EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/031/06

Sejħa għall-proposti 2021 Programmi sempliċi Għotjiet għal miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2021/C 31/06

PUB/2021/47

OJ C 31, 28.1.2021, p. 6–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/6


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2021

PROGRAMMI SEMPLIĊI

Għotjiet għal miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2021/C 31/06)

Werrej

0.

Introduzzjoni 8

1.

Sfond 9

2.

Objettivi — Temi u prijoritajiet - Attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati — Impatt mistenni 9
AGRIP-SIMPLE-2021-IM-EU QS 9
Objettivi 9
AGRIP-SIMPLE-2021-IM-ORGANIKU 10
Objettivi 10
AGRIP-SIMPLE-2021-IM-SOSTENIBBLI 10
Objettivi 10
AGRIP-SIMPLE-2021-IM-DIETA XIERQA 10
Objettivi 10
AGRIP-SIMPLE-2021-IM-KARATTERISTIĊI 11
Objettivi 11
AGRIP-SIMPLE-2021-TC-ASJA/AMERIKA u OĦRAJN 11
Objettivi 11
AGRIP-SIMPLE-2021-TC-ORGANIKU 11
Objettivi 11
Attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati 11
Impatt mistenni 11

3.

Baġit disponibbli 12

4.

Skeda ta’ żmien u skadenzi 13

5.

Ammissibbiltà 13

6.

Eliġibbiltà 14
Parteċipanti eliġibbli 14
Kompożizzjoni tal-konsorzju 16
Attivitajiet eliġibbli 16
Post ġeografiku (pajjiżi fil-mira) 18
Durata17 18

7.

Kapaċità finanzjarja u operazzjonali u esklużjoni 18
Kapaċità finanzjarja 18
Kapaċità operazzjonali 19
Esklużjoni 19

8.

Il-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ għoti 20

9.

Kriterji tal-għoti 21

10.

L-istruttura legali u finanzjarja tal-Ftehimiet ta’ Għotja 21
Id-data tal-bidu u d-durata tal-proġett 22
Riżultati tanġibbli 22
Forma ta’ għotja, rata ta’ finanzjament u ammont massimu tal-għotja 22
Kategoriji tal-baġit u regoli tal-eliġibbiltà tal-kostijiet 22
L-arranġamenti tar-rappurtar u tal-pagamenti 23
Ċertifikati 23
Sistema ta’ responsabbiltà għall-irkupri 24
Dispożizzjonijiet dwar l-implimetazzjoni tal-proġett 24
Nuqqas ta’ konformità u ksur tal-kuntratt 24

11.

Għajnuna 24

12.

Importanti 25

0.   Introduzzjoni

Din hija sejħa għal għotjiet ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam ta’ Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jikkonċernaw prodotti agrikoli Ewropej (il-Programm AGRIP) implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi permezz ta’ programmi sempliċi.

Il-qafas regolatorju għal dan il-Programm ta’ Finanzjament tal-UE huwa stabbilit fi:

ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-Regolament Finanzjarju tal-UE),

l-att bażiku (ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)),

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (3) u

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (4)

Is-sejħa titnieda skont il-Programm ta’ Ħidma tal-2021 (5) u se tkun ġestita mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (CHAFEA) fdata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni tal-politika ta’ promozzjoni.

Is-sejħa tkopri l-ħames suġġetti li jsegwu fis-suq intern:

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-EU QS (Suġġett 1) — Suq Intern

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-ORGANIKU (Suġġett 2) — Suq Intern

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-SOSTENIBBLI (Suġġett 3) — Suq Intern

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-DIETA-XIERQA (Suġġett 4) — Suq Intern

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-KARATTERISTIĊI (Suġġett 5) — Suq Intern

Barra minn hekk, din tikkonċerna l-erba’ suġġetti li jsegwu f’pajjiżi terzi:

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-ASJA (Suġġett 6) — Pajjiżi Terzi

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-KONTINENT AMERIKAN (Suġġett 7) — Pajjiżi Terzi

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-OĦRAJN (Suġġett 8) — Pajjiżi Terzi

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-ORGANIKU (Suġġett 9) — Pajjiżi Terzi

Nistednuk taqra bir-reqqa d-dokumentazzjoni tas-sejħa fuq il-Paġna tas-suġġett tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, u b’mod partikolari dan id-Dokument tas-Sejħa, il-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja, il-Manwal Online tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-UE, il-Gwida tal-Programm AGRIP u l-AGA tal-Għotjiet tal-UE — Ftehim ta’ Għotja Annotat).

Dawn id-dokumenti jipprovdu kjarifiki u tweġibiet għall-mistoqsijiet li jista’ jkollok meta tkun qed tħejji l-applikazzjoni tiegħek:

id-Dokument tas-Sejħa jiddeskrivi:

l-isfond, l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni, l-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati u r-riżultati mistennija (taqsimiet 1 u 2)

l-iskeda ta’ żmien u l-baġit disponibbli (taqsimiet 3 u 4)

il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà u eliġibbiltà, il-kriterji għall-kapaċità finanzjarja u operazzjonali u l-esklużjoni (taqsimiet 5, 6 u 7)

il-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ għoti (taqsima 8)

il-kriterji tal-għoti (taqsima 9)

l-istabbiliment legali u finanzjarju tal-Ftehimiet ta’ Għotja (taqsima 10)

il-Manwal Online u l-Gwida tal-Programm AGRIP jiddeskrivu:

il-proċeduri għar-reġistrazzjoni u s-sottomissjoni ta’ proposti online permezz tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-UE ("Portal")

rakkomandazzjonijiet għat-tħejjija tal-applikazzjoni

l-AGA — Ftehim ta’ Għotja Annotat fih:

annotazzjonijiet dettaljati dwar id-dispożizzjonijiet kollha fil-Ftehim ta’ Għotja li se jkollok tiffirma sabiex tikseb l-għotja (inklużi l-eliġibbiltà tal-kostijiet, l-iskeda tal-ħlas, l-obbligi tal-aċċessorji, eċċ).

Inħeġġuk iżżur il-Portal ta’ Promozzjoni ta’ Prodotti Agrikoli) biex tikkonsulta l-lista ta’ proġetti li ġew iffinanzjati qabel.

1.   Sfond

L-objettiv ġenerali tal-Programm AGRIP huwa li jsaħħaħ il-kompetittività tas-settur agrikolu tal-UE.

L-objettivi speċifiċi ta’ dan il-Programm huma li:

(a)

iżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-UE u tal-istandards għoljin applikabbli għall-metodi ta’ produzzjoni fl-Unjoni

(b)

iżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti tal-ikel u li jgħolli l-profil tagħhom kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE

(ċ)

iżid is-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-UE

(d)

iżid is-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-UE u ta’ ċerti prodotti tal-ikel, billi jiffuka b’mod speċifiku fuq dawk is-swieq f’pajjiżi terzi li għandhom l-ogħla potenzjal ta’ tkabbir

(e)

jirrestawra l-kundizzjonijiet normali tas-suq f’każ ta’ disturb serju fis-suq, telf ta’ kunfidenza tal-konsumatur jew problemi speċifiċi oħra.

2.   Objettivi — Temi u prijoritajiet — Attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati — Impatt mistenni

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-EU QS

Objettivi

L-objettiv hu li tiżdied is-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni, jiġifieri:

(a)

skemi ta’ kwalità: denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), speċjalità tradizzjonali garantita (STG) u termini fakultattivi tal-kwalità;

(b)

il-logo għal prodotti agrikoli ta’ kwalità speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar l-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni għandhom ikunu prijorità ewlenija fis-suq intern peress li skemi bħal dawn jipprovdu lill-konsumaturi b’assigurazzjonijiet dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott jew tal-proċess ta’ produzzjoni użat, jiksbu valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u jtejbu l-opportunitajiet tas-suq tagħhom.

Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu l-livell ta’ rikonoxximent tal-logo assoċjat mal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej. Skont l-Ewrobarometru speċjali (Nru 504), 14 % biss tal-konsumaturi Ewropej jirrikonoxxu l-logos ta’ prodotti li jibbenifikaw minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), 20 % jirrikonoxxu indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), u 14 % jirrikonoxxu speċjalità tradizzjonali garantita, u dawn huma l-iskemi ta’ kwalità ewlenin tal-Unjoni.

L-impatt aħħari mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni u li jissaħħu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti rreġistrati taħt skema ta’ kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem mis-suq tagħhom.

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-ORGANIKU

Objettivi

L-objettiv huwa li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika.

Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni organika għandhom ikunu prijorità ewlenija fis-suq intern peress li din l-iskema tipprovdi lill-konsumaturi b’assigurazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott u l-proċess ta’ produzzjoni użat u l-benefiċċji ambjentali li jiġġeneraw, tikseb valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u ssaħħaħ l-opportunitajiet tas-suq tagħhom.

Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu aktar il-livelli ta’ rikonoxximent tal-logo organiku tal-UE mill-konsumaturi Ewropej. Skont l-Ewrobarometru speċjali (Nru 504), is-sensibilizzazzjoni tal-logo tal-biedja organika żdiedet b’29 punt perċentwali mill-2017 b’56 % tal-konsumaturi Ewropej li jirrikonoxxu l-logo tal-UE tal-biedja organika.

L-impatt aħħari mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità fuq il-produzzjoni organika u li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum ta’ prodotti organiċi, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem mis-suq tagħhom.

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-SOSTENIBBLI

Objettivi

L-azzjonijiet għandhom jenfasizzaw is-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-UE, filwaqt li jenfasizzaw ir-rwol ta’ benefiċċju tagħha għall-azzjoni dwar il-klima u għall-ambjent. L-azzjonijiet għandhom jindirizzaw kif il-prodott(i) promoss(i) u l-metodu(i) tal-produzzjoni tiegħu (tagħhom) jikkontribwixxu għal:

(a)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (eż. tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra) u/jew l-adattament (eż. iffrankar tal-ilma, għelejjel reżistenti għall-klima u varjetajiet tal-għelejjel) u

(b)

mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali (eż. il-fawna selvaġġa, il-pajsaġġ, ir-riżorsi ġenetiċi);

(ii)

l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma (eż. l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, it-tnaqqis tan-nutrijenti jew it-tagħbija tal-pestiċidi);

(iii)

l-immaniġġjar sostenibbli tal-ħamrija (eż. il-kontroll tal-erożjoni; il-bilanċ tan-nutrijenti; il-prevenzjoni tal-aċidifikazzjoni, is-salinizzazzjoni, it-tnaqqis tal-pestiċidi);

(iv)

metodi sostenibbli u effiċjenti fl-emissjonijiet tal-karbonju tal-produzzjoni tal-bhejjem.

(v)

tnaqqis tal-użu tal-antimikrobiċi

(vi)

tnaqqis fit-telf ta’ ikel u fil-ħela ta’ ikel

(vii)

konsum sostenibbli

(viii)

benessri tal-annimali.

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-DIETA XIERQA

Objettivi

Il-Kummissjoni hija impenjata li tippromwovi prattiki tad-dieta xierqa, f’konformità mal-white paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar strateġija dwar kwistjonijiet ta’ saħħa relatati man-nutrizzjoni, mal-piż żejjed u mal-obeżità (6). L-azzjonijiet għandhom jenfasizzaw il-benefiċċji tal-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk f’dieta bilanċjata. Il-messaġġi jistgħu jiffokaw b’mod partikolari fuq: l-għan li jkun hemm mill-inqas 5 porzjonijiet ta’ varjetà ta’ frott u ħaxix kuljum; il-post tal-frott u tal-ħaxix fil-piramida tal-ikel, l-impatt ta’ benefiċċju fuq is-saħħa, eċċ.

L-objettiv huwa li jiżdied il-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk tal-UE billi l-konsumaturi jiġu infurmati dwar prattiki tad-dieta bilanċjati u xierqa.

L-impatt aħħari mistenni huwa li jissaħħu l-kompetittività u l-konsum tal-frott u l-ħaxix tal-UE kkonċernati, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem mis-suq tagħhom.

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-KARATTERISTIĊI

Objettivi

L-objettiv huwa li tiġi enfasizzata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta’ produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ sikurezza alimentari, traċċabilità, awtentiċità, tikkettar, aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli ta’ xorb alkoħoliku eliġibbli), benesseri tal-annimali, ir-rispett għall-ambjent u sostenibbiltà (inklużi l-benefiċċji klimatiċi), u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u alimentari, b’mod partikolari f’termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

L-impatt aħħari mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-merti tal-prodotti agrikulturali tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li jissaħħu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-UE, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem mis-suq tagħhom.

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-ASJA/AMERIKA u OĦRAJN

Objettivi

Il-programmi ta’ informazzjoni ta’ u promozzjoni għandhom jimmiraw lejn pajjiż wieħed jew aktar identifikati fis-suġġett korrispondenti.

L-objettivi ta’ dawn il-programmi għandhom jikkonformaw mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 u l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 li jenfasizzaw b’mod partikolari l-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta’ produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ sikurezza alimentari, traċċabilità, awtentiċità, tikkettar, aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa, benesseri tal-annimali, ir-rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà, u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u alimentari, b’mod partikolari f’termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

L-impatt finali mistenni għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem mis-suq tagħhom f’dawn il-pajjiżi mmirati.

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-ORGANIKU

Objettivi

L-objettiv hu li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni fuq il-produzzjoni organika fil-pajjiżi terzi.

Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni fuq il-metodu ta’ produzzjoni organika għandhom ikunu prijorità ewlenija peress li din l-iskema tipprovdi lill-konsumaturi b’assigurazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott u l-proċess ta’ produzzjoni użat u l-benefiċċji ambjentali li jiġġeneraw, tikseb valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u ssaħħaħ l-opportunitajiet tas-suq tagħhom.

L-impatt aħħari mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni fuq il-produzzjoni organika u li jissaħħu l-kompetittività u l-konsum ta’ prodotti organiċi, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem mis-suq tagħhom f’pajjiżi terzi.

Attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati

L-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa huma kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkopru l-prodotti u l-iskemi elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Aktar dettalji dwar “Attivitajiet eliġibbli” huma pprovduti fit-taqsima 6.

Impatt mistenni

L-impatt aħħari mistenni ta’ din is-sejħa għal proposti huwa li jissaħħu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-UE u/jew li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem mis-suq tagħhom fil-pajjiżi mmirati.

Image 1 Għal aktar informazzjoni dwar il-Promozzjoni ta’ prodotti agrikoli, arahttps://ec.europa.eu/chafea/agri/en

3.   Baġit disponibbli

Il-baġit disponibbli għas-sejħa huwa ta’ EUR 81 000 000.

Informazzjoni speċifika dwar il-baġit għal kull suġġett tista’ tinstab fit-tabella ta’ hawn taħt.

Suq intern

Suġġett

Baġit tas-suġġett

Dettalji tas-suġġett

1 —

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-EU QS

EUR 5 000 000

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

2 —

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-ORGANIKU

EUR 6 000 000

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni fuq il-metodu ta’ produzzjoni organika kif definit fl-Artikolu 5(4)(b) u fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014

3 —

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-SOSTENIBBLI

EUR 6 000 000

Programmi li jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar l-agrikoltura sostenibbli tal-Unjoni u r-rwol tas-settur agroalimentari għall-azzjoni dwar il-klima u l-ambjent

4 —

AGRIP-SIMPLE-2021-IM-DIETA XIERQA

EUR 9 100 000

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li għandhom l-għan li jżidu l-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk fis-suq intern fil-kuntest ta’ prattiki tad-dieta bilanċjati u xierqa (*1).

Il-prodotti eliġibbli taħt dan is-suġġett huma dawk elenkati fil-Parti IX u l-banana friska fil-Parti XI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5 —

AGRIP-SIMPLE-2021-IM- KARATTERISTIĊI

EUR 6 000 000

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li għandhom l-għan li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u alimentari Ewropej, u l-iskemi ta’ kwalità definiti fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

Pajjiżi terzi

Suġġett

Baġit tas-suġġett

Dettalji tas-suġġett

6 —

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-ASJA

EUR 16 300 000

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: Iċ-Ċina (inklużi Hong Kong u l-Makaw), il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, it-Tajwan, ix-Xlokk tal-Asja jew l-Asja t’Isfel

7 —

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-KONTINENT AMERIKAN

EUR 8 300 000

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: Il-Kanada, l-Istati Uniti jew il-Messiku

8 —

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-OĦRAJN

EUR 12 300 000

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra (*2)

9 —

AGRIP-SIMPLE-2021-TC-ORGANIKU

EUR 12 000 000

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar il-prodotti organiċi skont l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni definita fl-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 fi kwalunkwe pajjiż terz (*3)

L-ammont baġitarju għas-sejħa huwa soġġett għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2021 wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità baġitarja tal-UE jew previsti fil-partijiet minn kull tnax proviżorji. Dan l-ammont huwa wkoll soġġett għad-disponibbiltà ta’ approprjazzjonijiet għat-tliet snin ta’ wara b’kont meħud tan-natura mhux differenzjata tal-approprjazzjonijiet.

Aħna nirriżervaw id-dritt li ma nagħtux il-fondi kollha disponibbli jew li nqassmuhom mill-ġdid bejn il-prijoritajiet tas-sejħa, skont il-proposti li jaslu u r-riżultati tal-evalwazzjoni.

