EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2023/295/05

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2023/C 295/05

PUB/2023/812

ĠU C 295, 21.8.2023, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/5


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 295/05)

Image 1

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva ġdida taż-żewġ euro, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Irlanda

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: L-Irlanda

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-ħamsin anniversarju tas-sħubija tal-Irlanda fl-Unjoni Ewropea

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri modifika għal-logo tal-programm “EU50” użat mid-Dipartimenti tal-Gvern biex jippromwovi avvenimenti li jimmarkaw il-ħamsin anniversarju tas-sħubija tal-Irlanda fl-UE. L-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “ÉIRE” huma mdaħħal fuq il-logo. Is-sena “1973” tirreferi biex tirrikonoxxi s-sena li fiha l-Irlanda ssieħbet fl-UE kif ukoll “2023” biex timmarka s-sena tal-ħruġ tal-munita.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Id-data tal-ħruġ: Lulju 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top