EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2021/370A/03
Notice of vacancy CONS/AD/173/21
Avviż ta' pożizzjoni vakanti CONS/AD/173/21
Avviż ta' pożizzjoni vakanti CONS/AD/173/21
OJ C 370A , 15.9.2021, p. 39–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 370/39 |
Avviż ta' pożizzjoni vakanti CONS/AD/173/21
(2021/C 370 A/03)
TAGĦRIF ĠENERALI
Dipartiment |
Kompetittività u Kummerċ |
Post tax-xogħol |
Brussell, Bini Justus Lipsius |
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur Ġenerali |
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 15 |
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
EU SECRET |
SKADENZA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
l-1 ta’ Ottubru 2021 — 12.00 nofsinhar (ħin ta' Brussell) |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-UE u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali, huwa jipprovdi pariri u appoġġ lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Presidenzi tagħhom fl-oqsma kollha ta' attività, inkluż pariri ta' politika u legali, koordinazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra, elaborazzjoni ta' kompromessi, superviżjoni kif ukoll jieħu ħsieb l-affarijiet prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija tajba tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill.
Id-Direttorat Ġenerali “Kompetittività u Kummerċ” ser jinkludi tliet direttorati, li ser ikopru l-oqsma tas-Suq Intern, il-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-Proprjetà Intellettwali, il-Kompetizzjoni, l-Industrija, ir-Riċerka, l-Ispazju u l-Kummerċ; kollha kemm huma jirrappurtaw lid-Direttur Ġenerali.
Il-kompitu tad-Direttorat Ġenerali huwa li jikkoordina l-attivitajiet tal-Kunsill Kompetittività, li jiltaqa' mill-inqas erba' darbiet fis-sena u jittratta s-Suq Uniku, l-Industrija, ir-Riċerka u l-Ispazju.
Id-Direttorat Ġenerali huwa fdat bil-ħidma leġiżlattiva fil-qasam vast tal-kompetittività, u huwa involut fil-monitoraġġ u s-segwitu ta' inizjattivi ta' politika differenti relatati fost l-oħrajn mas-Suq Uniku u politiki relatati, mal-Istrateġija Industrijali tal-UE jew mal-politiki dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-ispazju. Id-Direttorat Ġenerali jassisti lill-Kunsill fl-isforzi kontinwi tiegħu biex jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tas-suq intern.
Barra minn hekk, id-Direttorat Ġenerali jappoġġa lill-Kunsill u lill-korpi preparatorji tiegħu biex jimplimentaw il-politika kummerċjali komuni tal-UE. Dan jinkludi r-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-investiment dirett barrani. Il-Kunsill għandu wkoll rwol ċentrali fil-ftehimiet kummerċjali peress li jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati u jagħti direttivi ta' negozjati lill-Kummissjoni. Id-Direttorat Ġenerali huwa responsabbli milli jassisti u jittratta ma' sitt kumitati tal-Kunsill f'dan il-qasam, kollha kemm huma attivi fil-qasam kopert mill-Kunsill Affarijiet Barranin. Huwa jissorvelja t-tħejjija u s-segwitu tal-attivitajiet ta' politika u dawk leġiżlattivi fil-Kunsill, inkluż fil-format tal-Ministri tal-Kummerċ tiegħu, li normalment jiltaqa' darbtejn fis-sena.
Nipproponu
Il-kariga ta' Direttur Ġenerali fid-DĠ Kompetittività u Kummerċ hija pożizzjoni li toffri sfida f'ambjent politikament interessanti, u tmexxi tim ta' madwar 50 membru tal-persunal bi kwalifiki għolja.
Taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali u b'kooperazzjoni mat-tliet Diretturi, ser tmexxi u tikkoordina d-Direttorat Ġenerali tiegħek u r-riżorsi tiegħu b'mod professjonali, torganizza l-attivitajiet tiegħu u tappoġġa u timmotiva lill-persunal f'xogħolhom. Ser tiżviluppa u timplimenta l-istrateġija u l-programm ta' ħidma tad-Direttorat Ġenerali, tiddefinixxi l-objettivi tiegħu u tiżgura li dawn jintlaħqu skont l-iskadenzi u l-istandards ta' kwalità meħtieġa. Ser trawwem kultura ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi kemm fil-Direttorat Ġenerali u mad-Direttorati Ġenerali l-oħra, kif ukoll ma' servizzi oħra tas-SĠK.
B'kooperazzjoni ma' Direttorati Ġenerali oħra, ser tkun responsabbli għall-politika orizzontali u l-koordinazzjoni proċedurali bil-għan li tappoġġa l-kontinwità u l-koerenza tal-ħidma tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew.
Ser tagħti pariri dwar politiki u proċeduri f'livell għoli lis-Segretarjat Ġenerali kif ukoll lill-presidenzi tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Coreper dwar l-aspetti kollha tad-dossiers fil-kompetenza tad-Direttorat Ġenerali u tieħu sehem f'laqgħat u, fejn xieraq, f'sessjonijiet ta' tagħrif u/jew negozjati bil-ħsieb li jintlaħqu kompromessi u jinstabu soluzzjonijiet. F'dan il-kuntest, inti ser tassisti lill-presidenzi fin-negozjati u tiżgura komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi mal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE fl-oqsma fil-kompetenza tad-Direttorat Ġenerali.
Ser tiżgura koordinazzjoni strateġika ġenerali, inkluż ma' Direttorati Ġenerali oħrajn dwar il-politika u l-objettivi li jridu jintlaħqu.
Huma meħtieġa missjonijiet regolari barra mill-pajjiż, normalment fl-UE.
Qed infittxu
Qed infittxu maniġer b'esperjenza sostanzjali fit-tfassil tal-politika tal-UE u l-proċess leġiżlattiv tal-UE u b'għarfien estensiv tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew kif ukoll tal-kwistjonijiet istituzzjonali tal-UE. L-għarfien tal-oqsma koperti mid-Direttorat Ġenerali huwa ta' vantaġġ.
Il-maniġers kollha tas-SĠK huma mistennija jagħtu pariri lill-ġerarkija tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati, imexxu l-persunal u r-riżorsi finanzjarji tagħhom u jirrappreżentaw lis-SĠK. Dawn l-istennijiet huma mfissra fil-profil orizzontali tal-maniġers tas-SĠK, fl-Anness I.
Barra minn hekk, il-persuna impjegata jeħtieġ ikollha:
— |
kapaċità li taħseb u tippjana b'mod strateġiku, li tantiċipa u tidentifika problemi potenzjali u li tipproponi soluzzjonijiet u kompromessi fattibbli; |
— |
ħiliet ta' komunikazzjoni eċċellenti, inkluż ħiliet ta' komunikazzjoni interpersonali; |
— |
il-kapaċità li żżomm relazzjonijiet tax-xogħol tajbin ma' firxa ta' interlokuturi interni u esterni u l-kapaċità li turi sens ta' diplomazija; |
— |
il-kapaċità ta' tmexxija u li tippromwovi spirtu b'saħħtu ta' tim u li tiggwida, u l-kapaċità li timmotiva u tawtonomizza lill-persunal f'ambjent ta' diversità u multikulturali, b'enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-persunal; |
— |
il-kapaċità li tippjana u torganizza l-ħidma ġenerali tad-Direttorat Ġenerali sabiex jintlaħqu skadenzi kritiċi u tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-volum tax-xogħol fi ħdan it-tim, kif ukoll il-kapaċità li tmexxi l-bidla u tappoġġa lill-persunal permezz tal-bidla; |
— |
il-kapaċità li tilħaq qbil jew għanijiet komuni billi tipprovdi pariri speċifiċi lill-partijiet ikkonċernati u billi tiffaċilita d-diskussjoni b'mod effettiv u kostruttiv. |
