effettività tal-politika u l-leġiżlazzjoni. Il-Kummissjoni ġustament tinnota wkoll li l-imsieħba soċjali għandhom rwol uniku meta mqabbla ma’ partijiet ikkonċernati oħra . Madankollu, il-KESE jenfasizza l-valur tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ fehmiet bejn il-parteċipanti, kemm fid-djalogu soċjali kif ukoll f’dak ċivili. Ħafna organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ukoll esperjenza unika u għarfien speċifiku dwar is-sitwazzjoni fuq il-post. Dan l-għarfien jista’ jintuża lil hinn mid-djalogu ċivili. Ta’ min jenfasizza l-prattiki f’ċerti Stati Membri, fejn l-imsieħba soċjali jistiednu lir-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet speċifiċi tas-soċjetà ċivili għal laqgħat organizzati fil-qafas tad-djalogu soċjali, biex jisimgħuhom u jagħmlu użu mill-għarfien, l-għarfien espert u l-esperjenzi tagħhom. |
Raġuni
F’ħafna oqsma tas-sitwazzjoni soċjali “fil-prattika”, l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huwa ħafna aktar estensiv – pereżempju, fil-ġlieda kontra l-faqar, l-appoġġ għall-persuni b’diżabilità jew gruppi vulnerabbli oħra ta’ ċittadini, l-integrazzjoni tal-migranti, id-drittijiet tal-minoranzi etniċi u l-għajnuna liat-tfal f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. Din ir-realtà għandha tiġi riflessa fl-Opinjoni esploratorja sabiex tiġi evitata l-impressjoni li l-imsieħba soċjali biss għandhom għarfien dwar is-sitwazzjoni soċjali “fil-prattika”. L-għarfien espert imsemmi hawn fuq huwa magħruf, rikonoxxut u mifhum mill-imsieħba soċjali f’ċerti Stati Membri, li jistiednu rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet speċifiċi tas-soċjetà ċivili biex jiltaqgħu mal-atturi fl-istrutturi ta’ djalogu tripartitiku, sabiex japprofondixxu l-għarfien tagħhom u jarrikkixxu l-esperjenza tagħhom.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
83 |
|
Kontra: |
153 |
|
Astensjonijiet: |
9 |
EMENDA 2
SOC/764
It-tisħiħ tad-djalogu soċjali
Punt 2.4
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Kif iddikjarat fir-Rakkomandazzjoni, ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rikonoxxut u rispettat bis-sħiħ fl-istrutturi u l-proċessi tad-djalogu soċjali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-djalogu ċivili, li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati fuq firxa usa’ ta’ suġġetti, huwa proċess separat. |
Kif iddikjarat fir-Rakkomandazzjoni, ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rikonoxxut u rispettat bis-sħiħ fl-istrutturi u l-proċessi tad-djalogu soċjali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-djalogu ċivili, li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati fuq firxa usa’ ta’ suġġetti, huwa proċess separat. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ fehmiet bejn il-parteċipanti fid-djalogu soċjali u ċivili, peress li r-rappreżentanti ewlenin tal-interessi ta’ ħafna gruppi soċjali mhumiex imsieħba soċjali, iżda organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn isiru ftehimiet bejn l-imsieħba soċjali mingħajr ma jitqiesu l-fehmiet u l-argumenti ta’ organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili, li jirrappreżentaw u għandhom impatt sinifikanti fuq il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. |
Raġuni
L-għan ta’ din l-emenda huwa li tenfasizza li l-interessi ta’ gruppi oħra, mhux “koperti” b’mod sinifikanti mill-imsieħba soċjali u l-aktar rappreżentati minn organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, għandhom jitqiesu meta jsir id-djalogu soċjali.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
79 |
|
Kontra: |
157 |
|
Astensjonijiet: |
7 |
EMENDA 3
SOC/764
It-tisħiħ tad-djalogu soċjali
Punt 3.1.5
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Fir-rigward tal-promozzjoni tad-djalogu soċjali tripartitiku Ewropew, il-KESE jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni li ser tassenja r-rwol ta’ Koordinatur tad-Djalogu Soċjali f’kull servizz tal-Kummissjoni. Il-preżenza ta’ koordinaturi bħal dawn fid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u fis-servizzi rilevanti għandha l-potenzjal li toħloq sensibilizzazzjoni u ttejjeb il-kwalità tad-djalogu soċjali, u b’hekk tgħin lill-Kummissjoni tikseb il-benefiċċji li djalogu tripartitiku li jiffunzjona tajjeb jista’ jġib għat-tfassil tal-politika Ewropea. |
Fir-rigward tal-promozzjoni tad-djalogu soċjali tripartitiku Ewropew, il-KESE jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni li ser tassenja r-rwol ta’ Koordinatur tad-Djalogu Soċjali f’kull servizz tal-Kummissjoni. Il-preżenza ta’ koordinaturi bħal dawn fid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u fis-servizzi rilevanti għandha l-potenzjal li toħloq sensibilizzazzjoni u ttejjeb il-kwalità tad-djalogu soċjali, u b’hekk tgħin lill-Kummissjoni tikseb il-benefiċċji li djalogu tripartitiku li jiffunzjona tajjeb jista’ jġib għat-tfassil tal-politika Ewropea. Fl-istess ħin, il-KESE jenfasizza li koordinaturi simili għandhom jiġu introdotti f’kull Direttorat Ġenerali tal-KE, sabiex jiġi promoss id-djalogu ċivili Ewropew. Dawn iż-żewġ djalogi għandhom jissaħħu b’mod parallel mill-Kummissjoni, mingħajr preferenza għal xi wieħed minnhom. |
Raġuni
Il-Kummissjoni Ewropea issa qed tipproponi li toħloq Koordinatur tad-Djalogu Soċjali ddedikat f’kull Direttorat Ġenerali u servizzi oħra tal-Kummissjoni. Dawn huma riżorsi umani sinifikanti ħafna ddedikati għat-tisħiħ tad-djalogu soċjali, minħabba li biss bois hemm 30 DĠ u ħafna servizzi oħra. Il-ħolqien ta’ koordinatur speċjali għad-djalogu soċjali f’mill-inqas ċerti DĠ iqajjem dubji, peress li dawn huma oqsma ta’ attività li huma ddominati minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili apparti l-imsieħba soċjali. Eżempji jinkludu l-ambjent, il-klima, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-isport u l-kultura, il-ġustizzja u l-konsumaturi. Jinħtieġu azzjonijiet simultanji biex jiġi appoġġjat id-djalogu ċivili – m’hemm l-ebda raġuni biex il-Kummissjoni Ewropea tittratta b’mod speċifiku tip wieħed biss ta’ djalogu, billi talloka għat-tisħiħ tiehħu riżorsi umani sinifikanti, li b’kollox jistgħu jaqbżu l-50 persuna.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
78 |
|
Kontra: |
156 |
|
Astensjonijiet: |
7 |
EMENDA 4
SOC/764
It-tisħiħ tad-djalogu soċjali
Punt 1.7
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-sezzjoni |
Emenda |
|
Kif iddikjarat fir-Rakkomandazzjoni, ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rikonoxxut u rispettat bis-sħiħ fl-istrutturi u l-proċessi tad-djalogu soċjali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-djalogu ċivili, li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati fuq firxa usa’ ta’ suġġetti, huwa proċess separat. Din id-distinzjoni għandha ssir ukoll fl-appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet għall-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili usa’. |
Kif iddikjarat fir-Rakkomandazzjoni, ir-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għandu jiġi rikonoxxut u rispettat bis-sħiħ fl-istrutturi u l-proċessi tad-djalogu soċjali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-djalogu ċivili, li jinvolvi sett usa’ ta’ partijiet ikkonċernati fuq firxa usa’ ta’ suġġetti, huwa proċess separat. Din id-distinzjoni għandha ssir ukoll fl-appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet għall-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili usa’. Fl-istess ħin, il-KESE jenfasizza l-valur tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ fehmiet bejn il-parteċipanti kemm fid-djalogu soċjali kif ukoll f’dak ċivili. Ħafna organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ukoll esperjenza unika u għarfien speċifiku dwar is-sitwazzjoni fuq il-post. Dan l-għarfien jista’ jintuża lil hinn mid-djalogu ċivili. |
Raġuni
Bil-għan li tiġi riflessa l-parti prinċipali tat-test.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
83 |
|
Kontra: |
153 |
|
Astensjonijiet: |
9 |
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/97 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġbir u t-trasferiment ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri (API) għat-titjib u għall-faċilitazzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri esterni, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/817 u r-Regolament (UE) 2018/1726, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE
(COM(2022) 729 final)
u dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġbir u t-trasferiment ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/818
(COM(2022) 731 final)
(2023/C 228/13)
|
Relatur: |
Tymoteusz Adam ZYCH |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 8.2.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 77(2)(b) u (d) u Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
3.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
137/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri (1), fid-dawl tal-ħtieġa ta’ ġbir u trasferiment effettivi kemm tad-data tal-informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri (API) kif ukoll tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għal skopijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, kif ukoll għal raġunijiet ta’ sigurtà, inkluża l-ħtieġa li jiġu evitati u miġġielda t-terroriżmu u l-kriminalità serja. |
|
1.2. |
Il-KESE huwa konvint li sakemm id-data tal-API u l-PNR tibqa’ s-suġġett tad-direttivi attwali (id-Direttiva dwar l-API (2) u d-Direttiva dwar il-PNR (3)), se jkun hemm differenzi mhux mixtieqa fl-implimentazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali. |
|
1.3. |
Sabiex tiġi armonizzata l-implimentazzjoni ta’ tali direttivi, kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza tal-ġbir u t-trasferiment tad-data tal-API u tal-PNR, ir-Regolamenti huma meħtieġa peress li se jeliminaw id-differenzi li jirriżultaw minn prattiki differenti tal-Istati Membri, iżidu ċ-ċertezza legali, jaċċelleraw il-fluss tal-passiġġieri, u jnaqqsu d-diffikultajiet amministrattivi għat-trasportaturi tal-ajru. |
|
1.4. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (il-Karta) fl-applikazzjoni tar-Regolamenti proposti. Id-drittijiet ta’ gruppi vulnerabbli, speċjalment persuni b’diżabilità, għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa. |
|
1.5. |
Argument importanti favur l-adozzjoni tal-proposti huwa l-fatt li d-direttivi attwali dwar l-API u l-PNR huma wkoll soġġetti għal kritika minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mal-istandards attwali tal-protezzjoni tad-data. |
|
1.6. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu koperti l-ispejjeż iġġenerati mill-eu-LISA fir-rigward tat-tfassil, l-iżvilupp, l-ospitar u l-ġestjoni teknika tar-router, li għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-UE, kif ukoll l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fir-rigward tal-konnessjoni tagħhom mar-router u l-integrazzjoni tagħhom mar-router. |
|
1.7. |
Madankollu, il-KESE jinnota li r-Regolamenti proposti jintroduċu bidliet legali sinifikanti, minbarra l-modifiki estensivi min-naħa teknika għas-sistema funzjonali attwali. Għalhekk, l-oqfsa l-ġodda tal-API u tal-PNR jirrikjedu monitoraġġ kontinwu u bir-reqqa, imwettaq kemm fil-livell tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni Ewropea, tat-trasportaturi tal-ajru u tal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll mill-eu-LISA, speċjalment fil-kuntest ta’ data personali. Għal din ir-raġuni, il-KESE jenfasizza li hemm ħtieġa qawwija li tiġi organizzata kampanja ta’ informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida, kif ukoll taħriġ għat-trasportaturi tal-ajru. Huwa ssuġġerit li jsiru awditi aktar frekwenti, u li jitqiesu proċeduri addizzjonali għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-sistema l-ġdida għall-ġbir u t-trażmissjoni tad-data dwar l-API u l-PNR. |
|
1.8. |
Il-KESE huwa konxju li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposti ma jkoprix il-passiġġieri kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Madankollu, meta jitqiesu l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ispeċifiċità tal-ivvjaġġar bl-ajru, jidher li f’dan l-istadju huwa ġustifikat li l-proposti jiġu limitati għall-ivvjaġġar bl-ajru. Meta r-Regolamenti jiġu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ex post, huwa ssuġġerit li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni għal mezzi oħra ta’ trasport, b’mod partikolari dak marittimu. |
|
1.9. |
Barra minn hekk, il-KESE jifhem it-tħassib relatat mal-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-proposti. Huwa jissuġġerixxi li jiġu ċċarati aktar id-dispożizzjonijiet dwar il-pieni imposti fuq l-operaturi privati fl-industrija tal-avjazzjoni. Fid-dawl tal-fatt li fil-prattika huwa impossibbli li tiġi żgurata l-akkuratezza sħiħa tad-data dwar l-API, huwa propost ukoll li jiġi kkunsidrat “limitu ta’ tolleranza” fil-livell tal-UE għal żbalji fil-ġbir u t-trasferiment tad-data, u li jiġi ċċarat li l-pieni jiġu imposti fuq trasportaturi li ma jikkooperawx, jew jiġu imposti biss fejn ma jintlaħaqx il-livell minimu ta’ kwalità aċċettabbli għad-data dwar l-API (kif definit fil-livell tal-UE). |
2. Introduzzjoni
|
2.1. |
L-enfasi ta’ din l-Opinjoni hija prinċipalment fuq il-Proposta għal Regolament rigward il-ġbir u t-trasferiment tal-API għall-ġestjoni tal-fruntieri (4) u teżamina fil-qosor it-tieni Proposta għal Regolament dwar il-ġbir u t-trasferiment tal-API fil-kuntest ta’ reati serji u r-reati terroristiċi (5), fil-paragrafu 7 hawn taħt, li japplika għad-data dwar il-PNR minħabba bidliet ippjanati fid-data dwar l-API. |
|
2.2. |
Ir-Regolamenti proposti japplikaw biss għat-trasport bl-ajru u ma japplikawx għal mezzi oħra ta’ trasport, inkluż it-trasport marittimu jew fuq l-art. Il-proposti japplikaw kemm għal titjiriet charter kif ukoll għal titjiriet kummerċjali. |
|
2.3. |
Ir-Regolamenti proposti se jirrevokaw id-Direttiva API eżistenti. Ladarba jiġu adottati, dawn isiru parti mill-acquis ta’ Schengen. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-fatt li, minħabba ż-żieda fil-popolarità tal-ivvjaġġar bl-ajru, is-sistemi eżistenti tas-servizzi tal-passiġġieri mhumiex effettivi biżżejjed u hemm bżonn li jittejbu, b’mod partikolari biex jiġi żgurat fluss bla xkiel tal-passiġġieri. Fl-2019, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali rrappurtat li 4,5 biljun passiġġier ivvjaġġaw bl-ajru fuq servizzi skedati, u hemm aktar minn nofs biljun passiġġier li jidħlu jew joħorġu mill-UE kull sena. La l-pandemija tal-COVID-19 u lanqas l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna ma bidlu din is-sitwazzjoni, u dan jitlob li jinstabu soluzzjonijiet innovattivi biex jitħaffef il-pass u jittejjeb il-proċess tal-kontroll fil-fruntieri. Minkejja l-kollass fit-traffiku tal-ajru li seħħ fl-2020-2021 minħabba l-pandemija, l-ivvjaġġar bl-ajru qed jirkupra. |
|
3.2. |
Min-naħa l-oħra, il-KESE huwa konxju tal-fatt li, irrispettivament mill-effiċjenza tal-kontrolli u l-ħeffa tal-proċess biex jingħata servizz lill-passiġġieri tal-ajru, huma meħtieġa strumenti effettivi biex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-immigrazzjoni illegali, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-fruntieri tal-UE jkunu siguri. |
|
3.3. |
Fil-fehma tal-KESE, l-użu ta’ sistemi awtomatiċi ta’ ġbir ta’ data jista’ jkollu vantaġġi sinifikanti, inkluż iż-żieda fl-effiċjenza, l-iżvilupp teknoloġiku, it-titjib tal-kwalità, u l-aċċellerazzjoni tal-akkwist tad-data. |
|
3.4. |
Bħal kull teknoloġija innovattiva, l-awtomatizzazzjoni tal-ġbir u t-trasferiment tad-data jinvolvu wkoll riskji u sfidi kumplessi ta’ politika f’oqsma bħas-sigurtà, is-sikurezza u l-monitoraġġ, l-aspetti soċjoekonomiċi, l-etika u l-privatezza, l-affidabbiltà, eċċ. |
|
3.5. |
Id-data dwar l-API hija sett ta’ informazzjoni dwar l-identità tal-passiġġieri, li tinsab fid-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom, flimkien mal-informazzjoni dwar it-titjira miġbura waqt ir-reġistrazzjoni, u mbagħad trasferita lill-awtoritajiet tal-fruntiera tal-pajjiż tad-destinazzjoni. L-informazzjoni dwar l-API tinkludi data bijografika tal-passiġġieri, idealment maqbuda mill-Parti li Tinqara minn Magna tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom, kif ukoll xi informazzjoni relatata mat-titjira tagħhom. |
|
3.6. |
Is-sistema ta’ ġbir u trasferiment tal-API tiddependi mit-trażmissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tad-data tal-API qabel il-wasla ta’ titjira, sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwettqu skrinjar minn qabel ta’ vjaġġaturi skont profili ta’ riskju, listi ta’ sorveljanza u bażijiet tad-data, b’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli. |
|
3.7. |
Il-KESE huwa konxju li d-Direttiva attwali timponi obbligu fuq it-trasportaturi tal-ajru biex jittrasferixxu d-data dwar l-API, fuq talba, lill-awtoritajiet tal-fruntiera tal-pajjiż tad-destinazzjoni qabel it-tluq tat-titjira; madankollu, ma timponix obbligu fuq l-Istati Membri biex jitolbu data dwar l-API mingħand it-trasportaturi tal-ajru. B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jaġixxu b’mod inkonsistenti: xi wħud jitolbu l-API, oħrajn le. Skont il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, huwa stmat li d-data dwar l-API tinġabar għal 65 % tat-titjiriet deħlin, u għalhekk fil-prattika huwa faċli li jiġu evitati l-kontrolli u l-verifiki. Barra minn hekk, kif innotat fl-evalwazzjoni tal-Kummissjoni (6) fir-rigward tad-Direttiva dwar l-API, anke meta l-Istati Membri jitolbu data dwar l-API, l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom mhux dejjem jużaw id-data b’mod konsistenti. |
|
3.8. |
Il-KESE huwa konxju tad-dgħufijiet tas-sistema attwali stabbilita skont id-Direttiva. Kif uriet l-evalwazzjoni, in-nuqqas ta’ standardizzazzjoni u armonizzazzjoni jwassal għal tnaqqis fil-benefiċċji tal-ipproċessar tad-data dwar l-API, li joħloq piż fuq il-partijiet ikkonċernati u jiġġenera ċertu livell ta’ inċertezza legali. |
|
3.9. |
Il-KESE jqis li hemm ukoll theddida potenzjali għall-impjegati fl-industrija tal-avjazzjoni, li tirriżulta mill-użu ta’ sistemi awtomatiċi ta’ ġbir ta’ data. Għalhekk, il-KESE jara l-ħtieġa li jiġi organizzat taħriġ għal dawn l-impjegati, li jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-problemi potenzjali bħala riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti proposti. |
|
3.10. |
Madankollu, il-KESE jinnota li l-Proposta għal Regolament dwar il-ġestjoni tal-fruntieri ma għandux ikollha impatt negattiv fuq il-livell tal-impjieg u s-sitwazzjoni tal-impjegati, iżda għandha tirriżulta biss f’aktar effiċjenza u affidabbiltà tal-metodi tal-ġbir u t-trasferiment tad-data, li diġà huma implimentati bl-użu ta’ proċeduri awtomatizzati. |
4. Il-ħtieġa li l-Proposta għal Regolament dwar l-API ittejjeb u tiffaċilita l-kontrolli fil-fruntieri
|
4.1. |
L-esperjenzi relatati mal-applikazzjoni u l-evalwazzjoni tad-Direttiva attwali żvelaw bosta nuqqasijiet tas-sistema attwali, inklużi l-ineffiċjenza, l-intensività tal-ispejjeż u d-diffikultajiet formali u amministrattivi għat-trasportaturi. Barra minn hekk, xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva mhumiex ċari, joħolqu dubji fl-interpretazzjoni, u diskrepanzi fl-applikazzjoni tagħhom fl-Istati Membri, kif ukoll inkonsistenzi ma’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-UE. |
|
4.2. |
In-nuqqasijiet ewlenin ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu indikati:
|
|
4.3. |
Argument importanti favur l-adozzjoni tal-Proposta għal Regolament huwa wkoll il-fatt li d-Direttiva hija soġġetta għal kritika minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħha mal-istandards attwali tal-protezzjoni tad-data. L-ewwel nett, id-Direttiva tqajjem id-dubji li ġejjin:
|
|
4.4. |
Sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, il-Proposta għal Regolament tassumi li se jinħoloq router ċentrali tal-API sabiex jissaħħu l-verifiki minn qabel fil-fruntieri esterni rilevanti b’data dwar l-API ta’ kwalità għolja u kompluta u sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss tal-vjaġġaturi.. |
5. Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell tar-Regolament
|
5.1. |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, il-KESE iqis li l-introduzzjoni ta’ sistema uniformi fil-livell tal-UE għall-Istati Membri kollha, se tippermetti, fost affarijiet oħra, l-iżvilupp ta’ approċċ ta’ “tieqa unika”, jiġifieri ċ-ċentralizzazzjoni tal-proċess tal-ġbir tad-data kollha li toriġina mit-trasportaturi u t-trasferiment ulterjuri tagħha lill-awtoritajiet rilevanti. Sistema unifikata tippermetti titjib fil-kwalità tad-data miksuba, u tippermetti wkoll li l-proċess kollu jkun kompletament awtomatizzat, u jitnaqqsu l-ispejjeż min-naħa tal-entitajiet pubbliċi, it-trasportaturi, u l-vjaġġaturi nfushom. |
|
5.2. |
Il-Proposta għal Regolament isservi biex tiġi unifikata u ssemplifikata l-proċedura għall-ġbir u t-trasferiment tad-data tal-API, li huwa ta’ benefiċċju mhux biss mill-perspettiva tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, iżda fuq kollox mill-perspettiva tal-industrija tal-avjazzjoni, għalkemm se jkollhom l-obbligu jiġbru u jittrasferixxu d-data dwar l-API għat-titjiriet kollha lejn l-UE. Madankollu, il-Proposta għal Regolament se ġġib ċertezza legali u prevedibbiltà, u għalhekk se żżid ukoll il-konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru. |
|
5.3. |
Il-KESE jemmen li, sabiex jiġi garantit l-għan tad-Direttiva dwar l-API, l-objettivi tad-direttiva jintlaħqu aħjar permezz tal-Proposta għal Regolament. Huwa improbabbli li l-benefiċċji miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistemi tal-API mill-pajjiżi ta’ implimentazzjoni jinkisbu mingħajr l-intervent tal-UE. Fil-qosor, l-idea wara l-Proposta għal Regolament hija t-twemmin li n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva huwa ostaklu għall-effettività u l-koerenza tagħha. |
|
5.4. |
Il-KESE jinnota wkoll il-ħtieġa li d-Direttiva tiġi emendata minħabba ż-żmien li għadda wara d-dħul fis-seħħ tagħha, b’mod partikolari, fid-dawl tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni mill-2004 ’l hawn. Skont il-Proposta għal Regolament, is-sistema l-ġdida se tkun kompletament kompatibbli mas-soluzzjonijiet li diġà qed jintużaw, jiġifieri s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-Sistema Eurodac, is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat (is-Sistema ECRIS-TCN). |
6. L-effiċjenza tas-soluzzjonijiet proposti
|
6.1. |
Il-KESE jappoġġja l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet li jiżguraw kontrolli effettivi fil-fruntieri esterni u approċċ koerenti fiż-żona Schengen kollha, inkluż fir-rigward tal-possibbiltà ta’ kontrolli minn qabel ta’ vjaġġaturi bl-użu ta’ data tal-API. |
|
6.2. |
Madankollu, irrispettivament mill-appoġġ ġenerali għall-Proposta għal Regolament, il-KESE jinsab imħasseb dwar ir-riskji ta’ abbuż relatati maċ-ċentralizzazzjoni tal-proċess tal-ġbir u t-trasferiment tad-data dwar l-API, inkluż b’mod partikolari d-data personali. Dawn il-biżgħat huma ġġustifikati wkoll mill-fatt li r-router li permezz tiegħu se tiġi trażmessa d-data għadu fil-fażi tal-ippjanar – il-kompitu għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-iżvilupp, il-ġestjoni u l-manutenzjoni teknika tiegħu ġie ddelegat lill-aġenzija eu-LISA. |
|
6.3. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-adozzjoni tal-Proposta għal Regolament se jkollha impatt fuq il-baġit u l-ħtiġijiet tal-persunal tal-eu-LISA u tal-awtoritajiet kompetenti għas-sorveljanza tal-fruntieri tal-Istati Membri. Huwa stmat li l-ispejjeż addizzjonali se jinkludu EUR 45 miljun (EUR 33 miljun taħt il-QFP attwali) biex jiġi stabbilit ir-router u EUR 9 miljun fis-sena mill-2029 ’il quddiem għall-ġestjoni teknika tiegħu, u madwar EUR 27 miljun għall-Istati Membri – u dawn se jitħallsu mill-baġit tal-UE. |
|
6.4. |
Il-KESE japprezza l-ispeċifikazzjoni preċiża u komprensiva tad-data inkluża fl-API tad-data (definita fl-Artikolu 4(2) u (3) tal-proposta) għat-tisħiħ u l-iffaċilitar tal-kontrolli fil-fruntieri esterni. |
|
6.5. |
Il-KESE jenfasizza li l-Proposta għal Regolament tippermetti lill-Kummissjoni tiċċara diversi kwistjonijiet dettaljati, speċjalment dawk tekniċi, permezz ta’ atti delegati maħruġa aktar tard. Għalhekk, il-valutazzjoni finali tal-Proposta għal Regolament tiddependi mid-dispożizzjonijiet dettaljati maħruġa fil-futur, kif ukoll mill-kwalità tas-soluzzjonijiet tekniċi adottati. |
|
6.6. |
B’konsegwenza ta’ dan, il-KESE huwa obbligat jenfasizza t-tħassib dwar is-sigurtà relatat mal-protezzjoni tad-data. Fil-fehma tal-KESE, jeħtieġ li l-protezzjoni effettiva tad-data tiġi kkunsidrata b’mod speċjali fil-kuntest tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, li jinkludi d-dritt għall-informazzjoni dwar l-akkwist, il-ħżin u l-ipproċessar tad-data personali. Għalhekk, il-KESE japprova bis-sħiħ obbligu ġdid li jitwettqu awditi regolari tal-protezzjoni tad-data personali. Fl-istess ħin, il-KESE jissuġġerixxi li jiġi kkunsidrat jekk l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-data għandhomx jiżguraw li l-ipproċessar tad-data dwar l-API li tikkostitwixxi data personali jiġi awditjat aktar ta’ spiss minn darba kull erba’ snin. |
|
6.7. |
Sabiex tiġi żgurata l-aħjar prestazzjoni tar-router, jeħtieġ li tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn l-eu-LISA, l-Istati Membri u t-trasportaturi tal-ajru. Konsegwentement, l-obbligu tal-eu-LISA li tipprovdi taħriġ lil dawk interessati fl-użu tekniku tar-router huwa pass pożittiv. |
|
6.8. |
Il-KESE, abbażi tal-prinċipju tal-proporzjonalità u t-tħassib dwar il-protezzjoni massima tad-data personali, jaqbel li data bħan-nazzjonalità, il-ġeneru u d-data tat-twelid jiġu esklużi mill-obbligu statistiku. |
7. L-importanza tar-Regolament dwar il-PNR (it-tieni Proposta għal Regolament)
|
7.1. |
Il-KESE jqis it-tieni Proposta għal Regolament bħala modifika neċessarja u konsistenti tas-sistema għall-ġbir u t-trażmissjoni tad-data dwar il-PNR b’rabta mar-riforma tad-data dwar l-API. |
|
7.2. |
B’konsegwenza ta’ dan, l-unifikazzjoni tas-sistema permezz tal-adozzjoni taż-żewġ Regolamenti fil-livell tal-UE u l-ħolqien ta’ router ġestit mill-eu-LISA se jżidu wkoll is-sigurtà permezz ta’ proċess aktar effettiv ta’ identifikazzjoni għal vjaġġaturi b’riskju għoli, u tikkonferma x-xejra tal-ivvjaġġar tal-individwi suspettati. |
8. L-ispiża tar-Regolamenti
|
8.1. |
Il-KESE jikkonkludi li l-adozzjoni tar-Regolamenti proposti ser tiġġenera spejjeż min-naħa tal-baġit tal-UE, spejjeż għall-Istati Membri, u anke ħtiġijiet ta’ investiment min-naħa tal-industrija tal-avjazzjoni (stmati għal madwar EUR 75 miljun, skont il-valutazzjoni tal-impatt), iżda li kollox ma’ kollox, il-benefiċċji ser ikunu akbar mill-ispejjeż, peress li dawn l-ispejjeż ser jiġu kkumpensati mill-approċċ razzjonalizzat u ċentralizzat għat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
|
8.2. |
Ir-Regolamenti proposti jnaqqsu l-ispejjeż operattivi kif ukoll il-pieni normalment imposti minħabba data fqira jew nieqsa dwar l-ivvjaġġar. Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti ser itejjeb is-sorveljanza tal-qsim tal-fruntieri, il-ħidma tas-servizzi tal-ajruporti u l-awtoritajiet nazzjonali tal-fruntieri, u ser jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali. Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-KESE jqis li r-Regolamenti proposti huma ġġustifikati fid-dawl tal-analiżi pożittiva tal-ispejjeż u l-benefiċċji, kif iddikjarat fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni. |
9. Kummenti speċifiċi
|
9.1. |
Il-Kumitat jenfasizza l-importanza tal-Karta fil-proċess tal-applikazzjoni tal-Proposta għal Regolament, b’attenzjoni speċjali għal gruppi vulnerabbli, inklużi l-persuni b’diżabilità. F’dan ir-rigward għandhom jiġu kkunsidrati l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u l-kuntest tal-kawżi attwalment pendenti. |
|
9.2. |
Il-ġurisprudenza tal-QĠUE hija ta’ importanza partikolari għar-regoli l-ġodda dwar il-ġbir u t-trasferiment tad-data dwar il-PNR fi ħdan il-qafas istituzzjonali propost, b’mod partikolari s-sentenza fil-kawża C-817/19. Il-KESE jissuġġerixxi wkoll li t-terminoloġija taż-żewġ proposti għandha tqis il-ġurisprudenza stabbilita tal-QĠUE. |
|
9.3. |
Kif ġie nnutat fil-punt 1.6 hawn fuq, il-KESE jqis li l-kamp ta’ applikazzjoni huwa ġġustifikat f’dan l-istadju. Madankollu, meta r-Regolamenti jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ex post, huwa ssuġġerit li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni għal mezzi oħra ta’ trasport, b’mod partikolari dak marittimu. F’tali valutazzjoni, għandhom jitqiesu fatturi bħall-ispeċifiċità ta’ kull mezz ta’ trasport, il-piż amministrattiv impost fuq it-trasportaturi, u l-effiċjenza u l-effettività fir-rigward tas-sigurtà tal-fruntieri tal-UE. |
|
9.4. |
Kif innutat fil-punt 1.7 hawn fuq, il-KESE jissuġġerixxi li tingħata kjarifika ulterjuri rigward il-pieni imposti fuq l-operaturi privati fl-industrija tal-avjazzjoni, li jiġi kkunsidrat “limitu ta’ tolleranza” fil-livell tal-UE għal żbalji fil-ġbir u t-trasferiment tad-data, u l-pieni jiġu imposti biss taħt ċerti kundizzjonijiet. |
|
9.5. |
Il-KESE jirrimarka li d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti proposti għandu jkun akkumpanjat minn kampanja wiesgħa ta’ informazzjoni, li tista’ tgħin biex l-għanijiet tagħhom jiġu kkomunikati lill-pubbliku u titnaqqas il-probabbiltà ta’ ċirkostanzi mhux previsti meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Hemm żewġ proposti: (a) il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġbir u t-trasferiment ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri (API) għat-titjib u għall-faċilitazzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri esterni, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/817 u r-Regolament (UE) 2018/1726, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE; u (b) il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġbir u t-trasferiment ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/818.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-obbligu ta' trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24).
(3) Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132).
(4) COM(2022) 729 final.
(5) COM(2022) 731 final.
(6) Kummissjoni Ewropea, Staff Working Document, Evaluation of the Council Directive 2004/82/KE on the obligation of carriers to communicate passenger data (API Directive), Brussell, 8.9.2020, SWD(2020)174 final [mhux disponibbli bil-Malti].
