EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/177A/01

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/373/19 — Amministraturi (AD 5)

OJ C 177A , 23.5.2019, p. 1–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 177/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AD/373/19 — AMMINISTRATURI (AD 5)

(2019/C 177 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Il-25 ta’ Ġunju 2019 f’12:00 (nofsinhar), CET

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva u li minnha l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ amministraturi ”(grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura ta' selezzjoni.

Ara l-ANNESS II biex taqra r-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula: 147

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

Ir-rwol ġenerali tal-amministraturi huwa li jagħtu appoġġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fit-twettiq tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità tagħhom.

L- AD 5 huwa l-grad li fih l-iżjed gradwati jibdew il-karriera tagħhom bħala amministraturi fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Jekk wara din il-kompetizzjoni tiġi rreklutat, bħala parti minn tim, inti twettaq wieħed minn tliet tipi ewlenin ta' xogħol fl-istituzzjonijiet tal-UE:

1.

it-tfassil tal-politika,

2.

il-funzjoni operazzjonali,

3.

il-ġestjoni tar-riżorsi

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Il-formola tal-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ (2) partijiet, li kull waħda minnhom għandha l-iskadenza tagħha, deskritti hawn taħt. Trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA li ġejjin fid-data tal-għeluq tal-ewwel parti applikazzjonijiet onlajn . Tul il-kompetizzjoni, l-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-bord tas-selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà msemmija hawn taħt.

1)    Kundizzjonijiet ġenerali:

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta' Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għad-dmirijiet ikkonċernati

2)    Kundizzjonijiet speċifiċi - lingwi:

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE ; b’għarfien profond (livell C1) f’tal-anqas waħda minnhom u għarfien sodisfaċenti fl-oħra (livell minimu B2).

Jekk jogħġbok kun af li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) kif mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn l-abbiltajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr.

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt

Lingwa 2: il-lingwa użata għat-test tal-valutazzjoni sitwazzjonali, fl-eżerċizzju e-tray, it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni u fil-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li ppreżentaw applikazzjoni valida. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Għall-iskop ta’ din il-kompetizzjoni, l-EPSO beħsiebu joffri bħala lingwa 2 il-ħames (5) lingwi ddikjarati l-iktar spiss minn kandidati fil-livell B2 jew ogħla fl-ewwel parti tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, filwaqt li jikkunsidra wkoll il-ħtiġijiet tas-servizzi kif deskritt hawn taħt .

Għalfejn għandi nagħżel il-lingwa 2 tiegħi minn numru limitat ta’ lingwi?

Għal raġunijiet prattiċi u ta’ organizzazzjoni, mhuwiex fattibbli li jiġi offrut ittestjar f’ 24 lingwa f’kull stadju tal-kompetizzjoni. Il-metodoloġija taċ-ċentru ta’ valutazzjoni tirrikjedi, b’mod partikolari, li l-kandidati jaħdmu fi gruppi u jiġu vvalutati permezz ta’ bord tas-selezzjoni komuni kompost minn numru limitat ta’ membri, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali.

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-uniformità fit-tqabbil tal-kandidati, l-EPSO u l-Bord tas-Selezzjoni jaħdmu f’għadd limitat ta’ lingwi funzjonali.

Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-isforz u r-riżorsi għal kull lingwa addizzjonali jkunu proporzjonali mal-għadd ta’ kandidati supplimentari li jistgħu japplikaw għall-kompetizzjoni jekk tiġi offruta lingwa addizzjonali.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-EPSO u l-istituzzjonijiet tal-UE qablu li sa massimu ta’ ħames (5) lingwi jistgħu jiġu offruti bħala lingwa 2.

Għal dawn l-istess raġunijiet, huwa raġonevoli li tiġi limitata l-lingwa ta’ komunikazzjoni bejn il-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida u l-istituzzjonijiet.

Kif jiġu stabbiliti l-lingwi li għandhom jintgħażlu bħala lingwa 2?

L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġu li r-reklutati l-ġodda jkunu immedjatament kapaċi li jikkomunikaw b’mod effiċjenti fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum b’firxa wiesgħa ta’ rappreżentanza tal-kollegi tagħhom u l-partijiet interessati. Il-funzjonament effiċjenti tal-istituzzjoni jkun f’riskju li jiddgħajjef serjament jekk dan ma jkunx il-każ.