Peress li s-SĠK iħaddan politika ta' mobbiltà għall-maniġers tiegħu, li huma mistennija jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f'oqsma ta' attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
POLITIKA TA' REKLUTAĠĠ
L-applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fil-mument tal-applikazzjoni:
a) |
Kondizzjonijiet ġenerali
|
b) |
Kondizzjonijiet speċifiċi
|
NB:
(1) |
Din il-pożizzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għad-dokumenti klassifikati (livell EU SECRET). Il-kandidati li japplikaw għall-pożizzjoni jridu jkunu lesti jgħaddu minn investigazzjoni ta' sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (1). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni ssir effettiva biss bil-kondizzjoni li l-kandidat magħżul jew magħżula tkun kisbet ċertifikat validu ta' approvazzjoni tas-sigurtà. Kandidat mingħajr awtorizzazzjoni tas-sigurtà jiġi offrut jew tiġi offruta kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
(2) |
Il-kandidat li jintgħażel għandu jew għandha tkun lesta ssegwi l-programm ta' taħriġ fil-ġestjoni tas-SĠK. |
PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA
Fl-għażla tal-kandidat, l-Awtorità tal-Ħatra tiġi megħjuna minn bord konsultattiv tal-għażla. Il-bord konsultattiv tal-għażla jkollu l-appoġġ ta' ċentru ta' evalwazzjoni, immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Ir-rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta' evalwazzjoni għall-istess tip ta' pożizzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta' evalwazzjoni inkwistjoni – skont liema data tiġi l-ewwel.
Il-bord konsultattiv tal-għażla l-ewwel jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-bord konsultattiv tal-għażla jagħmel lista ristretta tal-kandidati li, fl-opinjoni tiegħu, huma l-aktar adatti sabiex jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel għażla hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-ilħuq tar-rekwiżiti ta' din il-pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Minn fost il-kandidati intervistati, il-Kumitat Konsultattiv ta' Selezzjoni jagħżel minn qabel il-kandidati biex jattendu ċ-ċentru ta' evalwazzjoni, kif ukoll għat-tieni intervista mal-kumitat konsultattiv tal-għażla.
L-ippjanar proviżorju tal-għażla huwa kif ġej:
— |
huwa mistenni li l-kandidati magħżula għall-intervisti ser jiġu infurmati fl-ewwel nofs ta' Ottubru; |
— |
l-ewwel intervisti huma previsti li jsiru fit-tieni nofs ta' Ottubru; |
— |
it-testijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni huma mistennija li jsiru sal-aħħar ta' Ottubru; |
— |
it-tieni ċiklu ta' intervisti previst li jsiru fl-ewwel nofs ta' Novembru. |
NB: L-iskeda ta' hawn fuq hija purament indikattiva u, b'mod partikolari, soġġetta għall-implikazzjonijiet tal-miżuri restrittivi stabbiliti biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19.
BAŻI ĠURIDIKA
Din il-pożizzjoni hija ppubblikata fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-istituzzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-1 ta’ Ottubru 2021 f'12.00 nofsinhar (ħin ta' Brussell).
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu biss bil-posta elettronika u jridu jintbagħtu lil: applications.management@consilium.europa.eu (2) mhux aktar tard mid-data tal-għeluq. Mhumiex ser jitqiesu l-applikazzjonijiet li jaslu tard.
Għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq għal kwalunkwe korrispondenza marbuta mal-proċedura tal-għażla (fis-suġġett tal-email għandu jkun hemm it-titlu li ġej: CONS/AD/173/21 COMPET).
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti elenkati taħt “Politika ta' Reklutaġġ” hawn fuq, biex b'hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tal-għażla.
Biex ikun validu, il-fajl tal-applikazzjoni jrid jinkludi d-dokumenti li ġejjin f'format pdf (NB: dokumenti maqfula, protetti bil-password jew b'firma elettronika mhumiex aċċettati):
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni (Anness V) mimlija u datata kif meħtieġ; il-formola tal-applikazzjoni elettronika tinsab fuq is-sit web tal-Kunsill minn dan il-link: http://www.consilium.europa.eu/en/general-secretariat/jobs/job-opportunities/ (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) — Application form.pdf”); |
(b) |
curriculum vitae dettaljat (3), bl-Ingliż jew bil-Franċiż, preferibbilment fil-format Europass (http://europass.cedefop.europa.eu), li jkopri l-karriera kollha tal-persuna li tapplika u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tal-persuna li tapplika (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) — CV.pdf”); |
(c) |
ittra ta' motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) — Motivation letter.pdf”); |
(d) |
il-kopji tad-diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u kopji tad-dokumenti u ċ-ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali għandhom jiġu miġbura flimkien f'dokument wieħed pdf. Mhux biżżejjed li tibgħat biss il-curriculum vitae imsemmi taħt (b). Id-dokumenti ta' prova jridu jkunu nħarġu minn parti terza (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) — Supporting documents.pdf”). |
Jekk ma jiġux inklużi dawn id-dokumenti l-applikazzjoni tkun invalida.
Id-dokumenti kollha ta' prova msemmija taħt (d) għandhom jiġu nnumerati f'sekwenza (Anness 1, 2, eċċ.) u miġbura flimkien kif imsemmi hawn fuq.
Applikazzjonijiet li jaslu bil-posta, jew permezz ta' soluzzjonijiet ta' ħżin ta' data bbażati fuq cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-fajls mhumiex ser jiġu kkunsidrati.
Fil-każ li tintgħażel minn fost il-kandidati nitolbuk tipprovdi d-dokumenti oriġinali msemmija hawn fuq.
Il-kandidati jirċievu email sabiex tinfurmahom li l-applikazzjoni tagħhom tkun waslet. Madankollu, qatt ma jistgħu jiġu esklużi għalkollox diffikultajiet tekniċi marbuta mat-trażmissjoni ta' emails. Għalhekk, il-kandidati li ma jirċevux email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni huma mħeġġa jikkuntattjaw lil applications.management@consilium.europa.eu. Peress li l-bord konsultattiv tal-għażla jibda l-ħidma tiegħu ftit wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, kull verifika meħtieġa fir-rigward tal-wasla tal-applikazzjoni jenħtieġ issir fil-ġimgħa ta' wara dik id-data.
ID-DIVERSITÀ U L-INKLUŻJONI
Is-SĠK huwa impenjat lejn id-diversità u l-inklużjoni (ara l-Anness II).
Is-SĠK jagħraf li bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa fattur motivazzjonali importanti għal ħafna nies u li x-xogħol flessibbli huwa dejjem aktar mistenni li jkun parti minn ambjent tax-xogħol modern. Għalhekk, huwa joffri pakkett tajjeb ħafna ta' arranġamenti u faċilitajiet statutorji flessibbli tax-xogħol bħall-indukrar ta' wara l-iskola u l-crèche.
Bħala impjegatur, is-SĠK huwa impenjat biex jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. Jilqa' b'mod attiv l-applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha minn ambjenti diversi, fost il-ħiliet kollha u mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE. Biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-SĠK jinkoraġġixxi applikazzjonijiet b'mod partikolari min-nisa.
Tista' tiġi pprovduta assistenza lil persuni b'diżabilità matul il-proċedura ta' reklutaġġ. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email indirizzata lil diversity.inclusion@consilium.europa.eu.