Jekk għal suġġett partikolari ma jkunx hemm biżżejjed proposti fuq il-lista bi klassifikazzjoni biex jiġi eżawrit l-ammont kollu previst, l-ammont li jifdal jista’ jiġi allokat mill-ġdid għal suġġetti oħra skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

it-total tal-ammont previst li jifdal għall-ħames suġġetti dwar is-suq intern se jiġi allokat għall-proġetti li jimmiraw is-suq intern bl-ogħla punteġġ ta’ kwalità, irrispettivament mis-suġġett li applikaw għalih

(b)

se jittieħed l-istess approċċ għall-erba’ suġġetti għal pajjiżi terzi

(c)

jekk l-ammont previst jibqa’ ma jiġix eżawrit, l-ammonti li jifdal kemm għas-suq intern kif ukoll għall-pajjiżi terzi se jingħaqdu u jiġu assenjati għall-proġetti bl-ogħla punteġġ ta’ kwalità, irrispettivament mill-prijorità u mis-suġġett li applikaw għalih.

4.   Skeda ta’ żmien u skadenzi

Skeda ta’ żmien u skadenzi

Ftuħ tas-sejħa:

28 ta’ Jannar 2021

Skadenza għas-sottomissjoni:

28 ta’ April 2021–17:00:00 CET (Brussell)

Evalwazzjoni:

April – Settembru 2021

Deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea

Ottubru 2021

Informazzjoni dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni mill-Istati Membri

Ottubru 2021

Firma tal-GA bejn l-Istati Membri u l-benefiċjarji

< Jannar 2022

5.   Ammissibbiltà

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi qabel l-iskadenza tas-sejħa (ara taqsima 3 tal-iskeda ta’ żmien).

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tas-Sistema Elettronika għall-Preżentazzjoni tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti (aċċessibbli permezz tal-paġna tas-Suġġett fit-taqsima Search Funding & Tenders) (Fittex Finanzjament u Offerti). Sottomissjonijiet stampati MHUMIEX possibbli.

Il-proposti (inklużi l-annessi u d-dokumenti ta’ sostenn) għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formoli pprovduti fis-Sistema ta’ Sottomissjoni ( Image 2 MHUX id-dokumenti disponibbli fil-Paġna tas-suġġett — dawn huma biss għall-informazzjoni).

Il-proposti għandhom ikunu kompluti u jkun fihom il-partijiet kollha u l-annessi obbligatorji u d-dokumenti ta’ sostenn.

Il-Formola ta’ Applikazzjoni tikkonsisti minn:

Parti A (li għandha timtela direttament online) — fiha informazzjoni amministrattiva dwar il-parteċipanti (koordinatur u benefiċjarji futuri) u l-baġit fil-qosor għall-proġett

Parti B (li għandha titniżżel mis-Sistema ta’ Sottomissjoni tal-Portal, kompluta u mbagħad magħquda u mtellgħa mill-ġdid bħala PDF fis-sistema) — fiha d-deskrizzjoni teknika tal-proġett

l-annessi obbligatorji u d-dokumenti ta’ sostenn (li għandhom jittellgħu bħala fajls PDF).

Fis-sottomissjoni tal-proposta, se jkollok tikkonferma li għandek il-mandat li taġixxi għall-applikanti kollha. Barra minn hekk se jkollok tikkonferma li l-informazzjoni fl-applikazzjoni hija korretta u kompluta u li l-parteċipanti jikkonformaw mal-kundizzjonijiet biex jirċievu finanzjament tal-UE (speċjalment l-eliġibbiltà, il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali, l-esklużjoni, eċċ.). Qabel ma jiffirma l-għotja, kull benefiċjarju se jkollu jikkonferma dan mill-ġdid billi jiffirma dikjarazzjoni fuq l-unur (DoH). Proposti mingħajr sostenn sħiħ se jiġu rifjutati.

L-applikazzjoni tiegħek għandha tkun tista’ tinqara, tkun aċċessibbli u tista’ tiġi stampata.

Il-proposti huma limitati għal 70 paġna. L-evalwaturi mhux se jikkunsidraw paġni addizzjonali.

Annessi obbligatorji u dokumenti ta’ sostenn

L-annessi obbligatorji u d-dokumenti ta’ sostenn (disponibbli direttament fis-Sistema ta’ Sottomissjoni) għal din is-sejħa huma:

tabella dettaljata tal-baġit

CVs tal-maniġer tal-proġett u eventwalment tat-tim tal-proġett

rapporti tal-attività tas-sena li għaddiet

lista tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE għal dawn l-aħħar 3 snin b’indikazzjoni tal-proġetti preċedenti li l-proposta hija kontinwazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 1.4 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829

dokumenti ta’ sostenn li juru li l-applikanti huma organizzazzjonijiet jew korpi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għal kull applikant, dokumentazzjoni li turi li dan jissodisfa l-kriterji ta’ rappreżentattività stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829 (ara t-taqsima hawn taħt), flimkien mad-dokumenti tal-entità ġuridika

dokumenti finanzjarji: kontijiet annwali (jew pjan ta’ direzzjoni tan-negozju), formola finanzjarja mimlija minn qabel u, jekk meħtieġ, rapport tal-awditjar (jew awtodikjarazzjoni) (ara t-taqsima hawn taħt).

Image 3 Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ sottomissjoni (inklużi l-aspetti tal-IT), ikkonsulta l-Manwal Online.

6.   Eliġibbiltà

Parteċipanti eliġibbli

Sabiex ikunu eliġibbli, l-applikanti għandhom ikunu:

entitajiet ġuridiċi (korpi pubbliċi jew privati)

stabbiliti fi Stat Membru tal-UE (inklużi pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE))

organizzazzjonijiet jew korpi eliġibbli kif imsemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

organizzazzjonijiet kummerċjali jew interkummerċjali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentant tas-settur jew setturi kkonċernati f’dak l-Istat Membru, u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali kif msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-gruppi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, diment li jkunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b’dak il-programm

organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru, jew

korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b’missjoni ta’ servizz pubbliku ddefinita b’mod ċar f’dan il-qasam; dawk il-korpi għandhom ikunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2).

L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu wkoll rappreżentattivi tas-settur jew tal-prodott ikkonċernat mill-proposta, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1(1) jew 1(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015, jiġifieri:

organizzazzjoni kummerċjali jew interkummerċjali, stabbilita fi Stat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, għandha titqies bħala rappreżentattiva tas-settur ikkonċernat mill-programm:

meta tammonta għal mill-inqas 50 % bħala proporzjon tal-għadd ta’ produtturi, jew 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni kummerċjabbli tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat, fl-Istat Membru jew

meta tkun organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)

grupp kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, jitqies li huwa rappreżentattiv tal-isem protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta jammonta għal mill-inqas 50% tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni kummerċjabbli tal-prodott(i) li ismu(isimhom) huwa(huma) protett(i)

organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat mill-programm meta tkun rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikoli 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

korp tas-settur agroalimentari kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) (i)kkonċernat(i) mill-programm permezz ta’ rappreżentanti ta’ dak(dawk) il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu.

Jistgħu jiġu aċċettati limiti stabbiliti ta’ rappreżentattività aktar baxxi minn 50 % jekk l-organizzazzjoni proponenti turi fil-proposta sottomessa li hemm ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat.

Il-benefiċjarji għandhom jirreġistraw fir-Reġistru tal-Parteċipanti — qabel is-sottomissjoni tal-proposta.

Sabiex tiġi valutata l-eliġibbiltà tal-parteċipanti, huma mitluba d-dokumenti li ġejjin:

entità privata: silta mill-ġurnal uffiċjali, kopja tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni/statuti, estratt ta’ reġistru kummerċjali jew ta’ assoċjazzjoni, ċertifikat ta’ responsabbiltà għall-VAT (jekk, bħal f’ċerti pajjiżi, in-numru tar-reġistru kummerċjali u n-numru tal-VAT ikunu identiċi, huwa meħtieġ wieħed biss minn dawn id-dokumenti);

entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni jew tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kumpanija pubblika, jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità taħt il-liġi pubblika;

entitajiet mingħajr personalità ġuridika: dokumenti li jipprovdu evidenza li r-rappreżentant(i) tagħhom għandu(hom) il-kapaċità li jissodisfa(aw) l-obbligi legali f’isimhom.

Entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw fi rwoli oħra ta’ konsorzju, bħal sħab assoċjati, sottokuntratturi, partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet in natura, eċċ (ara taqsima 12).

Każijiet speċifiċi

Entitajiet mingħajr personalità ġuridika — Entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali tagħhom jistgħu jipparteċipaw b’mod eċċezzjonali, dment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jwettqu obbligi legali f’isimhom, u joffru garanziji għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi (10).

Assoċjazzjonijiet u gruppi ta’ interess — L-entitajiet ikkostitwiti minn membri jistgħu jipparteċipaw bħala “benefiċjarji uniċi” jew “benefiċjarji mingħajr personalità ġuridika” (11).

Image 4 Jekk jogħġbok innota li jekk l-azzjoni se tiġi implimentata mill-membri, huma għandhom jipparteċipaw ukoll (jew bħala benefiċjarji jew bħala riċevituri ta’ appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, inkella l-kostijiet tagħhom ma jistgħux jiġu koperti mill-azzjoni).