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/103 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batterija tagħhom (Euro 7) u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009”
(COM(2022) 586 final — 2022/0365(COD))
(2023/C 228/14)
|
Relatur: |
Bruno CHOIX |
|
Korelatur: |
Guido NELISSEN |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 15.12.2022 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 21.12.2022 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
27.3.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
140/1/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-industrija awtomobilistika bħalissa hija involuta fl-akbar trasformazzjoni tal-istorja tagħha, jiġifieri d-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tat-trasport bit-triq. Din il-paradigma ġdida se jkollha impatt profond fuq l-istruttura tal-industrija u fuq il-kwantità u l-kwalità tal-impjiegi. Minħabba l-iskala tat-tranżizzjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappella għal politika industrijali komprensiva li tintegra t-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli: dik ekonomika, dik ambjentali u dik soċjali. Id-dimensjoni tal-impjiegi trid tiġi indirizzata permezz ta’ sforzi akbar fir-rigward tat-taħriġ vokazzjonali, it-titjib tal-ħiliet/it-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol, il-programmi reġjonali/lokali ta’ rikonverżjoni ekonomika u ta’ riklassifikazzjoni professjonali. Dan għandu jiġi appoġġjat minn djalogu soċjali stabbilit sew u l-ambizzjoni li jiġu żgurati l-preżervazzjoni/il-ħolqien ta’ impjiegi deċenti fis-settur. |
|
1.2. |
Il-KESE jappoġġja l-introduzzjoni ta’ standards tal-emissjonijiet Euro 7 bħala element importanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent. Fl-istess ħin, se tippermetti wkoll lill-UE żżomm it-tmexxija industrijali tagħha fit-teknoloġiji tal-karozzi nodfa. |
|
1.3. |
Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-ħafna titjib li sar fil-proposta għal Regolament: il-prevenzjoni tal-manipulazzjoni, l-użu tat-teknoloġiji diġitali, it-tnaqqis tal-kumplessità, l-integrazzjoni tal-vetturi elettriċi u l-emissjonijiet l-oħrajn li mhumiex tal-egżost. |
|
1.4. |
Għal diversi raġunijiet, il-KESE jappella għal approċċ “realistiku” u “kosteffettiv” meta jiġu stabbiliti standards ġodda tal-emissjonijiet: |
|
1.4.1. |
Ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità: peress li l-magni tal-kombustjoni interna x’aktarx li jsiru teknoloġija skaduta mill-2035 ’il quddiem, il-baġits meħtieġa biex jintlaħqu l-istandards il-ġodda mhux se jibqgħu disponibbli għal investiment dirett f’sistemi tal-motopropulsjoni nodfa; |
|
1.4.2. |
il-mobbiltà individwali bil-karozzi għandha tibqa’ affordabbli sabiex jiġi evitat il-“faqar tal-mobbiltà” (għażliet alternattivi tat-trasport mhumiex disponibbli biżżejjed barra l-agglomerazzjonijiet urbani); |
|
1.4.3. |
spiża għolja wisq tal-istandards tal-emissjonijiet Euro 7 x’aktarx li tkun kontroproduttiva peress li l-konsumaturi se jipposponu s-sostituzzjoni tal-karozza tagħhom u jkomplu jsuqu l-vettura tagħhom li tniġġes aktar, u b’hekk jillimitaw il-benefiċċji potenzjali għas-saħħa li jkollhom l-istandards tal-emissjonijiet Euro 7. |
|
1.5. |
Għalhekk huwa importanti li l-elementi kollha tar-Regolament il-ġdid ikunu bbażati fuq analiżi xjentifika tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. F’dan ir-rigward, il-partijiet interessati kollha għandu jkollhom l-istess fehim ta’ kif jiġu kkalkulati l-ispejjeż tal-istandards il-ġodda. |
|
1.6. |
Il-KESE jqis li l-għoti ta’ inċentivi lill-konsumaturi jħaffef it-tiġdid tal-flotta tal-karozzi u jkollu benefiċċji sinifikanti għas-saħħa, peress li s-sostituzzjoni tal-vetturi Euro 1/I sa 5/V b’vetturi Euro 6/VI twassal għal tnaqqis ta’ 80 % fl-emissjonijiet tal-NOx. |
|
1.7. |
Il-KESE jitlob proċess ta’ adozzjoni rapida tar-Regolament u perjodu minimu ta’ sentejn għall-karozzi/vetturi kummerċjali u ta’ tliet snin għall-karozzi tal-linja u l-vetturi tqal sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà teknika u ekonomika tar-Regolament propost. |
2. Kuntest tal-proposta
|
2.1. |
L-industrija tal-karozzi tirrappreżenta madwar 10 % tal-valur miżjud iġġenerat mill-industrija fl-UE u timpjega 13-il miljun persuna Ewropea, kważi 7 % tal-popolazzjoni attiva fl-UE. |
|
2.2. |
L-industrija tal-karozzi ilha tikber kontinwament għal aktar minn seklu iżda mill-2018 bdiet tiffaċċja reċessjoni u kriżi fil-mudell ekonomiku tagħha. Il-persistenza ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi wasslet għal reviżjoni negattiva tal-prospetti għall-irkupru tal-produzzjoni globali tal-karozzi, b’mod partikolari fl-Ewropa. |
|
2.3. |
Fl-istess ħin, l-atturi fis-settur tal-karozzi madankollu jeħtiġilhom jagħmlu l-akbar trasformazzjonijiet li l-karozzi qatt għaddew minnhom minn meta ġew ivvintati: l-elettrifikazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-vetturi. |
|
2.4. |
Quddiem din it-tranżizzjoni strutturali, is-settur tal-karozzi għalhekk qiegħed jesperjenza fażi ta’ investiment kbir li huwa ta’ piż fuq il-mudell ekonomiku tiegħu, iffinanzjat minn tnaqqis fl-investimenti fit-teknoloġiji storiċi (inklużi l-magni tal-kombustjoni) u tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni. |
|
2.5. |
Barra minn hekk, l-introduzzjoni tal-elettronika tal-potenza u dik diġitali tiftaħ il-bieb għal kompetituri ġodda u tibdel is-sitwazzjoni fis-settur, u b’hekk iddgħajjef il-pożizzjoni tal-manifatturi storiċi tat-tagħmir. Din it-tranżizzjoni hija fattur importanti fl-iżvilupp tal-impjiegi. |
|
2.6. |
F’termini kwantitattivi, l-impjiegi f’dan is-settur industrijali qed jonqsu, b’rabta mat-tnaqqis tal-kapaċità u s-simplifikazzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ trazzjoni. F’termini kwalitattivi, l-impjiegi qed jinbidlu ħafna: il-ħtiġijiet tal-elettrifikazzjoni u t-teknoloġija diġitali jeħtieġu żieda fl-għarfien fi ħdan is-settur tal-karozzi dwar oqsma ġodda ta’ kompetenza. |
|
2.7. |
Din id-dinamika tal-impjieg tidher ukoll fis-settur tas-servizzi tal-karozzi: is-sistemi l-ġodda tat-trazzjoni jnaqqsu l-ħtieġa ta’ manutenzjoni u jeħtieġu żvilupp tal-ħiliet. |
|
2.8. |
F’dan il-kuntest, fl-10 ta’ Novembru 2022 ġiet ippubblikata wara bosta dewmien il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal standards ġodda tal-emissjonijiet Euro 7 għall-karozzi, għall-vetturi kummerċjali, għat-trakkijiet u għall-karozzi tal-linja. |
|
2.9. |
Il-proposta għal standards ġodda tal-emissjonijiet Euro 7 hija parti minn sett ferm usa’ ta’ politiki tal-UE biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-arja relatat mat-trasport. Ir-regolamenti Ewropej dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent, l-ispezzjoni teknika perjodika, l-emissjonijiet tas-CO2, il-kwalità tal-fjuwil, l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, il-vetturi nodfa jew il-Eurovignette kollha jirriflettu l-ħtieġa li jitnaqqas il-kontribut sinifikanti tat-trasport għat-tniġġis tal-arja. Dawn jikkomplementaw lil xulxin sabiex tintlaħaq l-ambizzjoni klimatika u tan-nuqqas ta’ tniġġis tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn mobbiltà sostenibbli. |
|
2.10. |
L-istandards Euro 7 il-ġodda probabbilment se jkunu l-aħħar li japplikaw għall-karozzi b’magna tal-kombustjoni, għaliex fil-kuntest tal-programm tal-2021 Lesti għall-mira ta’ 55 %, ġie deċiż li titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tal-karozzi, u dan wassal għal ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (fis-27 ta’ Ottubru 2022) biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi b’55 % sal-2030 u biex jiġi pprojbit il-bejgħ ta’ karozzi ġodda li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni (inklużi dawk ibridi) sal-2035. |
3. Kontenut tal-proposta
Il-bidliet ewlenin proposti mir-Regolament huma:
|
— |
limiti tal-emissjonijiet aktar stretti se japplikaw għall-karozzi u t-trakkijiet, id-diżil u l-petrol (għalkemm il-limiti tal-NOx għall-karozzi jibqgħu fl-istess livell); |
|
— |
il-kundizzjonijiet tat-test għall-emissjonijiet f’sewqan reali se jiġu estiżi, filwaqt li l-fatturi ta’ konformità se jitneħħew; |
|
— |
se ssir enfasi akbar fuq vjaġġi iqsar: id-distanza li fuqha jiġi kkalkulat il-baġit tal-emissjonijiet ta’ startjar ta’ magna kiesħa se titnaqqas minn 16-il km għal 10 km; |
|
— |
l-emissjonijiet tal-egżost tal-partikulati tal-brejkijiet u tal-mikroplastiċi mit-tajers se jitkejlu u jiġu rregolati; |
|
— |
ir-rekwiżiti tas-sostenibbiltà se jiġu msaħħa: 200 000 km jew 10 snin għall-karozzi/vetturi kummerċjali u 875 000 km mingħajr limitu ta’ żmien għat-trakkijiet/karozzi tal-linja; |
|
— |
kontroll kontinwu tal-emissjonijiet permezz ta’ monitoraġġ abbord: is-sensuri se jkejlu l-emissjonijiet attwali tul il-ħajja ta’ vettura; |
|
— |
il-lonġevità tal-batteriji se tiġi vvalutata billi tiġi vverifikata l-evoluzzjoni tal-kapaċità tagħhom hekk kif jiżdied il-kilometraġġ; |
|
— |
regoli aktar stretti se jiżguraw li l-vetturi ma jiġux imbagħbsa; |
|
— |
se jiġu stabbiliti limiti tal-emissjonijiet għal inkwinanti li qabel ma kinux regolati: l-ammonijaka għall-karozzi, il-formaldeid għat-trakkijiet. Għall-ewwel darba, il-limiti se jirregolaw l-emissjonijiet ikkawżati mill-evaporazzjoni meta jimtela l-fjuwil. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1. |
Għalkemm fl-2019 l-imwiet prematuri attribwiti għall-esponiment għall-inkwinanti fl-arja naqsu bi 33 % fl-EU-27 meta mqabbla mal-2005, għad hemm bżonn ta’ limiti aktar ambizzjużi. F’dan ir-rigward, it-trasport bit-triq jammonta għal 37 % tal-emissjonijiet totali ta’ NOx u huwa stmat li kull sena, il-materja partikolata fina u l-ossidi tan-nitroġenu mit-traffiku fit-toroq huma responsabbli għal aktar minn 70 000 mewta prematura fl-EU-27. |
|
4.2. |
Il-Kummissjoni għażlet approċċ “realistiku” biex tistabbilixxi r-regoli l-ġodda. Il-karozzi b’magna ta’ kombustjoni interna se jibqgħu affordabbli, għalkemm l-issikkar tal-istandards tad-diżil x’aktarx li se jaċċellera t-tnaqqis fil-provvista ta’ dan it-tip ta’ vettura. Wieħed jeħtieġlu jżomm f’moħħu wkoll li l-istandards il-ġodda tas-CO2 se jkollhom impatt ukoll fuq il-prezz tax-xiri tal-vetturi. |
|
4.3. |
Għalkemm huwa inqas ambizzjuż milli kien mistenni fl-iffissar tal-valuri tal-emissjonijiet, l-istandard Euro 7 huwa reviżjoni kbira li tindirizza għadd ta’ nuqqasijiet tal-istandard Euro 6, bħar-riskju ta’ tbagħbis, il-kumplessità tar-regoli, it-tiqdim tal-vetturi u l-emissjonijiet fid-dinja reali. Qiegħda tassumi wkoll approċċ ħafna usa’ billi tintegra l-vetturi elettriċi u l-emissjonijiet mhux tal-egżost. |
|
4.4. |
Il-pressjoni regolatorja minn standards tal-emissjonijiet Euro suċċessivi rawmet l-innovazzjoni fid-disinn ta’ sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet u ta’ sistemi tal-motopropulsjoni u kkontribwiet għall-pożizzjoni ewlenija tal-Unjoni fl-industrija. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li l-istandards tal-UE jibqgħu pass ’il quddiem mill-istandards li qegħdin jiġu żviluppati fi swieq ewlenin. Li nkunu fuq quddiem nett tal-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali u nodfa hija assi importanti għall-aċċess għas-swieq internazzjonali. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll standards aktar ambizzjużi, bħar-rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà tal-Istati Uniti (240 000 km jew 15-il sena). |
|
4.5. |
Il-KESE jemmen li l-għoti ta’ inċentivi lill-konsumaturi jħaffef it-tiġdid tal-flotta tal-karozzi, u li dan se jkollu impatt ċar fuq il-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tal-emissjonijiet. Is-sostituzzjoni tal-flotta l-antika b’vetturi aktar riċenti li jikkonformaw mal-istandard Euro 6, flimkien mal-elettrifikazzjoni li għaddejja bħalissa, se twassal għal tnaqqis sinifikanti (bi 80 %) fl-emissjonijiet tal-NOx mit-trasport bit-triq sal-2035. |
|
4.6. |
Il-KESE jitlob li ssir analiżi soda u xjentifika tal-ispejjeż u l-benefiċċji għal kull wieħed mill-elementi l-ġodda li għandhom jiġu rregolati, sabiex jiġi ċċarat sa liema punt dawn ir-rekwiżiti meħuda separatament jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet. F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-partijiet ikkonċernati kollha jifhmu bl-istess mod l-analiżi tal-ispejjeż addizzjonali assoċjati mal-implimentazzjoni tal-istandard Euro 7. |
|
4.7. |
Il-KESE huwa konvint li l-mobbiltà individwali bil-karozzi għandha tibqa’ aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd, speċjalment għal dawk mingħajr aċċess għal trasport pubbliku ta’ kwalità (jew soluzzjonijiet oħrajn tat-trasport). Il-Kumitat għalhekk jappella lill-industrija tal-karozzi biex tkompli żżomm il-provvista ta’ vetturi żgħar li huma aċċessibbli għal kulħadd. Peress li l-prezzijiet tal-karozzi qed jogħlew b’rata aktar mgħaġġla mill-kapaċità tal-akkwist u peress li s-servizzi ta’ mobbiltà kondiviża għadhom ma humiex alternattiva valida, il-Kumitat huwa konvint ukoll li wasal iż-żmien li titqies b’mod serju l-problema tal-“faqar tal-mobbiltà”. |
|
4.8. |
B’mod ġenerali, il-KESE huwa tal-fehma li għandu jinstab bilanċ bejn it-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli. L-investiment kemm fit-tranżizzjoni lejn vetturi elettriċi kif ukoll fir-reinġinerija tal-magna tal-kombustjoni interna jista’ joħloq żvantaġġi kompetittivi għas-settur tal-karozzi fl-Ewropa meta mqabbel mal-manifatturi li jipproduċu vetturi elettriċi biss jew il-manifatturi tal-karozzi barranin li ma humiex soġġetti għall-istess obbligi. Barra minn hekk, għandu jiġi evitat li prezzijiet għoljin wisq għall-karozzi konformi mal-istandard Euro 7 iwasslu biex il-konsumaturi jipposponu s-sostituzzjoni tal-karozzi tagħhom li jniġġsu aktar. Dan inaqqas b’mod sinifikanti l-benefiċċji potenzjali tal-istandard Euro 7, filwaqt li fl-istess ħin jikkawża ristrutturar industrijali bħala riżultat tal-kollass tal-bejgħ. |
|
4.9. |
Minħabba l-iskala tat-trasformazzjoni, il-KESE jappella għal politika industrijali koerenti li kapaċi tissodisfa l-isfida tripla li qed tiffaċċja l-industrija tal-karozzi:
|
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1. |
Fl-abbozz tagħha, il-Kummissjoni tipprevedi żewġ dati ta’ applikazzjoni: Lulju 2025 għall-vetturi ħfief u Lulju 2027 għall-vetturi tqal. Fiż-żewġ każijiet, id-data tikkorrispondi għad-data li fiha l-Istati Membri se jkollhom jirrifjutaw li jirreġistraw vetturi li ma jikkonformawx mar-regoli tal-Euro 7.
L-għażla ta’ dawn id-dati tqajjem mistoqsijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-vetturi ħfief. |
|
5.1.1. |
Il-proposta ta’ Lulju 2025 ma tidhirx realistika. Fil-prattika, il-manifatturi se jkollhom jibdlu l-produzzjoni diversi xhur qabel din l-iskadenza sabiex jevitaw li jipproduċu stokkijiet ta’ vetturi Euro 6 li mhux se jibqgħu jistgħu jiġu rreġistrati, u normalment l-approvazzjoni tal-flotta kollha tieħu aktar minn sena. L-approvazzjonijiet għalhekk għandhom jibdew fil-bidu tal-2024, jiġifieri immedjatament wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Euro 7, u possibbilment qabel il-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Il-proposta ta’ Lulju 2027 għall-vetturi tqal forsi tidher aktar xierqa, iżda jeħtieġ li jitqies iż-żmien meħtieġ biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet tekniċi innovattivi bħall-katalizzatur imsaħħan bl-elettriku, li se jkunu meħtieġa biex jintlaħqu l-limiti tal-emissjonijiet. Għalhekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-adozzjoni rapida tar-regolament u perjodu minimu (wara l-adozzjoni tiegħu) ta’ sentejn għall-karozzi/vetturi kummerċjali u ta’ tliet snin għall-karozzi tal-linja/vetturi tqal tal-merkanzija huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-vijabbiltà teknika u ekonomika tar-regolament propost. |
|
5.2. |
Fir-rigward tal-vetturi ħfief, l-abbozz ta’ Regolament jipprevedi li l-limiti tal-emissjonijiet differenti għall-vetturi kummerċjali skont il-massa tagħhom jiġu sostitwiti minn sett uniku ta’ valuri li jkopri l-vetturi kummerċjali kollha, dment li l-proporzjon tal-potenza mal-massa jibqa’ taħt il-35 kW/t. Dan l-isforz ta’ simplifikazzjoni huwa ta’ min ifaħħru, iżda x’aktarx li jkollu impatt sinifikanti fuq l-attività tas-settur tal-vetturi kummerċjali ħfief, b’mod partikolari fil-każ ta’ vetturi modifikati, speċjalment peress li d-dati tal-applikazzjoni għal vetturi ħfief u tqal ma humiex l-istess. F’dan il-kuntest, il-KESE jappella għal derogi u għal flessibbiltà fl-applikazzjoni, pereżempju fil-każ ta’ konverżjoni ta’ vettura kummerċjali ħafifa tal-kategorija N1 (b’massa ta’ inqas minn 3 500 kg) għal minibus tal-kategorija M2 (b’massa ta’ inqas minn 5 000 kg). |
|
5.3. |
Bħala parti mill-ambizzjoni diġitali tal-Patt Ekoloġiku, il-Kummissjoni tipproponi li tintroduċi fil-vetturi ħfief u tqal mezz innovattiv imsejjaħ OBM (“On-Board Monitoring”, Monitoraġġ Abbord) maħsub biex jirreġistra kontinwament il-livell ta’ emissjonijiet ta’ inkwinanti abbord il-vettura sabiex:
|
|
5.4. |
Fir-rigward tal-vetturi ħfief, il-valuri ta’ limitu proposti mill-Kummissjoni jistgħu jidhru li ma humiex ambizzjużi biżżejjed peress li jikkorrispondu, fil-prinċipju, għall-armonizzazzjoni tal-valur l-aktar baxx previst mir-regoli Euro 6 għall-magni tal-petrol u tad-diżil. Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li:
|
|
5.5. |
Peress li l-mikroplastiċi mit-tajers huma wieħed mill-aktar sorsi kbar ta’ tniġġis tal-oċeani u għadu ma ġie stabbilit l-ebda limitu minħabba n-nuqqas ta’ proċedura tan-NU, hemm ħtieġa urġenti li tali proċedura tiġi żviluppata malajr kemm jista’ jkun. |
|
5.6. |
Il-Kummissjoni għandha dubji dwar il-ħtieġa li jiġu introdotti standards għall-emissjonijiet tal-ammonijaka għall-karozzi. Peress li s-settur tat-trasport jammonta għal inqas minn 1 % tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-Ewropa, l-ispiża ta’ din il-miżura ma tidhirx li hija proporzjonata mal-benefiċċji. Il-Kummissjoni tqajjem ukoll mistoqsijiet dwar kemm huwa xieraq li tiġi imposta sistema fuq il-vetturi biex jiġu limitati l-emissjonijiet evaporattivi meta jimtlew bil-fjuwil, meta l-Ewropa diġà stabbilixxiet apparat ta’ ventilazzjoni fil-livell tal-pompi tad-distribuzzjoni tal-fjuwil. |
|
5.7. |
Għall-vetturi tqal, il-valuri ta’ limitu proposti mill-Kummissjoni jindikaw devjazzjoni mill-valuri tar-Regolament tal-Euro 6, b’miri ta’ tnaqqis ta’ – 80 % għall-NOx u l-partikoli u sa – 95 % għas-CO, rispettivament. Barra minn hekk, fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq l-effett serra, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu rregolati individwalment il-limiti tas-CH4 (metan) u tal-N2O (ossidu nitruż), b’livell partikolarment baxx għal dan tal-aħħar. Naturalment, dawn il-bidliet se jeħtieġu investimenti sinifikanti li se jkollhom jitqiesu fid-diskussjonijiet li se jsiru dwar it-trajettorja tas-CO2 għall-vetturi tqal (1). |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2023) 88 final.
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/108 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu”
(COM(2022) 732 final — 2022/0426 (COD))
u r-“Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Rapport dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (Ir-Raba’ Rapport)”
(COM(2022) 736 final)
(2023/C 228/15)
|
Relatur: |
José Antonio MORENO DÍAZ |
|
Korelatur: |
Pietro Vittorio BARBIERI |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 8.2.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
3.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
125/1/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
It-traffikar tal-bnedmin huwa reat faħxi u ksur serju tad-drittijiet fundamentali tal-bnedmin. L-Istrateġija ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea tal-2020 tidentifika r-rwol tal-kriminalità organizzata fit-traffikar tal-bnedmin u l-prezz uman li dan jinvolvi. |
|
1.2. |
Fl-2011 ġiet adottata d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu. Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat l-Istrateġija tal-UE kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021-2025 u diġà indikat li l-implimentazzjoni tad-Direttiva għandha tiġi evalwata sabiex din tittejjeb. |
|
1.3. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ r-raba’ rapport ta’ progress li jenfasizza l-evoluzzjoni tal-fenomeni kif ukoll il-Proposta biex tiġi emendata d-Direttiva kontra t-traffikar tal-bnedmin. Id-Direttiva tfittex li tipprevjeni u tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin u li tipproteġi lill-vittmi. Għal dan il-għan, hija strutturata permezz ta’ tliet oqfsa ta’ azzjoni: (i) il-kriminalizzazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, li jinkludu d-definizzjoni ta’ reati, pieni u sanzjonijiet; (ii) l-assistenza, l-appoġġ u l-protezzjoni għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; u (iii) il-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin. |
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ t-twessigħ tad-definizzjoni ta’ forom differenti ta’ sfruttament. Il-KESE jaqbel li dawn ir-reati għandhom jinftiehmu bħala lista mhux eżawrjenti, peress li sfortunatament il-forom ta’ sfruttament jieħdu aspetti ġodda kuljum. Iqis li l-Istati Membri għandhom jifhmu l-kwistjoni tat-traffikar b’dan il-mod, billi jħarsu b’mod komprensiv lejn il-kwistjonijiet marbuta mal-isfruttament. |
|
1.5. |
Il-KESE jemmen li l-perspettiva tal-ġeneru fil-kontenut u l-implimentazzjoni tad-Direttiva għandha tissaħħaħ, peress li l-maġġoranza l-kbira tal-vittmi huma nisa u bniet. Bl-istess mod, għandha tingħata attenzjoni lis-sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà li jistgħu jiffavorixxu r-reklutaġġ u l-isfruttament minn networks kriminali u tipi oħra ta’ networks. Barra minn hekk, tinħtieġ aktar attenzjoni għal gruppi vulnerabbli oħra inklużi r-refuġjati, il-persuni li jfittxu l-ażil, u l-persuni mingħajr dokumenti jew li għandhom status prekarju ta’ residenza. |
|
1.6. |
Il-KESE jilqa’ r-referenza espliċita għad-dimensjoni online tar-reati tat-traffikar tal-bnedmin. L-użu ta’ teknoloġiji ġodda kkontribwixxa għar-reati ta’ traffikar tal-bnedmin, iffaċilita u ppermetta aċċess akbar għall-vittmi u għall-isfruttament tagħhom, u ħoloq aktar diffikultajiet fil-monitoraġġ tar-rikavat minn dawn ir-reati. |
|
1.7. |
Il-KESE jappoġġja li tiġi żviluppata sistema aħjar ta’ sanzjonijiet mill-Kummissjoni. Peress li l-evalwazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma kinux żviluppaw bis-sħiħ il-miżuri ta’ sanzjonar fakultattivi, is-sistema obbligatorja l-ġdida, li tiddistingwi bejn reati ordinarji u aggravati, issaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati tat-traffikar. |
|
1.8. |
Il-KESE jilqa’ wkoll il-fatt li l-persuni ġuridiċi jistgħu jiġu ppenalizzati b’sanzjonijiet li jistgħu jeskluduhom minn għajnuna jew appoġġ pubbliku, għeluq temporanju jew permanenti ta’ stabbilimenti jew skwalifika temporanja jew permanenti minn attivitajiet kummerċjali. Il-KESE jemmen li l-użu konxju tas-servizzi operattivi jista’ jkun marbut mad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva, sabiex il-kumpaniji li jibbenefikaw minn forom differenti ta’ sfruttament ikunu jistgħu jinżammu responsabbli wkoll. |
|
1.9. |
Il-KESE jemmen li d-Direttiva għandha tagħti aktar attenzjoni lill-vittmi tat-traffikar, u jixtieq ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jieħdu ħsiebhom, jipproteġuhom u jiżguraw kemm jista’ jkun l-inklużjoni soċjali tagħhom. Minbarra li tfakkar fil-ħtieġa li l-vittmi tat-traffikar ma jiġux ikkastigati, id-Direttiva għandha ssaħħaħ il-mekkaniżmi u l-istrumenti li jassistu u jappoġġjaw lill-vittmi, speċjalment dawk minn gruppi vulnerabbli. |
|
1.10. |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tinkludi fil-Proposta għal Direttiva tagħha l-ħtieġa li tiġi rispettata d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE (2) dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-iffaċilitar tal-immigrazzjoni illegali u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti. |
|
1.11. |
Il-KESE jtenni l-importanza li ssir ħidma fuq il-prevenzjoni tat-traffikar, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas id-domanda għall-forom kollha ta’ sfruttament. Kif innutat fir-rapport, id-domanda għal xogħol bl-irħis jew prostituzzjoni qed tkompli tikber, minkejja li ħafna drabi huma marbuta mal-eżistenza ta’ reati ta’ traffikar tal-bnedmin. |
|
1.12. |
Il-KESE jaqbel dwar il-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir tad-data, iżda wkoll li jittejbu l-għodod biex dawn ir-reati jiġu identifikati aħjar. Kif enfasizzat fir-rapport, huwa ċar li hemm għadd sinifikanti ta’ każijiet mhux irrappurtati, sitwazzjoni li trid tiġi kkoreġuta u indirizzata wkoll f’koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll mal-istituzzjonijiet Ewropej. |
|
1.13. |
Il-KESE jemmen li l-preżentazzjoni ta’ din il-Proposta għal Direttiva għandha tintuża biex ikun hemm sensibilizzazzjoni u tiġi kkomunikata aħjar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. Il-ksur tad-drittijiet li jirriżultaw minn tipi differenti ta’ sfruttament jeħtieġ rispons komprensiv u multidimensjonali, fejn ir-rwol taċ-ċittadini fil-ġlieda kontra l-impunità u n-normalizzazzjoni ta’ dawn l-abbużi huwa kruċjali. |
|
1.14. |
Il-KESE jfakkar li l-fatturi li jinfluwenzaw it-traffikar tal-bnedmin jinkludu: “il-femminizzazzjoni tal-faqar”; aċċess differenti għall-istudju u r-riżorsi għall-irġiel u għan-nisa; inugwaljanzi mediċi u tas-saħħa; il-firxa madwar id-dinja tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; u d-disparità soċjali aktar ġenerali bejn l-irġiel u n-nisa. |
|
1.15. |
L-importanza li l-Istati Membri jiżviluppaw aktar mekkaniżmi nazzjonali ta’ riferiment, li jinvolvu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-identifikazzjoni tal-vittmi u fl-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ, hija pass meħtieġ. Għodda oħra tista’ tiġi stabbilita għal kull Stat Membri: korp indipendenti għall-monitoraġġ u l-assigurazzjoni, li jinkludi rapporteur nazzjonali li jimmonitorja kemm huma effettivi l-miżuri implimentati mill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-traffikar, iwettaq riċerka u jidħol f’kuntatt ma’ partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati li jittrattaw il-fenomenu f’diversi livelli. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
It-traffikar tal-bnedmin ġie definit internazzjonalment min-NU fl-2000 u jiddikjara:
|
|
2.2. |
It-traffikar tal-bnedmin huwa reat faħxi u ksur serju tad-drittijiet fundamentali tal-bnedmin. L-Istrateġija ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea tal-2020 tidentifika r-rwol tal-kriminalità organizzata fit-traffikar tal-bnedmin u l-prezz uman li dan jinvolvi. |
|
2.3. |
Fl-2011 ġiet adottata d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (id-Direttiva kontra t-traffikar tal-bnedmin). L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva kienet pass importanti fl-armonizzazzjoni tar-regoli bejn l-Istati Membri. Fl-2021, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija tal-UE kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021-2025 u indikat li l-implimentazzjoni tad-Direttiva għandha tiġi evalwata sabiex l-implimentazzjoni stess tittejjeb. |
|
2.4. |
L-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tkopri l-perjodu tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (April 2013 sa Marzu 2022) u użat data miġbura fil-livell Ewropew u informazzjoni kwalitattiva minn diskussjonijiet ma’ esperti u entitajiet speċjalizzati. |
|
2.5. |
L-evalwazzjoni interna tal-Kummissjoni enfasizzat id-diffikultajiet biex jiġi identifikat b’mod korrett l-għadd reali ta’ vittmi, peress li l-55 314-il każ identifikati bejn l-2013 u l-2022 huma kkunsidrati bħala kalkolu baxx wisq. L-isfruttament sesswali għadu l-aktar forma prevalenti ta’ sfruttament tat-traffikar tal-bnedmin — 55,7 % tal-każijiet irrapportati fl-2021 — barra minn hekk l-isfruttament tal-ħaddiema, speċjalment f’setturi bħall-agrikoltura, il-kostruzzjoni u s-servizzi tal-kura, qed isir dejjem aktar komuni. Il-vittmi tfal jammontaw għal 21 % tat-total, filwaqt li n-nisa u l-bniet jammontaw għal 75 % tal-vittmi tat-traffikar. |