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Il-proċeduri marbuta ma' talbiet ta' lmenti, appelli u riferimenti għall-Ombudsman Ewropew jinsabu fl-Anness III ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli għall-ipproċessar ta' data personali b'rabta ma' din il-proċedura tal-għażla jinsabu fl-Anness IV ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(2) Dan l-indirizz elettroniku huwa kkollegat ma' indirizz elettroniku funzjonali u jista' jittratta biss messaġġi b'livell ta' kunfidenzjalità “Normali”; emails mibgħuta b'livell ieħor ta' kunfidenzjalità (eż. “Personali”, “Privat”, “Kunfidenzjali”) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant agħżel il-livell ta' kunfidenzjalità “Normali”. Id-daqs massimu tal-email tiegħek għandu jkun 25MB. Jekk id-daqs tal-email tiegħek bl-hemżiet magħha jaqbeż dan id-daqs massimu, jekk jogħġbok qassam l-hemżiet tiegħek fuq għadd ta' emails.
(3) Il-kandidati huma mitluba ma jinkludux ritratti fis-CV tagħhom.
ANNESS I
Il-Profil tal-Maniġers Orizzontali tas-SĠK
Bħala maniġer tas-SĠK int iżżid il-valur billi taġixxi kemm bħala konsulent kif ukoll bħala maniġer u dejjem tkun rappreżentant(a) tas-SĠK.
Fit-twettiq ta' dawn ir-rwoli inti mistenni(ja) li:
Bħala Rappreżentant(a)
— |
Taġixxi b'integrità, esternament kif ukoll internament. |
— |
Taġixxi fl-interess tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Unjoni b'mod ġenerali. Tiżgura li diverġenzi li jista' jkun hemm jiġu identifikati u indirizzati. |
— |
Toħloq relazzjonijiet ta' kunfidenza, fiduċja u trasparenza, u tkun networker attiv(a). |
— |
Tfittex ir-riżultati u tkun influwenti, u fl-istess ħin turi rispett u sens ta' servizz. |
Bħala Konsulent(a)
— |
Tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-Unjoni. Turi sens ta' proattività u kreattività. Taħseb minn qabel u tippjana għal żviluppi futuri. Tipprovdi soluzzjonijiet. |
— |
Tagħti pariri lill-partijiet ikkonċernati tagħna biex tiffaċilita l-kisbiet tal-għanijiet tagħhom u fl-interess taż-żewġ istituzzjonijiet tagħna. Taġixxi b'manjiera oġġettiva u ġusta. |
— |
Ikollok għarfien tal-interazzjoni bejn it-teħid tad-deċiżjonijiet u d-dibattitu pubbliku. Tieħu ħsieb li l-pariri tiegħek jieħdu kont tas-sitwazzjoni politika tal-partijiet ikkonċernati tagħna u jintegraw konsiderazzjonijiet ta' komunikazzjoni. |
— |
Tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet leġittimu permezz tal-kooperazzjoni, relazzjonijiet ta' xogħol tajbin u kompromess fost l-Istati Membri u mal-Istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħrajn. |
— |
Iżżomm ruħek infurmat(a) tajjeb dwar l-iżviluppi fil-qasam ta' responsabbiltà tiegħek, kif ukoll lil hinn mill-ħidma immedjata tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Ma titlifx il-perspettiva ġenerali. |
Bħala Maniġer
— |
Tagħti awtonomizzazzjoni lill-membri tal-persunal tiegħek, tiddelega u tafda, tappoġġa u timmotiva, tagħti feedback u gwida, tinkoraġġixxi l-inizjattiva u l-kuraġġ biex il-membri tal-persunal jaħsbu b'mod kreattiv; tnaqqas il-ġerarkija u l-kontroll kemm jista' jkun, filwaqt li tinżamm il-kwalità. |
— |
Tikkomunika b'mod ċar dwar l-objettivi u l-aspettattivi u tiżgura l-fluss ta' informazzjoni lejn, minn u fost il-membru tal-persunal tiegħek kif ukoll ma' DĠs, direttorati u unitajiet oħrajn. |
— |
Taġixxi dejjem fl-interess tas-SĠK kollu, mhux biss tad-DĠ, id-Direttorat jew l-Unità tiegħek, u tiżgura li nipprovdu riżultati lill-partijiet ikkonċernati tagħna. Tkisser il-kompartimentazzjoni. |
— |
