Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 2fea9864-7d4e-11f0-9af8-01aa75ed71a1
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1186 of 24 April 2024 concerning the authorisation of cinnamon bark essential oil and cinnamon leaf essential oil from Cinnamomum verum J. Presl as feed additives for certain animal species (Text with EEA relevance)
Konsolidirano besedilo: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1186 tal-24 ta’ April 2024 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-qoxra tal-kannella u taż-żejt essenzjali tal-weraq tal-kannella minn Cinnamomum verum J. Presl bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1186 tal-24 ta’ April 2024 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-qoxra tal-kannella u taż-żejt essenzjali tal-weraq tal-kannella minn Cinnamomum verum J. Presl bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
02024R1186 — MT — 05.08.2025 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1186 tal-24 ta’ April 2024 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-qoxra tal-kannella u taż-żejt essenzjali tal-weraq tal-kannella minn Cinnamomum verum J. Presl bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (ĠU L 1186 25.4.2024, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1391 tal-15 ta’ Lulju 2025 |
L 1391 |
1 |
16.7.2025 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1186
tal-24 ta’ April 2024
dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-qoxra tal-kannella u taż-żejt essenzjali tal-weraq tal-kannella minn Cinnamomum verum J. Presl bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Irtirar mis-suq
L-addittivi tal-għalf żejt essenzjali tal-qoxra tal-kannella u taż-żejt essenzjali tal-weraq tal-kannella minn Cinnamomum verum J. Presl, kif awtorizzat skont id-Direttiva 70/524/KEE, għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali għajr dawk imsemmija fl-Anness.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali relatati mal-awtorizzazzjoni
Artikolu 4
Miżuri tranżizzjonali relatati mal-irtirar mis-suq
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||
|
2b133-eo |
Żejt essenzjali tal-qoxra tal-kannella |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali miksub mill-qoxra ta’ Cinnamomum verum J. Presl Għamla likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali miksub mill-qoxra ta’ Cinnamomum verum J. Presl permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u mbagħad separat mill-fażi milwiema permezz ta’ dekantazzjoni kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). Speċifikazzjonijiet — (E)-Ċinnamaldeid: 55–75 % — Ewġenol: ≤ 7,5 % — β-Karjofillen: 1,0–7,5 % — Linalol: 1,0–7,5 % — Safrol: ≤ 0,34 %
— Metilewġenol: ≤ 0,004 % — Stiren ≤ 0,024 % — Ganfra: ≤ 0,018 % — Kumarina: ≤ 0,01 % Numru CAS 8015-91-6 Numru EINECS: 283–479–0 Numru FEMA: 2291 Numru KtE: 133 Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni ta’ (E)-ċinnamaldeid (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf: kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ individwazzjoni tal-jonizzazzjoni mal-fjamma (GC-FID) |
Ħnieżer għas-simna |
— |
— |
25 |
1. L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxela, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana. 3. Dan l-addittiv ma għandux jintuża flimkien ma’ addittivi oħra li fihom is-safrol, il-metilewġenol u l-istiren. 4. Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzazzjonali biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda. |
il-15 ta’ Mejju 2034 |
|
Ħnieżer tas-simna ta’ Suidae minuri |
— |
— |
50 |
|||||
|
Ħnienes u ħnienes ta’ Suidae minuri |
|
|
50 |
|||||
|
Bhejjem tal-ifrat għat-tismin, nagħaġ għat-tismin, speċijiet minuri ta’ ruminanti għat-tismin u għoġġiela għat-tismin. |
— |
— |
10 |
|||||
|
Tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin u speċijiet minuri ta’ pollam għat-tismin |
— |
— |
5 |
|||||
|
Salmonidi u speċijiet minuti ta’ ħut bil-pinen għajr l-istokk tal-ħut riproduttur |
— |
— |
5 |
|||||
|
Speċijiet minuri oħra għat-tismin għajr l-ekwidi |
— |
— |
5 |
|||||
|
(1)
Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(2)
Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en. |
||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||
|
2b133i-eo |
Żejt essenzjali tal-weraq tal-kannella |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali tal-kannella miksuba mill-qoxra tas-siġra Cinnamomum verum J. Presl Għamla likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali miksub mill-weraq tal-Cinnamomum verum J. Presl permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u mbagħad separat mill-fażi milwiema permezz ta’ dekantazzjoni kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). Speċifikazzjonijiet — (E)-Ċinnamaldeid: ≤ 3 % — Ewġenol: 70–85 % — aċetat Eugenil: 1,3–5,0 % — Benżoat tal-benżil: 2–4,5 % — Safrol: ≤ 1,09 % — Metileuġenol: ≤ 0,030 % — Ganfra: ≤ 0,007 % — Kumarina: ≤ 0,01 % — Stiren: ≤ 0,013 % Numru CAS 8015-91-6 Numru EINECS: 283–479–0 Numru FEMA: 2292 Numru KtE: 133 Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni ta’ ċinnamaldeid (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf: kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ individwazzjoni tal-jonizzazzjoni mal-fjamma (GC-FID) |
Ħnieżer għas-simna |
— |
— |
50 |
1. L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxela, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana. 3. Dan l-addittiv ma għandux jintuża flimkien ma’ addittivi oħra li fihom is-safrol, il-metilewġenol u l-istiren. 4. Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzazzjonali biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda. |
il-15 ta’ Mejju 2034 |
|
Ħnieżer tas-simna ta’ Suidae minuri |
— |
— |
50 |
|||||
|
Ħnienes u ħnienes ta’ Suidae minuri |
|
|
50 |
|||||
|
Bhejjem tal-ifrat, nagħaġ għat-tismin, speċijiet minuri ta’ ruminanti għat-tismin u għoġġiela għat-tismin |
— |
— |
50 |
|||||
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna |
— |
— |
40 |
|||||
|
Dundjani għas-simna |
— |
— |
50 |
|||||
|
Fniek tas-simna |
— |
— |
50 |
|||||
|
Salmonidi u speċijiet minuti ta’ ħut bil-pinen għajr l-istokk tal-ħut riproduttur |
— |
— |
25 |
|||||
|
Speċijiet minuri oħra għat-tismin għajr l-ekwidi |
— |
— |
25 |
|||||
|
(1)
Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(2)
Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports. |
||||||||