EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2020/216/12

Sejħa għal proposti għal għotjiet għal programmi multipli ta’ promozzjoni li jikkonċernaw prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi biex tiġi restawrata s-sitwazzjoni tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 2020/C 216/12

PUB/2020/521

OJ C 216, 30.6.2020, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/20


Sejħa għal proposti għal għotjiet għal programmi multipli ta’ promozzjoni li jikkonċernaw prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi biex tiġi restawrata s-sitwazzjoni tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014

(2020/C 216/12)

Bil-preżenti qiegħed jingħata avviż tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti għal programmi multipli ta’ promozzjoni ppubblikati taħt il-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli sabiex tiġi restawrata s-sitwazzjoni tas-suq fis-settur.

Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 5 miljun.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposti hija s-27 ta’ Awwissu 2020.

It-test sħiħ tas-sejħa huwa disponibbli fuq il-portal tal-Finanzjament u Offerti (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home) flimkien ma’ gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. L-informazzjoni rilevanti kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess portal.


Top