EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2019/382/08
CALL FOR PROPOSALS 2020 — EAC/A03/2019 European Solidarity Corps2019/C 382/08
Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A03/2019 Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà2019/C 382/08
Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A03/2019 Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà2019/C 382/08
OJ C 382, 11.11.2019, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/23 |
Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A03/2019
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2019/C 382/08)
1. Introduzzjoni u Għanijiet
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (1), kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2020 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkopri l-perjodu bejn l-2018 u l-2020. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jinsabu fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
— |
Proġetti ta’ Volontarjat |
— |
Sħubiji ta’ Volontarjat (ftehimiet speċifiċi għall-2020 skont l-FPA 2018–2020) (2) |
— |
Timijiet ta’ Voluntiera f’oqsma ta’ prijorità għolja |
— |
Traineeships u Impjiegi |
— |
Proġetti ta’ Solidarjetà |
— |
Tikketta tal-Kwalità |
3. Eliġibbiltà
Kwalunkwe korp pubbliku jew privat jista’ japplika għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (3). Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għall-Proġetti ta’ Solidarjetà.
Il-korp Ewropew ta’ Solidarjetà huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:
It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn:
— |
pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja; |
— |
il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, is-Serbja u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq; |
— |
il-Pajjiżi sħab. |
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura, b’mod partikolari, li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tibqax tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn ikun possibbli) jew tiġi mitlub titlaq mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim tal-għotja dwar it-terminazzjoni.
4. Baġit u durata tal-proġetti
L-implimentazzjoni ta’ din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit għall-2020 wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità tal-baġit jew, jekk il-baġit ma jiġix adottat, kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 117 650 000 u huwa bbażat fuq il-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu, huwa indikattiv, u jista’ jiġi mmodifikat soġġett għal emenda tal-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq:
|
[https://ec.europa.eu/youth/annual-work-programmes_en] fir-rigward tal-baġit għal kull azzjoni koperta mis-sejħa. |
Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Proġetti ta’ Volontarjat |
fil-5 ta’ Frar 2020. |
fit-30 ta’ April 2020. |
|
fl-1 ta’ Ottubru 2020. |
|
Sħubiji ta’ Volontarjat (ftehimiet speċifiċi għall-2020 skont l-FPA 2018–2020) |
fit-30 ta’ April 2020. |
Timijiet ta’ Voluntiera f’oqsma ta’ prijorità għolja |
fis-17 ta’ Settembru2020. |
Traineeships u Impjiegi |
fil-5 ta’ Frar 2020. |
fit-30 ta’ April 2020. |
|
fl-1 ta’ Ottubru 2020. |
|
Proġetti ta’ Solidarjetà |
fil-5 ta’ Frar 2020. |
fit-30 ta’ April 2020. |
|
fl-1 ta’ Ottubru 2020. |
L-applikazzjonijiet għat-Tikketta ta’ Kwalità jistgħu jitressqu fuq bażi kontinwa.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet.
6. Dettalji sħaħ
Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inklużi l-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 fis-sit web li ġej:
|
https://ec.europa.eu/youth/solidarity-corps |
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) ĠU L 250, 4.10.2018, p. 1.
(2) Dawk l-organizzazzjonijiet parteċipanti li ffirmaw Ftehim Qafas ta’ Sħubija għall-2018-2020 biss huma eliġibbli biex japplikaw taħt din l-azzjoni.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà applikabbli għall-azzjonijiet individwali koperti minn din is-sejħa.