|
2.6. |
L-evalwazzjoni u r-rapport jenfasizzaw li l-livell ta’ prosekuzzjonijiet u kundanni huwa baxx ħafna, li jista’ jikkontribwixxi għal kultura ta’ impunità fost it-traffikanti. Il-media soċjali fetħet opportunitajiet ġodda għan-networks kriminali li joperaw fl-UE, li l-biċċa l-kbira minnhom huma involuti fit-traffikar tal-bnedmin. Il-gwerra fl-Ukrajna tista’ twassal ukoll għal żieda fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin. It-traffikar tal-bnedmin għadu reat b’riskju baxx u bi profitti għoljin. |
|
2.7. |
Filwaqt li d-Direttiva serviet biex tistabbilixxi qafas komuni ta’ leġiżlazzjoni kontra t-traffikar, hija enfasizzat ukoll id-diffikultajiet biex isir progress fil-ġlieda kontra ċerti forom ta’ sfruttament li ma humiex koperti mid-definizzjoni ta’ traffikar u ta’ reati transfruntieri. Id-Direttiva tidentifika wkoll oqsma għal titjib fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-traffikanti, kif ukoll il-ħtieġa li jittejbu l-infurzar tal-liġi u l-kapaċitajiet ġudizzjarji biex jiġu żviluppati investigazzjonijiet finanzjarji marbuta mat-traffikar. |
|
2.8. |
Filwaqt li d-Direttiva tiffoka wkoll fuq il-protezzjoni tal-persuni ttraffikati, l-evalwazzjoni enfasizzat li jista’ jsir titjib, fost l-oħrajn, fi kwistjonijiet bħall-applikazzjoni tal-prinċipji tan-nonprosekuzzjoni u n-nonkriminalizzazzjoni tal-vittmi; il-protezzjoni tal-vittmi fi proċessi investigattivi jew ġudizzjarji u l-għoti ta’ assistenza adegwata għall-karatteristiċi u l-ħtiġijiet tal-vittmi, speċjalment għat-tfal u l-gruppi vulnerabbli. Il-ġbir u l-ipproċessar dgħajfin tad-data huma identifikati wkoll bħala problema. |
|
2.9. |
L-evalwazzjoni tirrikonoxxi l-importanza tad-Direttiva bħala bidla radikali fil-ġlieda kontra t-traffikar fl-UE. Fl-istess ħin, din qajmet ukoll il-ħtieġa għal progress fl-iżvilupp ta’ għodod biex jittejbu l-monitoraġġ, il-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni u x-xogħol fil-qrati fir-rigward tat-traffikar u t-traffikanti, kif ukoll biex tittejjeb l-assistenza lill-vittmi. |
|
2.10. |
F’dan il-kuntest, il-Proposta mressqa mill-Kummissjoni hija proposta biex tiġi emendata d-Direttiva. Il-Proposta tfittex li tipprovdi għadd ta’ miżuri biex ittejjeb il-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin fl-UE u l-ġlieda kontrih, kif ukoll biex ittejjeb il-protezzjoni tal-vittmi. |
3. Id-Direttiva kontra t-traffikar tal-bnedmin
|
3.1. |
Id-Direttiva kontra t-traffikar tal-bnedmin tfittex li tipprevjeni u tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin u li tipproteġi lill-vittmi. Għal dan il-għan, hija strutturata permezz ta’ tliet oqfsa ta’ azzjoni: (i) il-kriminalizzazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, li jinkludu d-definizzjoni ta’ reati, pieni u sanzjonijiet; (ii) l-assistenza, l-appoġġ u l-protezzjoni għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; u (iii) il-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin. |
|
3.2. |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta li temenda din id-Direttiva, peress li timxi id f’id mal-ħtieġa għal aktar progress u titjib fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi. Il-KESE jaqbel li r-reat tat-traffikar tal-bnedmin sar theddida li qed tikber, f’kuntest aktar diffiċli minn dak tal-2011. |
|
3.3. |
Il-KESE jilqa’ t-twessigħ tad-definizzjoni tal-forom differenti ta’ sfruttament, u jfaħħar ir-rapport talli rrefera għal dawn il-forom differenti. Filwaqt li l-isfruttament sesswali jibqa’ l-aktar forma komuni ta’ sfruttar f’każijiet ta’ traffikar, segwit mill-isfruttament tax-xogħol, hemm forom oħra li huma koperti mid-Direttiva (l-isfruttament ta’ persuni li jiġu mġiegħla jittalbu, iwettqu attivitajiet kriminali jew għat-traffikar ta’ organi), li xi wħud minnhom żdiedu wkoll fis-snin reċenti. Bl-istess mod, tfaċċaw forom oħra li ma kinux inklużi fid-Direttiva, iżda li jistgħu jitqiesu wkoll bħala forom tat-traffikar, bħal żwiġijiet furzati, maternità surrogata jew adozzjonijiet illegali. Il-KESE jilqa’ l-inklużjoni ta’ referenza għal “kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abbużivi”, kif rifless fid-Direttiva tal-UE dwar Sanzjonijiet kontra Min Iħaddem. Il-KESE huwa tal-fehma li tinħtieġ aktar gwida mill-Kummissjoni dwar id-definizzjonijiet tal-forom differenti possibbli kollha biex tiġi żgurata applikazzjoni aktar uniformi mill-Istati Membri. |
|
3.4. |
Il-KESE jaqbel li dawn ir-reati għandhom jinftiehmu bħala lista mhux eżawrjenti, peress li sfortunatament il-forom ta’ sfruttament jieħdu aspetti ġodda kuljum. Iqis li l-Istati Membri għandhom jifhmu l-kwistjoni tat-traffikar b’dan il-mod, billi jħarsu b’mod komprensiv lejn il-kwistjonijiet marbuta mal-isfruttament. |
|
3.5. |
Il-KESE jemmen li l-perspettiva tal-ġeneru fil-kontenut u l-implimentazzjoni tad-Direttiva għandha tissaħħaħ, peress li l-maġġoranza l-kbira tal-vittmi huma nisa u bniet. Bl-istess mod, għandha tingħata attenzjoni lil gruppi vulnerabbli speċifiċi inklużi r-refuġjati, il-persuni li jfittxu l-ażil, u l-persuni li huma mingħajr dokumenti jew li għandhom status prekarju ta’ residenza, kif ukoll lis-sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà li jistgħu jiffavorixxu r-reklutaġġ u l-isfruttament minn networks kriminali. Huwa jindika li l-fatturi li jinfluwenzaw it-traffikar tal-bnedmin jinkludu: “il-femminizzazzjoni tal-faqar”; aċċess differenti għall-istudju u r-riżorsi għall-irġiel u għan-nisa; inugwaljanzi mediċi u tas-saħħa; il-firxa madwar id-dinja tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; u d-disparità soċjali aktar ġenerali bejn l-irġiel u n-nisa. |
|
3.6. |
Il-KESE jilqa’ r-referenza espliċita għad-dimensjoni online tar-reati tat-traffikar tal-bnedmin. L-użu ta’ teknoloġiji ġodda kkontribwixxa għar-reati ta’ traffikar tal-bnedmin, iffaċilita u ppermetta aċċess akbar għall-vittmi u għall-isfruttament tagħhom, u ħoloq aktar diffikultajiet fil-monitoraġġ tar-rikavat minn dawn ir-reati. Il-media soċjali ffaċilitat ir-reklutaġġ u l-isfruttament tal-vittmi, u introduċiet abbużi ġodda f’sitwazzjonijiet ta’ sfruttament, bħad-distribuzzjoni ta’ ritratti, filmati, eċċ. |
|
3.7. |
Il-KESE jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistema aħjar ta’ sanzjonijiet mill-Kummissjoni. Peress li l-evalwazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma żviluppawx bis-sħiħ il-miżuri ta’ sanzjonar fakultattivi, is-sistema obbligatorja l-ġdida, li tiddistingwi bejn reati ordinarji u aggravati, issaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati tat-traffikar. |
|
3.8. |
Il-KESE jilqa’ wkoll il-fatt li l-persuni ġuridiċi jistgħu jiġu ppenalizzati b’sanzjonijiet li jistgħu jeskluduhom minn għajnuna jew appoġġ pubbliku, għeluq temporanju jew permanenti ta’ stabbilimenti jew skwalifika temporanja jew permanenti minn attivitajiet kummerċjali. Il-KESE jemmen li l-użu konxju tas-servizzi operattivi jista’ jkun marbut mad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva, sabiex il-kumpaniji li jibbenefikaw minn forom differenti ta’ sfruttament ikunu jistgħu jinżammu responsabbli wkoll. L-esperjenzi marbutin ma’ każijiet ta’ sfruttament tal-ħaddiema jistgħu jkunu ta’ referenza. |
|
3.9. |
Il-KESE jqis bħala progress il-proposta għal emenda li tikkriminalizza l-użu ta’ servizzi jew attivitajiet li joriġinaw mill-isfruttament sakemm ikun magħruf li l-persuna li tipprovdi s-servizz jew l-attività hija l-vittma ta’ reat ta’ traffikar, jiġifieri l-użu konxju (knowing use) tas-servizzi ta’ sfruttament, li jistgħu jkunu akkumpanjati wkoll minn miżuri aktar ħorox mill-Istati Membri. Il-KESE jqis li huwa importanti li l-Istati Membri jingħataw aktar appoġġ bl-implimentazzjoni f’din il-kwistjoni, sabiex jivvalutaw l-impatt ta’ dan il-punt kemm għall-prevenzjoni kif ukoll għall-prosekuzzjoni tat-traffikar fir-rapport dwar it-traspożizzjoni li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill, sabiex jiġi żgurat li ma jkollux effetti dannużi fuq il-vittmi jew il-gruppi vulnerabbli, u li jwassal għal progress kontra l-“kultura ta’ impunità” għal dawn ir-reati. |
|
3.10. |
Il-KESE jqis li huwa xieraq li l-Kummissjoni tadatta l-qafas regolatorju u tas-sanzjonar għad-dinja online. F’dan ir-rigward, huwa partikolarment pożittiv li d-Direttiva tinkludi l-iffriżar u l-konfiska tal-assi, f’konformità mal-oqfsa regolatorji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward. L-assi rkuprati mill-awturi ta’ reati għandhom isiru disponibbli biex jikkumpensaw lill-vittmi, u l-vittmi għandhom jingħataw prijorità fil-klassifikazzjoni tal-kredituri. |
|
3.11. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kooperazzjoni dwar ir-reati tat-traffikar li jseħħu bejn Stati Membri differenti. Il-kooperazzjoni transfruntiera hija kruċjali u tista’ tittejjeb permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni jew azzjonijiet konġunti, kif ukoll permezz ta’ taħriġ għall-persunal professjonali li jittratta l-vittmi transfruntiera, speċjalment l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. |
|
3.12. |
L-importanza li l-Istati Membri jiżviluppaw aktar mekkaniżmi nazzjonali ta’ riferiment, li jinvolvu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-identifikazzjoni tal-vittmi u fl-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ, hija pass meħtieġ. Il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri fil-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ dawn l-istrumenti, li jistgħu jiġu kkoordinati fil-livell Ewropew biex jittejbu l-kura u l-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar. Il-progress fil-ħolqien ta’ strument Ewropew ta’ riferiment ikun meħtieġ sabiex tittejjeb l-armonizzazzjoni fil-kura u l-assistenza tal-vittmi u fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ appoġġ għall-vittmi. Għodda oħra tista’ tiġi stabbilita għal kull Stat Membri: korp indipendenti għall-monitoraġġ u l-assigurazzjoni, li jinkludi rapporteur nazzjonali li jimmonitorja kemm huma effettivi l-interventi implimentati mill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-traffikar, iwettaq riċerka u jidħol f’kuntatt ma’ partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati li jittrattaw il-fenomenu f’diversi livelli. |
|
3.13. |
Il-KESE jemmen li d-Direttiva għandha tagħti aktar attenzjoni lill-vittmi tat-traffikar, u jixtieq ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jieħdu ħsiebhom, jipproteġuhom u jiżguraw kemm jista’ jkun l-inklużjoni soċjali tagħhom. Minbarra li tfakkar fil-ħtieġa li l-vittmi tat-traffikar ma jiġux ikkastigati, id-Direttiva għandha ssaħħaħ il-mekkaniżmi u l-istrumenti li jassistu u jappoġġjaw lill-vittmi, speċjalment fi gruppi vulnerabbli bħall-minorenni, minoranzi, refuġjati u migranti bla dokumenti. Jenħtieġ ukoll li tesplora u ssaħħaħ aktar l-għodod ta’ rimedju għall-vittmi u l-prevenzjoni, inklużi mekkaniżmi sikuri għar-rapportar u l-ilmenti u l-fondi ta’ kumpens. |
|
3.14. |
L-integrazzjoni fil-pajjiż tad-destinazzjoni tinkiseb billi jiġu ffaċilitati l-assistenza personalizzata, l-informazzjoni, it-taħriġ u l-proġetti ta’ għoti ta’ setgħa lill-vittmi tat-traffikar, permezz ta’: l-akkoljenza fi strutturi protetti speċifiċi; il-ħruġ obbligatorju ta’ permess ta’ residenza, bħala kundizzjoni sine qua non għall-ħruġ mit-traffikar; assistenza, informazzjoni u prevenzjoni rigward is-saħħa; appoġġ psikoloġiku u medjazzjoni kulturali; informazzjoni u pariri soċjali u legali; korsijiet tal-lingwa u tal-litteriżmu; valutazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi; gwida u taħriġ vokazzjonali; dħul fis-suq tax-xogħol. |
|
3.15. |
Id-Direttiva ma tindirizzax bidliet leġiżlattivi fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi jew tal-assistenza u l-appoġġ għal persuni ttraffikati, fejn għad hemm ħafna lok għal titjib. Il-KESE jfakkar li d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità tindirizza, fost l-oħrajn, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kategoriji partikolari ta’ vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali u l-pornografija tat-tfal. |
|
3.16. |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tinkludi fil-Proposta tagħha li temenda d-Direttiva l-ħtieġa li tiġi rispettata d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE. |
|
3.17. |
Il-kooperazzjoni tal-vittma għandha tinftiehem bħala x-xewqa li tingħaqad ma’ proġett individwali ta’ integrazzjoni soċjali u li toħroġ mill-isfruttament. Il-permess ta’ residenza ma jistax jingħata biss lil dawk li jiddeċiedu li jikkooperaw mal-ġustizzja, peress li l-alternattivi għat-traffikar, jiġifieri aċċess għal servizzi territorjali li jwasslu għat-titjib tal-ħiliet u l-awtonomizzazzjoni, inevitabbilment jiddependu mill-ħruġ ta’ permess ta’ residenza. |
|
3.18. |
Il-vittmi jsibuha bi tqila li jixhdu kontra t-traffikanti tagħhom. Ta’ spiss jgħixu fi stat ta’ rikatt permanenti u x-xhieda tagħhom iġġegħelhom jirriskjaw ħajjithom u dik tal-familji tagħhom. F’dan ir-rigward, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-kunsens ta’ vittma tat-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament huwa irrilevanti (Artikolu 3(b) – Protokoll TIP tan-NU – 2000). |
|
3.19. |
Il-KESE jistieden ukoll lill-Kummissjoni tagħmel progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-pubblikazzjoni tagħha “Id-drittijiet tal-UE għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin” (4) sabiex l-Istati Membri dejjem jagħtu permessi ta’ residenza lill-vittmi tat-traffikar fil-każijiet li ġejjin:
Il-KESE jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar użu mill-opportunità li joffru permessi ta’ residenza lill-vittmi għal raġunijiet umanitarji jew personali, anke meta l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma jiġux issodisfati. |
|
3.20. |
Il-KESE jtenni l-importanza li ssir ħidma fuq il-prevenzjoni tat-traffikar, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas id-domanda għall-forom kollha ta’ sfruttament. Id-domanda għal xogħol bl-irħis jew prostituzzjoni qed tkompli tikber, minkejja li ħafna drabi huma marbuta mal-eżistenza ta’ reati ta’ traffikar tal-bnedmin. |
|
3.21. |
Il-KESE jemmen li l-bosta attivitajiet li jfittxu li jtejbu l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet għandhom jissaħħu, inkluż billi jiġu esplorati għodod ġodda ta’ komunikazzjoni, taħriġ, programmi edukattivi u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar fl-Istati Membri kollha. |
|
3.22. |
Il-KESE jaqbel dwar il-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir tad-data, iżda wkoll billi jittejbu l-għodod biex dawn ir-reati jiġu identifikati aħjar. Huwa ċar li hemm għadd sinifikanti ta’ każijiet mhux irrappurtati, li jridu jiġu kkoreġuti u mwieġba wkoll fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll mal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-proposta għal rapport statistiku annwali dwar it-traffikar tista’ tgħin biex tinkiseb data aħjar u jittejbu l-azzjoni kif ukoll l-għarfien mill-pubbliku dwar dawn ir-reati. |
|
3.23. |
Bl-istess mod, il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni stabbiliet il-ħtieġa li jitressaq rapport annwali dwar il-ħidma tal-Istati Membri dwar azzjonijiet kontra t-traffikar quddiem il-Parlament u l-Kunsill Ewropew, li jenfasizza l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-impatt tagħhom. |
|
3.24. |
Il-KESE jemmen li l-preżentazzjoni ta’ din il-Proposta li temenda d-Direttiva għandha tintuża biex ikun hemm sensibilizzazzjoni u tiġi kkomunikata aħjar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. Il-ksur tad-drittijiet li jirriżultaw minn tipi differenti ta’ sfruttament jeħtieġ rispons komprensiv u multidimensjonali, fejn ir-rwol taċ-ċittadini fil-ġlieda kontra l-impunità u n-normalizzazzjoni ta’ dawn l-abbużi huwa kruċjali. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19).
(3) Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).
(4) Id-drittijiet tal-UE għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin.
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/114 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE
(COM(2022) 677 final — 2022/0396 (COD))
(2023/C 228/16)
|
Relatur: |
István KOMORÓCZKI |
|
Korelatur: |
Panagiotis GKOFAS |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 13.3.2023 Kunsill, 8.3.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
13.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
153/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-iskart iġġenerat mill-imballaġġ qed ikompli jiżdied globalment u huwa ta’ detriment kbir għal saħħitna, ħajjitna, l-ekonomiji u l-pjaneta tagħna, meta ma jiġix ġestit kif suppost. Għalhekk, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ din l-inizjattiva u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tindirizza kwistjonijiet relatati mal-imballaġġ, u mal-politiki dwar l-iskart mill-imballaġġ u l-imballaġġ b’mod koordinat, u tarmonizza r-regoli fl-UE. |
|
1.2. |
Huma meħtieġa miżuri ta’ politika bbażati fuq l-evidenza sabiex jiġi żgurat l-aħjar eżitu ambjentali. L-isfidi tat-tibdil fil-klima jipprovdu opportunità għall-Ewropa biex tibni bażi industrijali sostenibbli u orjentata lejn il-futur. Il-KESE jirrakkomanda li l-inizjattivi ta’ politika kollha futuri għandhom ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika u fuq fehim tajjeb tal-impatt reali tagħhom fuq l-ambjent. Huwa ta’ għajnuna strateġika li jiġi appoġġjat l-użu tal-metodoloġija tal-Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA) bħala għodda għar-rieżami tal-impatt ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. |
|
1.3. |
Il-KESE jappoġġja l-isforzi kontinwi biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ, peress li dan għandu impatt negattiv ħafna fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, huwa diżappuntat li l-proposta ma tinkludix analiżi bir-reqqa tal-impatti mistennija fuq l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem u l-operaturi ekonomiċi. L-imballaġġ għandu rwol ewlieni biex jiġu żgurati s-sikurezza, is-saħħa u l-kwalità tal-ikel. Minn din il-perspettiva, il-ħarsien tal-ambjent kif ukoll is-sikurezza tal-konsumaturi għandhom jiġu indirizzati bir-Regolament il-ġdid. |
|
1.4. |
Il-KESE jenfasizza li l-użu mill-ġdid u l-mili mill-ġdid żgur li mhumiex l-aħjar għażla, mill-perspettiva ambjentali u tat-tibdil fil-klima. Minħabba distanzi twal ta’ trasport meta mqabbla mal-ġbir u r-riċiklaġġ lokali, iż-żieda fil-loġistika se jkollha effett negattiv. It-tindif tal-fliexken li jistgħu jerġgħu jimtlew jew tal-pożati u r-reċipjenti għal fuq il-mejda li jistgħu jerġgħu jintużaw iżid il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet u l-konsum tal-ilma. Il-KESE għal darb’oħra jinnota b’dispjaċir in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt adegwata f’dan ir-rigward. |
|
1.5. |
L-impatt ekonomiku se jiddependi b’mod ċar fuq il-formulazzjoni eżatta tal-atti delegati previsti, li għandhom jiġu adottati biss fi żmien ħames snin wara l-adozzjoni tar-Regolament. Is-sempliċi fatt li l-parametri konkreti tar-regoli se jkunu magħrufa biss wara l-adozzjoni tar-Regolament propost joħloq inċertezzi enormi għan-negozji u riskju serju għaċ-ċiklu tal-investiment u l-innovazzjoni. |
|
1.6. |
Il-Kumitat jappella lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bħall-imsieħba tad-djalogu soċjali, l-operaturi ekonomiċi, il-ħaddiema, il-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari biex ikunu involuti fl-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid. It-traspożizzjoni tar-Regolament aġġornat fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali ma għandhiex timponi piżijiet amministrattivi jew operattivi bla bżonn fuq l-SMEs. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi żgurat li l-iskadenzi għall-implimentazzjoni u d-dħul fis-seħħ ikunu adegwati. Il-KESE jirrimarka li r-Regolament jissostitwixxi r-rwol tar-riċiklaġġ stabbilit mill-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari permezz tal-Artikolu 26, li se japplika direttament għall-operaturi ekonomiċi kollha, irrispettivament minn jekk ikunx ambjentalment effiċjenti jew le, flimkien ma’ restrizzjoni infurzata tal-użu tal-imballaġġ, irrispettivament minn jekk dan iwassalx jew le għal periklu għas-saħħa jew għad-deterjorament tal-ambjent. |
|
1.7. |
Fir-rigward tal-kriterji dwar l-imballaġġ “riċiklat fuq skala kbira”, il-KESE jipproponi li l-perċentwal propost ta’ skart mill-imballaġġ riċiklat fuq skala kbira (imballaġġ miġbur, separat u riċiklat fl-Istati Membri) jiżdied minn 75 % għal 90 % tal-popolazzjoni tal-UE, u, fl-istess ħin, ikopri mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri tal-UE sal-2030, sabiex tinkiseb implimentazzjoni effettiva. Il-Kumitat jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tal-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà u t-tneħħija gradwali tal-imballaġġ bl-agħar prestazzjoni ta’ Grad E sal-2030. |
|
1.8. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-miri obbligatorji ta’ kontenut riċiklat jiġu kkunsidrati u applikati biss fir-rigward ta’ materjali speċifiċi tal-imballaġġ, fejn dan jista’ jwassal għal użu akbar ta’ materjali riċiklati (eż. il-plastik). Fil-każ tal-imballaġġ tal-azzar, il-miri obbligatorji ta’ kontenut riċiklat jkunu ta’ detriment u jistgħu jwasslu għal tfixkil fis-suq tar-ruttam tal-azzar. Barra minn hekk, il-kriterji għar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ għandhom jinkludu r-rekwiżiti tad-disinn għar-riċiklaġġ, il-ġbir separat, is-separazzjoni effettiva, u l-kapaċità tal-materjal li jiġi riċiklat diversi drabi. Barra minn hekk, kwalunkwe mira proposta għat-tnaqqis tal-iskart stabbilita fir-Regolament għandha tiġi stabbilita għal kull materjal (miri speċifiċi għall-materjal), u billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u r-rati ta’ riċiklaġġ tagħhom. |
|
1.9. |
Il-KESE għandu dubji wkoll dwar l-effettività ta’ mira fissa ta’ 15 %, peress li din għandha impatt diskriminatorju fuq il-konsumaturi minn pajjiżi li għandhom produzzjoni relattivament baxxa per capita tal-iskart mill-imballaġġ. Iċ-ċifri tal-istatistika juru li l-produzzjoni tal-iskart mill-imballaġġ f’pajjiżi b’konsum ogħla hija sa tliet darbiet ogħla milli f’pajjiżi b’konsum baxx, madankollu, il-pajjiżi kollha mingħajr eċċezzjoni huma mistennija li jnaqqsu l-ammont ta’ imballaġġ għal kull konsumatur bi 15 %. Minflok, il-mira għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-għadd ta’ abitanti, l-attività ekonomika, il-produzzjoni industrijali u l-introjtu tal-abitanti. |
|
1.10. |
Il-KESE jappella għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ skemi ta’ protezzjoni u ta’ appoġġ (edukazzjoni pubblika, taħriġ, negozjar kollettiv, skemi ta’ kumpens u trasferimenti lejn industriji oħra) għall-ħaddiema impjegati fl-industriji fi tranżizzjoni u li dalwaqt se jiġu affettwati mill-implimentazzjoni tar-Regolament rivedut biex jiġu trasferiti lejn industriji oħra. |
|
1.11. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jniedu strateġiji biex jiżviluppaw l-industriji u l-ħwienet tat-tiswija tagħhom, billi jipprovdu inċentivi għall-investiment f’magni tat-tiswija, inaqqsu l-prezz tal-ispare parts, u joħolqu sinerġiji bejn is-setturi. |
|
1.12. |
L-imballaġġ huwa industrija li qed tiżviluppa malajr u tinvolvi ħafna postijiet tax-xogħol. Għalhekk huwa imperattiv li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt u li r-regolamenti l-ġodda jiġu mmonitorjati b’mod diliġenti fuq bażi regolari fl-Istati Membri, kemm fil-livell tal-gvern ċentrali kif ukoll f’dak lokali, peress li huma kruċjali għall-valutazzjoni tal-impatti fuq il-vijabbiltà ekonomika, il-postijiet tax-xogħol u s-sostenibbiltà ambjentali. |
|
1.13. |
Il-Kummissjoni Ewropea hija mistiedna tadotta qafas divrenzjat u personalizzat biex tevalwa, timmonitorja u tqabbel l-istrateġiji dwar l-imballaġġ għal diversi prodotti. Sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ skart mill-imballaġġ, il-ħtieġa attwali għall-imballaġġ għandha tiġi vvalutata b’mod regolari u għandhom jiġu riveduti s-soluzzjonijiet ottimizzati. Fir-rigward tal-iskemi nazzjonali ta’ rifużjoni tad-depożitu li jiffunzjonaw tajjeb, se jkun importanti li jinstabu modi kif il-barcodes il-ġodda tal-UE u dawk nazzjonali eżistenti jistgħu jinżammu u jkomplu joperaw b’mod parallel. |
|
1.14. |
Il-konsumaturi għandhom ikunu involuti u inċentivati biex jużaw mill-ġdid, jirritornaw jew jirriċiklaw il-materjal tal-imballaġġ bl-aħjar mod, permezz ta’ mekkaniżmi ta’ kumpens pożittivi u negattivi. Il-konsumaturi se jkollhom rwol importanti fis-sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu, l-użu mill-ġdid u l-mili mill-ġdid, u l-KESE jappella għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u edukattivi li jippermettu lill-konsumaturi jipperċepixxu u jifhmu aħjar ir-rwol tagħhom. |
|
1.15. |
Il-KESE jistieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mal-operaturi ekonomiċi sabiex jinstabu l-aħjar modi biex is-sistema tat-tikkettar titqiegħed fil-prattika. |
|
1.16. |
Il-kwalità u l-kwantità tal-iskart jiddeterminaw il-potenzjal tiegħu li jiġi riċiklat. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jevalwaw l-implikazzjonijiet ambjentali u ekonomiċi tal-attivitajiet meħtieġa għall-ġestjoni tal-iskart matul il-fażi tal-ippjanar. |
|
1.17. |
F’termini ta’ prinċipji leġiżlattivi, ir-Regolament iħallat norma li taffettwa direttament lill-operaturi ekonomiċi individwali ma’ Direttiva li tindirizza l-objettivi qafas għall-Istati Membri. Għalhekk dan għandu jinqasam f’żewġ atti leġiżlattivi. L-ewwel att għandu jkun direttiva li tistabbilixxi l-miri għall-Istati Membri f’termini ta’ ġestjoni tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ. It-tieni att għandu jkun regolament li jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-imballaġġ u r-rekwiżiti għar-riċiklabbiltà u t-tikkettar tagħhom. |
|
1.18. |
Fir-rigward tat-tnaqqis tal-iskart, il-KESE jirrakkomanda li r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ tkun akkumpanjata minn reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (1)), sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ skart mormi fil-landfills. |
2. Sfond u pedamenti
Il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati kontinwament l-impatti tal-imballaġġ fuq l-ambjent
|
2.1. |
Globalment, il-biċċa l-kbira tal-imballaġġ jintuża darba biss u jintrema jew jiġi rriċiklat minflok jintuża mill-ġdid. L-awtoritajiet ambjentali f’pajjiżi industrijalizzati kbar jistmaw li kważi nofs l-iskart solidu muniċipali kollu jinkludi ikel u materjali użati fl-imballaġġ tal-ikel (2). |
|
2.2. |
Minħabba l-ħela ta’ riżorsi siewja u t-tniġġis ikkawżat minn din is-sistema ta’ konsum u rimi, is-saħħa tagħna, l-ambjent, is-sostenibbiltà, u l-klima globali huma kollha f’riskju serju. |
|
2.3. |
Għalhekk huwa essenzjali li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja regolarment l-iskart mill-imballaġġ, kif ukoll il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu mill-ġdid tiegħu, mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. |
|
2.4. |
L-industriji fi tranżizzjoni, kif ukoll l-impjegati u s-sidien żgħar f’xi setturi taħt skrutinju, huma mistennija li jiffaċċjaw diffikultajiet serji u telf ta’ introjtu jew impjiegi minħabba tnaqqis fil-fatturat totali kkawżat mill-effett ta’ sostituzzjoni. Skemi ta’ protezzjoni soċjali u inizjattivi ta’ taħriġ mill-ġdid jistgħu jnaqqsu dan l-impatt. |
|
2.5. |
Bl-istess mod, xi reġjuni li jiddependu fuq ċerti teknoloġiji tal-imballaġġ u l-produzzjoni industrijali jistgħu jesperjenzaw, fuq perjodu ta’ żmien qasir, telf ta’ impjiegi u migrazzjoni kemm minn ħaddiema speċjalizzati ħafna kif ukoll minn ħaddiema inqas speċjalizzati. Politiki personalizzati fil-livell lokali huma essenzjali biex jiġi evitat l-eżodu ta’ mħuħ u d-deżertifikazzjoni taż-żoni rurali u industrijali. |
|
2.6. |
