EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/401/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

OJ C 401, 7.11.2018, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 401/07)

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Malta

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Patrimonju Kulturali

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn inħoloq minn student tal-iskola u juri varjetà ta’ temi klassiċi tal-wirt Malti inkluż: referenza għat-tempji preistoriċi, li huma l-eqdem strutturi weqfin fid-dinja, koppla u kampnar ta’ knisja, li huma karatteristiċi tal-promontorju Malti ta’ belt u raħal u rappreżentazzjoni ta’ dgħajsa tradizzjonali Maltija bil-bandiera Maltija. L-isem tal-pajjiż ta’ ħruġ “Malta” huwa fin-naħa ta’ fuq fiċ-ċirku ta’ ġewwa tal-munita u s-sena “2018” fin-naħa ta’ isfel.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

320 000

Data tal-ħruġ : Novembru 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top