EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/251/02

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-2019 għall-“Premju Altiero Spinelli għall-Komunikazzjoni”

OJ C 251, 26.7.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/2


Is-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-2019

għall-“Premju Altiero Spinelli għall-Komunikazzjoni”

(2019/C 251/02)

Għat-tielet sena konsekuttiva, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport nieda Sejħa għall-Applikazzjonijiet għall-“Premju Altiero Spinelli għall-Komunikazzjoni” tal-Unjoni Ewropea.

Din is-sejħa qed issir bil-għan li tippremja l-aqwa xogħlijiet li jtejbu l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE u li jgħinu fit-twessigħ tal-appartenenza għall-proġett Ewropew. Fl-2019 il-Premju qed jiffoka fuq iż-żgħażagħ.

Se jingħataw sa sittax-il premju ta’ EUR 25 000 kull wieħed.

Din is-sejħa hi miftuħa għal:

Individwi (persuni fiżiċi) li huma ċittadini tal-UE;

Entitajiet legali mhux governattivi li huma stabbiliti u bbażati fi Stat Membru tal-UE.

Is-sejħa mhix miftuħa għall-awtoritajiet pubbliċi.

L-applikazzjonijiet iridu jaslu sal-29 ta’ Ottubru 2019 fil-17:00 CET.

L-informazzjoni rilevanti u l-formoli tal-applikazzjoni jinsabu kollha fuq:

https://ec.europa.eu/education/resources-and-tools/funding-opportunities/altiero-spinelli-prize-for-outreach-call-for-applications-2019


Top