Huwa kruċjali li jiġi mmonitorjat l-impatt tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni permezz ta’ mekkaniżmu ta’ valutazzjoni permanenti sabiex jiġu riveduti r-rekords ta’ kull pajjiż, jiġu skambjati l-aħjar prattiki u jiġu proposti reviżjonijiet parametriċi. Irid jitqies it-titjib potenzjali fil-kapaċità teknoloġika tal-industriji għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali speċifiċi (eż. plastik bijodegradabbli), b’enfasi speċjali fuq is-saħħa pubblika u l-impatti fit-tul fuq l-ambjent. |
Għodod appoġġjati mill-Kummissjoni Ewropea għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-imballaġġ u l-materjal ta’ imballaġġ
|
2.7. |
L-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni jispeċifika r-rwoli ewlenin li d-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà għandhom fit-tnaqqis tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ. Huwa essenzjali li dawn jiġu allinjati, peress li huma kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku u biex jissaħħu r-reżiljenza, il-prosperità fil-futur u s-sostenibbiltà tal-Ewropa. |
Riżorsi naturali u tal-enerġija għall-imballaġġ – tħassib u soluzzjonijiet
|
2.8. |
L-imballaġġ modern tal-ikel – użu maġġuri tal-materjali tal-imballaġġ – joffri mezz biex l-ikel ikun affidabbli, iġeniku, jista’ iżomm għal tul ta’ żmien, u sikur. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-imballaġġ tal-ikel għadu jintuża darba biss u ma jistax jiġi riċiklat kompletament, sakemm ma jkunx separat minn frazzjonijiet ta’ materjal ieħor u jinġabar kif suppost, minħabba li jew ikun maħmuġ bl-ikel, żgħir wisq jew fih diversi saffi. |
|
2.9. |
Each packaging type requires numerous resources, including energy, water, chemicals, petroleum, minerals, wood and textiles. Barra minn hekk, il-produzzjoni tiegħu spiss tirriżulta f’ilma mormi u ħama b’sustanzi kimiċi ta’ ħsara, u emissjonijiet fl-arja ta’ gassijiet serra, metalli tqal u partikoli. |
|
2.10. |
Għall-imballaġġ tal-ikel modern jintużaw diversi materjali sintetiċi u magħmula mill-bniedem, inklużi ċ-ċeramika, il-ħġieġ, il-metall, il-karta, il-kartun (paperboard u cardboard), ix-xama’, l-injam, u dejjem aktar frekwenti, il-plastik. Il-biċċa l-kbira ta’ dan l-imballaġġ huwa magħmul minn ħġieġ, plastik iebes, karta, u kartun. Even though some more recent plastics are created from corn and other plant materials, the majority are still made from petroleum and contain additives such as polymers. |
|
2.11. |
Huwa kruċjali li għall-imballaġġ kompostabbli, il-Kummissjoni Ewropea fil-proposta tistabbilixxi kontenut minimu u obbligatorju b’bażi bijoloġika ta’ mill-inqas 60 %. Il-paperboards spiss ikunu miksija bil-plastik li ma jkunx viżibbli, u ħafna forom differenti ta’ imballaġġ ikollhom tikketti li jkunu ġew stampati permezz tal-linka tal-istampaturi. |
|
2.12. |
Iż-żieda fl-użu ta’ tipi differenti ta’ imballaġġ, flimkien ma’ rati baxxi ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ, jistgħu jfixklu l-ħolqien ta’ ekonomija ċirkolari b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-UE. |
|
2.13. |
Il-KESE jemmen li l-imballaġġ kompostabbli li huwa sikur għall-kuntatt mal-ikel huwa l-aktar soluzzjoni adatta, u għandu rwol ewlieni biex jiġi żgurat li aktar skart ikun bijodegradabbli. Dan inaqqas ukoll l-ammont ta’ plastik mhux bijodegradabbli, li kieku jikkontamina l-kompost. |
3. Imballaġġ tal-plastik
|
3.1. |
In-NU tqis it-tniġġis mill-plastik fl-oċeani bħala “kalamità planetarja”, prinċipalment minħabba l-ammont ta’ imballaġġ tal-ikel magħmul mill-plastik li sab ruħu fix-xmajjar (3). Dan iqajjem tħassib għall-ispeċijiet akkwatiċi kollha. |
|
3.2. |
L-Istati Membri se jkollhom jikkunsidraw approċċ ġdid għall-plastik ibbażat fuq l-ekonomija ċirkolari. Huma jistgħu jippromovu l-iżvilupp ta’ għażliet ta’ imballaġġ ċirkolari billi jagħżlu materjali oħra jew materjali polimeri speċifiċi biex jiżguraw livell ħafna aħjar ta’ riċiklabbiltà. Meta r-riċiklabbiltà tal-plastik ma tkunx possibbli, din għandha tintuża bħala ġenerazzjoni għall-bijofjuwil. |
4. Materjali permanenti, data dwar ir-riċiklaġġ u kwistjonijiet relatati mal-miri ta’ mili mill-ġdid tal-fliexken tax-xorb alkoħoliku
|
4.1. |
Materjali differenti tal-imballaġġ tal-ikel għandhom karatteristiċi u proprjetajiet differenti, li jaffettwaw il-potenzjal tar-riċiklabbiltà tagħhom. Materjali bħall-aluminju, il-ħġieġ u l-azzar jitqiesu bħala materjali permanenti, li jfisser li juru degradazzjoni minima matul il-ħajja operattiva u jistgħu jiġu riċiklati b’mod indefinit mingħajr ma jitilfu l-kwalità jew il-proprjetajiet inerenti tal-materjal. |
|
4.2. |
L-interess fil-materjali permanenti kiber b’mod sinifikanti, u b’mod parallel mal-ħsieb tal-ekonomija ċirkolari. Materjali bħal dawn jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti sew fil-leġiżlazzjoni futura, b’politiki futuri li jappoġġjaw b’mod effiċjenti r-riċiklaġġ tagħhom. |
|
4.3. |
L-imballaġġ ibbażat fuq il-fibra u materjal naturali ieħor jista’ jappoġġja tkabbir li jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Dan isir minn materjali rinnovabbli, filwaqt li jservi għal żmien twil, ikun attraenti, riċiklabbli u bijodegradabbli. Studji reċenti indikaw li l-imballaġġ tal-fibra jista’ jiġi rriċiklat aktar minn 25 darba, u dan juri li huwa komponent essenzjali tal-ekonomija ċirkolari. |
|
4.4. |
Ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-ħġieġ fl-UE fl-2020 laħqet medja ta’ 76 % (4), u hemm lok għal titjib fl-iskemi ta’ ġbir u s-separazzjoni f’xi Stati Membri. Fl-2017 ir-rati kienu 95 % fl-Iżvezja, 88,4 % fil-Ġermanja, 78 % fl-Italja u 61 % fi Franza (5). |
|
4.5. |
Il-proposta tistabbilixxi miri obbligatorji għall-użu mill-ġdid u l-mili mill-ġdid tal-fliexken tax-xorb alkoħoliku. Madankollu, l-operaturi ekonomiċi ewlenin huma tal-fehma soda li dawn il-miri jistgħu joħolqu sfidi sinifikanti, kemm f’termini ta’ provvista kif ukoll ta’ riskji għas-saħħa pubblika, peress li l-fliexken normalment jintużaw mill-konsumaturi għal skopijiet prattiċi oħra. Dan l-użu mill-ġdid obbligatorju jista’ jikkawża problemi, parzjalment minħabba infezzjoni mill-iżvilupp ta’ patoġeni u batterji, fost affarijiet oħra. |
5. Water and land pollution from food packaging
|
5.1. |
Meta l-imballaġġ jintrema fil-landfills, speċjalment l-imballaġġ tal-plastik, flimkien ma’ kontaminazzjoni qawwija u inaċettabbli fl-art u fl-ambjent, is-sustanzi kimiċi mill-materjali, bħal-linka u l-kuluri mit-tikkettar se jnixxu wkoll fl-ilma ta’ taħt l-art u fil-ħamrija. |
|
5.2. |
B’mod partikolari, l-iskart tal-plastik spiss jivvjaġġa lejn ir-reġjuni l-aktar remoti tal-pjaneta, u b’hekk jipperikola l-ħajja tal-bniedem, tal-għasafar u tal-baħar. It-tniġġis tal-plastik fl-oċeani tant huwa gravi li l-kap għall-affarijiet marittimi tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent sejħiltilha kriżi planetarja. |
|
5.3. |
Il-kontaminazzjoni tal-oċeani hija biss waħda mill-effetti negattivi tal-plastik fuq l-ekosistema. Skont studju wieħed, terz tal-plastik kollu jintrema u jispiċċa fil-passaġġi fuq l-ilma jew fil-ħamrija. Oħrajn jindikaw li l-ammont ta’ tniġġis tal-mikroplastik fil-ħamrija madwar id-dinja huwa bejn 4 darbiet u 23 darba agħar mill-ammont ta’ tniġġis tal-mikroplastik fl-oċeani tagħna. |
|
5.4. |
Il-mikroplastik fil-ħamrija se jaffettwa b’mod negattiv l-imġiba tal-annimali tal-ħamrija (bħall-ħniex), u għalhekk, iferrxu l-mard u jipproduċu impatti dannużi oħra. Instab ukoll mikroplastik fit-trabi tat-twelid. Barra minn hekk, il-plastik matul il-proċess ta’ degradazzjoni jassorbi sustanzi perikolużi bħal pestiċidi, bħad-DDT, ladarba jkun fl-art u fil-passaġġi fuq l-ilma. |
6. It-tniġġis tal-arja u tal-oċeani mill-imballaġġ tal-ikel
|
6.1. |
L-iskart mill-imballaġġ tal-ikel li ma jistax jiġi kkompostjat jew riċiklat spiss jispiċċa f’miżbliet, u jirrilaxxa emissjonijiet fl-arja, inklużi gassijiet serra. Il-miżbliet jirrilaxxaw il-metan, l-ammonijaka u s-sulfur tal-idroġenu. B’kuntrast ma’ dan, l-inċineraturi jirrilaxxaw il-merkurju, iċ-ċomb, il-klorur tal-idroġenu, id-diossidi tal-kubrit, l-ossidi nitrużi, il-materja partikolata u d-diossini, li huma l-aktar komposti perikolużi. |
|
6.2. |
Il-biċċa l-kbira tat-tazzi u l-għotjien tal-kafè, il-pods tal-kafè, il-kontenituri tal-iStyrofoam, il-fliexken u t-tappijiet tal-plastik, il-plastic wraps, il-holder li żżomm flimkien sitt fliexken, u l-boroż tal-plastik tal-merċa huma ddisinjati għal użu uniku. Madankollu, jekk ma jiġux riċiklati, isoddu l-passaġġi fuq l-ilma tagħna, fejn l-annimali jaħsbuhom ikel jew jitħabblu fihom. |
|
6.3. |
All the plastic floating around the oceans is incredibly harmful to animals. Ocean Conservancy (6) tiddikjara li: “Instab il-plastik f’59 % tal-għasafar tal-baħar bħall-albatross u l-pelikan, f’100 % tal-ispeċijiet tal-fkieren tal-baħar, u f’aktar minn 25 % tal-ħut li ttieħdu bħala kampjun mis-swieq tal-frott tal-baħar”. |
|
6.4. |
Hemm kwantità astronomika ta’ plastik magħmula minn triljuni ta’ biċċiet żgħar tal-plastik li qed iddur madwar l-oċeani u tinġarr mill-kurrenti, madankollu, hija biss 5 % ta’ din il-massa tal-plastik li hija viżibbli fil-wiċċ; il-bqija tinsab taħt il-wiċċ tal-ilma jew niżlet f’qiegħ l-oċean. |
|
6.5. |
Il-KESE jemmen li huwa kruċjali li jitħeġġeġ ir-riċiklaġġ organiku tal-iskart tal-ikel u tal-iskart mill-imballaġġ tal-ikel kompostabbli, anke minħabba li l-ġbir separat għar-riċiklaġġ organiku tal-iskart tal-ikel se jkun obbligatorju mill-31 ta’ Diċembru 2023. Ir-residwi tal-bhejjem bħad-demel u d-demel likwidu jagħtu l-possibbiltà li jiġu ġġenerati l-fertilizzanti organiċi, il-bijogass jew il-bijometan. |
7. Kummenti ġenerali
|
7.1. |
Il-KESE jappoġġja l-ambizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrevedi r-rekwiżiti għall-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, sabiex tillimita l-ammont, id-daqs u l-piż tal-imballaġġ fis-Suq Uniku tal-UE, tipprevjeni l-produzzjoni ta’ skart mill-imballaġġ bla bżonn, tappoġġja riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, u żżid ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. |
|
7.2. |
Kwalunkwe reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandha tkun allinjata bis-sħiħ mal-objettivi ġenerali tal-Patt Ekoloġiku tal-UE (in-newtralità klimatika, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-protezzjoni ambjentali), u għandha tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni relatata, bħall-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija ċirkolari, id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, id-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss, id-Direttiva dwar l-Ekodisinn, u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel. |
|
7.3. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa ta’ kriterji stretti dwar ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. L-imballaġġ għandu jitqies bħala riċiklabbli meta l-imballaġġ ikun jista’ jiġi riċiklat diversi drabi f’ċirkwit ta’ materjal permanenti, u mhux sempliċiment meta jiġu ssodisfati l-kriterji tad-disinn u l-materjali jinġabru separatament u jintgħażlu mingħajr kontaminazzjoni. |
|
7.4. |
Il-KESE jemmen li l-kriterji perċentwali għall-imballaġġ li għandu jiġi riċiklat fuq skala kbira għandhom jiġu kkomplementati minn rekwiżit kwantitattiv li jkopri għadd suffiċjenti ta’ Stati Membri tal-UE. |
|
7.5. |
Il-Kumitat jappoġġja l-implimentazzjoni tal-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, abbażi tal-kriterji tad-“disinn għar-riċiklaġġ” għall-kategoriji tal-imballaġġ. Il-KESE jilqa’ l-armonizzazzjoni għall-materjali kollha, u jittama li t-tneħħija gradwali tal-imballaġġ tingħata Grad ta’ Prestazzjoni E sal-2030. |
|
7.6. |
Fl-2020, ir-rata medja ta’ riċiklaġġ fl-UE kollha laħqet 85,5 % għall-imballaġġ tal-azzar, 74 % għall-imballaġġ tal-ħġieġ, u 82 % għall-imballaġġ tal-karti. Iċ-ċirkwiti ta’ materjali ċirkolari għal dawn il-materjali huma relattivament effettivi. Madankollu, l-adozzjoni ta’ mira ta’ kontenut riċiklat għall-imballaġġ tal-azzar, pereżempju, tista’ tiddestabbilizza u tifframmenta s-suq tal-materja prima sekondarja/tar-ruttam, u jkollha impatt ambjentali negattiv. Il-miri obbligatorji tal-kontenut riċiklat għandhom ikunu applikabbli biss għal gruppi u materjali speċifiċi tal-imballaġġ, meta l-adozzjoni tagħhom tista’ twassal għal titjib fis-suq u użu akbar ta’ materjali riċiklati (eż. plastik). |
|
7.7. |
Il-KESE jenfasizza l-fatt li l-ishma tas-suq ta’ materjali differenti tal-imballaġġ fil-volum globali tal-iskart mill-imballaġġ tal-Istati Membri għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat il-potenzjal għat-tnaqqis tal-iskart. Għandhom jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis għal kull materjal tal-imballaġġ (plastik, karta, metalli ferrużi, aluminju, eċċ.), u titqies l-evoluzzjoni tar-rati ta’ riċiklaġġ maż-żmien, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u biex tiġi evitata s-sostituzzjoni bla bżonn ta’ ċerti materjali tal-imballaġġ b’alternattivi b’riċiklabbiltà baxxa. |
|
7.8. |
L-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu inċentivati b’mod effettiv biex jappoġġjaw investimenti ġodda fl-infrastruttura u t-teknoloġiji tar-riċiklaġġ, kif ukoll fir-riċerka u l-iżvilupp. |
|
7.9. |
Il-KESE jemmen li r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandha tkun akkumpanjata wkoll minn reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills, sabiex jitnaqqas ir-rimi tal-iskart mill-imballaġġ fil-landfills. It-tnaqqis tal-ammont ta’ skart li jispiċċa fil-landfills ikun konformi mal-impenn tal-UE li tirriċikla u li tnaqqas l-iskart. |
|
7.10. |
Ir-Regolament rivedut irid jirrispetta u japplika l-prinċipju tan-newtralità materjali, jiġifieri jippermetti għażla ta’ materjal tal-imballaġġ abbażi tal-adegwatezza tiegħu għal użu partikolari, il-karatteristiċi tekniċi u strutturali tiegħu u l-profil ambjentali ġenerali tiegħu. |
8. Kummenti speċjali
|
8.1. |
Minbarra l-leġiżlazzjoni proposta, inkluż dwar it-tikkettar, il-komunikazzjoni, il-ġbir, is-separazzjoni u l-użu mill-ġdid, il-KESE jemmen li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-produzzjoni tal-materjal tal-imballaġġ, forsi kkomplementati bi strumenti fiskali sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti mill-Patt Ekoloġiku. |
|
8.2. |
Il-KESE jipproponi li l-UE u l-Istati Membri jappoġġjaw, bil-mezzi kollha disponibbli, ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, jew billi jipprovdu inċentivi għall-użu ta’ alternattivi ta’ materjali riċiklabbli jew rinnovabbli jew billi jiddiżinċentivaw materjali tal-imballaġġ b’karatteristiċi ta’ livelli baxxi ta’ riċiklabbiltà. |
|
8.3. |
L-operaturi ekonomiċi involuti f’dan is-settur importanti, li għandhom responsabbiltajiet kbar għall-ħaddiema u l-impjiegi tagħhom, għandhom jiġu appoġġjati finanzjarjament mill-Istati Membri fil-proċess ta’ tranżizzjoni. |
|
8.4. |
Għandhom jiġu stabbiliti politiki nazzjonali u internazzjonali ċari biex jiġu identifikati l-produtturi tal-iskart li l-iskart tagħhom jiġi ttrasportat lejn Stati Membri oħra. |
|
8.5. |
L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-partijiet ikkonċernati jiżviluppaw ideat ġodda għall-imballaġġ u t-tikkettar tajjeb biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku u biex tiġi evitata kwalunkwe frodi relatata mal-prodotti Ewropej oriġinali. |
|
8.6. |
Ir-rwol tal-muniċipalitajiet fil-ġbir tal-iskart u l-ġestjoni tal-iskart għandu jiġi definit b’mod ċar biex jiġi evitat li jkun hemm diversi proċeduri u infrastrutturi differenti għall-immaniġġjar tal-iskart. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
(2) https://foodprint.org/issues/the-environmental-impact-of-food-packaging/.
(3) https://www.newscientist.com/article/mg25333710-100-pollution-is-the-forgotten-global-crisis-and-we-need-to-tackle-it-now/.
(4) https://www.statista.com/statistics/1258851/glass-recycling-rate-in-europe/.
(5) https://feve.org/glass_recycling_stats_2018/.
(6) https://oceanconservancy.org/about/.
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/121 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet”
(COM(2022) 748 final — 2022/0432 (COD))
(2023/C 228/17)
|
Relatur: |
John COMER |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 13.2.2023 Kunsill, 10.2.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
13.4.2023 |
|
Data tal-adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
145/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE):
|
1.1. |
jenfasizza li għalkemm huwa possibbli għall-UE li tipproponi aġġornament għas-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikettar ta’ Sustanzi Kimiċi (GHS) tan-Nazzjonijiet Uniti b’konformità mar-Regolament rivedut dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi kimiċi (ir-Regolament CLP), ma hemm l-ebda garanzija li l-proposta tal-UE se tiġi aċċettata mill-partijiet kollha. Diverġenza temporanja tista’ ssir kwistjoni fit-tul. Jidher li jkun prattikament impossibbli li jiġu implimentati l-proposti l-ġodda rigward il-bejgħ online li joriġina minn barra l-UE sakemm ma jiġux aċċettati mill-GHS tan-NU. |
|
1.2. |
jemmen li huwa essenzjali li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikollha biżżejjed riżorsi, għarfien espert u persunal biex timplimenta r-Regolament rivedut. B’mod partikolari, iż-żieda ta’ klassijiet ġodda ta’ periklu se tirrikjedi li l-ECHA u l-Istati Membri jżidu r-riżorsi tagħhom biex jindirizzaw b’mod speċifiku ż-żieda fl-ammont ta’ xogħol. |
|
1.3. |
jinsab diżappuntat li ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika li twissi lill-konsumatur f’każ li l-ingredjenti kimiċi fi prodott b’marka kummerċjali jinbidlu iżda l-immarkar korporattiv jibqa’ l-istess. Il-konsumaturi li jużaw marka familjari mhux se jiċċekkjawha sakemm ma jkunx fiha twissija speċjali fuq it-tikketta. Il-manifatturi tad-deterġenti domestiċi spiss jibdlu l-ingredjenti, pereżempju billi jibdlu l-enzimi u s-solventi. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat b’tali tibdil meta l-immarkar korporattiv jibqa’ l-istess; |
|
1.4. |
jissuġġerixxi li l-qafas tal-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament CLP rivedut jeħtieġ li jevalwa bir-reqqa l-impatt fuq il-ktajjen tal-valur essenzjali li jinvolvu sustanzi kimiċi sabiex dawn ma jiġux affettwati b’mod negattiv. Il-Kunsill Ewropew għall-Industrija Kimika (CEFIC) jistma li sa 12 000 sustanza jistgħu jiġu affettwati mill-bidliet proposti għar-Regolament CLP u għall-approċċ ġeneriku għall-ġestjoni tar-riskju. B’riżultat ta’ dan, ħafna prodotti li l-konsumaturi u l-professjonisti jiddependu minnhom jistgħu ma jibqgħux disponibbli fis-suq. |
|
1.5. |
jitlob li tingħata attenzjoni partikolari għall-benesseri ta’ dawk li jaħdmu fl-industrija tal-kimika. Is-saħħa u s-sikurezza għandhom dejjem jingħataw prijorità. Il-ħaddiema fl-industrija tal-kimika għandhom jingħataw taħriġ intensiv sabiex ikollhom fehim sħiħ dwar is-sustanzi kimiċi li huma f’kuntatt magħhom f’xogħolhom. It-tagħmir kollu jeħtieġ li jinżamm f’kundizzjoni tajba. Id-data mis-Sistema ta’ Rappurtar ta’ Inċidenti Maġġuri (eMARS) turi li bħala medja jseħħu aktar minn 30 inċident industrijali kull sena fit-12 000 stabbiliment industrijali ta’ periklu għoli rreġistrati fl-UE; |
|
1.6. |
jisħaq li l-approċċ prekawzjonarju huwa importanti fil-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent permezz tal-użu ta’ data eżistenti minn sustanzi kimiċi strutturalment relatati, u jippermetti li tittieħed deċiżjoni prekawzjonarja qabel ma jkun hemm evidenza xjentifika sħiħa tar-riskju; |
|
1.7. |
jinnota li r-rapport tal-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent (Lulju 2022) dwar il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi sab tliet restrizzjonijiet ewlenin fil-proċess regolatorju tas-sustanzi kimiċi:
|
2. Proposta tal-Kummissjoni
|
2.1. |
Il-Kummissjoni qed tipproponi reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ir-Regolament CLP). |
L-għan tar-Regolament CLP huwa li jistabbilixxi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent. Dan jippermetti wkoll il-moviment liberu ta’ sustanzi, taħlitiet u oġġetti kimiċi. Ir-Regolament CLP jirrikjedi li l-manifatturi, l-importaturi u l-utenti downstream ta’ sustanzi u taħlitiet kimiċi jittikkettaw u jippakkjaw sustanzi kimiċi perikolużi qabel ma jqegħduhom fis-suq. Ir-Regolament CLP jistabbilixxi regoli legalment vinkolanti dwar l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-perikli. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni dwar it-tikkettar biex il-konsumaturi u l-ħaddiema jiġu infurmati tajjeb dwar l-użu ta’ prodotti perikolużi.
|
2.2. |
Il-Kummissjoni tgħid li l-UE rnexxielha toħloq suq uniku effiċjenti għas-sustanzi kimiċi. |
Skont il-Kummissjoni, tinħtieġ reviżjoni tar-Regolament CLP minħabba xi dgħufijiet u lakuni legali fir-Regolament CLP eżistenti. Il-proposti jinkludu l-introduzzjoni ta’ klassijiet ġodda ta’ periklu għall-interferenti endokrinali u sustanzi kimiċi perikolużi oħra (abbażi ta’ att delegat), regoli speċifiċi għal sustanzi kimiċi li jistgħu jerġgħu jimtlew, komunikazzjoni aħjar, inkluż online, permezz ta’ tikkettar aktar ċar u li jinqara b’mod aktar faċli, il-possibbiltà li l-Kummissjoni tiżviluppa proposti ta’ klassifikazzjoni, u proċessi mtejba u aktar rapidi.
|
2.3. |
L-UE hija impenjata favur l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha. Il-Kummissjoni temmen li din ir-reviżjoni tar-Regolament CLP se tikkontribwixxi għal diversi SDGs inklużi dawk li għandhom l-għan li jiżguraw saħħa u benesseri tajbin, xejriet ta’ konsum u produzzjoni sostenibbli, u ilma nadif u sanità. Għall-Kummissjoni, dan ir-rieżami huwa wkoll “eżitu importanti” tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (parti mill-Patt Ekoloġiku). |
|
2.4. |
Il-Kummissjoni tiddikjara li hemm bżonn li jiġu identifikati u kklassifikati aħjar is-sustanzi kimiċi perikolużi minħabba r-riskju li jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. L-ineffiċjenzi proċedurali u n-nuqqasijiet fil-komunikazzjoni dwar sustanzi kimiċi perikolużi għandhom jiġu indirizzati. Hemm għadd kbir ta’ klassifikazzjonijiet żbaljati jew skaduti ta’ sustanzi fl-inventarju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA). Hemm ħafna raġunijiet għal dan inkluż in-nuqqas ta’ rieżami u aġġornament tal-klassifikazzjonijiet u l-bidliet fil-klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi komponenti. It-tħejjija ta’ “skedi tad-data tas-sikurezza” mhux preċiżi tista’ wkoll tkun problema. L-informazzjoni fl-iskedi tad-data tas-sikurezza jista’ jkollha effetti downstream serji ħafna, speċjalment jekk ma tkunx preċiża. Barra minn hekk, sustanzi li xi darba kienu definiti bħala mhux perikolużi jistgħu, fid-dawl ta’ aktar riċerka, jiġu definiti bħala perikolużi. Pereżempju, l-aċidu boriku fil-passat kien ikkategorizzat bħala mhux perikoluż. Sussegwentement ġie kkategorizzat bħala perikoluż ħafna (tossiku għar-riproduzzjoni). Konsegwentement, kienu meħtieġa skedi tad-data tas-sikurezza ġodda. |
|
2.5. |
Bħala parti mill-pakkett tar-Reviżjoni tar-Regolament CLP, il-Kummissjoni qed tipproponi att delegat li permezz tiegħu s-sustanzi u t-taħlitiet li għandhom proprjetajiet ta’ interferenti endokrinali, li huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBT), li għandhom persistenza għolja u bijoakkumulazzjoni għolja (vPvB), li huma persistenti, mobbli u tossiċi (PMT), jew li għandhom persistenza għolja u mobbiltà għolja (vPvM) ikunu jistgħu jiġu kklassifikati fi klassijiet ta’ periklu stabbiliti ġodda. |
|
2.6. |
Ir-reviżjoni tipproponi li l-Kummissjoni tkun tista’ tniedi u tiffinanzja dossiers ta’ klassifikazzjoni aktar armonizzati. |
|
2.7. |
Huwa propost li jittejjeb il-metodu li bih il-kumpaniji jikklassifikaw is-sustanzi, inkluż obbligu biex jagħtu raġunijiet għal klassifikazzjonijiet notifikati diverġenti fl-inventarju tal-ECHA, u skadenza fi stadju bikri għall-aġġornamenti tan-notifiki. |
|
2.8. |
It-trasparenza u l-predittività tal-proposti li d-diversi atturi beħsibhom jissottomettu lill-ECHA se jittejbu peress li se jkunu obbligati jikkomunikaw tali intenzjonijiet lill-ECHA. |
|
2.9. |
Ir-reviżjoni tipproponi li ttejjeb il-komunikazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi perikolużi:
|
|
2.10. |
Il-Proposta ta’ reviżjoni tindirizza wkoll il-lakuni u l-ambigwitajiet legali li japplikaw għall-bejgħ online u n-notifiki taċ-ċentru tal-avvelenament. |
|
2.11. |
Il-bejgħ online se jirrikjedi li fornitur jiżgura li sustanza jew taħlita mqiegħda fis-suq tal-UE tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament CLP, u dan se jinkludi bejgħ online minn barra l-UE. |
|
2.12. |
Id-dispożizzjoni dwar in-notifika liċ-ċentri tal-avvelenament se tiġi ċċarata. L-atturi rilevanti kollha se jkollhom jiżguraw li jinnotifikaw liċ-ċentri tal-avvelenament fl-UE kollha. |
|
2.13. |
Qed tiġi proposta wkoll bidla importanti fil-qasam tar-reklamar. Se jkun hemm obbligu li jiġi żgurat li r-reklamar ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi jkun fih l-informazzjoni kollha li hija l-aktar importanti f’termini ta’ sikurezza u protezzjoni tal-ambjent. Fir-reklam għandhom jiġu inklużi l-klassi ta’ periklu, dikjarazzjonijiet ta’ periklu u pittogrammi. |
|
2.14. |
L-azzjonijiet ewlenin elenkati fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi li l-Kummissjoni għandha l-għan li tindirizza f’din il-Proposta jinkludu l-identifikazzjoni legalment vinkolanti tal-perikli tal-interferenti endokrinali (abbażi tad-definizzjoni tad-WHO), abbażi tal-kriterji diġà żviluppati għall-pestiċidi u l-bijoċidi, u l-applikazzjoni tagħha fil-leġiżlazzjoni kollha. Il-klassijiet u kriterji ġodda ta’ periklu huma mmirati biex jindirizzaw bis-sħiħ it-tossiċità, il-persistenza, il-mobbiltà u l-bijoakkumulazzjoni ambjentali. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ r-reviżjoni mmirata proposta tar-Regolament CLP bl-għan li jiġi żgurat li r-Regolament CLP jopera b’mod effettiv u effiċjenti. |
|
3.2. |
Il-KESE jilqa’ l-att delegat propost biex jiġu stabbiliti klassijiet ġodda ta’ periklu li jikkonċernaw l-interferenti endokrinali, kif ukoll sustanzi u prodotti li ma jiddiżintegrawx fl-ambjent u li jistgħu jakkumulaw f’organiżmi ħajjin jew fihom riskju li jidħlu fis-sistema tal-ilma inkluż l-ilma tax-xorb. |
|
3.3. |
Nuqqas kbir fir-Regolament CLP attwali huwa l-fatt li ħafna sustanzi kimiċi mibjugħa online fl-UE ma jissodisfawx ir-rekwiżiti legali tar-Regolament CLP. Dan joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Il-KESE jilqa’ l-proposta mmirata biex tindirizza din il-kwistjoni. |
|
3.4. |
Mhuwiex ċar kif il-bidla proposta fir-regoli dwar ir-reklamar se tiġi infurzata. L-entità li tikser il-liġi meta tippubblika r-reklam se tkun soġġetta għal sanzjonijiet, l-istess bħall-bejjiegħ tal-prodott li jkun għamel ir-reklam? |
|
3.5. |
F’dokument informali ppubblikat f’Mejju 2022, l-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent jiddikjara li l-kumpaniji regolarment jissottomettu data mhux kompluta jew żbaljata dwar l-effetti perikolużi tas-sustanzi kimiċi tagħhom, iżda xorta waħda jiksbu aċċess għas-suq (li jmur kontra r-regola ta’ “ebda data, ebda suq”). Iżid jgħid li b’konsegwenza ta’ dan, il-kwalità fqira tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni mill-industrija tfixkel b’mod qawwi r-regolamentazzjoni. |
|
3.6. |
F’ittra konġunta lill-Kummissjoni datata s-27 ta’ Frar 2023, l-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent u diversi NGOs iddikjaraw li r-riformi tas-sistemi regolatorji tar-Regolament REACH u r-Regolament CLP huma mingħajr dubju opportunità kruċjali biex jiġu indirizzati l-lakuni attwali fid-data u l-ħtieġa li titħaffef l-azzjoni regolatorja dwar is-sustanzi kimiċi ta’ periklu. B’din l-ittra jixtiequ jesprimu t-tħassib serju tagħhom dwar dawn il-lakuni fid-data, li jfixklu l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju effettivi tas-sustanzi kimiċi tal-akbar tħassib. |
|
3.7. |
Ir-reviżjonijiet tar-Regolamenti REACH u CLP huma komplementari. Pereżempju, rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni skont ir-Regolament REACH rivedut se jipprovdu informazzjoni dwar il-proprjetajiet intrinsiċi ta’ sustanzi li jippermettu l-klassifikazzjoni tagħhom skont il-klassijiet ta’ periklu l-ġodda fir-Regolament CLP rivedut. |
