EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2003C0196(01)

Deċiżjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA Nru 196/03/COL tal- 5 ta’ Novembru 2003 li temenda għat-tmienja u tletin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam ta' l-għajnuna statali billi tintroduċi kapitolu ġdid 9 b: Ilmenti — formola għat-tressiq ta' ilmenti li jirrigwardaw għajnuna statali allegatament illegali

OJ L 139, 25.5.2006, p. 28–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M, 8.5.2007, p. 769–773 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/196(3)/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

769


DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA

Nru 196/03/COL

tal-5 ta’ Novembru 2003

li temenda għat-tmienja u tletin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam ta ' l-għajnuna statali billi tintroduċi kapitolu ġdid 9 b: Ilmenti — formola għat-tressiq ta' ilmenti li jirrigwardaw għajnuna statali allegatament illegali

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b'mod partikulari l-Artikolu 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (2), b'mod partikulari l-Artikolu 24, l-Artikolu 5 (2) (b) u l-Artikolu 1 f'Parti I tal-Protokol 3 tiegħu (3),

BILLI taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha ġġib fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ZEE dwar l-għajnuna Statali,

BILLI taħt l-Artikolu 5 (2) (b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha toħroġ noti jew linji gwida dwar materji ttrattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdi dan espliċitament jew jekk l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA tqisu neċessarju,

FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta' l-Għajnuna Statali (4) adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA (5),

BILLI, fis-16 ta' Mejju 2003, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat formola ġdida għat-tressiq ta' lmenti li jirrigwardaw għajnuna Statali allegatament illegali (6),

BILLI din il-formola hi rilevanti wkoll għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI għandha tkun żgurata applikazzjoni tar-regoli ta' l-għajnuna Statali taż-ŻEE uniformi fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

BILLI, skond il-punt II taħt l-intestatura “GENERALI” fl-aħħar ta' l-Anness XV għall-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu għal dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat lill-Kummissjoni Ewropea,

WAQT LI TFAKKAR li l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA kkonsultat lill-Istati ta' l-EFTA f'laqgħa multilaterali nhar l-20 ta’ Ġunju 2003 dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Statali għandhom jiġu emendati billi jiżdied Kapitolu ġdid 9 B “Lmenti — Formola għat-tressiq ta' lmenti li jirrigwardaw għajnuna Statali allegatament illegali”.

2.

Sezzjoni III ġdida “Formola għat-tressiq ta' lmenti li jirrigwardaw għajnuna Statali allegatament illegali” ser tiddaħħal fl-Anness I tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Statali.

3.

Il-Kapitolu ġdid 9B u s-sezzjoni ġdida III ta' l-Anness I tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna Statali jinstab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

4.

L-Istati ta' l-EFTA se jkunu mgħarrfa permezz ta' ittra, inkluża kopja ta' din id-Deċiżjoni u inkluż l-Anness.

5.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun infurmata, skond il-punt (d) tal-Protokol 27 tal-Ftehim ta' ż-ŻEE, permezz ta' kopja ta' din id-Deċiżjoni, inkluż l-Anness.

6.

Id-Deċiżjoni, inkluż l-Anness, għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.

Id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmula fi Brussell, nhar il-5 ta’ Novembru 2003.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA

Einar M. BULL

President

Hannes HAFSTEIN

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(2)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim ta' Sorveljanza u l-Qorti.

(3)  Protokol 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kif emendat mill-Istati ta' l-EFTA fl-10 ta’ Diċembru 2001. L-emendi daħlu fis-seħħ fit-28 ta’ Awwissu 2003.

(4)  Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Statali.

(5)  Ippubblikati inizjalment fil-ĠU L 231, 3.9.1994, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu Nru 32 fl-istess data, emendati l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 264/02COL tat-18.12.2002, li għadha mhix ippubblikata.

(6)  Formola għat-tressiq ta' lmenti li jirrigwardaw għajnuna Statali allegatament illegali, ĠU C 116, 16.5.2003, p. 3.