Sabiex jiġi inkluż massimu ta’ applikanti li għandhom waħda mill-ħames lingwi funzjonali permessa għal dan ta’ hawn fuq, il-kandidati huma mistiedna jiddikjaraw l-ilsna uffiċjali kollha tal-UE li għandhom għarfien tagħhom fil-livell minimu meħtieġ, inkluża l-lingwa ewlenija tagħhom. L-EPSO mbagħad jikkonsolida kull applikazzjoni vvalidata mill-ewwel skadenza biex jikklassifika l-lingwi ddikjarati fil-livell B2 jew ogħla f’ordni li jiċkien. Wara dan, l-EPSO se jaqsam l-informazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija tiegħu u d-dipartimenti tar-Riżorsi Umani ta’ kull Istituzzjoni li talbet kandidati magħżula minn din il-kompetizzjoni, sabiex jitqabblu l-ħtiġijiet operattivi u lingwistiċi attwali tas-servizzi kollha ta’ reklutaġġ bil-lingwi ddikjarati mill-kandidati. Fuq il-bażi ta’ dan it-tqabbil, l-Istituzzjonijiet u l-EPSO jaqblu dwar il-ħames (5) lingwi li għandhom jiġu offruti bħala lingwa 2 f’din il-kompetizzjoni, f’konformità mal-interess tas-servizzi. Il-ħames (5) lingwi li fihom isiru t-test tal-valutazzjoni sitwazzjonali, l-e-tray u ċ-ċentru ta’ valutazzjoni (il-lingwa 2) jiġu stabbiliti formalment mill-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra u jiġu kkomunikati lilek fi żmien qasir wara d-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni .

3)    Kundizzjonijiet speċifiċi - kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol:

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal mill-inqas tliet (3) snin ta' studji universitarji li tlestew, iċċertifikati b’diploma (li trid tingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2019)

Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

KIF NINTGĦAŻEL?

1)    Il-proċess tal-applikazzjoni

Il-formola tal-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet; tista’ tagħżel kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE meta timla ż-żewġ partijiet tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek:

i)

l-ewwel parti trid titlesta sad-data tal-iskadenza għar-reġistrazzjoni msemmija f’dan l-avviż.

Meta timla l-ewwel parti tal-formola ta’ applikazzjoni, tintalab tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u tindika l-livell ta’ għarfien tiegħek ta’ kull lingwa uffiċjali tal-UE li għandek tal-inqas kmand bażiku tagħhom bil-miktub u bil-kliem . Madankollu innota li biex l-applikazzjoni tiegħek tkun eliġibbli, trid tiddikjara minimu ta’ żewġ (2) lingwi; waħda f’livell C1 u l-oħra fil-livell minimu ta’ B2.

Ftit wara l-iskadenza għar-reġistrazzjoni, il-ħames (5) lingwi offruti bħala Lingwa 2 se jiġu kkomunikati lilek.

Jekk ma ddikjarajtx fl-ewwel parti tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, l-għarfien fil-livell B2 jew livell ogħla għal kwalunkwe waħda mill-ħames (5) lingwi offruti tiġi skwalifikat mill-kompetizzjoni.

Bil-validazzjoni tal-ewwel parti tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”

ii)

Jekk mill-inqas waħda mil-lingwi, li fiha ddikjarajt għarfien fil-livell B2 jew aktar fl-ewwel parti tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, hija fost il-ħames (5) lingwi offruti bħala l-lingwa 2, tkun mistieden tlesti t-tieni parti tal-formola tal-applikazzjoni. L-istedina tistabbilixxi skadenza obbligatorja għat-tlestija ta’ din il-parti. Hawnhekk tkun mistoqsi tipprovdi aktar informazzjoni rilevanti għal din il-kompetizzjoni (pereżempju diplomi jew esperjenza ta’ xogħol). Trid tagħżel il-lingwi 1 u 2 tiegħek minn fost il-lingwi li tkun diġà ddikjarajt fl-ewwel parti tal-formola ta’ applikazzjoni. Il-lingwa 1 tiegħek tista’ tkun kull waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-lingwa 2 tiegħek minn fost il-ħames (5) lingwi offruti.

Meta tivvalida kull parti mill-formola ta’ applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista' tagħmel bidliet oħra.

Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-ewwel u t-tieni partijiet tal-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenzi rispettivi .

Kun af li l-formola tal-applikazzjoni kollha tiegħek se tiġi aċċessata mill-Bord tas-Selezzjoni (matul il-kompetizzjoni) u mis-servizzi tal-HR tal-Istituzzjonijiet Ewropej (għar-reklutaġġ fil-każ li inti tkun fost il-kandidati ammessi) li joperaw b’għadd limitat ta’ lingwi ta’ ħidma kif spjegat aktar ’il fuq.