Miżuri restrittivi tal-UE — Japplikaw regoli speċjali għal ċerti entitajiet (eż. entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) (12) u entitajiet koperti mil-Linji gwida tal-Kummissjoni 2013/C 205/05 (13)). Tali entitajiet mhumiex eliġibbli biex jipparteċipaw fi kwalunkwe kapaċità, inkluż bħala benefiċjarji, sħab assoċjati, partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet in natura, sottokuntratturi jew riċevituri ta’ appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi (jekk ikun hemm).

Kompożizzjoni tal-konsorzju

Proposti minn applikanti uniċi huma permessi.

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi minn organizzazzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, li għandhom ikunu mill-istess Stat Membru u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet dwar ir-rappreżentattività għall-prodott tas-settur promoss.

L-organizzazzjonijiet kummerċjali jew interkummerċjali tal-Unjoni li huma rappreżentattivi fil-livell tal-Unjoni għall-prodott jew is-settur promoss (il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014) huma esklużi minn din is-sejħa.

Attivitajiet eliġibbli

L-attivitajiet eliġibbli huma dawk stabbiliti f’taqsima 2 aktar ’il fuq.

Il-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni jistgħu jkopru l-attivitajiet li ġejjin:

1.

Ġestjoni tal-proġett

2.

Relazzjonijiet pubbliċi

Attivitajiet ta’ PR

Avvenimenti għall-istampa

3.

Sit web, midja soċjali

Stabbiliment, aġġornament u manutenzjoni tas-sit web

Midja soċjali (konfigurazzjoni tal-kontijiet, ippowstjar regolari)

Oħrajn (applikazzjonijiet għall-apparati mobbli, pjattaformi ta’ tagħlim elettroniku, webinars, eċċ.)

4.

Reklamar

Stampa

TV

Radju

Online

Attivitajiet fuq barra

Ċinema

5.

Għodod ta’ komunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet, kitts tal-midja, merkanzija promozzjonali

Vidjows promozzjonali

6.

Avvenimenti

Stands fil-fieri kummerċjali

Seminars, workshops, laqgħat B2B, taħriġ għall-kummerċ/koki, attivitajiet fl-iskejjel

Ġimgħat tar-ristoranti

Sponsorizzar tal-avvenimenti

Vjaġġi ta’ studju fl-Ewropa

7.

Promozzjoni ta’ punti tal-bejgħ (POS)

Jiem tad-dewqan

Oħrajn: promozzjoni fil-pubblikazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, reklamar tal-POS

Image 5 L-avvenimenti ta’ dewqan u d-distribuzzjoni ta’ kampjuni mhumiex permessi fil-kuntest tal-kampanji dwar il-konsum tax-xorb responsabbli implimentati fis-suq intern; madankollu, dawn l-attivitajiet huma aċċettabbli jekk ikunu anċillari għal u jappoġġjaw l-għoti ta’ miżuri ta’ informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kwalità u l-metodu ta’ produzzjoni organika.

L-attivitajiet għandhom ikunu komplementari għal u m’għandhomx jikkoinċidu ma’ attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Politika Agrikola Komuni u/jew permezz tal-fondi jew l-istrumenti tal-Istati Membri differenti li jappoġġaw il-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli fil-livell nazzjonali. Il-proġetti għandhom jitfasslu biex jikkomplementaw attivitajiet privati jew pubbliċi oħra implimentati mill-organizzazzjoni(jiet) proponenti fis-swieq fil-mira; għandhom jiġu żgurati sinerġiji ma’ dawn l-attivitajiet.

Il-proġetti għandhom iqisu r-riżultati ta’ kampanji kofinanzjati preċedenti li jiddeskrivu b’mod ċar l-impatt u r-raġunijiet tagħhom għas-sottomissjoni mill-ġdid.

Il-komplementarjetajiet għandhom jiġu deskritti fil-proposta tal-proġett (Parti B tal-Formola ta’ Applikazzjoni).

Il-proġetti għandhom jikkonformaw mal-interessi u mal-prijoritajiet tal-politika tal-UE (bħall-politika ambjentali, dwar il-klima, soċjali, tal-iżvilupp u kummerċjali, eċċ.).

Il-proposti għandhom:

a)

jiżguraw li l-miżuri jiġu implimentati permezz ta’ korpi ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. L-organizzazzjonijiet proponenti għandhom jagħżlu korpi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ programmi li jiżguraw l-aħjar valur għall-flus u n-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829). L-organizzazzjoni proponenti għandha timpenja ruħha biex il-korp responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm jintgħażel sa mhux aktar tard mill-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja (ara l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831);

b)

tiżgura li l-kostijiet tal-miżura li qed tippjana li twettaq hija stess ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq, jekk l-organizzazzjoni proponenti tipproponi li timplimenta ċerti partijiet tal-proposta nnifisha;

c)

tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-prodotti kkonċernati u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom u li jkollhom dimensjoni tal-Unjoni;

d)

għal proposti fis-suq intern li jkopru skema waħda jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014: iffoka fuq l-iskema (dawn l-iskemi) fil-messaġġ ewlieni tagħhom tal-Unjoni. Meta f’dan il-programm, prodott wieħed jew diversi prodotti juri(u) din(dawn) l-iskema(i), dan/dawn għandu(hom) jidher(jidhru) bħala messaġġ sekondarju fir-rigward tal-messaġġ ewlieni tal-Unjoni;

e)

għal messaġġi li fihom informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa:

fis-suq intern: jikkonformaw mal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), jew jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet

f’pajjiżi terzi: jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika fil-pajjiż fejn jitwettqu l-operazzjonijiet

f)

għal proposti li jipproponu li jissemmew l-oriġini jew il-marki: jikkonformaw mar-regoli kif imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

għal proposti li jkopru skemi ta’ kwalità nazzjonali: dokumentazzjoni jew referenza għal sorsi disponibbli pubblikament li jagħtu prova li l-iskema ta’ kwalità hija rikonoxxuta uffiċjalment mill-Istat Membru

għal proposti mmirati lejn is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar prattiki xierqa tad-dieta jew dwar il-konsum responsabbli tal-alkoħol: deskrizzjoni kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm (inklużi referenzi jew dokumentazzjoni b’appoġġ għal din id-dikjarazzjoni)

għal proposti li jippromwovu prodotti jew metodi sostenibbli: dokumentazzjoni jew referenza għal sorsi disponibbli pubblikament li jagħtu prova li l-prodott/il-metodu huwa ċċertifikat bħala sostenibbli.

Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi huwa permess għal għotjiet taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-appoġġ finanzjarju jingħata biss lil entitajiet li huma konnessi mal-benefiċjarju (15) u li huma diġà identifikati fil-proposta tal-proġett

il-proġett jispeċifika l-ammont massimu ta’ appoġġ finanzjarju għal kull parti terza u l-kriterji u l-proċeduri għall-għoti tal-appoġġ finanzjarju

il-benefiċjarji jiżguraw li l-kostijiet mitluba għall-azzjoni huma limitati għall-kostijiet effettivament imġarrba minn dawk il-partijiet terzi u li l-entitajiet jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jżommu rekords dwar il-kostijiet tagħhom.

Post ġeografiku (pajjiżi fil-mira)

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu relatati ma’ attivitajiet immirati lejn pajjiż wieħed jew diversi pajjiżi koperti mis-suġġett magħżul tas-sejħa.

Durata

Il-proġetti għandu jkollhom durata minima ta’ 12 u durata massima ta’ 36 xahar.

Il-proposti għandhom jispeċifikaw id-durata tal-azzjoni.

7.   Kapaċità finanzjarja u operazzjonali u esklużjoni

Kapaċità finanzjarja

L-applikanti għandu jkollhom riżorsi stabbli u suffiċjenti biex jimplimentaw b’suċċess il-proġetti u jikkontribwixxu s-sehem tagħhom. Organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f’diversi proġetti għandu jkollhom kapaċità suffiċjenti biex jimplimentaw dawn il-proġetti kollha.

Il-kontroll tal-kapaċità finanzjarja se jsir fuq il-bażi tad-dokumenti li ġejjin:

Il-kontijiet annwali (inklużi r-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċ) għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet;

għal entitajiet maħluqa ġodda, pjan ta’ direzzjoni tan-negozju (jekk il-kontijiet ma jkunux disponibbli);

il-formola tal-vijabbiltà finanzjarja mimlija minn qabel li tiġbor fil-qosor id-data meħtieġa mill-kontijiet annwali li jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja.

Barra minn hekk, għal parteċipant li jitlob kontribuzzjoni tal-UE ta’ aktar minn EUR 750 000 (limitu stabbilit għal kull applikant):

rapport tal-awditjar maħruġ minn awditur estern approvat li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli, jekk tali rapport ikun disponibbli u jkun meħtieġ awditjar statutorju skont il-liġi tal-UE jew nazzjonali;

JEW

awtodikjarazzjoni ffirmata mir-rappreżentant awtorizzat tal-applikant li tiċċertifika l-validità tal-kontijiet tiegħu. L-awtodikjarazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti legali li jagħtu prova tal-identità tar-rappreżentant legali u li huma intitolati li jiffirmaw f’isem il-parteċipant.

