EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/036/05

Wiċċ nazzjonali ġdid għal muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2021/C 36/05

PUB/2021/59

OJ C 36, 2.2.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/5


Wiċċ nazzjonali ġdid għal muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 36/05)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Il-Kummissjoni, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti, tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: L-Italja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fiċ-ċentru, raġel u mara fi ħwejjeġ mediċi b’maskri, stetoskopju u folder mediku li jirrappreżenta tobba u infermiera li jaħdmu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Fuq nett, il-kelma “GRAZIE” segwita, fuq il-lemin, b’simbolu tal-qalb; fuq ix-xellug, riproduzzjoni tas-salib mediku; fiċ-ċentru, “RI”, akronimu tar-Repubblika Taljana; fuq il-lemin, “R”, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma; taħt nett, fuq ix-xellug, “CM”, l-inizjali tad-disinjatur Claudia Momoni; fl-eżergu, is-sena tal-ħruġ tal-munita “2021”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 3 000 000

Id-data tal-ħruġ: Jannar 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top