Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 0c29414a-23af-11e9-8d04-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

02016R2080 — MT — 04.12.2018 — 008.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2080

tal-25 ta' Novembru 2016

dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

(ĠU L 321 29.11.2016, p. 45)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/472 tal-15 ta' Marzu 2017

  L 73

5

18.3.2017

 M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2349 tal-15 ta' Diċembru 2017

  L 336

22

16.12.2017

 M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/657 tal-25 ta' April 2018

  L 108I

1

28.4.2018

 M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/765 tat-23 ta' Mejju 2018

  L 129

73

25.5.2018

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/995 tat-12 ta' Lulju 2018

  L 178

4

16.7.2018

 M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1217 tas-6 ta' Settembru 2018

  L 226

1

7.9.2018

 M7

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1621 tas-26 ta' Ottubru 2018

  L 271

25

30.10.2018

►M8

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1879 tad-29 ta' Novembru 2018

  L 307

23

3.12.2018




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2080

tal-25 ta' Novembru 2016

dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti



Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Il-bejgħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti, tat-trab tal-ħalib xkumat maħżun qabel ►M8  l-1 ta' Jannar 2018 ◄ huwa miftuħ taħt il-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/1240.

Artikolu 2

Tressiq ta' offerti

1.  Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti għandu jintemm fit-13 ta' Diċembru 2016 fil-11.00 (ħin ta' Brussell).

▼M5

2.  Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fil-11.00 (ħin ta' Brussell) fl-ewwel u t-tielet nhar ta' Tlieta tax-xahar. Madankollu, f'Awwissu l-ħin għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) fir-raba' nhar ta' Tlieta, u f'Settembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet nhar ta' Tlieta, u f'Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni nhar ta' Tlieta. Jekk nhar ta' Tlieta jkun festa pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta' qabel.

▼B

3.  L-offerti jitressqu quddiem l-aġenziji tal-pagamenti approvati mill-Istati Membri ( 1 ).

Artikolu 3

Kwantità għal kull offerta u unità ta' kejl

Il-kwantità minima ta' trab tal-ħalib xkumat li għaliha tista' tiġi ppreżentata offerta għandha tkun ta' 20 tunnellata.

Il-prezz propost għandu jkun il-prezz għal kull 100 kilogramma ta' prodott.

Artikolu 4

Is-sigurtà

Meta titressaq offerta għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat, garanzija ta' EUR 50/tunellata għandha tiġi ppreżentata lill-aġenzija tal-pagamenti fejn intefgħet l-offerta.

Artikolu 5

Notifika lill-Kummissjoni

In-notifika prevista fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1240 għandha ssiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 sal-16.00 (ħin ta' Brussell) il-jiem imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) L-indirizzi tal-aġenziji tal-pagamenti huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/agriculture/milk/policy-instruments/index_en.htm

Top