|
3.8. |
Sabiex ma jiksrux id-dritt tal-kompetizzjoni, l-ECHA tat parir lill-kumpaniji biex jiskambjaw informazzjoni b’kawtela, li jfisser li l-iskambju ta’ informazzjoni jiġi limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tat-testijiet bi spejjeż għoljin. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
L-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent ippubblika rapport dwar il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-11 ta’ Lulju 2022, li sab tliet ostakli ewlenin fil-proċess regolatorju tas-sustanzi kimiċi:
|
|
4.2. |
L-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent issuġġerixxa li għandu jkun hemm skadenzi vinkolanti għad-deċiżjonijiet, sanzjonijiet ġodda għal organizzazzjonijiet li ma jipprovdux id-data kollha meħtieġa, u li għandu jintuża approċċ prekawzjonarju fir-regolamentazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi. |
|
4.3. |
Ir-reviżjoni stabbiliet skadenzi għall-aġġornament tat-tikketti wara bidla fil-klassifikazzjoni, u tipproponi li l-iskadenza ta’ sitt xhur għandha tapplika wkoll meta jiżdied periklu ġdid għal mal-periklu eżistenti. Fejn ikun hemm diverġenzi bejn klassifikazzjonijiet aktar reċenti u dawk skaduti, in-notifikaturi għandhom ikunu obbligati jaġġornaw in-notifiki tagħhom fi żmien sitt xhur wara bidla fil-klassifikazzjoni. |
|
4.4. |
L-ECHA, fir-rapport tagħha ta’ Ġunju 2022, tiddikjara li il-perikli jeħtieġ li jiġu kkonfermati qabel ma jkunu jistgħu jibdew l-azzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju u ħafna drabi l-ewwel tkun meħtieġa aktar data, u li għalhekk il-kumpaniji jeħtieġ li jaġġornaw b’mod proattiv ir-reġistrazzjonijiet tagħhom b’informazzjoni aġġornata. |
|
4.5. |
Informazzjoni aġġornata hija kruċjali biex dan il-proċess jirnexxi, u għalhekk l-atturi kollha għandhom jissieħbu f’dan il-proċess fl-interessi tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Is-sanzjonijiet għandhom japplikaw meta jkun hemm evidenza ċara ta’ dewmien bla bżonn jew f’każijiet ta’ sottomissjoni ta’ data inadegwata. |
|
4.6. |
L-ECHA se jkollha bżonn iżżid l-għadd tal-persunal tagħha jekk trid timplimenta b’mod effiċjenti dan ir-Regolament il-ġdid propost. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri ftit għandhom riżorsi, li jillimita l-kapaċità tagħhom li jippreżentaw dossiers. |
|
4.7. |
L-infurzar tar-Regolament CLP huwa kwistjoni għall-awtoritajiet nazzjonali, u jinkludi l-verifika ta’ jekk is-sustanza ġietx irreġistrata jew irreġistrata minn qabel, u l-verifika tal-akkuratezza tal-iskedi tad-data tas-sikurezza. L-ECHA ma għandha l-ebda responsabbiltà ta’ infurzar. Madankollu, l-ECHA tospita forum għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-infurzar. |
|
4.8. |
Il-Kummissjoni bħalissa qed tiżviluppa qafas għall-monitoraġġ tal-funzjonament tar-regolament rivedut. Huwa ta’ importanza kruċjali li l-impatt fuq il-ktajjen tal-valur li jiddependu mis-sustanzi kimiċi kif ukoll l-impatt ġenerali fuq is-suq uniku għas-sustanzi kimiċi jiffurmaw parti mill-proċess ta’ monitoraġġ. |
|
4.9. |
Id-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-bejgħ online jirrikjedu li jkun hemm fornitur stabbilit fl-UE biex jiżgura li s-sustanza kimika tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament. Dan japplika wkoll għall-bejgħ online minn barra l-UE lejn l-UE. Din il-proposta għandha l-għan li tipprevjeni li l-konsumatur isir importatur de jure u de facto minn barra l-UE. Ma hemm l-ebda proposta ċara dwar kif dan jista’ jiġi implimentat b’suċċess. Tabilħaqq, jidher prattikament impossibbli li jiġi implimentat arranġament bħal dan qabel ma r-Regolament CLP rivedut jiġi allinjat mas-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikettar ta’ Sustanzi Kimiċi (GHS) tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
4.10. |
Il-manifatturi li jibdlu l-ingredjenti fi prodott b’marka korporattiva iżda mingħajr ma jibdlu l-isem tal-marka għandhom ikunu meħtieġa jinkludu twissija speċjali fuq it-tikketta sabiex il-konsumatur isir jaf bil-bidliet kimiċi fil-prodott. |
|
4.11. |
Il-Kunsill Ewropew għall-Industrija Kimika (2) jemmen li l-bidliet fir-Regolament CLP se jkollhom impatti tul il-ktajjen tal-valur kollha u li huwa essenzjali li l-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa biex tidentifika jekk u kif il-ktajjen tal-valur strateġiċi u essenzjali jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv mir-riforma tar-Regolament CLP. |
|
4.12. |
Peress li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jindika li għandha tittieħed azzjoni biex jitnaqqas ir-riskju minn sustanzi kimiċi f’każ ta’ riskji inċerti iżda suspettati li jikkawżaw ħsara, allura għandha tittieħed azzjoni qabel ma jkun hemm prova xjentifika sħiħa tar-riskju. |
|
4.13. |
Is-sikurezza tal-persuni li jaħdmu fl-industrija tal-kimika hija ta’ importanza fundamentali. Għandha ssir valutazzjoni frekwenti tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u jiġi żgurat li l-protokolli kollha tas-saħħa u s-sikurezza jiġu implimentati b’mod sħiħ u adatt. |
|
4.14. |
Il-ġestjoni ħażina tas-sustanzi kimiċi u l-ommissjoni ta’ valutazzjonijiet tar-riskju adegwati huma kwistjonijiet serji li jeħtieġ li jiġu enfasizzati fuq il-post tax-xogħol. Il-ħaddiema fl-industrija tal-kimika għandhom jingħataw taħriġ intensiv sabiex ikollhom fehim sħiħ dwar is-sustanzi kimiċi li huma f’kuntatt magħhom matul xogħolhom. Huwa essenzjali li t-tagħmir kollu fl-impjanti kimiċi ssirlu manutenzjoni tajba sabiex il-ħaddiema jiġu protetti minn korriment jew mewt minħabba tagħmir difettuż. Skont id-data mis-Sistema ta’ Rappurtar ta’ Inċidenti Maġġuri (eMRS), bħala medja jseħħu aktar minn 30 inċident industrijali kull sena fit-12 000 stabbiliment industrijali ta’ periklu għoli rreġistrati fl-UE. Id-data ma tinkludix inċidenti f’faċilitajiet perikolużi li mhumiex koperti mid-Direttiva Seveso. Il-pipelines u t-trasport huma esklużi wkoll. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(2) www.cefic.org
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/126 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Settur tal-Algi tal-UE B’Saħħtu u Sostenibbli”
(COM(2022) 592 final)
(2023/C 228/18)
|
Relatur: |
Zsolt KÜKEDI |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 8.2.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
27.4.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
13.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
147/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bil-għan li jiġi stabbilit “settur tal-algi tal-UE b’saħħtu u sostenibbli”. L-algi jistgħu jikkontribwixxu b’ħafna modi biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima u biex l-enerġija tiġi alimentata u pprovduta b’mod sostenibbli lill-popolazzjoni tad-dinja li qed tespandi b’mod rapidu. |
|
1.2. |
Fost il-popolazzjoni Ewropea hemm diversi opinjonijiet dwar l-algi. B’mod partikolari, f’żoni li jinsabu viċin ta’ ilmijiet imniġġsa, il-proliferazzjoni tal-algi titqies bħala kawża ta’ tħassib. Fl-istess ħin, l-algi jitqiesu wkoll bħala soluzzjoni possibbli għall-problemi ta’ ħafna pajjiżi, parzjalment bis-saħħa tal-innovazzjoni Ewropea. Il-KESE jirrimarka li fil-kuntest tal-ħolqien ta’ settur tal-algi, jeħtieġ li tiżdied il-fiduċja fil-prodotti u għandha tingħata aktar attenzjoni biex jiġi żgurat li dawn ikunu sikuri. |
|
1.3. |
Il-KESE jinnota li l-Komunikazzjoni ma tenfasizzax biżżejjed il-possibbiltà li jinħoloq sors ta’ ikel f’ambjenti tal-ilma ħelu. Barra minn hekk, l-algi jistgħu ma jkunux neċessarjament biss sors ta’ ikel f’ambjenti tal-ilma ħelu, iżda jistgħu jistendu wkoll għall-ambjenti ta’ ilma ħelu ewtrofikat, ilma termali użat u ilma mormi ieħor, fejn tali sors jista’ sservi għal skopijiet ambjentali jew tal-enerġija. Din ir-riżorsa enormi, iżda li mhijiex utilizzata biżżejjed, għandha tintuża għall-iżvilupp tal-Ewropa, b’mod partikolari ż-żoni rurali tal-UE. |
|
1.4. |
Il-makroalgi fl-ibħra kostali marittimi jistgħu jiġġeneraw dħul addizzjonali għall-intrapriżi tas-sajd. L-estrazzjoni tagħhom tnaqqas l-ewtrofikazzjoni u tista’ tiġġenera prodotti u servizzi tal-ekosistema siewja, inkluż billi tipprovdi ħabitats ġodda għal ċerti speċijiet. Is-settur tal-makroalgi tal-ilma ħelu għadu fil-bidu, u għalhekk għandu jiġi kkunsidrat fid-dokumenti ta’ politika futuri. |
|
1.5. |
Fl-Unjoni, il-kultivazzjoni kontinwa tal-mikroalgi hija prinċipalent possibbli f’reattur magħluq, li jimplika ħtieġa kbira ta’ kapital. Madankollu, hija produttiva u affidabbli ħafna, bi kwalità prevedibbli. Il-kultivazzjoni tal-mikroalgi hija possibbli wkoll fl-ilma ħelu u fil-lagi fin-Nofsinhar tal-Ewropa. |
|
1.6. |
Il-produzzjoni tal-mikroalgi hija kważi l-unika għażla disponibbli għal ċerti Stati Membri li ma għandhomx kosta marittima (eż. l-Ungerija, iċ-Ċekja u s-Slovakkja). Fl-istess ħin, uħud minn dawn il-pajjiżi għandhom livell għoli ta’ għarfien xjentifiku u teknoloġiku li għandu jintuża meta jinħoloq settur Ewropew tal-algi. |
|
1.7. |
Il-makroalgi u l-mikroalgi ma għandhomx jiġu trattati bl-istess mod, peress li dawn joffru firxa wiesgħa ta’ possibbiltajiet, u għandhom karatteristiċi, impatti u ħtiġijiet regolatorji differenti. Il-KESE jifhem li hemm bilanċ raġonevoli bejn il-makroalgi u l-mikroalgi fil-Komunikazzjoni, iżda jirrakkomanda li jiġi eżaminat kif il-parti tal-ilma ħelu tas-settur tal-algi tista’ ġġib benefiċċji għal ċerti Stati Membri (dawk mingħajr kosta marittima). Il-KESE jirrakkomanda li jittieħed approċċ aktar ibbilanċjat u integrat għas-setturi relatati, li ssir distinzjoni ċara bejn il-kompetenzi tal-UE u dawk tal-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, jiġi protett is-suq intern minn prodotti importati rħas. |
|
1.8. |
Il-provvista tal-ikel fl-Unjoni għadha mhijiex problema, għall-kuntrarju tad-disponibbiltà u l-prezz tal-enerġija (kemm f’termini ta’ produzzjoni kif ukoll ta’ importazzjonijiet), tal-fertilizzanti u l-ingredjenti tal-għalf, iż-żieda fl-iskart organiku u t-tnaqqis fir-raba’ li jinħadem. It-teknoloġiji li jistgħu jindirizzaw dawn il-problemi urġenti b’mod ġenerali, li jinkludu l-produzzjoni u l-isfruttament tal-algi, jistħoqqilhom appoġġ wiesa’. |
|
1.9. |
Il-KESE jinnota li l-Komunikazzjoni tqis li hemm potenzjal ekonomiku enormi għall-algi, iżda l-kultivazzjoni tagħhom għandha potenzjal teoretiku saħansitra akbar, u għalhekk hija kapaċi tissodisfa d-domanda dejjem tikber. Madankollu, il-fondi Ewropej jistgħu jintużaw biss għal soluzzjonijiet ekonomiċi vijabbli u sostenibbli, u għalhekk il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-effiċjenza ekonomika tal-produzzjoni tal-algi, kif ukoll għad-dimensjonijiet ambjentali u soċjali. |
|
1.10. |
Kif propost mill-KESE, fl-istabbiliment tal-industrija tal-algi, għandhom jiġu promossi l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar din l-industrija l-ġdida sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni tagħha mis-soċjetà u mis-suq, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni Ewropea li din il-miżura proposta tingħata enfasi speċjali permezz ta’ stħarriġiet rappreżentattivi, pjani ta’ azzjoni speċifiċi għall-pajjiż, u l-involviment u saħansitra l-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet settorjali. |
|
1.11. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri involuti u l-industrija tal-algi jikkunsidraw il-proposti li ġejjin fir-rigward tal-ħolqien ta’ settur tal-algi:
|
|
1.12. |
Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jibdew jagħtu prijorità lill-kwistjoni tal-ilma u jiżviluppaw “Patt Blu għall-Ewropa” sabiex jippreservaw, jużaw aħjar u jindirizzaw b’mod adegwat ir-riżorsi tal-ilma. F’dan il-kuntest, il-ħolqien ta’ settur tal-algi tal-UE huwa pass importanti. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Fil-15 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-proposta tagħha dwar Lejn settur tal-algi tal-UE b’saħħtu u sostenibbli (1). Il-Komunikazzjoni tipproponi l-iżvilupp ta’ modi ġodda u sostenibbli għall-alimentazzjoni u l-provvista ta’ enerġija sostenibbli lill-popolazzjoni tad-dinja li qed tikber b’rata mgħaġġla. Il-Komunikazzjoni tenfasizza li sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-materja prima u l-enerġija, irridu nisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-algi bħala riżorsa rinnovabbli fl-Ewropa. |
|
2.2. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija loġika u tagħmel parti minn serje ta’ dokumenti ppubblikati s’issa dwar is-suġġett, li jirrikonoxxu l-potenzjal ekonomiku sinifikanti kif ukoll il-benefiċċji soċjali u ambjentali tal-kultivazzjoni fuq skala kbira tal-mikroalgi u l-makroalgi fl-UE. Hija tidentifika 23 azzjoni bil-għan li jittejbu l-qafas ta’ governanza u l-leġiżlazzjoni; l-ambjent tan-negozju jsir aktar favorevoli għall-isfruttament tal-algi; jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u l-aċċettazzjoni mill-konsumatur tal-algi u l-prodotti tal-algi, u jimtlew il-lakuni fl-għarfien, ir-riċerka u t-teknoloġija. |
|
2.3. |
Il-politiki Ewropew, kemm il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2) kif ukoll l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (3), enfasizzaw il-potenzjal tal-algi (tal-baħar) u ta’ prodotti oħra bbażati fuq l-algi permezz tal-akkwakultura bħala sors ta’ proteini tal-ikel u tal-għalf b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Il-Komunikazzjoni dwar Linji gwida strateġiċi għal akkwakultura tal-UE li tkun aktar sostenibbli u kompetittiva għall-perjodu bejn l-2021 u l-2030 (4) tenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-kultivazzjoni tal-algi –kemm il-makroalgi (algi tal-baħar) kif ukoll il-mikroalgi – sabiex tikkontribwixxi biex jintlaħqu diversi objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli (5), il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-potenzjal tal-algi għall-ekonomija blu tal-karbonju. Il-Komunikazzjoni dwar Ekonomija Blu Sostenibbli (6) tirreferi wkoll għall-potenzjal tal-algi biex jiġu żgurati sistema tal-ikel sostenibbli u sigurtà tal-ikel globali. |
|
2.4. |
L-algi mhumiex biss materja prima li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent (u għalhekk “ekoloġika”), iżda l-użu sistemiku tagħhom huwa konformi mal-prinċipju fundamentali tat-tnaqqis massimu tal-iskart tal-ekonomija blu, u għaldaqstant huma kemm prodott “blu” kif ukoll prodott “aħdar”. |
|
2.5. |
Il-kultivazzjoni tal-algi ġġib valur miżjud għal kważi l-elementi kollha tal-Patt Ekoloġiku Ewropew:
L-intensifikazzjoni tal-produzzjoni tal-algi toffri l-possibbiltajiet speċifiċi li ġejjin (7):
|
|
2.6. |
Fil-Komunikazzjoni dwar Ekonomija Blu Sostenibbli, il-Kummissjoni ħabbret li se “tħares lejn il-potenzjal tal-algi fl-UE u tistabbilixxi approċċ koerenti, inklużi azzjonijiet immirati, sabiex jiġi appoġġjat it-tkabbir tal-kultivazzjoni u l-produzzjoni tal-algi riġenerattivi madwar l-UE, u jiġu żviluppati u integrati s-swieq għall-applikazzjonijiet tal-algi tal-ikel u dawk mhux tal-ikel”. |
|
2.7. |
Mhux biss “il-kultivazzjoni u l-produzzjoni tal-algi riġenerattivi” jittrasformaw l-enerġija solari u n-nutrijenti fil-bijomassa tal-pjanti u jappoġġjaw ir-restawr tal-ekosistema, iżda “l-kultivazzjoni tal-ħaxix tal-baħar tista’ twassal oġġetti u servizzi siewja tal-ekosistema, inkluż billi tipprovdi ħabitats ġodda għall-ispeċijiet ta’ ħut u ta’ invertebrati mobbli”. |
|
2.8. |
Attwalment, l-ibħra u l-oċeani huma riżorsa enormi iżda li ftit li xejn tiġi sfruttata, u “jirrappreżentaw sors ta’ mhux aktar minn 2 % biss tal-ikel tal-bniedem, minkejja li jkopru aktar minn 70 % tas-superfiċje tad-dinja”. Fl-istess ħin, l-isfruttament tal-ambjenti akkwatiċi jista’ jaffettwa mhux biss l-ibħra u l-oċeani, iżda wkoll l-ilma ħelu ewtrofikat (sew jekk dan ikun xmara, lag jew ġibjun magħmul mill-bniedem, kanal għall-irrigazzjoni, eċċ.), ilma termali użat u ilma mormi ieħor. |
|
2.9. |
L-użu tal-algi jista’ jimmitiga b’mod effettiv u sostenibbli l-kwistjoni tad-disponibbiltà tal-fertilizzanti, tal-komponenti tal-għalf u tal-enerġija li nħolqot mill-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna (8). |
|
2.10. |
Id-domanda għall-algi għandha potenzjal enormi għat-tkabbir (9): għalkemm fl-2019 id-domanda Ewropea għall-algi kienet ta’ madwar 270 000 tunnellata, fl-2030 hija tista’ tiżdied għal 8 miljun tunnellata b’valur ta’ EUR 9 biljun. Żieda bħal din tista’ toħloq madwar 85 000 impjieg, tneħħi eluf ta’ tunnellati ta’ fosfru u nitroġenu mill-ibħra Ewropej kull sena, ittaffi sa 5,4 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 fis-sena u ttaffi l-pressjoni fuq l-użu tal-art. Il-KESE jinnota li l-kultivazzjoni tal-algi għandha potenzjal teoretiku saħansitra ogħla mid-domanda attwali u għalhekk hija kapaċi tissodisfa d-domanda dejjem tikber. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Il-perċezzjoni tal-medja tan-nies u tan-negozji Ewropej dwar l-algi hija negattiva u bbażata fuq l-immaġni ta’ bajja mimlija algi jew ta’ lag tal-ilma ħelu li jbiddel il-kulur minħabba l-proliferazzjoni tal-algi. Madankollu, l-algi huma organiżmi uniċi u utli minħabba l-istruttura fiżika u l-istil ta’ ħajja tagħhom. |
|
3.2. |
It-terminu “algi” fil-fatt jirreferi għal grupp magħmul minn madwar 72 500 speċi (10) ta’ organiżmi fotosintetiċi akkwatiċi. 20 % tal-ispeċijiet huma makroalgi, jiġifieri algi kbar b’ħafna ċelloli, normalment preżenti fl-ibħra, filwaqt li l-bqija jikkonsistu f’mikroalgi li jistgħu wkoll jitkabbru artifiċjalment b’mod effiċjenti, u għandhom użu aktar versatili iżda huma aktar għaljin biex jiġu prodotti. L-inizjattiva għandha bilanċ raġonevoli bejn il-makroalgi u l-mikroalgi, peress li 36 miljun tunnellata ta’ makroalgi u 0,05 miljun tunnellata ta’ mikroalgi bħalissa huma prodotti madwar id-dinja. |
|
3.3. |
Il-Komunikazzjoni toffri prospetti ambizzjużi iżda realistiċi għas-settur Ewropew tal-produzzjoni tal-algi. L-analiżi tas-settur tal-algi u tal-possibbiltajiet u l-limitazzjonijiet tiegħu hija fil-biċċa l-kbira preċiża, il-programm huwa koerenti u l-miżuri ġeneralment huma konkreti u rilevanti għall-iżvilupp tas-settur Ewropew tal-algi fil-futur qrib. Madankollu, ċerti elementi jistħoqqilhom jiġu ċċarati u spjegati iżjed. F’dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma’ setturi oħra, bħas-settur agroalimentari tradizzjonali u s-setturi tal-prodotti tal-baħar (is-sajd u l-akkwakultura tal-annimali). |
|
3.4. |
Il-produzzjoni tal-algi bħalissa hija kompletament distinta minn setturi oħra tal-produzzjoni agrikola. Madankollu, huwa importanti li l-produzzjoni tal-algi ma titqiesx bħala settur kompletament distint, iżda pjuttost tiġi integrata fil-ktajjen tal-valur eżistenti tal-prodotti tal-ikel agrikoli u tal-għalf, kif ukoll tal-materja prima industrijali u tal-enerġija. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-produzzjoni tal-algi u l-attivitajiet relatati jiġu regolati taħt sistema komuni, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:
|
|
3.5. |
Peress li dan huwa settur ġdid u sottożviluppat, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi stimulat l-iżvilupp tiegħu u għandu jitnieda proċess ta’ standardizzazzjoni. Dan jista’ jkun akkumpanjat mill-iżvilupp ta’ strateġija integrata dwar il-prodotti tal-frott tal-baħar u ikel ieħor ibbażat fuq il-prodotti tal-baħar li tkopri attivitajiet bħas-sajd, l-isfruttament tal-organiżmi selvaġġi u l-akkwakultura tal-annimali, u tindirizza wkoll, lil hinn mis-settur tal-ikel, il-kwistjoni tal-bijokarburanti bbażati fuq l-algi. Il-kultivazzjoni tal-algi tista’ tkun ukoll attività alternattiva għas-sajjieda li jiffaċċjaw tnaqqis fil-produzzjoni ta’ materja prima oħra u żieda fl-ispejjeż, u li jista’ jkollhom jibdlu l-attivitajiet tradizzjonali tagħhom. Dan l-approċċ integrat bilkemm huwa rifless f’din il-Komunikazzjoni. |
|
3.6. |
Għadd ta’ miżuri previsti fil-Komunijazzjoni jiffokaw prinċipalment fuq l-algakultura offshore. Dan jista’ jinftiehem minħabba r-rati attwali tal-produzzjoni tal-makroalgi u tal-mikroalgi, l-istatus tal-produzzjoni tal-mikroalgi bħalissa huwa sottożviluppat fl-Ewropa, iżda l-objettiv tal-iżvilupp għandu jkopri t-tipi kollha ta’ algi. L-algi tal-baħar jistgħu jiġu kkultivati f’pajjiżi b’kosta marittima u fil-gżejjer, normalment f’kundizzjonijiet naturali, skont l-ispeċijiet u l-użu tagħhom. Barra minn hekk, il-kultivazzjoni tal-mikroalgi, li normalment issir fuq l-art, hija wkoll ta’ importanza kbira, speċjalment għall-produzzjoni tal-proteini u tal-lipidi, u m’għandhiex tintesa. Din tinkludi l-mikroalgi u l-makroalgi tal-ilma ħelu u l-kulturi applikati fl-ilma mormi, li huma sors promettenti ta’ bijomassa għall-użu bħala materja prima bijoloġika, u b’hekk jiddiversifikaw l-istruttura ekonomika ta’ żoni iżolati u depopolati, u jikkontribwixxu għall-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE (11). |
|
3.7. |
Wieħed mill-ostakli ewlenin magħrufa għall-produzzjoni, speċjalment tal-makroalgi, kemm fil-baħar kif ukoll fuq l-art, huwa l-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u d-disparitajiet kbar tagħha, mhux biss bejn l-Istati Membri iżda wkoll bejn ir-reġjuni tal-istess pajjiż, jew saħansitra n-nuqqas totali ta’ regolamentazzjoni dwar l-algi, peress li l-mudelli ta’ awtorizzazzjoni ġeneralment tfasslu għall-annimali akkwatiċi (ħut, frott tal-baħar bil-qoxra, eċċ.). Ta’ spiss, l-algi ma jissemmewx fil-forom użati għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, għalhekk lanqas biss huwa possibbli li ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-kultivazzjoni tal-algi. Il-KESE jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ inventarju pan-Ewropew komprensiv tal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri amministrattivi kollha applikabbli għal kull stadju tal-kultivazzjoni tal-algi u l-oqsma ta’ applikazzjoni tagħhom (ikel, għalf, bijofjuwils, kożmetiċi, prodotti farmaċewtiċi, eċċ.), u li jintuża bħala eżempju għall-Istati Membri biex jiġu żviluppati prattiki amministrattivi tajbin u jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-kummerċ fl-UE u lil hinn minnha. |
|
3.8. |
Għall-iżvilupp ta’ settur alimentari tal-algi verament Ewropew, huwa essenzjali li tiġi mħeġġa l-inklużjoni ta’ speċijiet jew gruppi ta’ algi fil-katalgu tal-ikel tal-UE. Ħafna mill-ispeċijiet li bħalissa huma rikonoxxuti ġejjin minn pajjiżi terzi (b’mod partikolari l-Asja), li jista’ joħloq ostaklu, speċjalment għal kumpaniji u investituri iżgħar li jixtiequ jkabbru speċijiet Ewropej relatati mill-qrib jew simili. Barra minn hekk, għandhom jiġu riveduti l-partijiet tal-katalgu tal-ikel relatati mal-algi u tiġi mħeġġa l-inklużjoni ta’ speċijiet jew familji ġodda. |
|
3.9. |
Minħabba r-riluttanza qawwija tas-soċjetà fir-rigward tal-algi – minkejja li hija bla bażi u riżultat ta’ nuqqas ta’ għarfien dwar l-algi, l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar din l-industrija l-ġdida, kif ukoll l-integrazzjoni u l-applikazzjoni sistematika tagħha, għandhom jiġu promossi fil-livelli amministrattivi kollha, u dawn għandhom jiġu riflessi fil-miżuri proposti. Il-passi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati:
|
|
3.10. |
Peress l-industrija tal-algi hija settur ġdid għall-Ewropa, hemm lakuni sinifikanti fil-kompetenzi tekniċi, kif ukoll fit-teknoloġija u l-innovazzjoni. Fil-biċċa l-kbira ġew identifikati lakuni fl-għarfien, iżda jeħtieġ li dawn jiġu indirizzati permezz ta’ programm ambizzjuż ta’ finanzjament għar-riċerka fit-terminu qasir u medju. F’dan ir-rigward, ir-riċerka, kemm dik bażika (strateġika) kif ukoll dik applikata, hija essenzjali fil-livelli kollha tal-produzzjoni tal-algi:
|
|
3.11. |
Minħabba li fl-Ewropa ċerta kwalità (firxa ta’ speċijiet) u rendiment għoli ta’ algi jistgħu jinkisbu biss f’sistemi magħluqin jew nofshom magħluqin, li jeħtieġu materjal ta’ propagazzjoni nadif li l-produzzjoni tiegħu mhijiex profittabbli f’sistemi industrijali, jeħtieġ li jiġi stabbilit numru suffiċjenti ta’ banek ta’ materjal ta’ propagazzjoni tal-algi, jiġi ffinanzjat l-operat tagħhom u jiġi żgurat li l-materja prima tkun disponibbli bi prezzijiet raġonevoli għall-produtturi tal-algi u għal proġetti marbutin mar-riċerka u l-iżvilupp. |
|
3.12. |
Is-settur tal-algi għandu potenzjal sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi, li għandhom ikunu mħallsa tajjeb u b’kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti. Is-settur tal-algi għandu jibbenefika b’mod partikolari mill-bini ta’ kompetenzi meħtieġa għall-ħolqien tal-Patt Blu tal-UE; huwa importanti wkoll li jkun hemm investiment fit-taħri. L-ostakli għad-dħul fis-settur tal-algi ma għandhomx jipprevjenu lill-SMEs milli jidħlu f’dan is-settur tan-negozju. Il-KESE jilqa’ l-ħolqien ta’ ktajjen ta’ prodotti tal-algi li jevitaw prattiki inġusti. |
|
3.13. |
It-titjib tal-ambjent tan-negozju huwa essenzjali għat-tkabbir effiċjenti tas-settur tal-algi. L-aspetti ekonomiċi tal-produzzjoni u l-applikazzjonijiet potenzjali u kif dawn jistgħu jittejbu għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa. Pereżempju, il-miżura 7 tikkonċerna l-promozzjoni tas-sostituzzjoni tal-għalf ibbażat fuq il-ħut b’għalf ibbażat fuq l-algi (fl-akkwakultura). Fl-għalf tal-ħut, kważi l-ingredjenti kollha tal-ħut jistgħu faċilment jiġu sostitwiti b’ingredjenti bbażati fuq l-algi (proteini, aċidi grassi, eċċ.), iżda l-produzzjoni tagħhom hija ħafna aktar għalja minn prodotti bbażati fuq il-ħut jew is-sojja b’karatteristiċi simili. Peress li l-għalf jirrappreżenta waħda mill-ispejjeż ewlenin tal-produzzjoni għal dawk li jrabbu l-ħut, li l-marġni ta’ profitt tagħhom huwa ġeneralment baxx, l-għalf ibbażat fuq l-algi sempliċement mhuwiex fattibbli mil-lat ekonomiku. Għalhekk, għandhom jiġu previsti miżuri biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ingredjenti tal-algi, u jiġu evitati rekwiżiti ta’ monitoraġġ u standardizzazzjoni aktar stretti għall-algi milli għal prodotti agrikoli oħra. Il-produtturi kollha tal-ikel (u tal-ingredjenti tal-ikel) għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq. Jekk ikun hemm evidenza li l-ingredjenti tal-algi huma aktar sostenibbli, l-użu tagħhom jista’ jkun soġġett għal ċertifikazzjoni ekoloġika (ekotikketta), li tista’ twassal lill-konsumaturi biex jaċċettaw prezz ogħla għal prodott aktar ekoloġiku. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Lejn Settur tal-Algi tal-UE B’Saħħtu u Sostenibbli, COM(2022) 592 final, 15 ta’ Novembru 2022.
(2) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final, 11 ta’ Diċembru 2019.
(3) Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020) 381 final, 20 ta’ Mejju 2020.
(4) Linji gwida strateġiċi għal akkwakultura tal-UE li tkun aktar sostenibbli u kompetittiva għall-perjodu bejn l-2021 u l-2030, COM(2021) 236 final, 12 ta’ Mejju 2021.
(5) Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli, COM (2021) 800 final, 15 ta’ Diċembru 2021.
(6) It-trasformazzjoni tal-Ekonomija Blu tal-UE għal Futur Sostenibbli, COM(2021) 240 final, 17 ta’ Mejju 2021.
(7) Referenza u possibbiltajiet oħra: Babich et al, Algae: Study of Edible and Biologically Active Fractions, Their Properties and Applications, Plants 2022, 11(6), 780; https://doi.org/10.3390/plants11060780, kif ukoll Poonam Sharma, Nivedita Sharma (2017), Industrial and Biotechnological Applications of Algae: A Review, Journal of Advances in Plant Biology – 1(1):01-25. DOI 10.14302/issn.2638-4469.japb-17-1534, https://openaccesspub.org/article/530/japb-17-1534.pdf.
(8) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2022.
(9) Stimi minn studju tal-koalizzjoni Seaweed for Europe, bit-titolu Hidden Champion of the Ocean: Seaweed as a Growth Engine for a Sustainable European Future
(10) Fl-istudju tiegħu “How many species of algae are there?”, Michael D. Guiry jistma li l-għadd ta’ speċijiet ta’ algi huwa ta’ 1 miljun, iżda din iċ-ċifra ta’ 72 500 ġejja mill-bażi tad-data tassonomika online AlgaeBase. Ara Guiry (2012), https://pubmed.ncbi.nlm.nih.gov/27011267/, DOI: 10.1111/j.1529-8817.2012.01222.x.
(11) COM(2021) 345 Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040 u NAT/839 ĠU C 290, 29.7.2022, p. 137.