L-analiżi se tkun ibbażata fuq indikaturi finanzjarji newtrali, iżda se tqis ukoll aspetti oħra, bħad-dipendenza fuq il-finanzjament tal-UE u d-defiċit u d-dħul fis-snin preċedenti.

Il-kontroll normalment isir għall-benefiċjarji kollha, ħlief:

korpi pubbliċi (entitajiet stabbiliti bħala korp pubbliku skont il-liġi nazzjonali, inklużi awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali)

jekk l-ammont individwali tal-għotja rikjest ma jkunx aktar minn EUR 60 000.

Kapaċità operazzjonali

L-applikanti għandu jkollhom in-know-how, il-kwalifiki u r-riżorsi biex jimplimentaw b’suċċess il-proġetti u jikkontribwixxu s-sehem tagħhom (inkluża esperjenza suffiċjenti fi proġetti ta’ daqs u natura komparabbli).

L-applikanti għandhom juru li mill-inqas persuna fiżika waħda li taħdem taħt kuntratt ta’ impjieg mal-applikant (jew assenjata għall-azzjoni abbażi ta’ att ta’ ħatra ekwivalenti, sekondata kontra l-pagament jew abbażi ta’ tipi ta’ kuntratti diretti oħrajn, eż. li jkopru l-għoti ta’ servizzi) se tinħatar bħala direttur tal-proġetti. Id-direttur tal-proġetti għandu jkollu mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza fil-ġestjoni tal-proġetti.

Il-kapaċità operazzjonali se tiġi vvalutata bħala parti mill-kriterju tal-għoti tal-“Kwalità” abbażi tal-kompetenza u tal-esperjenza tal-applikanti u tat-timijiet tal-proġetti tagħhom, inklużi r-riżorsi operazzjonali (umani, tekniċi u oħrajn) jew, eċċezzjonalment, il-miżuri proposti biex tinkiseb sa meta tibda l-implimentazzjoni tal-kompitu.

Jekk l-evalwazzjoni tal-kriterju tal-għoti tkun pożittiva, l-applikanti jitqiesu li għandhom kapaċità operattiva suffiċjenti.

L-applikanti se jkollhom juru l-kapaċità tagħhom permezz tal-informazzjoni li ssegwi fil-Formola ta’ Applikazzjoni (Parti B):

profili ġenerali (kwalifiki u esperjenzi) tal-persunal responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett (eż. CV tad-direttur tal-proġett, CVs tat-tim ewlieni tal-proġett, eċċ.)

rapport tal-attività tal-applikanti tas-sena li għaddiet

lista ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE għal dawn l-aħħar 3 snin.

F’każ fejn l-organizzazzjonijiet proponenti jipproponu li jimplimentaw ċerti partijiet tal-proposta, għandha tingħata evidenza li għandhom mill-anqas 3 snin esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ għoti informazzjoni u ta’ promozzjoni. Għalhekk, għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ssegwi:

deskrizzjoni tal-attivitajiet rilevanti mwettqa mill-applikant.

Jekk jiġu meħtieġa, jistgħu jintalbu dokumenti ta’ sostenn addizzjonali, biex tiġi kkonfermata l-kapaċità operazzjonali ta’ xi applikant.

Esklużjoni

L-applikanti li huma soġġetti għal sanzjonijiet amministrattivi tal-UE (jiġifieri deċiżjoni ta’ esklużjoni jew ta’ penali finanzjarja) (16) jew f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni li jżommuhom milli jirċievu finanzjament tal-UE MA jistgħux jipparteċipaw:

falliment, likwidazzjoni, affarijiet amministrati mill-qrati, arranġament ma’ kredituri, proċedura ta’ waqfien tal-attività kummerċjali jew proċeduri simili oħra (inklużi proċeduri għal persuni b’responsabbiltà illimitata għad-djun tal-applikant)

fi ksur tal-obbligi tas-sigurtà soċjali jew fiskali (inkluż jekk dan ikun sar minn persuni b’responsabbiltà illimitata għad-djun tal-applikant)

ħatja ta’ kondotta professjonali ħażina serja (17) (inkluż jekk issir minn persuni li għandhom setgħat ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll, sidien benefiċjarji jew persuni li huma essenzjali għall-għoti/l-implimentazzjoni tal-għotja)

iwettqu frodi, korruzzjoni, rabtiet ma’ organizzazzjoni kriminali, ħasil tal-flus, reati relatati mat-terroriżmu (inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu), tħaddim tat-tfal jew traffikar ta’ bnedmin (inkluż jekk dan isir minn persuni li għandhom setgħat ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll, sidien benefiċjarji jew persuni li huma essenzjali għall-għoti/l-implimentazzjoni tal-għotja )

urew nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità mal-obbligi ewlenin taħt kuntratt ta’ akkwist pubbliku tal-UE, ftehim ta’ għotja, premju, kuntratt ta’ espert, jew simili (inkluż jekk dan isir minn persuni li għandhom setgħat ta’ rappreżentazzjoni, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll, sidien benefiċjarji jew persuni li huma essenzjali għall-għoti/l-implimentazzjoni tal-għotja)

ħatja ta’ irregolaritajiet skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (18) (inkluż jekk magħmul minn persuni li għandhom setgħat ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll, sidien benefiċjarji jew persuni li huma essenzjali għall-għoti/l-implimentazzjoni tal-grant)

maħluqa taħt ġurisdizzjoni differenti bl-intenzjoni li jiġu evitati obbligi fiskali, soċjali jew obbligi legali oħra fil-pajjiż ta’ oriġini jew maħluqa entità oħra għal dan il-għan ( inkluż jekk dan isir minn persuni li għandhom setgħat ta’ rappreżentazzjoni, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll, sidien benefiċjarji jew persuni li huma essenzjali għall-għoti/l-implimentazzjoni tal-għotja).

L-applikanti se jiġu rrifjutati wkoll jekk jirriżulta li (19):

matul il-proċedura ta’ għoti huma rrappreżentaw ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni jew naqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni

qabel kienu involuti fit-tħejjija tas-sejħa u dan jinvolvi distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata mod ieħor (kunflitt ta’ interess).

8.   Il-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ għoti

Il-proposti se jkollhom isegwu l-proċedura standard ta’ sottomissjoni u evalwazzjoni (sottomissjoni fi stadju wieħed + evalwazzjoni fi stadju wieħed).

Il-proposti l-ewwel se jiġu ċċekkjati għal ħtiġijiet formali (ammissibbiltà u eliġibbiltà) u mbagħad evalwati (għal kull suġġett separatament) minn kumitat ta’ evalwazzjoni (assistit minn esperti esterni indipendenti) għall-kapaċità operattiva u l-kriterji tal-għoti (ara taqsimiet 7 u 9) u mbagħad ikklassifikati skont il-punteġġ ta’ kwalità tagħhom.

Għal proposti bl-istess punteġġ (fi ħdan l-istess suġġett) ordni ta’ prijorità tiġi ddeterminata skont l-approċċ li ġej:

Għal kull grupp ta’ proposti ex aequo, li jibdew bl-ogħla grupp ta’ punteġġ, u jkomplu f’ordni dixxendenti, il-proposti li jippermettu d-diversifikazzjoni f’termini ta’ prodotti jew swieq fil-mira se jingħataw prijorità.

Dan ifisser li, bejn applikazzjonijiet ex aequo fi ħdan l-istess suġġett, se tingħata prijorità lill-applikazzjonijiet li għadhom mhumiex rappreżentati fil-proposti ta’ klassifikazzjoni ogħla, l-ewwel nett f’termini ta’ prodotti, it-tieni f’termini ta’ suq immirat.

Jekk dawn il-kriterji ma jkunux jistgħu jiġu applikati, jintgħażlu proġetti bl-ogħla punteġġ għall-kriterji għall-għoti individwali.

L-ewwel se nqabblu l-punteġġi tal-proġetti għall-kriterju tal-għoti “Rilevanza”. Meta dawn il-punteġġi jkunu ugwali, il-prijorità se tkun ibbażata fuq il-punteġġi għall-kriterju “Impatt”. Meta dawn il-punteġġi jkunu ugwali, il-prijorità se tkun ibbażata fuq il-punteġġi għall-kriterju “Kwalità”.

L-ordni tal-listi kklassifikati ser tiġi segwita b’mod strett.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina l-programmi sempliċi magħżula, kwalunkwe tibdil li għandu jsir fihom, u l-baġits korrispondenti (deċiżjoni dwar l-għoti). Din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni se telenka l-programmi magħżula aċċettati għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. Id-deċiżjoni se tiġi indirizzata lill-Istati Membri kompetenti.

