EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2020/053/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2020/C 53/04

PUB/2020/132

OJ C 53, 17.2.2020, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2020/C 53/04)

Image 1

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Litwanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Litwanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Aukštaitija (mis-sensiela ta’ Reġjuni Etnografiċi Litwanjani)

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-arma b’kavallier liebes il-kurazza li għandu xabla f’idu il-leminija. L-arma hija miżmuma minn żewġ anġli, li simbolikament qed jeżaltaw u jipproteġu l-Aukštaitija – wieħed mir-reġjuni l-aktar importanti tal-Litwanja u minn twieled l-istat tal-Litwanja.

Taħt hemm l-iskrizzjoni PATRIAM TUAM MUNDUM EXISTIMA (QIS IL-PATRIJA TIEGĦEK BĦALA D-DINJA KOLLHA).

Id-disinn huwa mdawwar bl-iskrizzjonijiet: “LIETUVA” (l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ), “AUKŠTAITIJA”, is-sena tal-ħruġ “2020” u l-marka taz-zekka taz-Zekka Litwanjana.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Id-data tal-ħruġ: It-tielet kwart tal-2020


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top