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/132 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Qafas ta’ politika tal-UE dwar plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli
(COM(2022) 682 final)
(2023/C 228/19)
|
Relatur: |
András EDELÉNYI |
|
Korelatur: |
Alessandro MOSTACCIO |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 8.2.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
13.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
134/0/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE):
|
1.1. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni f’waqtha dwar il-qafas ta’ politika tal-UE dwar il-plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli: dan huwa settur li qed joħloq għażliet sabiex noqorbu iżjed lejn l-għanijiet tas-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità. Jekk jiġi regolat kif imiss, il-bijoplastik jista’ jkun strument għall-iżvilupp “ekoloġiku” (tnaqqis fil-konsum fossili u fit-tniġġis tal-plastik, żieda fil-ġbir tal-iskart separat). |
|
1.2. |
jissottolinja l-fatt li, fortunatament, l-Ewropa hija pijunier fil-qasam tal-bijoplastiks u l-iżvilupp tal-plastiks bijodegradabbli u, mill-2007 sal-2020, iffinanzjat aktar minn 130 proġett ta’ riċerka b’somma ta’ EUR 1 biljun (1). L-UE hija t-tieni l-akbar produttur tal-bijoplastiks tad-dinja u għandha żżid il-pożizzjoni globali tagħha billi tiffoka fuq prodotti bl-ogħla valur miżjud, jiġifieri prodotti li huma b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli (il-produzzjoni Ażjatika hija limitata l-iżjed għal prodotti kompostabbli iżda mhux rinnovabbli). |
|
1.3. |
jemmen li ser inkunu nistgħu ngħollu l-livell tal-kompetizzjoni globali billi niksbu l-akbar benefiċċji ambjentali jekk il-qafas regolatorju l-ġdid ikun jista’ jagħżel l-applikazzjonijiet industrijali bl-ogħla valur miżjud ambjentali u jekk il-prodotti ġodda kollha li jitqiegħdu fis-suq jikkomunikaw b’mod ċar u veritier lill-konsumaturi. |
|
1.4. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tislet konklużjonijiet abbażi ta’ analiżi komparattiva tal-benefiċċji tal-plastik b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli meta mqabbla mal-plastik ibbażat fuq il-fossili. Xi rakkomandazzjonijiet mhux komparattivi kawti żżejjed jistgħu jonqsu milli jipprovdu attivitajiet ta’ riċerka, innovazzjoni u bidu ta’ investiment bi gwida suffiċjenti. Dan jista’ jfixkel il-progress u jnaqqas il-vantaġġ kompetittiv tal-UE. |
|
1.5. |
jirrakkomanda li ssir reviżjoni sistematika tal-miżuri kollha li jaffettwaw direttament u indirettament l-ambjent leġiżlattiv u normattiv relatat f’konformità mal-aktar sejbiet xjentifiċi reċenti. Dan jista’ jnaqqas il-konfużjoni u jissalvagwardja lill-utenti. |
|
1.6. |
jitlob li s-sistema ta’ prijorità ġerarkika kaskata tiġi applikata għall-evalwazzjoni tal-materjali, il-prodotti u l-proċessi, inklużi l-aspetti taċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà. Dan huwa rilevanti għall-materja prima, il-bijomassa u l-ktajjen tal-ikel, kif ukoll għar-riċiklaġġ tal-kaskati. L-implimentazzjoni ta’ RED III se tkompli tistabbilixxi s-sekwenza li biha l-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tal-materjal (materjal rinnovabbli) jingħata prijorità fuq l-użu mill-ġdid għal skopijiet ta’ enerġija (enerġija rinnovabbli). |
|
1.7. |
huwa persważ li l-Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja hija għodda eċċellenti għall-valutazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ sostenibbiltà tal-prodotti, u għalhekk tgħin biex tiggwida attivitajiet ta’ riċerka, innovazzjoni u investiment ippjanati jew li jkunu għadhom għaddejjin. Madankollu, huwa meħtieġ sforz konsiderevoli ulterjuri biex jitnaqqsu n-nuqqasijiet inerenti fil-metodi użati bħalissa, bl-għan li jitnaqqsu l-inċertezzi involuti fit-traskurar tal-bonus tal-karbonju bijoġeniku (2) u l-impatt fuq il-kapital naturali. |
|
1.8. |
huwa tal-fehma li l-biċċa l-kbira tal-metodi attwali tal-kontabbiltà u tal-ipprezzar tal-ispejjeż jonqsu milli jinternalizzaw u jirrikonoxxu l-impatt ta’ komponenti addizzjonali li jiġu rriċiklati lura fiċ-ċirkwit tal-produzzjoni f’termini tan-nefqa u l-gwadanji li jirriżultaw. Skema realistika tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur ibbażata fuq l-Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja u mfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tista’ torjenta mill-ġdid u tikkoreġi l-kompetittività tal-prezzijiet detrimentali tal-prodotti bijopolimeri. |
|
1.9. |
jissuġġerixxi li sett magħżul ta’ oqsma ta’ intervent li għandhom ikunu koperti mill-mandat ta’ “Ewropa b’Valur Miżjud” (3) jista’ jgħin biex jiġu identifikati u rilaxxati l-konġestjonijiet li jżommu lura l-progress rapidu meħtieġ. Dan huwa partikolarment rilevanti għad-data, il-monitoraġġ u d-diskussjoni u l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
1.10. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli r-rieżamijiet ċikliċi ta’ żviluppi importanti fl-ekosistema tal-bijopolimeri. Il-metodi u l-għodod ta’ konsultazzjoni pubblika inkorporati huma mod tajjeb biex jiġu involuti l-partijiet interessati kollha, primarjament billi jiġi żgurat li s-soċjetà ċivili organizzata tkun involuta permezz tad-diversi assoċjazzjonijiet rappreżentattivi. |
|
1.11. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu perċentwali obbligatorji ta’ kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika kemm għall-plastik b’bażi bijoloġika kif ukoll għall-plastik kompostabbli. Qed jiġi propost li l-materjal kollu għall-wiri (promozzjoni, branding, eċċ) għandu jkun ibbażat fuq standards u normi definittivi. Għall-kontenut tal-karbonju bijoġeniku ċċertifikat, dan huwa l-metodu C-14 tar-radjukarbonju. Il-metodu tal-bilanċ tal-massa jista’ jkun aċċettabbli għall-espressjoni tal-kontenut tal-bijomassa ta’ riċiklaġġ aktar kumpless, multiplu jew intermedjarju, iżda l-konsumaturi jridu jiġu nnotifikati dwaru. |
|
1.12. |
jieħu nota tar-regolament li jipprojbixxi l-użu tal-plastik li jintuża darba, iżda jipproponi preċiżjoni aħjar tad-definizzjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-formulazzjoni tiegħu, peress li jemmen li r-regolament m’għandux jeskludi għadd ta’ prodotti u applikazzjonijiet tal-plastik li minnhom infushom jintużaw darba biss u ma jistgħux jiġu rritornati, jiġifieri li ma jistgħux jiġu riċiklati b’mod mekkaniku. F’dawn il-każijiet, l-użu ta’ plastiks b’bażi bijoloġika u/jew plastiks bijodegradabbli u kompostabbli għandu jiġi ppreferut. |
|
1.13. |
jenfasizza l-fatt li r-riċiklaġġ mekkaniku (b’ċirkwit qasir) spiss ikun ta’ benefiċċju minħabba s-sempliċità relattiva tiegħu, iżda għandu nuqqasijiet: dawn jinkludu downcycling skont it-taħlita, il-limiti tal-ħxuna, ir-rendiment u l-ħtiġijiet tal-enerġija. Jekk isir paragun kumpless tas-sostenibbiltà, jista’ joħroġ minnu li huwa aħjar li jintużaw polimeri b’bażi bijoloġika jew perkorsi differenti ta’ riċiklaġġ (jiġifieri organiċi u/jew kimiċi). L-aktar għażla adatta f’dak il-każ tista’ tkun l-użu ta’ plastiks li huma kemm b’bażi bijoloġika kif ukoll kompostabbli. Għad iridu jiġu żviluppati tekniki ta’ separazzjoni għal fojls irqaq. |
|
1.14. |
huwa tal-fehma li l-plastiks bijodegradabbli ċċertifikati f’konformità mal-istandards tal-UE joffru opportunitajiet biex jittaffa t-tniġġis mill-plastik billi titnaqqas l-akkumulazzjoni tal-iskart tal-mikroplastik u tan-nanoplastik u b’hekk il-ħsara li jagħmlu dawk li mhumiex bijodegradabbli. Għalissa, ftit applikazzjonijiet biss – għalkemm importanti ħafna – huma disponibbli għal bijodegradazzjoni kkontrollata f’ambjenti naturali speċifiċi miftuħa. Huwa meħtieġ aktar sforz biex jiġu żviluppati metodi sistemiċi li jikkombinaw il-proprjetajiet materjali u l-kundizzjonijiet sabiex jittieħed vantaġġ mill-għażliet għall-bijodegradazzjoni fil-ħamrija u ambjenti miftuħin speċifiċi oħrajn. |
|
1.15. |
huwa konvint li l-ikkompostjar industrijali u l-użu ta’ plastik kompostabbli huma mod eċċellenti biex jittejbu l-ġbir u l-użu tal-iskart tal-ikel. Minbarra r-ritorn tal-karbonju fil-ħamrija, dawn it-tekniki jagħmluha possibbli li l-iskart tal-ikel u l-imballaġġ (jew applikazzjonijiet kompostabbli oħra) jintremew u jiġu riċiklati flimkien. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa u megħjuna biex jimplimentaw il-ġbir tal-iskart organiku separat obbligatorju mill-2024 ’il quddiem. Il-plastiks kompostabbli bħall-boroż u applikazzjonijiet oħra relatati mal-ikel, kif ukoll l-infrastruttura, l-organizzazzjoni u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għandhom ikunu lesti għal dan il-pass. |
|
1.16. |
jitlob li l-firxa ta’ applikazzjonijiet tal-plastiks kompostabbli ma tkunx limitata għal dawk elenkati fil-proposta tal-Kummissjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ. L-esperjenza u l-prattika tajba juru li l-plastik kompostabbli jista’ jkollu rwol ta’ benefiċċju f’għadd ta’ oqsma, primarjament relatati mal-kuntatt mal-ikel, ċirkwiti magħluqin u fojls irqaq. |
2. Sfond għall-Opinjoni, glossarju u s-sitwazzjoni attwali fis-settur
2.1. Definizzjonijiet tal-plastiks rinnovabbli:
|
— |
“Bijoplastiks” huwa terminu kollettiv ġeneriku li ma għandux jintuża għall-kummerċjalizzazzjoni tal-plastiks jew għall-applikazzjonijiet minħabba li jista’ jintuża ħażin u/jew jiżgwida jew jiġġenera assoċjazzjonijiet negattivi. Hawnhekk ifisser “plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli”. |
|
— |
Plastiks b’bażi bijoloġika (plastiks magħmulin mill-pjanti): plastiks magħmulin minn materja prima rinnovabbli u mhux fossili (4). Il-plastiks b’bażi bijoloġika jistgħu jkunu bijodegradabbli jew le. Plastiks minn sorsi bijoloġiċi u rinnovabbli (drop-in bio-based plastics) huma kimikament identiċi għall-analogi tagħhom magħmulin mill-fossili. Plastiks “bijoattribwiti” jistgħu jiġu definiti bħala plastiks li l-għamla tagħhom tinkludi kontenut b’bażi bijoloġika. |
|
— |
Plastiks bijodegradabbli: plastik li, fi tmiem il-ħajja funzjonali tagħhom, huma soġġetti għal dekompożizzjoni minn mikroorganiżmi, u b’hekk jipproduċu ilma, bijomassa, imluħa minerali u diossidu tal-karbonju (CO2) (jew metan fil-każ ta’ diġestjoni anaerobika). Dawn jistgħu jkunu magħmulin kemm minn materja prima b’bażi bijoloġika kif ukoll minn materja prima fossili. |
|
— |
Plastiks kompostabbli: subsett ta’ plastiks bijodegradabbli li fih il-proċess ta’ bijodegradazzjoni jseħħ f’kundizzjonijiet ikkontrollati bl-użu ta’ mikroorganiżmi biex jipproduċu residwi organiċi stabbilizzati, ilma u CO2 fil-preżenza ta’ ossiġenu, jew metan fin-nuqqas ta’ ossiġenu, b’mod li ż-żewġ gassijiet finali jistgħu jinġabru. L-ikkompostjar standardizzat u kkontrollat b’mod strett iseħħ fl-impjanti tal-kompostjar (impjanti tar-riċiklaġġ organiku) skont ir-rekwiżiti tal-istandard EN 13432 (5), li jassiguraw ukoll li jintużaw addittivi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. L-ikkompostjar fid-djar mhuwiex soġġett għal kundizzjonijiet stretti bħal dawn, u għalhekk ma jistax jirriżulta fi prodott finali definit minn qabel. |
|
— |
L-iżjed kombinazzjoni vantaġġuża hija, naturalment, jekk plastik ikun kemm b’bażi bijoloġika kif ukoll bijodegradabbli, inkluż dak kompostabbli li huwa l-każ tal-aċidu polilattiku li jintuża ħafna. |
2.2. Is-settur tal-plastiks
Il-produzzjoni tal-plastiks/bijoplastiks fid-dinja
Data tal-2021-2022 – Produzzjoni globali ta’ plastiks u bijoplastiks (6)
|
Sena |
Plastiks fossili [Mt] |
Bijoplastiks [Mt] |
Bijoplastiks [%] |
Plastiks b’bażi bijoloġika [Mt; (%)] |
Plastiks bijodegradabbli u kompostabbli [Mt; (%)] |
|
2021 |
367 |
1,80 |
0,49 |
0,74 ; (41,2 ) |
1,05 ; (58,7 ) |
|
2022 (*1) |
390 |
2,22 |
0,57 |
1,07 ; (48,2 ) |
1,14 ; (51,3 ) |
|
Abbażi ta’: European Bioplastics, Fatti u Ċifri: https://www.european-bioplastics.org/market/ |
|||||
Il-bijoplastiks bħalissa jammontaw għal madwar 1 % tal-produzzjoni totali tal-plastik fid-dinja.
Madankollu, sal-2027, il-bijoplastiks huma mistennija li jiżdiedu minn 1,8 għal 6,2 miljun tunnellata.
2.2.1.
L-Asja (b’mod partikolari ċ-Ċina) hija ċ-ċentru ewlieni tal-produzzjoni tal-bijoplastik (41,4 % fl-2022), segwita mill-UE (26,5 %) u mill-Istati Uniti (18,9 %).
Sal-2027, is-sehem tal-Asja huwa mistenni li jiżdied għal 63 %, filwaqt li mingħajr miżuri ta’ appoġġ is-sehem tal-UE huwa mistenni li jonqos b’mod sinifikanti.
2.2.2.
Fl-UE, id-domanda għall-bijoplastiks żdiedet minn 210 000 tunnellata fl-2019 għal madwar 320 000 tunnellata fl-2021 (7). Ir-rata ta’ tkabbir annwali kienet ta’ aktar minn 23 %. Meta mqabbla mal-produzzjoni dinjija tal-bijoplastiks, id-domanda Ewropea hija ta’ madwar 18 %. L-Ewropa għandha rwol ewlieni f’termini ta’ bilanċ kummerċjali barrani u innovazzjoni teknika.
Huwa ta’ importanza fundamentali li jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu jiddistingwu bejn il-plastik ibbażat fuq il-fossili u l-użu ottimali tal-bijoplastiks.
2.3. Sfidi ambjentali għall-plastiks
2.3.1.
Il-katina tal-valur tal-plastiks tikkontribwixxi sa ċertu punt għall-gassijiet serra meta mqabbla ma’ ktajjen tal-valur oħrajn bħall-enerġija, is-sustanzi kimiċi u xi materjali oħra. L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra kkawżati mill-katina tal-valur tal-plastiks fl-UE fl-2018 huma stmati għal 208 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (ekwivalenti ta’ CO2). Il-maġġoranza (63 %) hija kkawżata meta jiġu prodotti l-polimeri tal-plastik. Il-konverżjoni ta’ dawn il-polimeri fi prodotti tammonta għal 22 %, u t-trattament tal-iskart tal-plastik fi tmiem il-ħajja jżid 15 % oħra, prinċipalment minħabba l-inċinerazzjoni (8).
2.3.2.
Minbarra l-impatt fuq il-klima, ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-plastiks għadha baxxa wisq. Dan jaffettwa wkoll l-ambjent u l-kapital naturali tad-dinja (l-impronta) billi juża l-istokk limitat ta’ riżorsi naturali u jagħmel ħsara lill-ekosistemi tad-dinja, bħall-ħamrija, l-art, l-arja, l-ilma, l-organiżmi ħajjin, u fl-aħħar mill-aħħar is-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Kwistjoni speċifika hija l-akkumulazzjoni ta’ partiċelli mikroplastiċi fl-ilma ħelu u l-ilma baħar.
2.3.3.
Il-katina tal-valur tal-bijoplastiks għandha l-potenzjal li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 minħabba CO2 bijoġeniku jew sekwestrat jekk l-użu jiżdied b’mod sinifikanti u jekk l-iskart tal-plastiks b’bażi bijoloġika jiġi riċiklat aktar milli jiġi inċinerat. Il-produzzjoni tal-plastiks mill-bijomassa u/jew l-iżgurar li l-prodotti tal-plastik jistgħu jiġu bijodegradati f’ċerti ambjenti għandhom għadd ta’ benefiċċji meta mqabblin mal-plastiks konvenzjonali, iżda dawn iridu jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati. Kalkolu tax-xenarju (Rapport Eionet – ETC/WMGE 2021/3) li jissostitwixxi l-plastiks kollha magħmulin mill-fossili b’dawk b’bażi bijoloġika fl-UE rriżulta f’emissjonijiet totali annwali ta’ gassijiet serra ta’ 146 miljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 għall-plastiks b’bażi bijoloġika, 30 % inqas mill-208 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ ekwivalenti ta’ CO2 mill-katina tal-valur ibbażata fuq il-fossili (9).
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-karatteristiċi komuni tal-bijoplastiks huma li għandhom potenzjal kbir biex itejbu u jippreservaw ċiklu tal-karbonju sostenibbli u bbilanċjat. Għaldaqstant, dawn jikkontribwixxu għal impatt nett żero fuq il-klima u l-kapital naturali. Madankollu, iż-żewġ gruppi ewlenin għandhom jiġu ttrattati separatament. Il-plastiks b’bażi bijoloġika, li ġejjin mill-pjanti, jiffaċilitaw il-bidla minn ekonomija tal-plastik ibbażata fuq il-fossili għal waħda bbażata fuq il-bijomassa. Il-plastiks bijodegradabbli u kompostabbli sadanittant għandhom benefiċċji uniċi għall-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti u sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku (eż. it-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli). |
Huwa raġonevoli li jintużaw plastiks li huma kemm b’bażi bijoloġika kif ukoll kompostabbli sabiex jitnaqqas il-bilanċ nett tal-gassijiet serra bl-ammont ta’ CO2 sekwestrat mill-ambjent.
|
3.2. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tipprovdi analiżi profonda u estensiva tas-settur tal-plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli, billi tirrevedi d-data disponibbli. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet huma kawti żżejjed dwar ċerti punti, u għandhom ir-riskju li jiskoraġġixxu l-innovazzjoni u l-investiment f’ċerti oqsma ewlenin. L-analiżi għandha tkun komparattiva, billi tqabbel il-plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli mal-verżjoni attwali bbażata fuq il-fossili, għalkemm fi kwalunkwe każ is-sostituzzjoni 1:1 tal-plastiks bil-bijoplastiks mhijiex xenarju vijabbli. |
|
3.3. |
Il-perċezzjoni ġenerali tas-soċjetà u l-aċċettazzjoni ta’ materjali u prodotti sostenibbli u l-użu tagħhom huma pjuttost għoljin, tipikament bejn 80-90 % fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika. 25 % tal-konsumaturi li wieġbu huma lesti li jħallsu primjum tal-prezz ta’ 20 % aktar minn dak ta’ prodotti ekwivalenti magħmula minn plastik ibbażat fuq il-fossili u 4 % lesti jħallsu 50 % aktar għal prodotti sostenibbli ta’ bijopolimeri. |
|
3.4. |
It-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ qafas strateġiku realistiku jeħtieġu:
|
|
3.5. |
Sistema ta’ prijorità ġerarkika kaskata għandha tipprevali matul il-qafas kollu, inkluż it-tnaqqis tal-plastiks fis-sors u qabel. Din għandha tkopri l-katina tal-valur u tirrispetta l-prinċipji tal-preservazzjoni, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru sabiex il-komponenti jinżammu fiċ-ċirkwit. Sa fejn ikun possibbli, il-ħażna kollha, il-fluss u ċ-ċiklu tal-karbonju għandhom jiġu kkontrollati: dan jinkludi l-karbonju kkonċentrat fil-materja prima (faħam, żejt, gass); il-karbonju li ġie manifatturat, proċessat, maqbud (bħala CO2), miġbur (bħala skart) u riċiklat; u l-karbonju mxerred li jinstab fi prodotti użati, fil-ħamrija u fl-ajru. L-għażliet ta’ riċiklaġġ jinkludu ċirkwit qasir (riċiklaġġ mekkaniku) ottimizzat mill-perspettiva tas-sostenibbiltà, ċirkwit medju (riċiklaġġ fiżiku/kimiku u/jew kimiku) u perkorsi ta’ ċirkwit sħiħ (riċiklaġġ bijokimiku), skont kif id-diversi sustanzi jistgħu jiġu rritornati liċ-ċirkwit. |
|
3.6. |
Ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq joħolqu spettru ġdid u wiesa’ ta’ sfidi għall-inġinerija tal-ekodisinn. Minbarra l-kompiti tradizzjonali tal-funzjonalità, il-fattibbiltà u l-estetika, l-inġiniera tal-ekodisinn issa jridu jqisu l-akkwist tal-materja prima, id-durabbiltà, it-tbassir ta’ tmiem il-ħajja, iċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà ottimizzata. |
|
3.7. |
L-akkwist tal-materja prima (feedstock) sostenibbli jistħoqqlu attenzjoni partikolari: is-sehem ta’ 1 % tal-plastik b’bażi bijoloġika fi ħdan is-suq tal-plastik jokkupa 0,02 % tar-raba’ li jinħadem. Sostituzzjoni teoretika, iżda mhux realistika, ta’ 100 % tal-plastik ibbażat fuq il-fossili mill-plastik b’bażi bijoloġika tkun teħtieġ 4-5 % tar-raba’ li jinħadem. L-għelejjel (iz-zokkor, il-lamtu, iż-żjut) bħalissa jammontaw għal żewġ terzi tas-sorsi tal-materja prima u l-prodotti mhux tal-ikel (l-injam, iż-żejt tar-riġnu) jiffurmaw it-terz li jifdal. Minkejja l-użu baxx tal-art, l-għan se jkun li jitbaxxew il-kaskati tal-ikel u tal-bijomassa, jiġifieri t-trasferiment tal-akkwist minn għelejjel/ikel għal prodotti sekondarji (eż. tiben, skart tal-injam) u skart riċiklabbli (linjoċelluloża organika, karboidroġenu u skart tal-karboidrati) qabel l-irkupru tal-enerġija. L-istess jgħodd għal inizjattivi ġodda ta’ materja prima bħall-iskart mill-algi. |
|
3.8. |
It-teknoloġiji tal-manifattura huma fil-biċċa l-kbira stabbiliti u t-teknoloġiji għall-plastiks ibbażati fuq il-fossili jistgħu jiġu applikati għat-trasformazzjoni. Għall-katina ċirkolari, madankollu, iridu jiżdiedu passi ulterjuri maż-żewġt itruf tal-proċess lineari: il-produzzjoni tal-materja prima u l-bijoraffineriji kif ukoll il-ġbir u t-trattament tal-iskart segwiti mir-riċiklaġġ jew l-irkupru. Dawn jirrappreżentaw flussi ta’ materjali aktar mifruxa. Fejn meħtieġ u fattibbli, għandu jsir użu minn proċessi ċentralizzati għall-qbid tas-CO2 . |
|
3.9. |
Ir-riċerka u l-inġinerija tal-materjali għandhom jiffukaw fuq it-twessigħ tal-ispettru tal-applikazzjonijiet ta’ bijopolimeri ġodda jew taħlitiet b’kombinazzjonijiet ġodda ta’ proprjetajiet fiżiċi, kimiċi, funzjonali u ta’ degradabbiltà, fir-rigward kemm tal-proprjetajiet materjali kif ukoll tal-kundizzjonijiet. |
|
3.10. |
L-aspetti tax-xogħol għadhom ma ġewx analizzati fil-fond. L-istimi jipprevedu minn 175 000 sa 215 000impjieg addizzjonali sal-2030 (nota ta’ qiegħ il-paġna 16). It-teknoloġiji l-ġodda jeħtieġu ħiliet ġodda, speċjalment fir-rigward tal-ipproċessar tal-materja prima, ir-riċiklaġġ u l-inġinerija tal-ekodisinn. Dawn il-ħtiġijiet ser ikollhom jiġu indirizzati permezz ta’ pjani ta’ żvilupp u investiment, flimkien ma’ programmi ta’ taħriġ, edukazzjoni, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet. Is-sodisfazzjon u l-prestiġju tax-xogħol qed jiżdiedu iżda trid tingħata attenzjoni ugwali għat-tfassil ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti. |
|
3.11. |
Il-biċċa l-kbira tal-mudelli kontabilistiċi u tal-ipprezzar ewlenin tal-lum jużaw l-approċċ tradizzjonali jew lineari “mill-benniena sal-grada”. F’dan il-paragun, il-bijopolimeri jinsabu fi żvantaġġ minħabba l-ispejjeż materjali għoljin, l-aċċess aktar frammentat għall-materja prima, il-produzzjonijiet f’serje iżgħar u l-kurva tat-tagħlim. F’paradigma “mill-benniena sal-benniena” li tinternalizza l-ispejjeż ta’ riċirkolazzjoni sostenibbli, dan jista’ jinbidel kompletament. Metodi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur modulari applikati kif imiss jistgħu jikkumpensaw għad-diskrepanza. |
|
3.12. |
Il-metodi u l-kalkoli tal-Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja jintużaw biex tiġi evalwata l-impronta ambjentali tal-oġġetti u l-materjali użati. Saru sforzi konsiderevoli biex jiġi definit u kkwantifikat dan l-impatt, espress bħala emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra f’ekwivalenti ta’ CO2. Se jkunu meħtieġa aktar esperjenza, riċerka u mmudellar biex jiġu żviluppati l-metodi attwali tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti peress li dawn ma jirnexxilhomx jistabbilixxu l-bonus tal-karbonju bijoġeniku u jikkwantifikaw l-impatti tat-tibdil fl-użu tal-art u l-impatti fuq il-kapital naturali li huma diffiċli biex jitbassru. Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja realistika u aċċettata hija prerekwiżit għal sistema ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur kredibbli u modulari. L-iskrinjar u t-tbassir ibbażati fuq Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja jnaqqsu r-riskji billi jorjentaw deċiżjonijiet bikrija dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-investiment. |
|
3.13. |
Il-prattiki u l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri jvarjaw b’mod konsiderevoli. “Ewropa b’Valur Miżjud” (10) għandha għalhekk tiffoka fuq appoġġ lil oqsma bħall-ġbir tad-data u t-trasparenza, l-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattiki tajbin, il-monitoraġġ tal-progress xjentifiku, ekonomiku, finanzjarju u soċjali, kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ punti ta’ konġestjoni u l-għajnuna biex dawn jitneħħew jew jiġu solvuti sabiex l-UE tinżamm pjuttost kompetittiva f’dan is-settur. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1. Introduzzjoni
|
4.1.1. |
F’għadd ta’ każijiet, ir-riċiklaġġ mekkaniku mhuwiex fattibbli, minħabba li l-imballaġġ ikun ikkontaminat mill-ikel jew minħabba li mhuwiex possibbli u/jew konvenjenti li l-imballaġġ ta’ daqs żgħir u/jew fin jiġi rriċiklat b’mod mekkaniku. F’dawn il-każijiet, il-plastik kompostabbli huwa soluzzjoni tajba peress li jippermetti r-rimi u r-riċiklaġġ konġunt tal-iskart tal-ikel u l-imballaġġ. |
4.2. Plastik b’bażi bijoloġika
|
4.2.1. |
Il-qafas ta’ politika għandu jistipula kontenut minimu obbligatorju b’bażi bijoloġika u riċiklat għall-plastik b’bażi bijoloġika, l-ewwel nett bil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (30.11.2022). Dan il-kontenut ta’ plastik b’bażi bijoloġika jista’ jissostitwixxi jew jikkomplementa l-kontenut riċiklat minimu. Is-sikurezza tal-ikel tesiġi l-użu ta’ materjal verġni jew riċiklat kimikament f’applikazzjonijiet li jiġu f’kuntatt mal-ikel (pożati, tazzi, trejs, film trasparenti għat-tgeżwir); il-fliexken u t-trejs tal-PET biss jistgħu jiġu riċiklati u pproċessati mill-ġdid b’mod mekkaniku fi plastiks biex jiġu f’kuntatt dirett mal-ikel. |
|
4.2.2. |
Diġà hemm skemi ta’ ċertifikazzjoni għal kontenut b’bażi bijoloġika, bħall-iskema b’bażi bijoloġika TUV Austria OK (11) u l-iskema b’bażi bijoloġika DIN CERTCO (12). Hemm ukoll standards Ewropej u internazzjonali speċifiċi (13), inklużi approċċi bbażati fuq il-bilanċ tal-massa ċċertifikati minn partijiet terzi. Barra minn hekk, xi Stati Membri stabbilixxew livelli obbligatorji kemm għall-kontenut riċiklat kif ukoll għall-kontenut b’bażi bijoloġika. Għaċ-ċertifikazzjoni, il-kontenut tal-karbonju bijoġeniku għandu jiġi definit bl-użu tal-metodoloġija radjukimika C-14. Madankollu, għal prodotti riċiklati diversi drabi u mhux omoġenji u li fihom plastik b’bażi bijoloġika, il-metodu tal-kontenut tal-massa jista’ jkun aċċettabbli wkoll. |
|
4.2.3. |
Ċerti metodi tal-katina tal-kustodja jippermettu l-użu ta’ materja prima b’bażi bijoloġika fi prodotti intermedji jew prodotti fejn il-kumplessità tal-ktajjen tal-valur jew il-livell ta’ skala għadhom ma jippermettux is-segregazzjoni (14). |
|
4.2.4. |
Il-qafas ta’ politika jirreferi għall-“metodu tal-Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja tal-plastik” taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (15) li jibni fuq il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott tal-UE bħala l-aktar metodu armonizzat disponibbli. Madankollu, il-metodoloġija tal-impronta ambjentali tal-prodott mhijiex biżżejjed f’dak li għandu x’jaqsam mal-valutazzjoni kif imiss tal-karbonju bijoġeniku (saħansitra tikkontradixxi xi standards aċċettati b’mod komuni (16) meta jitqies l-użu bil-quddiem tal-karbonju bijoġeniku fil-prodotti b’bażi bijoloġika u fil-plastik) u t-tibdil fl-użu tal-art. |
4.3. Plastiks bijodegradabbli u kompostabbli
Il-karatteristiċi tal-bijodegradabbiltà u tal-kompostabbiltà mhumiex aspetti negattivi li jwasslu għal żieda fir-rimi taż-żibel. Ma hemm l-ebda evidenza, studju jew dimostrazzjoni li jagħtu prova tas-suppożizzjoni li l-bijodegradabbiltà tista’ tinfluwenza b’mod negattiv ir-rimi taż-żibel. Din il-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata b’sistema ta’ tikkettar kif diġà ġiet introdotta fl-Italja. L-ebda materjal ma għandu jintrema: il-materjali kollha jridu jinġabru, u jiġu sseparati u rriċiklati.
4.3.1.
Il-bijodegradabbiltà tal-plastik fl-ambjent miftuħ mhijiex għodda għall-ġestjoni tal-iskart. Għall-kuntrarju, u f’konformità mad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u l-istandard EN 13432, il-plastiks kompostabbli għandhom jiġu riċiklati b’mod organiku flimkiem mal-iskart tal-ikel jew mad-demel tal-bhejjem u d-demel likwidu f’impjanti tal-kompostjar sabiex jiġi prodott kompost organiku li jista’ jintuża bħala fertilizzant organiku għat-trattament u t-titjib tal-ħamrija. L-għan huwa li jintużaw dawn il-materjali fejn hemm xhieda tal-benefiċċji mil-lat as-sostenibbiltà, bħal fil-każ ta’ applikazzjonijiet relatati mal-ikel. Tali użu ta’ plastiks kompostabbli jista’ jikkontribwixxi kemm biex jogħlew il-livelli tal-ġbir tal-iskart organiku kif ukoll biex titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-iskart organiku kkawżata minn materjali tal-plastik tradizzjonali.
|
4.3.1.1. |
Għandha titwettaq aktar riċerka intensiva dwar materjali u kundizzjonijiet sistemiċi ottimizzati għall-bijodegradazzjoni kkontrollata f’ambjenti speċifiċi miftuħa u naturali. Eżempji tajbin huma l-band-aids degradabbli fl-ilma jew il-kisi b’polimeri degradabbli fil-ħamrija ta’ fertilizzanti b’rilaxx bil-mod jew ikkontrollat. Madankollu, jinħtieġu aktar sforzi biex tiġi żviluppata d-degradazzjoni peress li dan jista’ jkun strumentali ħafna fil-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tat-tniġġis mill-mikroplastik u n-nanoplastik b’akkumulazzjoni. |
|
4.3.1.2. |
Kif rikonoxxut mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, il-plastik bijodegradabbli għandu rwol importanti fl-agrikoltura. F’dan is-settur, il-plastiks bijodegradabbli huma alternattiva siewja peress li huma bijodegradabbli fil-ħamrija mingħajr ma jiġġeneraw mikroplastiks. Jevita wkoll l-erożjoni tal-ħamrija li kieku kien iseħħ meta jintużaw riti tal-mulch tal-plastik tradizzjonali rqaq ħafna (< 25 μm). |
4.3.2.
|
4.3.2.1. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol ewlieni tal-plastik kompostabbli fil-biċċa l-kbira tal-imballaġġ speċifiku li jiġi f’kuntatt mal-ikel u l-formati mhux ta’ imballaġġ, f’konformità mal-ftit formati msemmija mill-Kummissjoni, iżda mhux limitat għalihom (stikers tal-frott u l-ħxejjex, boroż tat-te u kapsuli tal-kafè ffiltrat, kif ukoll boroż tal-plastik ħfief ħafna). Għalhekk, imballaġġ kompostabbli u formati mhux ta’ imballaġġ oħrajn mhux importanti bħal pożati, tazzi, trejs u film trasparenti tat-tgeżwir (ukoll f’avvenimenti, użi u żoni b’ċirkwit magħluq) għandhom jiġu promossi u mhux ipprojbiti mill-Artikolu 22 flimkien mal-Anness V tal-proposta dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ. Dan mhuwiex konformi mal-fatt li mill-31 ta’ Diċembru 2023 ’il quddiem, l-iskart bijoloġiku jrid jinġabar u jiġi riċiklat b’mod separat fis-sors fil-pajjiżi kollha tal-UE (18); il-plastik kompostabbli jaqdi rwol kruċjali biex tintlaħaq rata ogħla ta’ qbid tal-iskart bijoloġiku u inqas kontaminazzjoni tal-kompost minn plastiks mhux bijodegradabbli.
Peress li xi plastiks kompostabbli u b’bażi bijoloġika diġà jinsabu fis-suq, l-aktar għażla adatta tidher li hija li jkun rikjest kontenut minimu b’bażi bijoloġika għall-plastik kompostabbli, f’konformità ma’ ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali (bħal fl-Italja u fi Franza). |
|
4.3.2.2. |
Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Fertilizzanti wriet żbilanċ ċar fix-xejriet Ewropej tal-fertilizzazzjoni: użu żejjed fil-medja ta’ nutrijenti sintetiċi tan-nitroġenu, tal-fosforu u tal-potassju jista’ jwassal għall-ewtrofikazzjoni tal-ilma, filwaqt li nuqqas ta’ ferlizzanti organiċi, bħad-demel, il-kompost mill-iskart, it-tajn, eċċ jista’ jwassal għal tnaqqis fil-kontenut tal-karbonju fil-ħamrija. |
|
4.3.2.3. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tqis il-kwistjoni tal-kontaminazzjoni inkroċjata bħala argument biex jiġi limitat l-użu tal-plastiks kompostabbli. Madankollu, il-kontaminazzjoni inkroċjata tinvolvi mhux biss il-plastiks kompostabbli, iżda wkoll materjali oħra (bħall-preżenza ta’ metalli fi flussi tal-plastik u ta’ plastik mhux kompostabbli fil-bijoskart). Hemm ukoll kontaminazzjoni inkroċjata fil-flussi tal-plastik, minħabba li l-polimeri differenti jridu jiġu separati qabel ma jidħlu fil-biċċa l-kbira tal-proċessi ta’ riċiklaġġ biex jiġi evitat id-downcycling. Fil-prattika, me teżisti l-ebda prova tal-kontaminazzjoni inkroċjata tal-flussi tal-plastik mill-bijoplastik: id-data Taljana turi li l-preżenza tal-plastiks kompostabbli fil-flussi tal-plastik hija inqas minn 1 %. Dan minħabba l-fatt li xi prodotti jistgħu jkunu magħmula biss minn plastiks kompostabbli (boroż tal-plastik li jintużaw darba biss, pożati, platti) u minħabba li hemm sistema ta’ tikkettar ċara kemm għall-plastiks kompostabbli kif ukoll għal dawk tradizzjonali, li tippermetti lill-konsumaturi jiddistingwu bejniethom u jarmuhom fis-sistema adatta ta’ riċiklaġġ (bijoskart għal plastiks kompostabbli vs. plastik għal dawk mhux kompostabbli). Għalhekk, ma hemm l-ebda kontaminazzjoni inkroċjata u l-ebda konfużjoni għall-konsumaturi f’pajjiżi li stabbilixxew sistemi adatti għall-ġestjoni tal-iskart għall-plastiks kompostabbli (19). Dawn il-pajjiżi u l-oqfsa leġiżlattivi, is-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart u s-sistemi ta’ tikkettar tagħhom jistgħu jkunu prattika tajba għall-bijoplastik.
L-istandard EN 13432 jista’ jiġi aġġornat iżda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tonqos milli tirrikonoxxi li l-impjanti tal-kompostjar li jsegwu l-aħjar prattiki u teknoloġiji disponibbli għall-proċessi, b’mod partikolari l-ħinijiet it-tajba għall-ikkompostjar, huma kapaċi jittrattaw u jiddegradaw b’mod sħiħ il-plastiks kompostabbli u l-iskart tal-ikel, kif muri fl-intervisti mwettqa minn Biorepack fl-impjanti tal-kompostjar (20). La l-bijoplastik u lanqas l-istandard EN 13432 ma huwa responsabbli jekk ċerti impjanti tal-kompostjar, speċjalment fl-Istati Membri tal-UE b’sistemi ta’ ġestjoni tal-iskart tal-ikel inqas effiċjenti, ma jsegwux il-proċessi u l-iskeda adatti għall-ikkompostjar. Dawn l-impjanti tal-kompostjar sempliċement jeħtieġ li jiġu aġġornati. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika.
(2) L-assorbiment tal-karbonju bijoġeniku (sekwestru) mill-ambjent għandu jitnaqqas mill-emissjonijiet tal-karbonju fil-kalkoli tal-impronta ambjentali, jiġifieri “ikkreditat” għall-impatt klimatiku.
(3) Dawn huma l-oqsma li fihom l-UE, bħala grupp kollettiv, tista’ toħloq valur miżjud, meta tqabbel mal-Istati Membri individwali li jaġixxu separatament mingħajr koordinazzjoni u riżorsi komuni.
(4) Il-familja ta’ plastiks b’bażi bijoloġika tista’ tinkludi wkoll plastiks “bijoattribwiti”, li jistgħu jiġu definiti bħala bħala plastiks li l-għamla tagħhom tinkludi kontenut b’bażi bijoloġika (il-kontenut b’bażi bijoloġika jista’ jiġi ddeterminat permezz tal-allokazzjoni tal-materja prima).
(5) ĠU L 190, 12.7.2001, p. 21 [Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 026 p. 368 – 370].
(*1) Bilanċ preliminari
(6) Sors: Il-produzzjoni dinjija tal-plastiks 2020, Plastics Europe, 2021. European Bioplastics, Fatti u Ċifri (https://www.european-bioplastics.org/market/).