Hekk kif il-Kummissjoni tadotta dan l-att ta’ implimentazzjoni, din għandha tibgħat il-kopji tal-programmi magħżula lill-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr dewmien, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjonijiet proponenti kkonċernati jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ikunux ġew aċċettati jew le.

9.   Kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti għal din is-sejħa huma kif segwit:

Rilevanza (25 punt):

Ir-rilevanza tal-informazzjoni proposta għall-objettivi ġenerali u speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll għall-prijoritajiet, l-objettivi u r-riżultati mistennija mħabbra taħt il-prijorità tematika rilevanti tas-sejħa.

Il-kontribut tal-proġett propost ta’ informazzjoni u promozzjoni fir-rigward tal-objettivi tal-ambizzjoni klimatika u ambjentali tal-PAK, il-Patt Ekoloġiku u l-istrateġiji mill-”Għalqa sal-Platt”, b’mod partikolari fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-produzzjoni u tal-konsum.

Il-kwalità u r-rilevanza tal-analiżi tas-suq.

Il-koerenza tal-istrateġija tal-programm, l-objettivi speċifiċi, il-gruppi fil-mira u l-messaġġi ewlenin.

Il-messaġġ tal-UE tal-kampanja.

Kwalità (50 punt):

Għażla xierqa ta’ attivitajiet fir-rigward tal-istrateġija tal-objettivi u tal-azzjoni, taħlita ta’ komunikazzjoni xierqa, sinerġija bejn l-attivitajiet.

Deskrizzjoni konċiża tal-attivitajiet u tar-riżultati tanġibbli.

Il-kwalità tal-metodi u l-indikaturi proposti għall-evalwazzjoni.

Allokazzjoni xierqa tal-baġit fir-rigward tal-objettivi u tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet.

Deskrizzjoni ċara tal-istima tal-kostijiet u tal-preċiżjoni tal-baġit.

Konsistenza bejn l-istima tal-kostijiet u r-riżultati tanġibbli.

Organizzazzjoni tal-proġett u struttura tal-ġestjoni.

Mekkaniżmi għall-kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju

Impatt (25 punt):

L-impatt tal-proġett fil-livell tal-UE.

Ġustifikazzjoni tal-livell ġenerali tal-investiment.

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu biex jgħaddi l-proġett

Punteġġ massimu

Rilevanza

15

25

Kwalità

30

50

Impatt

15

25

Punteġġi globali biex jgħaddi l-proġett

60

100

Punti massimi: 100 punt.

Limiti stabbiliti individwali għal kull kriterju: 15/25 u 30/50 punt.

Limitu globali: 60 punt.

Il-proposti li jaqbżu l-limiti stabbiliti individwali U l-limitu stabbilit globali se jiġu kkunsidrati għal finanzjament — fil-limiti tal-baġit tas-sejħa disponibbli. Proposti oħra se jiġu rrifjutati.

10.   L-istruttura legali u finanzjarja tal-Ftehimiet ta’ Għotja

L-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa tal-programmi sempliċi magħżula u għall-pagamenti rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet ta’ għotja għall-implimentazzjoni ta’ programmi mal-organizzazzjonijiet proponenti magħżula skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

Dan il-Ftehim ta’ Għotja se jistabbilixxi l-qafas għall-għotja tiegħek u t-termini u l-kundizzjonijiet tagħha, b’mod partikolari fir-riward tar-riżultati tanġibbli, ir-rappurtar u l-pagamenti.

Il-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja li se jintuża (u l-mudelli u d-dokumenti ta’ gwida rilevanti l-oħra kollha) jistgħu jinstabu fuq Dokumenti ta’ Referenza tal-Portal.

Id-data tal-bidu u d-durata tal-proġett

Id-data tal-bidu tal-proġett u d-durata se jiġu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda ta’ Data, il-punt 1). Normalment id-data tal-bidu tkun wara l-iffirmar tal-għotja. Din m’għandhiex tkun aktar tard minn 6 xhur wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ għotja. F’każijiet eċċezzjonali tista’ ssir konċessjoni għal applikazzjoni retroattiva f’każ ta’ raġunijiet debitament ġustifikati — iżda qatt qabel id-data tal-għeluq tal-proposta.

Durata tal-proġett: minimu ta’ 12, massimu ta’ 36 xahar.

Riżultati tanġibbli

Għal kull proġett ir-riżultati tanġibbli se jiġu riflessi fl-Anness 1 tal-Ftehim ta’ Għotja.

Forma ta’ għotja, rata ta’ finanzjament u ammont massimu tal-għotja

Il-parametri tal-għotja (l-ammont massimu tal-għotja, ir-rata ta’ finanzjament, il-kostijiet eliġibbli totali, eċċ.) se jiġu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda ta’ Data, il-punt 3 u l-artikolu 5).

Baġit tal-proġett: Ebda limitu. L-għotja li tingħata tista’ tkun inqas mill-ammont rikjest.

L-għotja se tkun għotja ta’ kost attwali mħallat ibbażata fuq il-baġit. Dan ifisser li se tirrimborża BISS ċerti tipi ta’ kostijiet (kostijiet eliġibbli) u BISS kostijiet li fil-fatt ġarrabt għall-proġett tiegħek (MHUX il-kostijiet ibbaġitjati).

Il-kostijiet se jiġu rimborżati bir-rata ta’ finanzjament stabbilita fil-Ftehim ta’ Għotja (75/85% għal benefiċjarji li huma stabbiliti fi Stati Membri tal-UE li jirċievu assistenza finanzjarja u 70 (għal programmi sempliċi fis-suq intern)/80 % (għal programmi sempliċi f’pajjiżi terzi) għal benefiċjarji minn pajjiżi oħra).

Ir-regola li tipprojbixxi l-profitt tapplika għal organizzazzjonijiet bi skop ta’ qligħ li japplikaw taħt din is-sejħa. L-għotja tista’ MA tipproduċix profitt. Jekk ikun hemm profitt (jiġifieri surplus ta’ dħul + għotja Komunitarja fuq il-kostijiet), se nnaqqsuh mill-ammont finali tal-għotja tiegħek.

Barra minn hekk, jekk jogħġbok kun af li l-ammont finali tal-għotja jista’ jitnaqqas f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Ftehim ta’ Għotja (eż. implimentazzjoni mhux xierqa, ksur tal-obbligi, eċċ).

Kategoriji tal-baġit u regoli tal-eliġibbiltà tal-kostijiet

Il-kategoriji tal-baġit u r-regoli tal-eliġibbiltà tal-kostijiet huma stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda ta’ Data, il-punt 3 u l-artikolu 6).

Kategoriji tal-baġit għal din is-sejħa:

A. Kostijiet tal-persunal

A.1 Impjegati, A.2 Persuni fiżiċi b’kuntratt dirett, A.3 Persuni sekondati

A.4 Sidien tal-SMEs u benefiċjarji ta’ persuni fiżiċi

B. Kostijiet tas-sottokuntrattar

C. Kostijiet tax-xiri

C.1 Vjaġġar u sussistenza

C.2 Tagħmir

C.3 Oġġetti, xogħlijiet u servizzi oħra

D. Kategoriji oħra tal-kostijiet

D.1 Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

E. Kostijiet indiretti

Kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà tal-kostijiet għal din is-sejħa:

kostijiet tal-persunal:

pagamenti supplimentari: standard

Kost unitarju ta’ sid ta’ SME/persuna fiżika: Iva

kostijiet tal-voluntiera: Le

kostijiet tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza: kostijiet attwali

kostijiet tat-tagħmir: deprezzament

kategoriji oħra ta’ kostijiet:

kostijiet għall-appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi: permess għal għotjiet; ammont massimu għal kull parti terza EUR 60 000, sakemm ma jkunx meħtieġ ammont ogħla minħabba li l-objettiv tal-azzjoni jkun impossibbli jew diffiċli wisq li jinkiseb mod ieħor u dan ikun debitament ġustifikat fil-Formola ta’ Applikazzjoni

rata fissa tal-kostijiet indiretti: 4 % tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal (kategorija A)

VAT: VAT li ma jistax jitnaqqas huwa eliġibbli (iżda jekk jogħġbok innota li mill-2013 il-VAT imħallas mill-benefiċjarji li huma korpi pubbliċi li jaġixxu bħala awtorità pubblika MHUWIEX eliġibbli)

divers:

kontribuzzjonijiet in natura bla ħlas huma permessi, iżda newtrali f’termini ta’ kostijiet, jiġifieri ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala kost

laqgħa tal-bidu: il-kostijiet għal-laqgħa tal-bidu organizzata mill-awtorità awtorizzanti huma eliġibbli (il-kostijiet tal-ivvjaġġar għal massimu ta’ 2 persuni, il-biljett tar-ritorn lejn Brussell u l-akkomodazzjoni għal lejl wieħed) biss jekk il-laqgħa ssir wara d-data tal-bidu tal-proġett stabbilita fil-Ftehim ta’ Għotja; id-data tal-bidu tista’ tinbidel permezz ta’ emenda, jekk ikun meħtieġ

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn partijiet terzi, speċifikament biex jintużaw għall-kostijiet li huma eliġibbli taħt l-azzjoni mhumiex permessi, ħlief jekk jingħataw mill-membri tal-organizzazzjoni tal-benefiċjarju.

