EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2021/473/09
Call for proposals 2022 — EAC/A09/2021 Erasmus+ Programme 2021/C 473/09
Sejħa għall-proposti 2022 — EAC/A09/2021 Il-Programm Erasmus+ 2021/C 473/09
Sejħa għall-proposti 2022 — EAC/A09/2021 Il-Programm Erasmus+ 2021/C 473/09
PUB/2021/915
OJ C 473, 24.11.2021, p. 23–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 473/23 |
Sejħa għall-proposti 2022 — EAC/A09/2021
Il-Programm Erasmus+
(2021/C 473/09)
1. Introduzzjoni u Għanijiet
Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport (1). Il-Programm Erasmus + ikopri l-perjodu mill-2021 sal-2027. L-għanijiet tal-programm tal-Programm Erasmus+ huma elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:
L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi:
— |
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ |
— |
Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ |
— |
DiscoverEU – Azzjoni Inklużiva |
— |
Skambji virtwali fl-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ |
Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
— |
Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:
|
— |
Sħubijiiet għall-Eċċellenza:
|
— |
Sħubijiet għall-Innovazzjoni:
|
— |
Bini tal-kapaċitajiet fl-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport |
— |
Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ |
Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni
— |
Żgħażagħ Ewropej Flimkien |
Azzjonijiet Jean Monnet:
— |
Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja: |
— |
Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ |
3. Eliġibbiltà
Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ, l-attivitajiet tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-azzjoni inklużiva DiscoverEU.
Dawn il-Pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej, |
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm 2022 tal-Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
4. Baġit u durata tal-proġetti
L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 3 179 miljun:
L-Edukazzjoni u t-Taħriġ: |
EUR |
2 813,11 miljun |
Iż-Żgħażagħ: |
EUR |
288,13 miljun |
L-Isport: |
EUR |
51,89 miljun |
Jean Monnet: |
EUR |
25,8 miljun |
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programm ta’ Ħidma Annwali Erasmus + u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:
https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_en
fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.
Il-livell tal-għotjiet kif ukoll id-durata tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.
Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019)2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-iskadenzi tal-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta’ Brussell.
Azzjoni Ewlenija 1 |
|
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
it-23 ta’ Frar f’12:00 |
Il-mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti |
it-23 ta’ Frar f’12:00 |
Il-mobbiltà internazzjonali li tinvolvi pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm |
it-23 ta’ Frar f’12:00 |
L-akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fl-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti |
id-19 ta’ Ottubru f’12:00 |
L-akkreditazzjoni tal-Erasmus fil-qasam taż-żgħażagħ |
id-19 ta’ Ottubru f’12:00 |
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
it-23 ta’ Frar f’12:00 |
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
l-4 ta’ Ottubru f’12:00 |
DiscoverEU – Azzjoni Inklużiva |
l-4 ta’ Ottubru f’12:00 |
Skambji virtwali fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ |
l-20 ta’ Settembru fil-17: 00 |
Azzjoni Ewlenija 2 |
|
Sħubiji ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk ippreżentati mill-NGOs Ewropej |
it-23 ta’ Marzu f’12:00 |
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej |
it-23 ta’ Marzu fil-17:00 |
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport |
it-23 ta’ Marzu fil-17:00 |
Sħubijiet ta’ skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni tal-iskola, l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ |
it-23 ta’ Marzu f’12:00 |
Sħubijiet ta’ skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni tal-iskola, l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ |
l-4 ta’ Ottubru f’12:00 |
Sħubijiet ta’ skala żgħira fil-qasam tal-isport |
it-23 ta’ Marzu fil-17:00 |
Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali |
is-7 ta’ Settembru fil-17: 00 |
Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus+ |
is-7 ta’ Settembru fil-17: 00 |
Azzjonijiet Erasmus Mundus |
is-16 ta’ Frar fil-17:00 |
Alleanzi għall-Innovazzjoni |
il-15 ta’ Settembru fil-17: 00 |
Proġetti li jħarsu ’l quddiem |
il-15 ta’ Marzu fil-17:00 |
Il-bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja |
is-17 ta’ Frar fil-17:00 |
Il-bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali |
il-31 ta’ Marzu fil-17:00 |
Il-bini tal-kapaċitajiet fil-qasam taż-Żgħażagħ |
is-7 ta’ April fil-17:00 |
Il-bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Isport |
is-7 ta’ April fil-17:00 |
Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ |
it-23 ta’ Marzu fil-17:00 |
Azzjoni Ewlenija 3 |
|
Żgħażagħ Ewropej Flimkien |
it-22 ta’ Marzu fil-17:00 |
Networks u Azzjonijiet Jean Monnet |
l-1 ta’ Marzu fil-17:00 |
|
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. |
6. Informazzjoni fid-dettall
Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2022:
https://erasmus-plus.ec.europa.eu/mt/programme-guide/erasmus-gwida-tal-programm
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) OV L 189, 28 ta’ Mejju 2021., 1. lpp.
(2) L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.
(3) Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali.