EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/039/13

Sejħa għall-Proposti — Ideat li jbiddlu d-dinja: It-Turnew tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI għall-2019

OJ C 39, 1.2.2019, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/20


Sejħa għall-Proposti

Ideat li jbiddlu d-dinja: It-Turnew tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI għall-2019

(2019/C 39/13)

L-Istitut tal-BEI jorganizza t-tmien Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tiegħu

It-TIS jippromwovi ideat innovattivi u jippremja l-opportunitajiet li joħolqu impatt soċjetali u ambjentali, li jkopru proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma – mill-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħolqien ta’ impjiegi, għal teknoloġiji, sistemi u proċessi ġodda. Il-proġetti kollha jikkompetu għal żewġ premji f’Kategorija Ġenerali, u proġetti li jindirizzaw it-tema ta’ din is-sena ta’ konsum sostenibbli u produzzjoni sostenibbli (inkluża l-ekonomija ċirkolari) ser jikkompetu wkoll għal żewġ premji fil-Kategorija Speċjali. Il-proġetti rebbieħa fiż-żewġ kategoriji ser jingħataw l-Ewwel Premju u t-Tieni Premju ta’ EUR 50 000 jew EUR 20 000 rispettivament.

Segwina fuq Facebook: www.facebook.com/EibInstitute

Għal aktar informazzjoni dwar dan it-turnew u kif tissottometti proposta innovattiva, żur: http://institute.eib.org/programmes/social/social-innovation-tournament/


Top