L-arranġamenti tar-rappurtar u tal-pagamenti

L-arranġamenti tar-rappurtar u tal-pagament huma stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda ta’ Data, il-punt 4 u l-artikolu 21 u 22).

Wara l-firma tal-għotja, inti intitolat li tirċievi ħlas inizjali biex tibda taħdem fuq il-proġett (float ta’ normalment 20% tal-ammont massimu tal-għotja).

L-organizzazzjoni proponenti tista’ tissottometti applikazzjoni għal ħlas inizjali lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

Il-ħlas inizjali għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni proponenti tkun iddepożitat garanzija ugwali għall-ammont ta’ dak l-avvanz favur l-Istat Membru skont il-Kapitolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (20).

Se jkun hemm pagament interim (b’rappurtar dettaljat tal-kostijiet) fl-aħħar ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni kompluta tal-azzjoni.

L-applikazzjonijiet għall-ħlas interim għandhom jitressqu mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

L-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ għandhom jitressqu mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831. L-Istat Membru se jikkalkula l-ammont finali tal-għotja tiegħek. Jekk it-total tal-ħlas bikri jkun ogħla mill-ammont finali tal-għotja, l-Istat Membru se jitlob lill-koordinatur iħallas lura d-differenza (irkupru).

Il-pagamenti kollha se jsiru lill-koordinatur, jekk ikun hemm.

Ċertifikati

Skont it-tip ta’ azzjoni, id-daqs tal-ammont tal-għotja u t-tip ta’ benefiċjarji, tista’ tintalab tissottometti ċertifikati differenti. It-tipi, l-iskedi u l-limiti stabbiliti għal kull ċertifikat huma stabbiliti fil-ftehim tal’ għotja (Skeda ta’ Data, il-punt 4 u l-artikolu 24).

Sistema ta’ responsabbiltà għall-irkupri

Is-sistema ta’ responsabbiltà għall-irkupri se tiġi stabbilita fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda ta’ Data il-punt 4.4 u l-artikolu 22).

Għall-benefiċjarji, hija waħda minn dawn li ġejjin:

obbligazzjoni in solidum limitata b’limiti massimi individwali — kull benefiċjarju sal-ammont massimu tal-għotja tiegħu

obbligazzjoni mhux kondizzjonati u obbligazzjoni in solidum — kull benefiċjarju sal-ammont massimu tal-għotja għall-azzjoni

jew

responsabbiltà finanzjarja individwali — kull benefiċjarju għad-djun tiegħu biss.

Dispożizzjonijiet dwar l-implimetazzjoni tal-proġett

Regoli ta’ sigurtà: ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (l-artikolu 13)

Regoli tal-etika: ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (l-artikolu 14)

Regoli tad-DPI: ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (l-artikolu 16 u l-Anness 5)

lista ta’ sfond: Iva

drittijiet ta’ użu fuq ir-riżultati: Iva

Komunikazzjoni, disseminazzjoni u viżibilità tal-finanzjament: ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (l-artikolu 17 u l-Anness 5)

attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ disseminazzjoni addizzjonali Iva

logo speċjali: Iva

Regoli speċifiċi għat-twettiq tal-azzjoni: ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (l-artikolu 18 u l-Anness 5)

regoli speċifiċi għal kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli

regoli speċifiċi għal appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

Nuqqas ta’ konformità u ksur tal-kuntratt

Il-Ftehim ta’ Għotja (il-kapitolu 5) jipprevedi l-miżuri li nistgħu nieħdu f’każ ta’ ksur tal-kuntratt (u kwistjonijiet oħra ta’ nuqqas ta’ konformità).

Image 6 Għal aktar informazzjoni, ara AGA — Ftehim ta’ Għotja Annotat.

11.   Għajnuna

Kemm jista’ jkun, jekk jogħġbok ipprova sib it-tweġibiet li għandek bżonn int stess , f’din id-dokumentazzjoni u f’dokumentazzjoni oħra (għandna riżorsi limitati biex nittrattaw il-mistoqsijiet diretti):

Manwal Online

Mistoqsijiet frekwenti fuq il-Paġna tas-suġġett (għal mistoqsijiet speċifiċi għas-sejħa)

Mistoqsijiet frekwenti fuq il-Portal (għal mistoqsijiet ġenerali)

Mistoqsijiet frekwenti speċifiċi dwar il-Politika ta’ promozzjonihttps://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html)

Jekk jogħġbok ikkonsulta wkoll il-Paġna tas-suġġett regolarment, peress li se nużawha biex nippubblikaw l-aġġornamenti tas-sejħa.

Ikkuntattja

Għal mistoqsijiet individwali dwar is-Sistema ta’ Sottomissjoni tal-Portal, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-IT.

Mistoqsijiet mhux relatati mal-IT għandhom jintbagħtu fl-indirizz elettroniku li ġej: CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu

Jekk jogħġbok indika b’mod ċar ir-referenza tas-sejħa u s-suġġett li magħhom hija relatata l-mistoqsija tiegħek (ara l-paġna ta’ quddiem).

12.   Importanti

Image 7 IMPORTANTI

Tistenniex sal-aħħar — Lesti l-applikazzjoni tiegħek biżżejjed qabel l-iskadenza biex tevita kwalunkwe problema teknika tal-aħħar minuta. Problemi minħabba sottomissjonijiet tal-aħħar minuta (eż. konġestjoni, eċċ) se jkunu kompletament f’riskju għalik. L-iskadenzi għas-sejħiet MA JISTGĦUX jiġu estiżi.

Ikkonsulta l-paġna tas-Suġġett tal-Portal regolarment. Se nużawha biex nippubblikaw aġġornamenti u informazzjoni addizzjonali dwar is-sejħa (aġġornamenti tas-sejħa u tas-suġġett).

Sistema ta’ Skambju Elettroniku tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti — Bis-sottomissjoni tal-applikazzjoni, il-parteċipanti kollha jaċċettaw li jużaw is-sistema ta’ skambju elettroniku skont it-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Portal.

Reġistrazzjoni — Qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni, il-benefiċjarji kollha għandhom ikunu rreġistrati fir-Reġistru tal-Parteċipanti. Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-parteċipant (PIC) (wieħed għal kull parteċipant) huwa obbligatorju għall-Formola ta’ Applikazzjoni. Is-sħab assoċjati jistgħu jirreġistraw aktar tard (mhux aktar tard matul it-tħejjija tal-għotja).

Rwoli tal-konsorzju — Meta tistabbilixxi l-konsorzju tiegħek, għandek taħseb dwar organizzazzjonijiet li jgħinuk tilħaq l-objettivi u ssolvi l-problemi.

Ir-rwoli għandhom jiġu attribwiti skont il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-proġett. Il-parteċipanti ewlenin għandhom jipparteċipaw bħala benefiċjarji; entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw bħala sħab assoċjati, sottokuntratturi, partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet in natura. Is-sħab assoċjati u l-partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għandhom iġarrbu l-kostijiet tagħhom stess (dawn mhux se jsiru riċevituri formali tal-finanzjament tal-UE). Is-sottokuntrattar għandu jsir minn partijiet terzi (mhux minn wieħed mill-benefiċjarji).

Koordinatur — F’għotjiet multibenefiċjarj, il-benefiċjarji jipparteċipaw bħala konsorzju (grupp ta’ benefiċjarji). Huma se jkollhom jagħżlu koordinatur, li se jieħu ħsieb il-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-proġett u li se jirrappreżenta l-konsorzju lejn l-awtorità awtorizzanti. F’għotjiet b’benefiċjarju wieħed, il-benefiċjarju uniku awtomatikament se jkun il-koordinatur.

Sħab assoċjati — L-applikanti jistgħu jipparteċipaw ma’ sħab assoċjati (jiġifieri organizzazzjonijiet sħab li jipparteċipaw fl-azzjoni iżda mingħajr id-dritt li jingħataw flus għall-għotjiet). Huma jipparteċipaw mingħajr finanzjament u għalhekk ma għandhomx għalfejn jiġu vvalidati.

Ftehim ta’ konsorzju — Għal raġunijiet prattiċi u legali huwa rrakkomandat li jiġu stabbiliti arranġamenti interni li jippermettulek tittratta ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti (fil-każijiet kollha, anki jekk mhux obbligatorji skont il-Ftehim ta’ Għotja). Il-ftehim tal-konsorzju jagħtik ukoll il-possibbiltà li tqassam mill-ġdid il-flus tal-għotja skont il-prinċipji u l-parametri interni tal-konsorzju tiegħek stess (eż., benefiċjarju wieħed jista’ jrodd lura l-flus tal-għotja lil benefiċjarju ieħor). Għalhekk, il-ftehim tal-konsorzju jippermettilek tippersonalizza l-għotja tal-UE għall-ħtiġijiet fil-konsorzju tiegħek u jista’ jgħin ukoll biex jipproteġik f’każ ta’ tilwim.