Ikollok il-kuraġġ li tindirizza l-konflitti, il-prestazzjoni insuffiċjenti u diffikultajiet oħra fil-pront; tiżgura l-benessri u l-iżvilupp tal-persunal tiegħek, u taqdi l-obbligu li tieħu ħsieb il-persunal tiegħek. |
— |
Waqt li qed tmexxi u tiffaċilita l-bidla, tinvolvi lill-persunal tiegħek biex jiġi żgurat li s-SĠK ilaħħaq mal-iżviluppi u jsir aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv. Tkun l-ewwel biex tagħti l-eżempju ta' dak li qed tgħid. |
— |
Tkun responsabbli għall-aħjar użu tar-riżorsi umani u finanzjarji tas-SĠK. |
ANNESS II
Id-Diversità u l-Inklużjoni fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK)
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill huwa impenjat li jipprovdi opportunitajiet indaqs għall-impjegati kollha tiegħu u l-applikanti għal impjieg. Bħala impjegatur, is-SĠK huwa impenjat biex jiżgura l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. Jilqa' b'mod attiv l-applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha minn ambjenti diversi, fost il-ħiliet kollha u mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE.
L-għanijiet ewlenin tal-politika ta' Diversità u inklużjoni tas-SĠK huma li:
— |
jikseb rappreżentanza bbilanċjata ta' rġiel u nisa. Is-SĠK jinkoraġġixxi applikazzjonijiet minn nisa speċjalment għal postijiet ta' maniġment, fejn bħalissa huma sottorappreżentati; |
— |
itejjeb l-aċċessibbiltà tal-ambjent tax-xogħol u jiżgura li jkun inklużiv. Jistgħu jiġu pprovduti arranġamenti ta' akkomodazzjoni raġonevoli għall-persunal b'diżabilità sakemm ma jkunux ta' piż żejjed fuq ir-riżorsi tal-istituzzjoni. Tista' tiġi pprovduta assistenza lil persuni b'diżabilità matul il-proċedura ta' reklutaġġ; |
— |
jiżgura li l-politika dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-persunal tirrispetta l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; |
— |
jipproteġi l-persunal minn fastidju fuq il-post tax-xogħol; |
— |
jirrikonċilja l-ħajja professjonali u dik privata. Is-SĠK joffri pakkett komprensiv ta' miżuri ta' xogħol flessibbli, inkluż it-telexogħol, ħin tax-xogħol individwali u l-possibbiltà li jittieħed leave tal-ġenituri għall-ommijiet u għall-missirijiet skont ir-Regolament tal-Persunal. Is-SĠK għandu crèche għal tfal minn 0 sa 4 snin. Il-Kummissjoni Ewropea torganizza faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal wara l-iskola u fil-vaganzi li hija miftuħa għat-tfal tal-persunal tas-SĠK. Għal aktar informazzjoni, ibgħat email indirizzata lil diversity.inclusion@consilium.europa.eu. |
ANNESS III
ILMENT INTERN — APPELL ĠUDIZZJARJU — ILMENT QUDDIEM L-OMBUDSMAN EWROPEW
Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tal-għażla, ma tkunx sodisfatt(a) bil-mod kif l-applikazzjoni tiegħek tiġi ttrattata għandek id-dritt li tressaq ilment.
Ilment intern
Meta tirċievi deċiżjoni li tqis li mhix sodisfaċenti, fi żmien tliet xhur min-notifika dwar id-deċiżjoni, tista' tressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, lil:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Konsulenti Legali tal-Unità tal-Amministrazzjoni, ORG 1.F |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE//BELGIË |
Indirizz elettroniku: legal.advisersHR@consilium.europa.eu |
It-tweġibiet għal dawn l-ilmenti jingħataw bil-miktub mill-Awtorità tal-Ħatra fi żmien erba' xhur minn meta jirċievu l-ilment. Madankollu, jekk l-ilment tiegħek jasal kmieni biżżejjed, jista' jkun possibbli li l-bord konsultattiv tal-għażla jirrevedi d-deċiżjoni li tkun is-suġġett tal-ilment tiegħek u jwieġbek fuq dik il-bażi.
