EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/156/06

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2019 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

OJ C 156, 7.5.2019, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/4


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tat-30 ta’ April 2019

dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

(2019/C 156/06)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

billi, skont l-Artikolu 24(4) u (6) ta’ dawn ir-regoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tosserva l-jiem ta’ vaganza legali tal-post fejn għandha s-sede tagħha u li l-lista ta’ dawn il-jiem ta’ vaganza tiġi ppubblikata kull sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

billi d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Frar 2019, dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-18 ta’ Marzu 2019 (1),

billi, wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, id-9 ta’ Mejju (Jum l-Ewropa) ġie ddikjarat jum ta’ vaganza legali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, u dan mis-sena 2019 (2),

billi tqis li, konsegwentement, huwa meħtieġ li tiġi emendata d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq sabiex tiġi inkluża din id-data fil-lista tal-jiem ta’ vaganza legali tal-post fejn il-Qorti tal-Ġustizzja għandha s-sede tagħha,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

l-1 ta’ Jannar,

it-Tnejn ta’ wara l-Għid,

l-1 ta’ Mejju,

id-9 ta’ Mejju,

l-Axxensjoni,

it-Tnejn ta’ wara l-Pentekoste,

it-23 ta’ Ġunju,

il-15 ta’ Awwissu,

l-1 ta’ Novembru,

il-25 ta’ Diċembru,

is-26 ta’ Diċembru.

Artikolu 2

Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2019 u l-31 ta’ Ottubru 2020, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2019: mit-Tnejn 23 ta’ Diċembru 2019 sal-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020, iż-żewġ ġranet inklużi,

Għid 2020: mit-Tnejn 6 ta’ April 2020 sal-Ħadd 19 ta’ April 2020, iż-żewġ ġranet inklużi,

Sajf 2019: mill-Ħamis 16 ta’ Lulju 2020 sat-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2020, iż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni tissostitwixxi d-deċiżjoni tat-12 ta’ Frar 2019. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-30 ta’ April 2019.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

K. LENAERTS


(1)  C 103 tat-18 ta’ Marzu 2019, p. 2.

(2)  Loi du 25 avril 2019, portant modification des articles L. 232-2 et L. 233-4 du Code du travail ainsi que de l’article 28-1 de la loi modifiée du 16 avril 1979 fixant le statut général des fonctionnaires de l’État (il-Liġi tal-25 ta’ April 2019, li temenda l-Artikoli L. 232-2 u L. 233-4 tal-Kodiċi tax-Xogħol kif ukoll l-Artikolu 28-1 tal-liġi emendata tas-16 ta’ April 1979 li tistabbilixxi l-istatut ġenerali tal-uffiċjali tal-Istat) (Mémorial A 271, tas-26 ta’ April 2019, p. 1).


Top