Baġit ibbilanċjat tal-proġett — L-applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jiżguraw baġit tal-proġett ibbilanċjat u biżżejjed riżorsi oħra biex il-proġett jiġi implimentat b’suċċess (eż. kontribuzzjonijiet proprji, dħul iġġenerat mill-azzjoni, kontribuzzjonijiet finanzjarji minn partijiet terzi, eċċ). Tista’ tintalab tnaqqas l-istima tal-kostijiet tiegħek, jekk dawn ma jkunux eliġibbli (inkluż eċċessivi).

Ir-regola li tipprojbixxi l-profitt— L-għotjiet MA JISTGĦUX jagħtu profitt (jiġifieri surplus ta’ dħul + għotja Komunitarja fuq il-kostijiet). Dan se jiġi ċċekkjat minna fi tmiem il-proġett.

L-ebda finanzjament doppju — Hemm projbizzjoni stretta ta’ finanzjament doppju mill-baġit tal-UE (ħlief taħt sejħiet ta’ Sinerġiji tal-UE). Barra minn sejħiet ta’ Sinerġiji bħal dawn, kwalunkwe azzjoni partikolari tista’ tirċievi għotja WAĦDA biss mill-baġit tal-UE u l-elementi ta’ kost taħt L-EBDA ċirkostanza ma jistgħu jiġu ddikjarati għal żewġ azzjonijiet differenti tal-UE.

Proġetti kompletati/li għadhom għaddejjin - Il-proposti għal proġetti li diġà tlestew se jiġu miċħuda; proposti għal proġetti li diġà bdew se jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ (f’dan il-każ, l-ebda kost ma jista’ jiġi rimborżat għal attivitajiet li seħħew qabel id-data tal-bidu tal-proġett/sottomissjoni tal-proposta).

Kombinazzjoni ma’ għotjiet operattivi tal-UE — Kombinazzjoni ma’ għotjiet operattivi tal-UE hija possibbli, jekk il-proġett jibqa’ barra mill-programm ta’ ħidma ta’ għotja operattiva u tiżgura li l-elementi ta’ kost ikunu separati b’mod ċar fil-kontabilità tiegħek u MHUX iddikjarati darbtejn (ara AGA — Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja Annotat, l-artikolu 6.2.E).

Proposti multipli — L-applikanti jistgħu jissottomettu aktar minn proposta waħda għal proġetti differenti taħt l-istess sejħa (u jingħataw finanzjament għalihom).

L-organizzazzjonijiet jistgħu jipparteċipaw f’diversi proposti.

IŻDA: jekk ikunu diversi proposti għall-istess proġett/proġett simili ħafna, applikazzjoni waħda biss se tiġi aċċettata u evalwata; l-applikanti se jintalbu jirtiraw waħda minnhom (jew se tiġi miċħuda).

Sottomissjoni mill-ġdid — Il-proposti jistgħu jinbidlu u jiġu sottomessi mill-ġdid sal-iskadenza għas-sottomissjoni.

Rifjut — Bit-tressiq tal-applikazzjoni, l-applikanti kollha jaċċettaw il-kundizzjonijiet tas-sejħa stabbiliti f’dan id-Dokument ta’ Sejħa (u d-dokumenti li jirreferi għalihom). Proposti li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet tas-sejħa kollha se jiġu rrifjutati. Dan japplika wkoll għall-applikanti: L-applikanti kollha jeħtieġ li jissodisfaw il-kriterji; jekk xi ħadd minnhom ma jagħmilx dan, għandhom jiġu sostitwiti jew il-proposta kollha se tiġi rrifjutata.

Kanċellazzjoni — Jista’ jkun hemm ċirkostanzi li jistgħu jirrikjedu li s-sejħa tiġi kkanċellata. F’dan il-każ, se tiġi infurmat permezz ta’ telefonata jew aġġornament tas-suġġett. Jekk jogħġbok innota li l-kanċellazzjonijiet huma mingħajr intitolament għal kumpens.

Lingwa — Tista’ tissottometti l-proposta tiegħek fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Madankollu, għal raġunijiet ta’ effiċjenza, aħna nirrakkomandaw ħafna li tuża l-Ingliż.

Trasparenza — Skont l-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE , l-informazzjoni dwar l-għotjiet tal-UE mogħtija tiġi ppubblikata kull sena fuq is-sit web Europa.

Dan jinkludi:

l-ismijiet tal-benefiċjarju

l-indirizzi tal-benefiċjarju

l-iskop li għalih ingħatat l-għotja

l-ammont massimu li ngħata.

Il-pubblikazzjoni tista’ tiġi rrinunzjata b’mod eċċezzjonali (fuq talba motivata u debitament sostanzjata), jekk ikun hemm riskju li d-divulgazzjoni tista’ tipperikola d-drittijiet u l-libertajiet tiegħek skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jew tagħmel ħsara lill-interessi kummerċjali tiegħek.

Protezzjoni tad-data — Is-sottomissjoni ta’ proposta taħt din is-sejħa tinvolvi l-ġbir, l-użu u l-ipproċessar ta’ data personali. Din id-data se tiġi pproċessata skont il-qafas legali applikabbli. Din se tiġi pproċessata biss għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-proposta tiegħek, il-ġestjoni sussegwenti tal-għotja tiegħek u, jekk ikun meħtieġ, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-komunikazzjoni tal-programm. Id-dettalji huma spjegati fid-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2020) 8835 final tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2021 u d-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Promozzjoni ta’ Prodotti Agrikoli.

(6)  COM(2007) 279 finali, 30.5.2007.

(*1)  Programm sempliċi dwar “il-frott u l-ħaxix” għas-suq intern huwa eliġibbli wkoll taħt suġġetti oħra. Il-messaġġ ta’ kampanji dwar il-frott u l-ħaxix taħt suġġetti oħra mmirati lejn is-suq intern għandu jkun differenti milli jenfasizza l-benefiċċji tal-konsum tal-frott u l-ħaxix f’dieta bilanċjata u xierqa (ħlief jekk il-frott u l-ħaxix ikunu assoċjati ma’ prodott(i) ieħor (oħra)).

(*2)  Il-programmi mmirati lejn il-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDC) skont il-lista tan-NU disponibbli fuqhttps://www.un.org/development/desa/dpad/wp-content/uploads/sites/45/publication/ldc_list.pdf għandhom ikunu koerenti mal-objettivi tal-iżvilupp tal-UE. L-applikanti se jintalbu jissottomettu l-valutazzjoni tagħhom stess li tispjega għaliex il-programm ta’ promozzjoni propost mhux se jaffettwa b’mod negattiv l-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp tal-UE fil-pajjiż l-anqas żviluppat immirat mill-programm ta’ promozzjoni.

(*3)  Il-programmi sempliċi li jippromwovu prodotti organiċi f’pajjiżi terzi għandhom japplikaw taħt is-suġġett AGRIP- SIMPLE-2021-TC-ORGANIKU. Dawn ma jistgħux japplikaw taħt suġġetti oħra, ħlief jekk il-prodotti organiċi jiġu kkombinati ma’ prodotti oħra.

(7)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(8)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.

(9)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(10)  Ara l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE 2018/1046.

(11)  Għad-definizzjonijiet, ara l-Artikoli 187(2) u 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE 2018/1046.

(12)  Jekk jogħġbok innota li l-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fih il-lista uffiċjali u, f’każ ta’ kunflitt, il-kontenut tagħha jipprevali fuq dak tal-Mappa tas-Sanzjonijiet tal-UE.

(13)  Il-linji gwida tal-Kummissjoni Nru 2013/C 205/05 dwar l-eliġibbiltà ta’ entitajiet Iżraeljani u l-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 967 għal għotjiet, premji u strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-UE mill-2014 ’il quddiem (ĠU C 205, 19.7.2013, p. 9).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa magħmula fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).

(15)  “Entitajiet konnessi” huma entitajiet li għandhom rabta mal-benefiċjarju, b’mod partikolari, rabta legali jew kapitali, li la hija limitata għall-azzjoni u lanqas stabbilita għall-iskop uniku tal-implimentazzjoni tagħha.

(16)  Ara l-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE 2018/1046.

(17)  Imġiba professjonali ħażina tinkludi: ksur tal-istandards etiċi tal-professjoni, imġiba ħażina b’impatt fuq il-kredibbiltà professjonali, dikjarazzjonijiet foloz/rappreżentazzjoni falza ta’ informazzjoni, parteċipazzjoni f’kartell jew ftehim ieħor li jfixkel il-kompetizzjoni, ksur tad-DPI, tentattiv biex jiġu influwenzati l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew biex tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali mill-awtoritajiet pubbliċi biex jinkiseb vantaġġ.

(18)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(19)  Ara l-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE 2018/1046.

(20)  ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18.


Top