ANNESS

“9B ILMENTI — FORMOLA GĦAT-TRESSIQ TA' LMENTI LI JIRRIGWARDAW GĦAJNUNA STATALI ALLEGATAMENT ILLEGALI

L-Artikolu 1 (3) f'Parti I kif ukoll l-Artikolu 2 (1) fil-Parti II tal-Protokol 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdu li l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha tkun mgħarrfa, fi żmien biżżejjed li jippermettilha tressaq il-kummenti tagħha, bi kwalunkwe pjanijiet għall-għoti jew tibdil fl-għajnuna. L-Istat ta' l-EFTA konċernat m'għandux iqiegħed il-miżuri proposti tiegħu fis-seħħ qabel ma din il-proċedura tirriżulta f'deċiżjoni finali.

Għajnuna li tkun tqiegħdet fis-seħħ f'kontravenzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq tikkostitwixxi ‘għajnuna illegali’.

F'konformità ma' l-Artikolu 10 (1) f'Parti II tal-Protokol 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti fejn l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha fil-pussess tagħha tagħrif minn sors hu liema hu rigward għajnuna allegatament illegali, din għandha teżamina dan it-tagħrif bla dewmien.

Barra minn hekk, skond l-Artikolu 20 (2) fil-Part II tal-Protokol imsemmi hawn fuq, kwalunkwe parti interessata tista' tinforma l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA dwar kwalunkwe għajnuna allegatament illegali u kwalunkwe użu allegatament ħażin ta' għajnuna (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ilment).

Kwalunkwe persuna jew kumpanija tista' tressaq ilment lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA. Il-proċedura hi bla ħlas. Meta tinvestiga l-ilmenti l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha l-obbligu li tirrispetta r-regoli proċedurali stabbiliti fil-Protokol 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, u partikolarment id-drittijiet ta' difiża tal-Istat ta' l-EFTA konċernat.

Barra minn hekk, bħala alternattiva, jew flimkien mat-tressiq ta' lment lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA, normalment ikun possibbli għal partijiet terzi li jsegwu l-kwistjoni quddiem il-qrati nazzjonali meta l-interessi tagħhom ikunu ntlaqtu ħażin bl-għoti ta' għajnuna illegali.

Madanakollu, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA ma tistax tagħti parir dwar il-proċeduri nazzjonali disponibbli f'każijiet individwali.

Il-formola ta' l-ilment fl-Anness 1, sezzjoni III ta' dawn il-Linji Gwida tistabbilixxi t-tagħrif li għandha bżonn l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA sabiex issegwi lment dwar għajnuna allegatament illegali jew użata ħażin. Jekk ma jkunx possibbli li jimtlew is-sezzjonijiet kollha tal-formola, għandhom jingħataw ir-raġunijiet.

Il-formola hi aċċessibbli fuq is-server ta' l-Internet ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA fl-indirizzi li ġejjin: http://www.eftasurv.int

Is-sit internet ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA fih ukoll ħafna tagħrif utli dwar ir-regoli għall-għajnuna Statali li għandhom ikunu applikati fiż-Żona Ekonomika Ewropea li jistgħu jgħinu lil min jagħmel l-ilment jew il-konsulenti tagħhom sabiex jimlew il-formola.

Il-formola tista' tintbagħat fuq dan l-indirizz:

L-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA

Id-Direttorat għall-Kompetizzjoni u l-Għajnuna Statali

74, Rue de Trèves

B-1040 Brussell

SEZZJONI III

Formola għat-tressiq ta' ilmenti li jirrigwardaw għajnuna statali allegatament illegali

Tista' tibgħat din il-formola fl-indirizz li ġej:

L-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA

Id-Direttorat għall-Kompetizzjoni u l-Għajnuna Statali

74, Rue de Trèves

B-1040 Brussell

I.A.   Tagħrif dwar il-persuna li qed tressaq l-ilment

I.1.   Kunjom u isem tal-persuna li qed tressaq l-ilment, jew isem il-kumpanija

I.2.   Indirizz jew Uffiċċju Reġistrat:

I.3.   Telefon, fax, indirizz e-mail:

I.4.   Isem, indirizz, telefon, fax, indirizz e-mail ta' persuna li tista' tkun ikkuntattjata:

I.5.   Jekk min qed iressaq l-ilment hija intrapriża, deskrizzjoni fil-qosor ta' min qed iressaq l-ilment u l-oqsma u l-postijiet ta' attività tagħha:

I.6.   Jekk jogħġbok ikteb fil-qosor kif l-għoti ta' l-allegata għajnuna jeffettwa l-interessi ta' min qed iressaq l-ilment.

