This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2024P0011
Action brought on 8 May 2024 by the EFTA Surveillance Authority against Iceland (Case E-11/24)
Azzjoni mressqa fit-8 ta' Mejju 2024 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Il-Kawża E-11/24)
Azzjoni mressqa fit-8 ta' Mejju 2024 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (Il-Kawża E-11/24)
ĠU C, C/2024/4351, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4351/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4351 |
4.7.2024 |
Azzjoni mressqa fit-8 ta' Mejju 2024 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(Il-Kawża E-11/24)
(C/2024/4351)
Fit-8 ta’ Mejju 2024 ġie ppreżentat rikors kontra l-Iżlanda quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Hildur Hjörvar, Sigrún Ingibjörg Gísladóttir u Melpo-Menie Joséphidès, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, Avenue de Arts 19H, 1000 Brussell, il-Belġju.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE billi naqset milli tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 56z tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku intern tagħha, u |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
L-isfond legali u fattwali u l-motivi miġjuba bħala sostenn:
|
— |
Permezz tar-rikors, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“ESA”) titlob dikjarazzjoni mill-Qorti li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex tittrasponi l-Att imsemmi fil-punt 56z tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE, kif adattat mill-Protokoll 1 ta’ dak il-Ftehim, fl-ordni legali intern tagħha, kif meħtieġ mill-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE. |
|
— |
Fi tweġiba datata l-25 ta’ Settembru 2023 għall-ittra ta’ intimazzjoni tal-ESA tal-4 ta’ Lulju 2023, l-Iżlanda infurmat lill-ESA li kienet għadha ma ħaditx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att. |
|
— |
L-ESA tat l-opinjoni motivata tagħha fit-22 ta’ Novembru 2023, filwaqt li żammet l-opinjoni tagħha li l-Att ma kienx sar parti mill-ordni legali intern Iżlandiż. L-Iżlanda ma weġbitx għall-opinjoni motivata. |
|
— |
Meta skada l-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-opinjoni motivata l-Iżlanda la kienet infurmat lill-ESA dwar xi miżura li kienet addottat biex tagħmel l-Att parti mill-ordni legali intern tagħha, u lanqas ma kienet fil-pussess ta’ xi informazzjoni oħra li kienet tindika li l-Att kien sar parti mill-ordni legali intern tal-Iżlanda. |
|
— |
L-ESA tinnota li, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors, l-Iżlanda la kienet għamlet l-Att parti mill-ordni legali intern tagħha, u lanqas ma kienet infurmat lill-ESA li dan kien sar. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4351/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)