F’każ li jirnexxilek tgħaddi mill-kompetizzjoni u ismek jitqiegħed fuq il-lista ta’ riżerva, inti tintalab tipprovdi traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa 2 tiegħek (magħżula minn fost il-ħames (5) lingwi offruti)) lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk tkun użajt xi lingwa oħra biex timla l-formola tal-applikazzjoni.

2)    Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) fuq il-kompjuter

Jekk tivvalida t-tieni parti tal-formula tal-applikazzjoni tiegħek fi żmien l-iskadenza, tiġi mistieden sabiex tagħmel serje ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar ikunu limitati .

It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

It-testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Durata

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

18-il min

5/10

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 min

5/10

Raġunament astratt

Lingwa 1

20 mistoqsija

20 min

10/20

Valutazzjoni sitwazzjonali

Lingwa 2

20 mistoqsija

30 min

24/40

Ir-riżultati tat-testijiet tar-raġunament verbali u numeriku ma jitqisux fil-kalkolu tal-marka tat-testijiet MCQ globali tiegħek; madankollu, trid iġġib il-marki minimi meħtieġa fit-testijiet kollha u tikseb waħda mill- ogħla marki globali kkombinati għat-testijiet ta’ raġunament astratt u ta’ valutazzjoni sitwazzjonali sabiex tkun tista’ tikkwalifika għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

Bejn wieħed u ieħor 10 darbiet , iżda mhux aktar minn 11-il darba , in-numru ta' kandidati li jgħaddu jiġu mistiedna għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. In-numru eżatt jiġi definit mid-Direttur tal-EPSO bħala Awtorità tal-Ħatra u jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-EPSO.

3)    It-test intermedjarju: l-eżerċizzju e-tray

Jekk int għaddejt mit-testijiet MCQ bil-kompjuter, u għandek waħda mill- ogħla marki globali kkombinati fit-testijiet tar-raġunament astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali, tiġi mistieden sabiex tagħmel l-eżerċizzju e-tray fil- lingwa 2 tiegħek f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

L-eżerċizzju e-tray ikun magħmul minn bejn 15 u 25 mistoqsija u jivvaluta erba' kompetenzi ġenerali kif deskritti fil-matriċi tal-kompetenza taħt il-punt 4. Kull kompetenza tiġi mmarkata minn 0 sa 10 punti. Trid tikseb waħda mill- ogħla marki globali kkombinati għal dan l-eżerċizzju sabiex tikkwalifika għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

Bejn wieħed u ieħor darbtejn (2), iżda mhux aktar minn 2,5 darba , in-numru ta' kandidati li jgħaddu meħtieġa jiġu mistiedna sabiex jagħmlu t-testijiet fiċ-ċentru ta' valutazzjoni.

4)    Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni

Jekk ġibt waħda mill- ogħla marki globali kkombinati fl-eżerċizzju e-tray, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata jew jumejn fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel testijiet fil- lingwa 2 tiegħek.

Sakemm ma tkunx avżat mod ieħor, trid iġġib stikka USB li jkun fiha kopji skenjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO se jniżżel il-files tiegħek matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtik lura l-istikka tal-USB fl-istess ġurnata.

Fiċ-ċentru ta' valutazzjoni jiġu ċċekkjat tmien kompetenzi ġenerali u l-motivazzjoni tiegħek biex tissieħeb fl-istituzzjonijiet tal-UE permezz ta’ ħames testijiet (studju ta’ każ, preżentazzjoni orali, intervista bbażata fuq il-kompetenza, eżerċizzju fi grupp u intervista motivazzjonali). Il-marki li wieħed iġib fit-testijiet ta’ kompetenza ġenerali jingħaddu flimkien mal-marki tal-e-tray li jkunu diġà nkisbu sabiex tinkiseb il-marka globali minn 0 sa 80, skont il-matriċi li ġejja:

Kompetenza

It-testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Preżentazzjoni orali

e-tray

2.

Komunikazzjoni

Preżentazzjoni orali

Studju ta' każ

3.

Kwalità u riżultati

Studju ta' każ

e-tray

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Studju ta' każ

e-tray

6.

Reżiljenza

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

7.

Ħidma ma' oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

e-tray

8.

Ħiliet ta' tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

Marki minimi meħtieġa: 3/10 għal kull kompetenza u 50/80 b’kollox.

Il-marki miksuba fl-intervista motivazzjonali jkunu miżjuda mal-marki miksuba f’testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni biex il-kandidati jingħataw il-marka globali finali tagħhom.