I.B.   Tagħrif dwar ir-rappreżentant ta' min qed iressaq l-ilment

I.7.   Jekk l-ilment jitressaq f'isem xi ħadd ieħor (persuna jew kumpanija), jekk jogħġbok ipprovdi wkoll l-isem, l-indirizz, il-fax, l-indirizz e-mail tar-rappreżentant u eħmeż evidenza bil-miktub li turi li r-rappreżentant huwa awtorizzat li jaġixxi.

II.   Tagħrif dwar l-Istat ta' l-EFTA

II.1.   L-Istat ta' l-EFTA:

II.2.   Il-livell li fih ingħatat l-għajnuna Statali allegatament illegali:

gvern ċentrali

reġjun (jekk jogħġbok speċifika)

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

III.   Tagħrif dwar il-miżuri ta' l-allegata għajnuna li qed jitressaq l-ilment dwarhom

III.1.   Inti qed tilmenta dwar allegata skema ta' għajnuna, jew allegata għajnuna individwali?

III.2.   Meta ingħatat l-allegata għajnuna jew meta kienet implimentatat l-allegata skema ta' għajnuna? Kemm damet l-allegata skema ta' għajnuna (jekk magħruf)?

III.3.   Għal liema settur(i) ekonomiku tapplika din l-allegata għajnuna?

III.4.   X'inhu l-ammont ta' l-allegata għajnuna? F'liema forma ngħatat (self, għotji, garanziji, inċentivi jew eżenzjonijiet fuq it-taxxa, eċċ.)?

III.5.   Mmin hu l-benefiċjarju? Fil-każ ta' skema, min hu eleġibbli għall-allegata għajnuna?

Jekk jogħġbok agħti t-tagħrif kollu possibbli, inkluża deskrizzjoni ta' l-attivitajiet ewlenin tal-kumpanija/kumpaniji konċernata/konċernati.

III.6.   Għal liema skop ingħatat l-allegata għajnuna (jekk magħruf)?

IV.   Raġunijiet għall-ilment

Jekk jogħġbok spjga fid-dettall ir-raġunijiet għall-ilment tiegħek, inklużi r-raġunijiet għaliex ilmentajt, liema regoli tal-liġi taż-ŻEE taħseb li nkisru bl-għoti ta' l-allegata għajnuna in kwistjoni u kif din affettwat il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Jekk l-allegata għajnuna għamlet ħsara lill-interessi personali tiegħek, jekk jogħġbok spjega kif.

V.   Tagħrif dwar proċeduri oħra

V.1.   Dettalji ta' kwalunkwe tressiq diġà mwettaq lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA (jekk hu possibbli, ehmeż kopji tal-korrispondenza):

V.2.   Dettalji ta' kwalunkwe tressiq diġà mwettaq lis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (jekk hu possibbli, ehmeż kopji tal-korrispondenza):

V.3.   Tressiq imwettaq diġà lill-awtoritajiet nazzjonali (per eżempju, korpi governattivi reġjonali jew lokali, ombudsman, eċċ.; jekk inhu possibbli, ehmeż kopji tal-korrispondenza):

V.4.   Rikors għall-qrati nazzjonali jew proċeduri oħra (per eżempju arbitraġġ jew konċiljazzjoni). (Indika jekk kienx hemm diġà deċiżjoni jew għotja u ehmeż kopja jekk inhu xieraq):

VI.   Dokumenti ta' appoġġ

Niżżel kwalunke dokumenti jew evidenza li tressqu b'appoġġ għall-ilment, u ehmeż il-kopji. Meta jkun possibbli, ipprovdi kopja tal-liġi nazzjonali jew miżuri oħra li jistabbilixxu l-bażi legali għall-ħlas ta' l-allegata għajnuna.

VII.   Kunfidenzjalità

Għandek tkun konxju li sabiex tipproteġi d-drittijiet ta' difiża ta' l-Istat ta' l-EFTA konċernat, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA jista' jkun li jkollha tiżvela l-identità tiegħek u kwalunkwe dokumenti ta' appoġġ, jew il-kontenuti tagħhom, lill-Istat ta' l-EFTA. Jekk jogħġbok indika b'mod ċar, jekk ma tixtieqx li l-identità tiegħek jew ċerti dokumenti jew tagħrif ikunu żvelati u identifika b'mod ċar il-partijiet kunfidenzjali ta' kwalunkwe dokumenti, u agħti r-raġunijiet.

Post, data u firma ta' min qed iressaq l-ilment”


Top