Appell Ġudizzjarju
Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba li tirċievi mill-Awtorità tal-Ħatra skont il-proċedura ta' lmenti interni, tista' tippreżenta appell ġudizzjarju skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal lil:
Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea |
Rue du Fort Niedergrünewald |
L-2925 Luxembourg |
LUXEMBOURG |
Ilment lill-Ombudsman Ewropew
Wara li tkun eżawrejt il-possibbiltajiet kollha għal rimedju fis-SĠK, b'mod partikolari l-proċedura ta' lmenti interni skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, imbagħad bħaċ-ċittadini l-oħra kollha tal-Unjoni tista' tressaq ilment quddiem:
L-Ombudsman Ewropew |
1, avenue du Président Robert Schuman – BP 403 |
F-67001 Strasbourg Cedex |
FRANCE |
skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1).
Għandek tkun taf li lmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew ma għandhom ebda effett ta' sospensjoni fuq il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 90(2) u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal biex jiġu ppreżentati lmenti jew appelli quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS IV
PROTEZZJONI TAD-DATA
Bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għażla, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiżgura li d-data personali tal-applikanti tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1).
Il-bażi legali għall-proċedura tal-għażla hija r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2) tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE. Il-proċedura tal-għażla titmexxa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għar-Riżorsi Umani (ORG.1), Unità tal-Persunal u Mobbiltà, u l-kontrollur huwa l-kap ta' dik l-unità. L-informazzjoni pprovduta mill-applikanti ser tkun aċċessibbli għall-membri tal-Uffiċċju għall-Għażla ta' Uffiċjali u l-ġerarkija ta' superjuri tagħhom, għall-membri tal-Kumitat Konsultattiv tal-Għażla, u, jekk meħtieġ, għall-unità tal-Konsulenti Legali. L-informazzjoni amministrattiva li tidentifika l-applikant u/jew meħtieġa għall-organizzazzjoni prattika tal-proċedura jistgħu jintbagħtu lil ċentru ta' evalwazzjoni.
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-ġbir ta' data li tidentifika l-applikanti kollha għal pożizzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jintgħażel wieħed minn dawk l-applikanti.
Id-data inkwistjoni hija:
— |
data personali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-applikanti (kunjom, isem, data tat-twelid, sess, ċittadinanza); |
— |
informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex tiffaċilita l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefown); |
— |
informazzjoni mogħtija mill-applikanti biex ikun possibbli jiġi evalwat jekk jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni stipulati fl-avviż ta' pożizzjoni vakanti (ċittadinanza; lingwi; kwalifiki tal-applikanti u s-sena meta nkisbu, tip ta' diploma/lawrja, isem l-istituzzjoni minn fejn inkisbu, esperjenza professjonali); |
— |
fejn japplika, informazzjoni dwar it-tip u t-tul ta' żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-applikanti; |
— |
ir-riżultati tat-testijiet tal-għażla li jkunu għamlu l-applikanti, inkluż l-evalwazzjonijiet magħmula mill-konsulenti taċ-ċentru ta' evalwazzjoni f'isem il-bord tal-għażla. |
L-ipproċessar jibda mid-data meta tkun waslet l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jiġu ffajljati u jinħażnu fl-arkivji għal sentejn.
L-applikanti kollha jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għal u d-dritt ta' rettifika tad-data personali. Talbiet sostanzjati għandhom jintbagħtu b'posta elettronika lill-Uffiċċju għall-Għażla ta' Uffiċjali fl-indirizz elettroniku selection.officials@consilium.europa.eu.
L-applikanti jistgħu jirrikorru fi kwalunkwe mument għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu).
ANNESS V