(7) Plastic Consult, Il-Bijoplastiks fl-Ewropa, aġġornament tas-suq tat-23 ta’ Settembru 2022.
(8) Rapport Eionet – ETC/WMGE 2021/3.
(9) Rapport Eionet – ETC/WMGE 2021/3.
(10) Dan huwa l-oppost tal-kunċett tal-Kost tan-Non-Ewropa u jirreferi għall-benefiċċji ta’ azzjoni f’sinerġija aktar milli individwalment.
(11) https://www.tuv-at.be/green-marks
(12) https://www.dincertco.de
(13) CEN/TS 16640; ASTM D6866.
(14) Fi proċessi industrijali kumplessi u twal li jużaw materja prima multipla, segregazzjoni fiżika (bejn fossili u bijo jew bejn “ġodda” u riċiklati) tkun teħtieġ investimenti mhux sostenibbli. Il-metodi tal-katina tal-kustodja jippermettu kontabbiltà affidabbli u trasparenti, u tikkettar u stqarrija ċari u inekwivokabbli fir-rigward tal-kontenut ta’ prodott tul il-katina tal-valur.
(15) https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC125046
(16) ISO 22526-1, 2 u 3, EN 16760, ISO, EN 15804, ISO 14067.
(17) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ( ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10) [Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 013 p. 349 –362].
(18) Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE.
(19) Ara l-iskemi tal-Biorepack b’rabta mar-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-plastiks kompostabbli fl-Italja, https://eng.biorepack.org/
(20) https://eng.biorepack.org/communication/news/composting-plants-talk.kl
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/141 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli speċifiċi relatati ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Irlanda ta’ Fuq”
(COM(2023) 122 final — 2023/0064 (COD))
(2023/C 228/20)
|
Relatur ġenerali: |
Jack O’CONNOR |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill, 9.3.2023 Parlament Ewropew 13.3.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
154/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jaqbel li Regolament huwa l-istrument adatt biex jimplimenta s-soluzzjonijiet maqbula b’mod konġunt, u jilqa’ l-puntwalità li biha l-Kummissjoni ressqet ir-Regolament propost. |
|
1.2 |
Il-KESE jaqbel li:
|
|
1.3 |
Il-KESE jappoġġja l-adozzjoni u l-implimentazzjoni bikrija tar-Regolament propost, li jiżgura l-kontinwità tal-provvista ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fl-Irlanda ta’ Fuq u jtejjeb il-prospetti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-Ftehim ta’ Belfast/tal-Ġimgħa l-Kbira. |
|
1.4 |
L-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament propost jippermettu s-sospensjoni tar-regoli speċifiċi mill-Kummissjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tar-Renju Unit. Il-KESE jaqbel li tali dispożizzjoni hija essenzjali. Madankollu, il-KESE jenfasizza l-importanza tal-konsultazzjoni mar-Renju Unit prevista fl-Artikolu 9(3), kif ukoll mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru fl-Artikolu 10(4), qabel kwalunkwe sospensjoni bħal din. |
|
1.5 |
Il-KESE jħeġġeġ konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet interessati ewlenin biex tgħin tiġi żgurata implimentazzjoni f’waqtha, kif ukoll monitoraġġ għal kwalunkwe riskju futur għat-twettiq tal-objettivi tar-Regolament propost. F’dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom ukoll jiġu aġġornati perjodikament dwar il-progress tal-implimentazzjoni qabel Jannar 2025. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1 |
Ir-Regolament propost huwa riżultat tal-kuntest tas-soluzzjonijiet maqbula bejn l-UE u r-Renju Unit fil-Qafas ta’ Windsor. |
|
2.2 |
Ir-Regolament propost joriġina mill-kuntest ta’ sett komprensiv ta’ soluzzjonijiet konġunti maqbula bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġi indirizzat it-tħassib elenkat fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tar-Regolament propost. Dan jikkonċerna l-adozzjoni ta’ regoli speċifiċi relatati mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Dawn huma maħsuba biex jipprevedu regoli speċifiċi għad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (il-Protokoll), li jirregolaw l-attività fis-settur tal-prodotti mediċinali. |
|
2.3 |
Id-diffikultajiet li r-Regolament propost għandu l-għan li jindirizza nqalgħu prattikament mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll fl-1 ta’ Jannar 2021. Dawn komplew anki wara li skada l-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fil-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit, b’mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ prodotti mediċinali mmanifatturati fil-Gran Brittanja, minħabba l-ambjent regolatorju ġdid kumpless. Sabiex tiġi żgurata l-provvista mingħajr interruzzjoni ta’ mediċini mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta’ Fuq, fit-12 ta’ April 2022 l-UE adottat id-Direttiva (UE) 2022/642 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li tipprevedi derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li huma disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
|
2.4 |
Essenzjalment, dawn ippermettew lill-manifatturi tar-Renju Unit iżommu l-ittestjar tal-lottijiet u l-funzjonijiet regolatorji f’partijiet tar-Renju Unit minbarra fl-Irlanda ta’ Fuq. Iffaċilitaw ukoll il-provvista ta’ mediċini ġodda billi ppermettew lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jawtorizzaw għal perjodu limitat ta’ żmien provvista bħal din lill-pazjenti fl-Irlanda ta’ Fuq, minkejja li jkunu għadhom mhux approvati fl-UE. |
|
2.5 |
L-esperjenza sussegwenti żvelat ċerti problemi prattiċi b’dawn is-soluzzjonijiet. Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti pakketti separati u fuljetti ta’ informazzjoni għall-Gran Brittanja u għall-Irlanda ta’ Fuq jimponi piż ekonomiku sinifikanti fuq il-manifatturi fil-kuntest tad-daqs żgħir tas-suq tal-Irlanda ta’ Fuq. Tqajjem ukoll tħassib li l-koeżistenza ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq potenzjalment diverġenti għall-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-istess mediċina toħloq inċertezza legali relatata mar-regoli applikabbli għall-mediċini. Kwistjonijiet oħra kienu jikkonċernaw il-kumplessità tar-regolamenti li japplikaw għall-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-ġdid tal-mediċini, li l-Kummissjoni indirizzat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/315 (3), li jipprevedi deroga ta’ tliet snin għall-bejjiegħa bl-ingrossa. |
|
2.6 |
Is-soluzzjonijiet konġunti sussegwenti maqbula bejn l-UE u r-Renju Unit huma mfassla biex jipprovdu soluzzjoni sostenibbli għal dawn il-kwistjonijiet. Dawn jipprevedu li:
|
|
2.7 |
Il-Proposta hija mfassla biex tagħti effett leġiżlattiv lil dan is-sett ta’ soluzzjonijiet konġunti. |
|
2.8 |
Il-KESE jaqbel li regolament huwa l-istrument adatt biex jimplimenta s-soluzzjonijiet maqbula b’mod konġunt, u jilqa’ l-puntwalità li biha l-Kummissjoni ressqet ir-Regolament propost. |
|
2.9 |
Il-KESE jaqbel li:
|
|
2.10 |
Peress li kien hemm konsultazzjonijiet estensivi mal-assoċjazzjonijiet tal-industrija u partijiet interessati oħra qabel id-diskussjonijiet mal-UE qabel ma ġew adottati l-ewwel sett ta’ soluzzjonijiet f’April 2022 u li dan is-sett addizzjonali ta’ soluzzjonijiet konġunti jindirizza biss ftit kwistjonijiet addizzjonali li nqalgħu sadanittant, il-KESE jaqbel li ma hemm l-ebda rekwiżit għal konsultazzjoni pubblika miftuħa qabel l-adozzjoni. Madankollu, il-KESE jħeġġeġ konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet interessati ewlenin biex tgħin tiġi żgurata implimentazzjoni f’waqtha, kif ukoll monitoraġġ għal kwalunkwe riskju futur għat-twettiq tal-objettivi tar-Regolament propost. F’dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom ukoll jiġu aġġornati perjodikament dwar il-progress dwar l-implimentazzjoni qabel Jannar 2025. |
|
2.11 |
Il-KESE jappoġġja l-adozzjoni u l-implimentazzjoni bikrija tar-Regolament propost, li jiżgura l-kontinwità tal-provvista ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fl-Irlanda ta’ Fuq u jtejjeb il-prospetti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-Ftehim ta’ Belfast (tal-Ġimgħa l-Kbira). |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(2) Id-Direttiva (UE) 2022/642 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 4).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/315 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/161 fir-rigward tad-deroga mill-obbligu tal-grossisti li jiddekummissjonaw l-identifikatur uniku tal-prodotti mediċinali esportati lejn ir-Renju Unit (ĠU L 55, 28.2.2022, p. 33).
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/144 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut, pjanti għat-tħawwil, patata taż-żrigħ, makkinarju u ċertu vetturi mħaddma għal skopijiet agrikoli jew ta’ forestrija, kif ukoll movimenti mhux kummerċjali ta’ ċerti annimali tad-dar lejn l-Irlanda ta’ Fuq”
(COM(2023) 124 final — 2023/0062 (COD))
(2023/C 228/21)
|
Relatur Ġenerali: |
Klaas Johan OSINGA |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill, 10.3.2023 Parlament Ewropew, 13.3.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 43(2), 114, 168(4)(b) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
147/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-Qafas ta’ Windsor (1) bħala prova li meta r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea (UE) jingħaqdu in bona fide biex isegwu soluzzjonijiet maqbula b’mod reċiproku, ir-relazzjoni bilaterali tista’ tagħti riżultati tanġibbli għas-soċjetà ċivili fiż-żewġ partijiet. |
|
1.2. |
Il-KESE jappoġġja r-Regolament propost (2) mill-Kummissjoni li jirregola d-dħul u t-tqegħid fis-suq tal-Irlanda ta’ Fuq ta’ ċerti prodotti agrikoli – inklużi pjanti għat-tħawwil, makkinarju u vetturi għal skopijiet agrikoli jew tal-forestrija, u patata taż-żrigħ – kif ukoll il-movimenti mhux kummerċjali fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit (il-Gran Brittanja) ta’ klieb, qtates u inmsa domestiċi. |
|
1.3. |
Il-KESE jirrikonoxxi kemm l-urġenza kif ukoll in-natura teknika tar-Regolament propost u tal-kwistjonijiet li beħsiebu jirregola. Huwa jirrikonoxxi wkoll l-isforz sinifikanti li sar biex jiġu rrikonċiljati l-faċilitazzjoni tal-proċeduri, is-salvagwardji għall-integrità tas-suq intern tal-UE, u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti. |
|
1.4. |
Il-KESE josserva li l-iskadenza prevista għall-immarkar ta’ prodotti bl-imnut ippakkjati minn qabel li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Gran Brittanja tista’ toħloq sfidi għal xi negozji fir-Renju Unit, speċjalment dawk b’restrizzjonijiet finanzjarji u tekniċi aktar stretti – bħall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). |
|
1.5. |
Il-KESE jqajjem tħassib simili fir-rigward tal-iżvilupp ta’ sett uniku ta’ data għan-negozji fil-Gran Brittanja biex jissodisfaw ir-rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji (sanitary and phytosanitary – SPS) u doganali meta jfornu lill-klijenti fl-Irlanda ta’ Fuq. Huwa jinnota li kwalunkwe dewmien wara l-iskadenza proposta jista’ jikkawża kontrolli tal-identità itwal minn dawk previsti fir-Regolament innifsu. |
|
1.6. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiċċara u tipprovdi soluzzjonijiet għall-oqsma ta’ diverġenza aktar apparenti bejn l-istandards SPS fir-Renju Unit u fl-UE, b’referenza partikolari għall-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPP) fl-Irlanda ta’ Fuq. Huwa jinnota li inċertezza persistenti tiddiskrimina kontra l-bdiewa tal-Irlanda ta’ Fuq. |
|
1.7. |
Għad hemm diversi mistoqsijiet fir-rigward tal-moviment ta’ annimali ħajjin u materjal tal-pjanti minn u lejn l-Irlanda ta’ Fuq kemm mill-Gran Brittanja kif ukoll mill-UE. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni ssolvihom malajr kemm jista’ jkun peress li l-operaturi jeħtieġu ċarezza. |
|
1.8. |
L-implikazzjonijiet tal-abbozz tal-Border Target Operating Model (Mudell Operattiv Immirat tal-Fruntieri), ippubblikat mir-Renju Unit u li għandu jiġi introdott minn Ottubru 2023, u li jistabbilixxi mudell ġdid għall-importazzjonijiet lejn il-Gran Brittanja, inklużi l-kontrolli SPS, jistgħu jżidu l-inċertezza li jeħtieġ li tiġi evitata akkost ta’ kollox. Diġà hemm inċertezza dwar l-implimentazzjoni tal-abbozz dwar id-dritt tal-UE miżmum. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Ir-Regolament propost jistabbilixxi regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Gran Brittanja ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut għat-tqegħid fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll ċerti kunsinni ta’ pjanti għat-tħawwil, makkinarju u vetturi operati għal skopijiet agrikoli jew tal-forestrija, u patata taż-żrigħ għat-tqegħid fis-suq u l-użu fl-Irlanda ta’ Fuq. |
|
2.2. |
Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli speċifiċi relatati mal-movimenti mhux kummerċjali lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ klieb, qtates u inmsa domestiċi. Dan jistabbilixxi wkoll regoli dwar is-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi li jinsabu f’dan ir-Regolament. |
|
2.3. |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit, għadd ta’ atti leġiżlattivi tal-UE li jikkonċernaw il-miżuri SPS japplikaw għar-Renju Unit u ġo fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fil-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
|
2.4. |
Għaldaqstant, id-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Gran Brittanja ta’ ċerti kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jew mill-pjanti, inkluż għalf tal-annimali, pjanti għat-tħawwil, makkinarju u vetturi għal skopijiet agrikoli jew tal-forestrija u patata taż-żrigħ jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-atti u huwa soġġett għal kontrolli uffiċjali, rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u projbizzjonijiet. Dan japplika wkoll għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ ċerti annimali domestiċi. |
|
2.5. |
Ir-Renju Unit u ċerti partijiet ikkonċernati bbażati fir-Renju Unit esprimew tħassib serju li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jimponi piż amministrattiv sproporzjonatament għoli fuq id-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Gran Brittanja ta’ ċerti oġġetti soġġetti għall-SPS, fejn huma destinati għall-konsumaturi finali fl-Irlanda ta’ Fuq. Dan idgħajjef il-pożizzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq fis-suq intern tar-Renju Unit. |
|
2.6. |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni u r-Renju Unit qablu dwar sett komprensiv ta’ soluzzjonijiet konġunti biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ kuljum tal-komunitajiet kollha fl-Irlanda ta’ Fuq, li jipproteġu l-integrità kemm tas-swieq interni tal-UE kif ukoll tar-Renju Unit. Dawn jinkludu:
|
|
2.7. |
Fil-każijiet kollha dawn is-soluzzjonijiet jipprevedu protezzjoni xierqa tas-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti, u salvagwardji għall-integrità tas-suq intern tal-UE. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Fir-rigward tat-tikkettar tal-oġġetti bl-imnut, l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament propost jipprevedi li l-prodotti bl-imnut ippakkjati bil-lest li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Gran Brittanja għall-konsum fl-Irlanda ta’ Fuq għandu jkollhom il-marka “Mhux għall-UE”, kif spjegat fid-dettall fl-Artikolu 6. |
|
3.2. |
L-Artikolu 6(1)(a) jagħmel tali mmarkar applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2023. Issa, dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jkun diffiċli li jinkiseb għal xi negozji fil-Gran Brittanja li jfornu lill-klijenti fl-Irlanda ta’ Fuq. B’mod partikolari, l-SMEs jista’ ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa, tekniċi jew finanzjarji, biex jew jilħqu l-iskadenza jew jiġġustifikaw l-investiment meħtieġ abbażi tal-volum tan-negozju tagħhom. |
|
3.3. |
Din l-iskadenza stretta tista’ toħloq sfidi wkoll fir-rigward tal-ġestjoni tad-data. Is-settijiet ta’ data li n-negozji fil-bqija tar-Renju Unit se jeħtieġu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-SPS u doganali meta jfornu lill-klijenti fl-Irlanda ta’ Fuq huma simili. Li jkun hemm sett uniku ta’ data jkun ta’ vantaġġ, mhux biss għan-negozji, iżda wkoll għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tal-SPS u tad-dwana. Sett ta’ data bħal dan jista’ jkun diffiċli li jinkiseb sal-1 ta’ Ottubru 2023. |
|
3.4. |
Jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(1)(a) fl-1 ta’ Ottubru 2023 ma tkunx possibbli, ir-rata li biha jiġu applikati l-kontrolli tal-identità għall-kunsinni li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Gran Brittanja tista’, temporanjament, tkun ogħla minn dik indikata fl-Artikolu 4(3). Mhuwiex ċar ukoll kif prodotti ppakkjati li joriġinaw mill-UE jista’ prattikament ikollhom tikketta “Mhux għall-UE” applikata f’ċentri ta’ distribuzzjoni bl-imnut tas-supermarkets li jfornu kemm l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll l-Irlanda. |
|
3.5. |
Kwistjoni potenzjali oħra tikkonċerna l-PPPs fl-Irlanda ta’ Fuq, li tenfasizza l-implikazzjonijiet tad-diverġenza bejn l-UE u r-Renju Unit. Fl-Irlanda ta’ Fuq, il-biċċa l-kbira tal-PPPs jintużaw għall-bwar, u bħalissa jinkisbu mill-UE u mill-Gran Brittanja. Il-livelli massimi ta’ residwi huma speċifiċi għal kull PPP, u f’xi każijiet huma differenti fir-Renju Unit u fl-UE. Dan iħalli lill-bdiewa tal-Irlanda ta’ Fuq f’sitwazzjoni diffiċli; ikun ta’ għajnuna li s-sistema tiġi riveduta. |
|
3.6. |
Fattur ieħor li għandu jiġi kkunsidrat huwa l-implikazzjoni tal-abbozz tal-Mudell Operattiv Immirat tal-Fruntieri li ġie ppubblikat mir-Renju Unit fil-5 ta’ April 2023, u li jistabbilixxi mudell ġdid għall-importazzjonijiet fil-Gran Brittanja, inklużi l-kontrolli tal-SPS. Dan se jiġi introdott mill-aħħar ta’ Ottubru 2023. Dan iżid l-inċertezza għall-operaturi kkawżata mill-abbozz dwar id-dritt tal-UE miżmum, li jista’ jwassal biex eluf ta’ liġijiet tal-UE jitneħħew awtomatikament sa tmiem l-2023. |
|
3.7. |
Għalkemm l-UE emendat ir-“regolament delegat” tagħha li jippermetti lill-baqar u lin-nagħaġ jiċċaqalqu barra miż-żona regolatorja tal-UE – u għalhekk l-Irlanda ta’ Fuq – u jirritornaw fi żmien 15-il jum, fil-prattika din għadha sfida għal dawk li jrabbu l-baqar fl-Irlanda ta’ Fuq. |
|
3.8. |
Il-bwar tal-bhejjem fil-Gran Brittanja huma meħtieġa li jkunu ċentri ta’ esportazzjoni approvati mill-Aġenzija tas-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti (APHA), bl-annimali kollha li jużaw dawn iċ-ċentri jkunu fl-istess stat ta’ saħħa. L-istatus Uffiċjalment Ħieles mit-Tuberkolożi (OTF) Skoċċiż għat-tuberkulożi (TB) jeżentahom milli jkollhom jiġu ttestjati għat-TB qabel il-bejgħ jew il-wirja fil-Gran Brittanja, iżda dawk li jrabbu mill-Ingilterra/minn Wales ikollhom jagħmlu testijiet għat-TB qabel il-bejgħ/il-wirja fil-Gran Brittanja. Peress li, f’kuntest tal-Gran Brittanja, ftit li xejn hemm domanda għal ċentri ta’ esportazzjoni approvati mill-APHA, bħalissa Carlisle biss hija approvata mill-APHA, u hija, għalhekk, l-unika ċentru li fih il-baqar tal-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jinbiegħu u jagħmlu użu mir-regolament delegat tal-UE. Dan ifisser li jekk l-annimali tal-Irlanda ta’ Fuq jiġu offruti għall-bejgħ f’ċentru li ma jkunx approvat mill-APHA, u ma jinbigħux, dawn iridu jibqgħu fil-Gran Brittanja għal sitt xhur qabel ma jirritornaw lejn l-Irlanda ta’ Fuq, u dan jagħmilha finanzjarjament mhux vijabbli. |
|
3.9. |
Fir-rigward tat-tikkettar mill-ġdid tal-bhejjem imċaqilqa lejn l-Irlanda ta’ Fuq mill-bqija tar-Renju Unit, bħalissa mhuwiex ċar kif dan għandu jopera. Bħalissa, il-baqar li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq mill-Gran Brittanja jrid ikollhom, minbarra ż-żewġ tikketti tar-Renju Unit tagħhom, tikketta tal-esportazzjoni tal-Gran Brittanja addizzjonali applikata. Fi żmien 20 jum minn meta jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq, irid ikollhom, barra minn hekk, żewġ tikketti tal-Irlanda ta’ Fuq applikati. Sakemm ma jitneħħewx it-tikketti, din il-proċedura mhijiex prattika ħafna u jista’ jkollha wkoll implikazzjonijiet għall-benessri tal-annimali. |
|
3.10. |
Dwar il-kwistjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti, bħall-patata taż-żrigħ, il-qafas jippermetti l-moviment tagħha lejn l-Irlanda ta’ Fuq mill-bqija tar-Renju Unit, kif ukoll mill-UE. Dan jippermetti l-kontinwazzjoni tal-kummerċ bejn l-Iskozja, b’mod partikolari, u l-Irlanda ta’ Fuq li ġie żviluppat matul ħafna snin qabel il-Brexit. |
|
3.11. |
Id-dokumentazzjoni u l-kontrolli proposti li se jkunu assoċjati ma’ dan il-moviment tal-patata taż-żrigħ x’aktarx li ma jkunux problematiċi għan-negozji. L-għelejjel minn din il-patata taż-żrigħ tal-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jinbiegħu lill-produtturi fi ħdan is-suq uniku u l-Gran Brittanja. Il-patata għall-konsum tista’ tiċċaqlaq lejn l-Irlanda ta’ Fuq mis-suq uniku għall-ipproċessar u l-bejgħ ulterjuri lejn il-bqija tar-Renju Unit. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/fs_23_1272
(2) COM(2023) 124 final.
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/148 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013”
(COM(2023) 31 final — 2023/0008 (COD))
(2023/C 228/22)
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 15.2.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 338(1) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
142/0/1 |
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 huwa sodisfaċenti u li ma hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-578 sessjoni plenarja tiegħu tas-26 u s-27 ta’ April 2023 (seduta tas-27 ta’ April 2023), b’142 vot favur u astensjoni 1, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/149 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali”
(COM(2022) 701 final — 2022/0407 (CNS))
u dwar “Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-VAT meħtieġa għall-era diġitali”
(COM(2022) 703 final — 2022/0409 (CNS))
(2023/C 228/23)
|
Relatur: |
Philip VON BROCKDORFF |
|
Korelatur: |
Krister ANDERSSON |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 10.2.2023 u 13.2.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
18.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
145/0/0 |
1. Sommarju u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li għandha l-għan li taġġorna r-regoli dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) li ilhom 30 sena, sabiex is-suq uniku jiffunzjona aħjar b’inqas frammentazzjoni, u biex dan ikun adatt għall-era diġitali. |
|
1.2. |
Il-KESE jqis li sistema tal-VAT adattata aħjar għall-iżviluppi attwali tal-ekonomija diġitali, li ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, għandha tkun l-objettiv ewlieni tal-proposta. Barra minn hekk, il-proposta għandha tagħmel il-ġbir tat-taxxa effettiv u f’waqtu, filwaqt li tnaqqas il-frodi tal-VAT u, bħala konsegwenza, id-diskrepanza tal-VAT. |
|
1.3. |
Sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku, in-negozji jeħtieġu applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-VAT madwar l-UE. Dan jista’ jiġi żgurat biss permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE, li tipprevjeni l-burokrazija, id-diskrepanzi u l-lakuni fir-regoli applikabbli tal-VAT. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem lejn l-implimentazzjoni u jenfasizza l-importanza ta’ noti ta’ spjegazzjoni jew gwida simili biex tiġi żgurata l-uniformità. |
|
1.4. |
Il-KESE huwa kuntent li r-regoli proposti għall-pjattaformi diġitali u r-rwol tagħhom biex jgħinu fil-ġbir tal-VAT huma konsistenti ma’ inizjattivi preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija diġitali. |
|
1.5. |
Il-KESE japprezza li l-mekkaniżmu domestiku tar-reverse charge se jkun applikabbli għall-provvisti kemm ta’ oġġetti kif ukoll ta’ servizzi. Il-KESE jinnota li s-sistema attwali tittratta l-oġġetti u s-servizzi fil-kummerċ intra-Komunitarju b’mod differenti. Il-KESE jiddispjaċih li l-proposta komprensiva mill-Kummissjoni ma tiħux l-opportunità biex tallinja t-trattament tal-VAT tal-oġġetti u s-servizzi. Dan kien inaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji, speċjalment fuq l-SMEs. |
|
1.6. |
Il-KESE jqis li l-iskeda ta’ żmien issuġġerita għar-rapportar ta’ provvisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti u servizzi fi żmien jumejn hija qasira tant li mhuwiex tul ta’ żmien raġonevoli. Il-KESE jinsab imħasseb li l-limitu ta’ żmien ta’ jumejn għall-fatturi elettroniċi u r-rapportar jikkostitwixxi ostaklu għall-kummerċ intra-Komunitarju, speċjalment peress li ħafna SMEs diġà qed jiffaċċjaw problemi bil-limitu ta’ żmien ħafna itwal fil-qafas regolatorju attwali. |
|
1.7. |
Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-possibbiltà li jinħarġu fatturi fil-qosor tiġi eliminata skont il-proposta. Il-KESE jqis li l-fatturi fil-qosor m’għandhomx jiġu eliminati peress li joħolqu problemi f’ħafna setturi. L-użu ta’ fatturi fil-qosor għandu dejjem ikun permess għat-tranżazzjonijiet domestiċi. Għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, il-KESE jinnota li possibbiltà oħra tista’ tkun li jiġi limitat l-użu ta’ fatturi fil-qosor, pereżempju billi jkun hemm limitu ta’ sebat ijiem. |
|
1.8. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem biex tinkludi t-tnaqqis tal-VAT fil-Punt Uniku ta’ Servizz (OSS) mill-aktar fis possibbli u fir-rigward ta’ rifużjonijiet tal-VAT f’waqthom. |
|
1.9. |
Il-KESE huwa mħasseb li l-ispejjeż konsiderevoli ta’ implimentazzjoni għall-miżuri fil-pakkett komprensiv tal-VAT jistgħu jwasslu għal prezzijiet ogħla għall-konsumaturi. |
|
1.10. |
Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li d-dimensjoni intra-UE tal-frodi tal-VAT teħtieġ intervent mill-UE, f’konformità ma’ applikazzjoni adatta tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |
|
1.11. |
Il-KESE jirrimarka li d-data miġbura u skambjata bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tista’ tinkludi data personali kif ukoll data kummerċjali sensittiva. Tali data trid tiġi protetta u ttrattata bl-akbar attenzjoni biex tiġi ppreservata l-integrità tal-konsumaturi u tan-negozji. |
2. Introduzzjoni u sfond
|
2.1. |
Fit-8 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ppubblikat pakkett ta’ miżuri (1) mmirati lejn l-immodernizzar tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) tal-UE, bil-għan doppju li s-sistema tal-VAT tiġi aġġornata għall-era diġitali u ssir aktar reżiljenti għall-frodi, u b’hekk titnaqqas id-diskrepanza attwali tal-VAT (stmata għal madwar EUR 93 biljun) (2). |
|
2.2. |
B’mod aktar speċifiku, il-pakkett huwa magħmul minn tliet miżuri leġiżlattivi: (i) Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali (3); (ii) Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (4) fir-rigward tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-VAT; (iii) Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal ċerti skemi tal-VAT (5). |
|
2.3. |
Il-pakkett leġiżlattiv għandu tliet objettivi ewlenin: (i) l-immodernizzar tal-obbligi tar-rapportar tal-VAT bl-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ rapportar diġitali (DRRs); (ii) l-indirizzar tal-isfidi tal-VAT tal-hekk imsejħa “ekonomija tal-pjattaformi”, billi jiġu ċċarati r-regoli applikabbli biex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi u billi jissaħħaħ ir-rwol tal-pjattaformi fil-ġbir tal-VAT; (iii) l-evitar tal-ħtieġa ta’ reġistrazzjonijiet multipli tal-VAT madwar l-UE permezz tal-introduzzjoni ta’ Reġistrazzjoni Unika tal-VAT. |
|
2.4. |
Se tiġi stabbilita sistema obbligatorja ta’ rapportar għal kull tranżazzjoni għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji biex tipprovdi informazzjoni rapida lill-Istati Membri. Se tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk jintroduċux sistema ta’ rapportar bħal din għat-tranżazzjonijiet domestiċi. Il-fatturazzjoni elettronika se jkollha rwol kruċjali fl-iskema l-ġdida ta’ rapportar, u se ssir is-sistema prestabbilita għall-ħruġ tal-fatturi u l-bażi għar-rapportar diġitali. |
|
2.5. |
Il-persuni taxxabbli kollha se jitħallew jirrappurtaw data minn fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jipprovdu għat-trażmissjoni ta’ data minn fatturi elettroniċi maħruġa f’format differenti, sakemm dawn jippermettu wkoll l-użu tal-istandard Ewropew. Il-formati tad-data awtorizzati mill-Istati Membri se jkollhom jiggarantixxu l-interoperabbiltà mal-istandard Ewropew għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. |
|
2.6. |
Se jiġi introdott reġim ta’ “fornitur meqjus” (fejn il-pjattaformi jirrappreżentaw il-VAT fuq il-provvista sottostanti fejn l-ebda VAT ma tiġi imposta mill-fornitur) fis-setturi tal-kiri tal-akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-trasport tal-passiġġieri tal-ekonomija tal-pjattaformi. |
|
2.7. |
L-implimentazzjoni tal-OSS u tal-Punt Uniku ta’ Servizz għall-Importazzjoni (IOSS) kienet suċċess, u b’hekk naqqset il-kumplessità. Madankollu, ċerti provvisti ta’ oġġetti u servizzi mhumiex koperti mill-iskema ta’ semplifikazzjoni tal-OSS. Se titkompla estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-OSS attwali biex jiġi żgurat tnaqqis ulterjuri fil-ħtieġa għal reġistrazzjonijiet multipli tal-VAT madwar l-UE. Barra minn hekk, l-IOSS se jsir obbligatorju għall-pjattaformi sabiex jiġi ssemplifikat aktar il-proċess tal-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kummerċ elettroniku u biex dan isir aktar reżistenti għall-frodi. |
|
2.8. |
Skont il-valutazzjoni tal-impatt (6), it-tliet proposti mressqin jilħqu l-aħjar bilanċ bejn l-għażliet regolatorji kollha disponibbli f’termini ta’ effettività, proporzjonalità u sussidjarjetà. L-analiżi tal-impatt tistma li, bejn l-2023 u l-2032, il-miżuri implimentati huma mistennija jiġġeneraw bejn EUR 172 biljun u EUR 214-il biljun f’benefiċċji netti, inklużi EUR 51 biljun fi ffrankar (EUR 41,4 biljun mir-rapportar tal-VAT; EUR 0,5 biljun mis-semplifikazzjoni u l-kjarifiki fl-ekonomija tal-pjattaformi; u EUR 8,7 biljun mit-tneħħija tal-obbligi ta’ reġistrazzjoni tal-VAT). |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li għandha l-għan li taġġorna r-regoli dwar il-VAT li ilhom 30 sena sabiex is-suq uniku jiffunzjona aħjar b’inqas frammentazzjoni, u biex dan ikun adatt għall-era diġitali. Dan huwa pass tant mistenni fi ħdan il-pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT implimentat mill-Kummissjoni f’dawn l-aħħar snin Il-KESE jqis ukoll li din il-proposta hija pass importanti lejn l-appoġġ għas-suq uniku permezz ta’ kooperazzjoni u uniformità msaħħa fost l-awtoritajiet tat-taxxa. |
|
3.2. |
Il-KESE jqis li sistema tal-VAT adattata aħjar għall-iżviluppi attwali tal-ekonomija diġitali, li ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, għandha tkun l-objettiv ewlieni tal-proposta. Barra minn hekk, il-proposta għandha tagħmel il-ġbir tat-taxxa effettiv u f’waqtu, filwaqt li tnaqqas il-frodi tal-VAT u tiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. |
|
3.3. |
Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li d-dimensjoni intra-UE tal-frodi tal-VAT teħtieġ intervent mill-UE, f’konformità ma’ applikazzjoni adatta tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Id-diskrepanza attwali tal-VAT tindika li l-istrumenti nazzjonali mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw il-frodi transfruntiera. |
|
3.4. |
Regoli armonizzati dwar ir-rapportar tal-VAT se jwasslu għal funzjonament aħjar u konsolidazzjoni akbar tas-suq uniku. Il-frammentazzjoni u r-reġimi differenti ta’ rapportar fi Stati Membri differenti jiġġeneraw piżijiet amministrattivi għan-negozji u jistgħu jikkostitwixxu ostaklu għall-bejgħ transfruntier fis-suq uniku. Il-KESE huwa konxju li l-Istati Membri qed ikunu attivi fil-ġenerazzjoni tar-reġimi ta’ rapportar tagħhom stess u li minħabba tipi differenti ta’ reġimi, is-suq uniku qed jiffunzjona b’mod inqas effettiv. Biex titnaqqas din il-frammentazzjoni, nilqgħu approċċ komuni. Il-KESE jqis li huwa importanti li l-obbligu l-ġdid ta’ rapportar iwassal għat-tneħħija tad-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi. |
|
3.5. |
Sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku, in-negozji jeħtieġu u għandhom bżonn applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-VAT madwar l-UE, minflok ma jkollhom jikkonformaw mal-implimentazzjoni differenti tar-regoli komuni fil-livell nazzjonali. Dan jista’ jiġi żgurat biss permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE, li tipprevjeni l-burokrazija, id-diskrepanzi u l-lakuni fir-regoli applikabbli tal-VAT. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem lejn implimentazzjoni uniformi u jenfasizza l-importanza ta’ noti ta’ spjegazzjoni jew gwida simili biex tiġi żgurata l-uniformità. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE jfakkar li n-negozji, u speċjalment l-SMEs, se jġarrbu spejjeż sostanzjali mill-piż amministrattiv addizzjonali li jirriżulta mill-introduzzjoni tad-DRR. Għalkemm tali spejjeż huma meħtieġa sabiex is-sistema attwali tiġi mmodernizzata b’mod effettiv, l-ispejjeż ta’ konformità għan-negozji għandhom ikunu kemm jista’ jkun minimi, u mmonitorjati kontinwament matul il-proċess ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi vvalutat il-piż tal-konformità. |
|
4.2. |
Il-KESE jinnota wkoll li l-ispejjeż stmati tal-implimentazzjoni se jkunu sinifikanti ħafna għan-negozji madwar l-UE (7). Il-KESE jwissi li l-ispiża addizzjonali, b’mod partikolari għan-negozji, tista’ twassal biex il-konsumaturi jħallsu prezzijiet ogħla, kif muri minn studju li juri li r-regolamentazzjoni (żejda) u l-prezzijiet huma korrelatati f’bosta negozji (8). |
|
4.3. |
Il-KESE jirrimarka li, għalkemm l-obbligi ta’ rapportar għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jirreferu biss għat-tranżazzjonijiet B2B, id-data miġbura, u skambjata bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, tista’ tinkludi data personali, u li tali data se tinħażen għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin. Id-data miġbura x’aktarx se tinkludi wkoll data kummerċjali sensittiva li jeħtieġ li tiġi protetta wkoll. F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza l-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u l-ħtieġa għal protezzjoni sħiħa ta’ tali data. Dan għandu jiġi żgurat u mmonitorjat maż-żmien. |
|
4.4. |
Il-KESE jinnota b’mod pożittiv li r-regoli proposti għall-pjattaformi diġitali u r-rwol tagħhom biex jgħinu fil-ġbir tal-VAT huma konsistenti ma’ inizjattivi preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija diġitali, inkluża l-proposta għal direttiva biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-persuni li jaħdmu permezz tal-pjattaformi tax-xogħol diġitali. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li l-fatt li l-IOSS isir obbligatorju se jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi peress li x-xiri ta’ oġġetti minn pjattaformi se jkun aktar faċli għalihom, filwaqt li fl-istess ħin il-ġbir tal-VAT fuq dan ix-xiri se jittejjeb. |
|
4.5. |
Il-KESE jinnota li s-sistema attwali tittratta l-oġġetti u s-servizzi fil-kummerċ intra-Komunitarju b’mod differenti, li fiha s-servizzi biss huma soġġetti għall-mekkaniżmu tar-reverse charge. Il-KESE jiddispjaċih li l-proposta komprensiva mill-Kummissjoni ma tiħux l-opportunità biex tallinja t-trattament tal-VAT tal-oġġetti u s-servizzi. L-aġġornament tar-regoli b’tali mod kien jallinja r-regoli mar-realtà ekonomika attwali, fejn il-klijenti tipikament jixtru pakketti ta’ soluzzjoni minflok sempliċiment oġġetti jew servizzi. Bidla bħal din kienet tnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji, speċjalment l-SMEs, li bħalissa jridu jiddistingwu bejn komponenti separati ta’ provvisti komposti sempliċiment minħabba r-regoli tal-VAT. |
|
4.6. |
Il-KESE jappoġġja l-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni li l-pjattaformi jkunu jaqdu rwol akbar fi ħdan il-qafas regolatorju tal-VAT. Il-proposti jistgħu jitqiesu bħala approċċ effettiv biex tiġi indirizzata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għalhekk, it-tħassib sottostanti għall-proposti ta’ Taxxa fuq is-Servizzi Diġitali ġie indirizzat b’mod adegwat u suffiċjenti. |
|
4.7. |
Il-KESE jilqa’ t-twessigħ tal-użu tal-OSS. Dan se jirriżulta f’inqas reġistrazzjonijiet tal-VAT barranin għall-kumpaniji, li jagħmlu l-konformità inqas oneruża u inqas għalja, speċjalment għall-SMEs. |
|
4.8. |
Ir-rapportar f’ħin reali propost huwa bbażat fuq il-fatturazzjoni elettronika. Filwaqt li l-KESE jilqa’ l-użu tad-diġitalizzazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, jixtieq jirrimarka li l-livell tal-fatturazzjoni elettronika jvarja ħafna bejn l-Istati Membri. Għalhekk, jista’ jkun rilevanti għall-Kummissjoni li tinnota l-ħtieġa għal appoġġ tekniku li jista’ jkun meħtieġ fi Stati Membri differenti, u li teżamina jekk tali appoġġ jistax jiġi pprovdut lin-negozji mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-KESE jaħseb li l-Kummissjoni għandha tkun aktar ċara dwar l-istandard Ewropew għall-fatturazzjoni elettronika u l-fatt li dan se jevolvi maż-żmien. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tippubblika l-istandard Ewropew mill-aktar fis possibbli sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jibdew iħejju għall-bidliet. |
|
4.9. |
Il-KESE jirrimarka li l-proposta ssaħħaħ ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-fatturi, peress li n-Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN) jew l-ekwivalenti tiegħu u d-data tal-pagament it-tnejn jeħtieġ li jiġu rrapportati. L-espansjoni tar-rekwiżiti tal-fatturazzjoni tista’ twassal għal inċertezzi u spejjeż amministrattivi ogħla għan-negozji. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li huwa komuni li n-negozji jkollhom diversi numri tal-IBAN fuq fattura u, konsegwentement, hemm bżonn ta’ aktar kjarifika dwar x’jeħtieġ li jiġi rrappurtat. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżamina jekk tali informazzjoni tistax tintuża mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jiġi żgurat il-ġbir tal-VAT. Jekk l-informazzjoni ma tkunx tista’ tintuża fil-ġbir u l-kontrolli tal-VAT, din tkun biss piż addizzjonali għan-negozji. |
|
4.10. |
Il-KESE jqis li l-iskeda ta’ żmien issuġġerita għar-rapportar ta’ provvisti ta’ oġġetti u servizzi intra-Komunitarji fi żmien jumejn tidher li hija qasira tant li mhuwiex tul ta’ żmien raġonevoli. Il-KESE jesprimi wkoll xi tħassib li l-limitu ta’ żmien ta’ jumejn jista’ jikkostitwixxi ostaklu għad-dħul fis-suq uniku, speċjalment peress li ħafna SMEs diġà qed jiffaċċjaw problemi bil-limitu ta’ żmien ħafna itwal fil-qafas regolatorju attwali. |
|
4.11. |
Il-KESE jirrimarka li l-limitu ta’ żmien ta’ jumejn jista’ jkun ta’ piż eċċessiv għax-xerrej. Il-limitu ta’ żmien għandu għalhekk jiżdied b’mod sinifikanti, u għandu jitqies ukoll id-daqs tan-negozji involuti u, possibbilment, jitqiesu wkoll eżenzjonijiet speċifiċi għall-iżgħar intrapriżi. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li dati ta’ skadenza aktar stretti spiss iwasslu għal aktar żbalji u korrezzjonijiet retroattivi, li għal darb’oħra jiġu sanzjonati b’mod differenti fl-Istati Membri individwali. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti pariri lill-Istati Membri biex jillimitaw is-sanzjonijiet u r-rati tal-imgħax, speċjalment fl-ewwel snin tal-adozzjoni. |
|
4.12. |
Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-possibbiltà li jinħarġu fatturi fil-qosor tiġi eliminata bil-proposta. Il-KESE jqis li dan jista’ jkun diffiċli ħafna għall-funzjonament ta’ ċerti setturi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jeżaminaw aktar mill-qrib il-benefiċċji miksuba bit-tneħħija tal-possibbiltà, u jqabbluha mal-ispejjeż u l-problemi li jinħolqu għal diversi setturi b’din l-eliminazzjoni. L-użu ta’ fatturi fil-qosor għandu dejjem ikun permess għat-tranżazzjonijiet domestiċi. Għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, il-KESE jinnota li possibbiltà oħra tista’ tkun li jiġi limitat l-użu ta’ fatturi fil-qosor, pereżempju billi jkun hemm limitu ta’ sebat ijiem. |
|
4.13. |
It-tnaqqis tal-VAT tal-input huwa element ewlieni ta’ sistema tal-VAT li tiffunzjona tajjeb u jiddistingwi l-VAT mit-taxxi tal-bejgħ ġenerali (GST) jew taxxi indiretti oħrajn. Filwaqt li l-KESE jifhem li r-realtajiet tal-Istati Membri ma ppermettewx lill-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-OSS jinkludi tnaqqis tal-VAT tal-input, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha dwar il-kwistjoni. Anke jekk it-tnaqqis tal-VAT ma jkunx jista’ jiġi inkorporat fl-OSS immedjatament, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà ta’ rifużjonijiet tal-VAT aktar rapidi għall-kumpaniji li huma konformi permezz tas-sistema tal-OSS. Jekk ir-rifużjonijiet tal-VAT isiru aktar rapidi, is-suq uniku jiffunzjona aħjar. Barra minn hekk, bħala għan fit-tul, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem biex fil-futur ikun hemm tnaqqis tal-VAT fl-OSS. |
|
4.14. |
Il-KESE huwa mħasseb li l-ispejjeż għoljin ta’ implimentazzjoni għall-miżuri stabbiliti fil-pakkett komprensiv tal-VAT jistgħu jwasslu għal prezzijiet ogħla għall-konsumaturi. Għalhekk, huwa importanti ħafna li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-kumplessità u l-ispejjeż amministrattivi għan-negozji billi tiġi żgurata sistema uniformi ta’ rapportar u implimentazzjoni uniformi tar-regoli fl-Istati Membri kollha. |
|
4.15. |
Il-KESE jinsab imħasseb ukoll dwar l-iskedi ta’ żmien proposti mill-Kummissjoni. Filwaqt li l-bidliet ewlenin huma ssuġġeriti li jidħlu fis-seħħ fl-2028, ċerti oqsma tal-proposta huma diġà ssuġġeriti li jidħlu fis-seħħ fl-2024. Il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni li hemm bżonn ta’ biżżejjed żmien biex tiġi żgurata implimentazzjoni adatta. Konsegwentement, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel l-iskeda ta’ żmien itwal billi temendaha sabiex tiġi pprovduta mill-inqas sena għall-implimentazzjoni wara li l-Kunsill jasal għal ftehim dwar il-proposta. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Legislative Package on VAT in digital age (Pakkett Leġiżlattiv dwar il-VAT fl-era diġitali, paġna mhux disponibbli bil-Malti), 8.12.2022.
(2) Madankollu, ta’ min jinnota li d-diskrepanza tal-VAT ivarja b’mod notevoli minn Stat Membru għal ieħor.
(3) COM(2022) 701 final.
(4) ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.
(5) COM(2022) 704 final.
(6) SWD(2022) 393 final (mhux disponibbli bil-Malti).
(7) L-ispiża tal-implimentazzjoni għan-negozji hija stmata għal EUR 11,3-il biljun, mentri l-ispiża tal-implimentazzjoni għall-awtoritajiet tat-taxxa hija stmata għal EUR 2,2 biljun.
(8) Regulations could be increasing consumer prices.
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/154 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/413 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq”
(COM (2023)126 final)
(2023/C 228/24)
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 16.3.2023 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 23.3.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 91(1) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
133/0/0 |
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/155 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni tar-regoli dwar is-sussidji mill-Istat għas-servizzi tas-saħħa u soċjali ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”) u tar-Regolament de minimis dwar is-SIEĠ
(SWD(2022) 388 final)
(2023/C 228/25)
|
Relatur: |
Giuseppe GUERINI |
|
Korelatur: |
Paulo BARROS VALE |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 8.3.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
4.4.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
27.4.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
578 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
138/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) josserva li huwa meħtieġ li jissaħħu s-servizzi tas-saħħa u soċjali madwar l-UE meta jitqies it-tixjiħ progressiv tal-popolazzjoni u l-għadd dejjem akbar ta’ persuni b’diżabilità u żvantaġġati li jeħtieġu assistenza adegwata. Sitwazzjoni bħal din teħtieġ żieda fil-kura fit-tul u l-appoġġ sostnut mill-investimenti pubbliċi rilevanti, min-negozji u mis-soċjetà ċivili sabiex tinkiseb l-innovazzjoni soċjali u jiġi promoss rispons adegwat għall-isfidi attwali. |
|
1.2. |
Il-KESE jqis li l-isforzi biex jiġu żgurati servizzi soċjali u tas-saħħa adegwati se jkollhom jiġu appoġġjati b’riżorsi finanzjarji adegwati, li jiġu mobilizzati permezz ta’ investimenti pubbliċi adegwati, kif ukoll għajnuna mill-Istat speċifika li tkun immirata lejn setturi bħal dawn. Ir-regoli attwali dwar l-għajnuna mill-Istat, li ġew approvati fl-2012, għaldaqstant jeħtieġ li jiġu adattati biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta u li jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali. Minkejja dan, il-KESE jinnota li l-pakkett ta’ għajnuna mill-Istat għas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali li ġie approvat fl-2012 kien effettiv biex itejjeb il-qafas legali preċedenti, li jmur lura għall-2005, f’termini ta’ semplifikazzjoni u prevedibbiltà. |
|
1.3. |
Kif osserva f’Opinjoni preċedenti (1), il-KESE jtenni li l-limitu massimu attwali ta’ għajnuna de minimis għas-settur tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 (2), li jammonta għal EUR 500 000 fuq tliet snin finanzjarji, għandu tabilħaqq jiżdied, b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi soċjali u tas-saħħa, minħabba l-impatt tal-passat u futur tal-inflazzjoni kif ukoll ir-rwol partikolari ta’ dawn is-servizzi favur l-aktar partijiet dgħajfa tal-popolazzjoni u l-koeżjoni soċjali. |
|
1.4. |
Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda żieda sinifikanti tal-limitu massimu de minimis għas-servizzi tas-saħħa u soċjali ogħla minn dak previst reċentement fl-emenda proposta tal-limitu massimu de minimis orizzontali stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (3), billi jitqies ir-rwol strateġiku dejjem akbar tas-servizzi soċjali u tas-saħħa madwar l-UE. |
|
1.5. |
Il-KESE jirrakkomanda wkoll li, minbarra li jiġu modifikati l-limiti massimi de minimis, isiru xi kjarifiki fir-rigward ta’: (i) definizzjoni aktar estensiva ta’ “akkomodazzjoni soċjali”; (ii) definizzjoni aħjar tal-kunċett ta’ “marġni ta’ profitt raġonevoli”, li tqis distinzjoni għall-intrapriżi tal-ekonommija soċjali li l-marġni ekonomiċi tagħhom huma marbuta ma’ finijiet soċjali; (iii) il-kunċett ta’ “falliment tas-suq”. |
|
1.6. |
Fir-rigward tal-kunċett ta’ “marġni ta’ profitt raġonevoli”, il-KESE josserva li jkun utli li l-Kummissjoni tkun tista’ tidentifika kriterji u indikaturi li jistgħu jikkorrelataw il-marġni ta’ profitt li għandu jitħalla favur l-operaturi ekonomiċi f’konformità mal-kapaċità tagħhom li jsegwu finijiet ta’ interess ġenerali, u b’hekk jinħolqu impatti soċjali pożittivi. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Permezz tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal Evaluation of the State subsidy rules for health and social services of general economic interest and of the SGEI de minimis Regulation (Evalwazzjoni tar-regoli dwar is-sussidji mill-Istat għas-servizzi tas-saħħa u soċjali ta’ interess ekonomiku ġenerali u tar-Regolament de minimis dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali), il-Kummissjoni tiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-evalwazzjoni tagħha tal-pakkett Almunia, li ilu fis-seħħ mill-2012. |
|
2.2. |
L-objettivi ewlenin tal-pakkett tal-2012 fir-rigward tas-servizzi tas-saħħa u soċjali kienu: (i) is-semplifikazzjoni tal-kriterji tal-kompatibbiltà; u (ii) it-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-Istati Membri li jixtiequ jikkumpensaw lill-impriżi li huma fdati biex jipprovdu servizzi tas-saħħa u soċjali ta’ interess ekonomiku ġenerali lill-parti vulnerabbli tal-popolazzjoni b’kundizzjonijiet ġusti u affordabbli. |
|
2.3. |
L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, għalhekk, għandha l-għan li tistabbilixxi sa liema punt ir-regoli applikabbli għas-servizzi tas-saħħa u soċjali laħqu l-objettivi tagħhom u jekk tali regoli għadhomx adegwati fix-xenarju soċjali u ekonomiku attwali. |
|
2.4. |
B’mod aktar speċifiku, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tar-regoli dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali applikati għas-servizzi tas-saħħa u soċjali f’dawn l-aħħar 10 snin, b’enfasi fuq il-fehim tal-kwistjonijiet konkreti li jaffaċċjaw l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali sa issa. L-evalwazzjoni għandha wkoll l-għan li tkejjel kif ġie applikat ir-Regolament de minimis dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
2.5. |
L-analiżi tal-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-Pakkett dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-2012 huwa pjuttost effettiv f’termini ta’ kjarifika u semplifikazzjoni, peress li huwa ssemplifika l-pakkett dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-2005 billi introduċa, pereżempju, regolament de minimis speċifiku għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Huwa ċċara wkoll u ddefinixxa aħjar ċerti kunċetti bażiċi li huma rilevanti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
2.6. |
Madankollu, l-evalwazzjoni tindika li għad hemm lok għal titjib, b’mod partikolari li jiġu kkjarifikati ċerti kunċetti ewlenin relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni kemm tal-Artikolu 107 tat-TFUE kif ukoll tal-qafas legali speċifiku għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, bħal: (i) l-attività ekonomika/mhux ekonomika; (ii) l-effett fuq il-kummerċ; (iii) il-profitt raġonevoli; (iv) il-falliment tas-suq; (v) l-akkomodazzjoni soċjali. L-evalwazzjoni tenfasizza wkoll il-possibbiltà li jiżdied il-limitu de minimis tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li bħalissa huma applikabbli u l-kunsens mifrux fost il-partijiet ikkonċernati dwar dan il-punt. |
|
2.7. |
Fir-rigward tal-effiċjenza, l-evalwazzjoni tindika li għalkemm ir-Regolament de minimis dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u l-modifika tad-Deċiżjoni dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali implimentata fl-2012 naqqsu l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi, dan il-piż jista’ jkompli jitnaqqas. Evidenza oħra miġbura tissuġġerixxi li għandhom jitnaqqsu l-ispejjeż assoċjati mal-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti mir-regoli dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
2.8. |
Fir-rigward tal-koerenza, l-evalwazzjoni tissuġġerixxi li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fil-Pakkett dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-2012 huma koerenti internament u kapaċi jiżguraw diviżjoni aħjar tal-kompiti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, li ġġib valur miżjud tal-UE, rikonoxxut fil-biċċa l-kbira mill-partijiet ikkonċernati kemm pubbliċi kif ukoll privati. |
|
2.9. |
F’termini ġenerali, hemm kunsens li l-Pakkett dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-2012 irnexxielu jiggarantixxi ambjent legali stabbli għall-Istati Membri u huwa adatt biex jissodisfa l-ħtiġijiet fi ħdan l-UE. Madankollu, l-impatt u l-inċertezzi ddeterminati kemm mill-kriżi tal-COVID-19 kif ukoll mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja ma setgħux jiġu evalwati bis-sħiħ u jista’ jsir xi titjib ulterjuri fil-futur. |
|
2.10. |
Is-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tas-saħħa madwar l-UE għandhom l-ewwel nett jiġu ggarantiti u appoġġjati minn investimenti pubbliċi adegwati, flimkien mar-rwol dejjem akbar tal-operaturi ekonomiċi privati u tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali. L-atturi kollha, pubbliċi jew privati, involuti fl-għoti tas-servizzi soċjali u tas-saħħa għandhom josservaw standards u kriterji adegwati li jkunu kapaċi jirrikonċiljaw il-kompetizzjoni mal-objettivi ta’ interess ġenerali. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Il-KESE japprezza l-ħidma ta’ konsultazzjoni estensiva u l-ħidma ta’ evalwazzjoni sussegwenti mwettqa mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt u l-effetti attwali tar-regoli tal-2012 dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu kkumpensati is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi tas-saħħa u soċjali. |
|
3.2. |
Il-KESE jilqa’ l-kunsiderazzjoni li l-Kummissjoni tat lill-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu dwar Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali: is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’xenarju postpandemiku. Ħsibijiet u proposti dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġi emendat il-pakkett leġislattiv tal-2012 (4), kif ukoll dwar il-ħidma mwettqa fuq l-istess suġġett mill-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
3.3. |
Il-KESE japprezza l-konsultazzjoni pubblika li saret mill-Kummissjoni bejn il-31 ta’ Lulju 2019 u l-4 ta’ Diċembru 2019 u l-istudju tal-esperti żviluppat bejn Ġunju 2020 u Mejju 2021. Dawn il-konsultazzjonijiet wasslu biex il-proċess ta’ evalwazzjoni jsir aktar trasparenti u demokratiku, minkejja n-natura teknika ħafna tas-suġġett li qed jiġi eżaminat. |
|
3.4. |
Il-KESE jixtieq jenfasizza, għal darb’oħra, li l-pakkett tal-2012 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kien tabilħaqq utli għall-aġġornament u s-semplifikazzjoni tar-regoli preċedenti, li jmorru lura għall-2005. L-approċċ regolatorju meħud ta’ dan il-pakkett għandu għalhekk jinżamm fil-futur, billi sempliċiment jiġu aġġornati ċerti kwistjonijiet u jiġu segwiti aktar semplifikazzjoni, ċarezza u ċertezza legali. |
|
3.5. |
Il-KESE jqis li l-estensjoni tal-limitu tal-eżenzjoni tal-obbligu ta’ notifika għal ċerti servizzi soċjali, b’riżultat tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (5) – u li ġiet evalwata mill-Kummissjoni fid-dokument ta’ ħidma tagħha – iffaċilitat il-provvista ta’ servizzi tas-saħħa u soċjali ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-livell nazzjonali. Tabilħaqq, hija naqqset il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet pubbliċi, u żgurat aktar prevedibbiltà u flessibbiltà legali għall-intrapriżi. Estensjoni bħal din turi biċ-ċar li l-Kummissjoni tqis is-servizzi tas-saħħa u soċjali bħala sottogrupp b’karatteristiċi awtonomi fi ħdan il-qafas usa’ ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
3.6. |
Il-KESE jemmen li d-definizzjoni ta’ “akkomodazzjoni soċjali” tista’ tiġi kemxejn estiża. Id-definizzjoni attwali hija: “l-impriżi inkarigati b’servizzi soċjali, inkluż il-forniment ta’ akkomodazzjoni soċjali għal ċittadini żvantaġġati jew gruppi li jbatu minn żvantaġġ soċjali, li minħabba restrizzjonijiet ta’ solvenza ma jkunux jistgħu jakkwistaw akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq, għandhom jibbenefikaw wkoll mill-eżenzjoni min-notifika prevista f’din id-Deċiżjoni”. Għalhekk ikun importanti li fid-definizzjoni jiġu inklużi sitwazzjonijiet oħra serji u li jkunu verifikati sew ta’ persuni li mhumiex strettament “żvantaġġati” jew “inqas vantaġġati” u mhux teknikament “insolventi” jew b’“restrizzjonijiet ta’ solvibbiltà”, bħal individwi vulnerabbli, inklużi nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika, kif ukoll persuni akbar fl-età. Barra minn hekk, l-aċċess għall-akkomodazzjoni huwa kundizzjoni essenzjali għall-inklużjoni soċjali, u s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa tiġġustifika l-politiki ta’ investiment pubbliku fl-akkomodazzjoni maħsuba għalihom. |
|
3.7. |
Il-KESE jtenni t-talba tiegħu għal kjarifika ulterjuri dwar il-kunċett ta’ “marġni ta’ profitt raġonevoli” li l-fornituri ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jistgħu jirċievu flimkien mal-kumpens tal-ispejjeż imġarrba fil-forniment tas-servizz. Dwar dan il-punt, il-KESE jaqbel mal-osservazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex attrezzati biżżejjed biex jiddeterminaw il-punti ta’ referenza għal profitt raġonevoli. Minbarra kjarifika ulterjuri dwar il-kunċett ta’ “marġni ta’ profitt raġonevoli”, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi gwida addizzjonali dwar din il-kwistjoni, biex tappoġġja lill-awtoritajiet pubbliċi. Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jkunu jafu u jimmaniġġjaw ir-regoli rilevanti b’mod ċar u faċli. Sabiex jiġi determinat x’jista’ jitqies bħala marġni ta’ profitt raġonevoli għandha ssir evalwazzjoni tal-kontribut konkret għall-kisba tal-interess ġenerali magħmul minn intrapriżi involuti fil-forniment ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa. |
|
3.8. |
Kif enfasizzat mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, is-sitwazzjoni hija saħansitra agħar peress li ċerti Stati Membri indikaw li huma ma jippermettux lill-fornituri tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali biex jiksbu profitt raġonevoli bħala parti mill-kumpens minħabba l-kumplessità tal-kunċett. |
|
3.9. |
Il-KESE jqis li, fid-definizzjoni ta’ “marġni ta’ profitt raġonevoli”, għandha ssir distinzjoni favur l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, li għandhom jerġgħu jinvestu l-marġnijiet ekonomiċi ġġenerati fl-attivitajiet statutorji tagħhom stess, u b’hekk jinħoloq effett ekonomiku virtuż li għandu jitħeġġeġ u jiġi appoġġjat. |
|
3.10. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li titqies l-aktar ġurisprudenza reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ “attività ekonomika” bl-għan li jiġu adattati r-regoli tal-pakkett tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-2012 fil-futur, u jenfasizza li attivitajiet speċifiċi relatati mas-servizzi tas-saħħa u soċjali jistgħu ma jkunux ta’ natura ekonomika. F’każ li entità twettaq attivitajiet kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi fl-istess ħin, iż-żamma ta’ kontabbiltà separata u ċara hija għodda utli ħafna biex tiġi żgurata t-trasparenza u jiġi evitat is-sussidjar reċiproku. |
|
3.11. |
Il-KESE jixtieq itenni li fi ħdan l-Istati Membri individwali, is-servizzi tas-saħħa u kważi s-servizzi kollha tal-kura soċjali huma organizzati skont ir-reġjun, il-kontea jew saħansitra l-belt. Dan ifisser li l-mobilità tal-utenti bejn ir-reġjuni jew il-kontej f’pajjiż partikolari hija limitata ħafna, li a fortiori teskludi effett kredibbli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
3.12. |
Fl-evalwazzjoni tagħhom, is-servizzi tal-Kummissjoni jinnotaw li huwa a priori diffiċli li jiġi eskluż effett fuq il-kummerċ għas-servizzi tas-saħħa u soċjali kollha, u li l-ammont relattivament żgħir ta’ għajnuna jew id-daqs relattivament żgħir tal-impriża benefiċjarja ma jfissirx a priori li l-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jistax jiġi affettwat. Għalkemm il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija komprensibbli u konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-KESE jirrimarka li l-kompetizzjoni u l-investimenti interstatali jistgħu jiġu żgurati billi jiġi permess finanzjament stabbli għas-servizzi tas-saħħa u soċjali fil-livell lokali u, fl-istess ħin, billi l-inċentivi pubbliċi jinżammu miftuħa fuq bażi mhux diskriminatorja għal entitajiet li jixtiequ jidħlu f’suq partikolari minn Stat Membru ieħor. |
|
3.13. |
Għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati qiesu li l-kjarifika tal-kunċett ta’ “falliment tas-suq” minqux fil-pakkett tal-2012 iffaċilita l-konformità mar-regoli tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali applikabbli għas-servizzi tas-saħħa u soċjali, tal-inqas parzjalment. F’dan ir-rigward, il-KESE jixtieq jinnota li falliment tas-suq jista’ jiġi indikat mhux biss f’każ li servizz partikolari ma jingħatax mis-suq, iżda wkoll, u speċjalment, meta s-suq ma jkunx jista’ jipprovdi kwalità adegwata, kif ukoll aċċess ġust u affordabbli għal kulħadd għas-servizz, b’konsegwenzi negattivi fuq il-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs. |
|
3.14. |
Il-KESE jappoġġja l-fehma tal-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati mill-Kummissjoni meta jitqies li l-limitu massimu attwali ta’ EUR 500 000 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 360/2012 mhuwiex adegwat għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament attwali meħtieġa għall-operat ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, peress li l-limitu massimu de minimis jidher li jintlaħaq faċilment f’ħafna każijiet, bl-ammont medju ta’ appoġġ mill-Istat jiżdied b’mod sostanzjali bħala medja mill-2012. Tali livell limitu għandu jiżdied saħansitra aktar għall-entitajiet li, f’konformità mal-istatuti tagħhom u mal-liġi, huma meħtieġa jinvestu mill-ġdid l-introjtu miksub f’konformità mal-objettiv soċjali li huma jsegwu, kif inhu l-każ tal-intrapriżi soċjali (6). |
|
3.15. |
Fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, il-KESE jenfasizza l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-servizzi soċjali u tas-saħħa, kif ukoll l-impatt tal-inflazzjoni, li żdied b’mod massiv f’dawn l-aħħar tliet snin. Għaldaqstant, żieda tal-limitu massimu de minimis possibbilment saħansitra ogħla minn dik proposta reċentement u l-adattament tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, tkun iġġustifikata fid-dawl tar-rwol strateġiku li għandhom is-servizzi tas-saħħa u soċjali madwar l-UE, u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata serjament, anke jekk il-limitu massimu ordinarju skont ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013 ilu fis-seħħ għal żmien itwal. |
|
3.16. |
Il-KESE josserva li ż-żieda tal-limitu de minimis li bħalissa huwa stabbilit għal EUR 500 000 fuq tliet snin finanzjarji, tipprovdi ċertezza legali lill-operaturi, kif ukoll lill-amministrazzjonijiet u lill-awtoritajiet lokali li jixtiequ jappoġġjaw l-infrastruttura soċjali u medika. Is-sitwazzjoni tal-aċċess għall-kura f’ħafna Stati Membri hija inkwetanti u l-Kummissjoni jeħtiġilha tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri li jixtiequ jinvestu f’dawn l-oqsma. |
|
3.17. |
Kif imsemmi fl-Opinjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni għall-ekonomija soċjali (7), il-KESE jenfasizza l-importanza tal-ekonomija soċjali għas-servizzi tas-saħħa u soċjali, li l-attività tagħhom għandha tiġi appoġġjata billi jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta’ aċċess fir-rigward tas-settur tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kif ukoll l-ammont ta’ appoġġ disponibbli taħt l-għajnuna mill-Istat għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali. |
|
3.18. |
Il-KESE jirrimarka li l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq il-pakkett dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-2012 mhumiex analizzati bis-sħiħ fid-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, iżda huma kkunsidrati fejn jitqiesu rilevanti. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li kemm il-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll l-invażjoni tal-Ukrajna għamlu r-rwol tas-servizzi tas-saħħa u soċjali saħansitra aktar rilevanti u kruċjali milli fil-passat (8) u kellhom impatt negattiv fuq l-attività u l-funzjonament tal-atturi involuti fl-għoti ta’ tali servizzi. Għalhekk huwa saħansitra aktar meħtieġ li jkun hemm qafas legali li jista’ jiżgura finanzjament pubbliku stabbli, effettiv u semplifikat tas-servizzi soċjali u tas-saħħa. |
|
3.19. |
Fl-aħħar nett, il-KESE josserva li l-Kummissjoni Ewropea reċentement bdiet taħdem fuq qafas legali aktar flessibbli u effettiv għall-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika sabiex il-politiki tal-UE jiġu adattati b’mod adegwat għall-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni adottat mill-Istati Uniti tal-Amerka. Il-kompetittività internazzjonali tal-UE hija ċertament raġuni tajba biex jiġi adattat il-qafas legali attwali dwar l-għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, adattament u semplifikazzjoni adegwata tar-regoli attwali dwar is-servizzi tas-saħħa u soċjali jkunu ġustifikati bl-istess mod u ċertament iwasslu għal servizzi aħjar għan-nies anke minħabba l-ħtiġijiet dejjem jikbru ta’ assistenza kif enfasizzat fid-dokumenti dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Kura għal dawk li jagħtu l-kura u dawk li jirċievu l-kura (9). |
|
3.20. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jtenni l-importanza partikolari li jiġi mmonitorjat bir-reqqa l-użu tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tas-servizzi soċjali u tas-saħħa bl-għan li jiġu evitati irregolaritajiet jew abbużi mill-operaturi ekonomiċi involuti f’setturi kritiċi bħal dawn. |
Brussell, is-27 ta’ April 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 131.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(4) ĠU C 323, 26.8.2022, p. 8.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(6) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 131.
(7) ĠU C 323, 26.8.2022, p. 38.
(8) Kif turi ż-żieda fin-nefqa tas-servizzi soċjali u tas-saħħa mill-Istati Membri f’dawn l-aħħar snin, enfasizzata fl-evalwazzjoni tal-Kummissjoni.
(9) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=89&furtherNews=yes&newsId=10382#navItem-relatedDocuments