Taqsima

Marka minima meħtieġa

Intervista motivazzjonali

5/10

5)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja l-eliġibilità tal-kandidati mad-dokumenti ta’ sostenn tagħhom, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva - sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew - minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f'ordni alfabetiku.

Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta' suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f'lista ta' riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta' reklutaġġ.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha.

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista' taffettwa l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.

Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-websajt tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-regoli Ġenerali annessi ma' dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Innota li tista’ toħloq kont wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.

L-ewwel skadenza: applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:

Il-25 ta’ Ġunju 2019 f’12:00 (nofsinhar), CET

Il-perjodu li matulu t-tieni parti tal-formola ta’ applikazzjoni għandha timtela jiġi kkomunikat ftit wara l-ewwel data ta’ skadenza għal dawk il-kandidati mistednin biex jikkompletawha.


ANNESS I

KOMPITI

Id-dmirijiet ewlenin tal-kandidati li jgħaddu u li jiġu reklutati mil-lista ta’ riżerva ta’ din il-kompetizzjoni jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, u jinkludu:

1.   It-tfassil u l-iżvilupp tal-politiki

It-twettiq tal-analiżi u t-tfassil ta’ politiki fl-oqsma ta’ azzjoni tal-UE;

Is-segwiment u l-kontribuzzjoni b’mod proattiv għall-implimentazzjoni tal-politika f’politiki settorjali speċifiċi, u l-abbozzar ta’ noti ta’ analiżi politika u ta’ tgħarrif;

L-analiżi legali, ir-riċerka, il-pariri kif ukoll is-superviżjoni ta’ kwistjonijiet legali (pereżempju dwar kwistjonijiet interistituzzjonali, amministrattivi jew finanzjarji);

L-abbozzar, l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tal-atti legali amministrattivi;

L-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontributi miktuba jew orali.

2.   Il-funzjoni operattiva

It-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-programmi, tal-proġetti u tal-pjanijiet ta' azzjoni;

Il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-Istati Membri u ma' gruppi ta’ interess esterni;

Is-segwiment tal-koordinazzjoni bejn is-servizzi u l-istituzzjonijiet u l-konsultazzjoni dwar il-politiki Ewropej;

Il-koordinazzjoni ta' gruppi ta' ħidma stabbiliti mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati esterni l-oħra;

Il-koordinazzjoni mad-dipartimenti l-oħra u l-konsultazzjoni magħhom dwar kwistjonijiet legali;

L-abbozzar ta' kuntratti, il-preparazzjoni ta’ sejħiet għall-proposti u sejħiet għall-offerti, u sehem fil-monitoraġġ ta’ proposti u proġetti;

L-abbozzar, l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tad-dokumenti legali;

Il-kontribuzzjoni fil-komunikazzjoni esterna kif ukoll fir-rapportar u l-komunikazzjoni interna.

3.   Ġestjoni tar-riżorsi

It-tmexxija, is-sorveljanza u l-ottimizzar tal-użu tar-riżorsi tad-dipartiment inklużi l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir, skont il-piż tax-xogħol u l-iżvilupp tal-proġetti;

Il-monitoraġġ tal-proċeduri amministrattivi, finanzjarji u baġitarji;

Il-parteċipazzjoni fil-preparazzjoni tal-estimi baġitarji u fit-tfassil ta' rapporti u kontijiet annwali;

Il-ġestjoni ta’ riskji operattivi, strateġiċi, soċjali u baġitarji.

Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.    Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità / tal-paternità / tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.    Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.    Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:

posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks (+32 22998081); jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.    Komunikazzjoni mal-EPSO

Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.    Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza / l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati;

Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi / ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru / fil-fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors / l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.    Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.

4.2.    Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.    Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.    Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

EŻEMPJI TA' KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA' KOMPETIZZJONIJIET

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

PAJJIŻ

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta' perjodu ta' mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni universitarja (erba' snin jew aktar)

Belgique —

België —

Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d'enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature/Kandidaat

Graduat/Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d'études approfondies (DEA)

Diplôme d'études spécialisées (DES)

Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA eller BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta/National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile/University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht/Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d'études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d'études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d'ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d'ingénieur technicien

Master

Diplôme d'ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma's)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of „Ingenieur”

HBO/WO Master's degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom

Fachhochschuldiplom

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

Învățământ preuniversitar

Diplomă de licență

Diplomă de licență

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma

Magisterij

Specializacija

Doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus - Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto - Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto - Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto - Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa - studieveckor)

Maisterin tutkinto - Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto - Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa - studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen - antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


Top