EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2017J0007

Sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ April 2018 fil-Kawża E-7/17 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2014/29/UE)

OJ C 280, 9.8.2018, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/4


SENTENZA TAL-QORTI

tal-24 ta’ April 2018

fil-Kawża E-7/17

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2014/29/UE)

(2018/C 280/04)

Fil-Kawża E-7/17, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 6f tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, parti mill-ordni legali interna tiegħu, u, f’kull każ, naqset milli tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-miżuri li kienet adottat biex timplimenta l-Att, kif meħtieġ mill-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President u Imħallef-Relatur, Per Christiansen u minn Bernd Hammermann, Imħallfin, tat sentenza fl-24 ta’ April 2018, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi naqset, fiż-żmien preskritt, li tadotta l-miżuri neċessarji biex timplimenta l-Att imsemmi fil-punt 6f tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim (id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


Top