EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/409/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni2019/C 409/06

PUB/2019/170

OJ C 409, 5.12.2019, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/53


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 409/06)

Image 1

Wiċċ nazzjonali għall-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Andorra

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Andorra

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 600 sena tal-Kunsill tal-Art

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn jikkommemora s-600 anniversarju tal-ħolqien tal-Consell de la Terra (il-Kunsill tal-Art). Kien korp rappreżentattiv li nħoloq fl-1419, il-preċedessur tal-Consell General (il-Kunsill Ġenerali), il-Parlament ta’ Andorra.

Id-disinn juri l-parti ta’ fuq tal-portal fid-daħla tal-Casa de la Vall (is-sede antika tal-Parlament), bl-arma tal-pajjiż u parti żgħira mit-tieqa ta’ fuqha. Żewġ gruppi kompatti ta’ wċuħ tan-nies fuq iż-żewġ naħat tad-disinn, bħallikieku huma l-ġebel tal-bini, ifissru l-koeżjoni tan-nies ta’ Andorra bħala komunità soċjali unita fl-istorja, l-istituzzjonijiet u l-valuri.

L-iskrizzjoni “600 ANYS DEL CONSELL DE LA TERRA” (600 sena tal-Kunsill tal-Art) fuq in-naħa ta’ fuq, u l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita, “ANDORRA” u s-snin “1419” u “2019” it-tnejn fin-nofs tan-numru “600” fuq in-naħa ta’ isfel, jikkompletaw id-disinn.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 60 000

Data tal-ħruġ: Fir-raba’ kwart tal-2019


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top