EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2018/281/07
Call for proposals 2018 — EAC/A01/2018 — European Solidarity Corps
Sejħa għall-proposti 2018 – EAC/A01/2018 — Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
Sejħa għall-proposti 2018 – EAC/A01/2018 — Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
OJ C 281, 10.8.2018, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/20 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2018 – EAC/A01/2018
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2018/C 281/07)
1. Introduzzjoni u għanijiet
Din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għall-adozzjoni mill-awtorità leġiżlattiva tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (1) u għall-opinjoni pożittiva jew għan-nuqqas ta’ opinjoni mill-Kumitat imsemmi fl-att bażiku dwar il-programm ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2018.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
— |
Sħubiji ta’ Volontarjat |
— |
Proġetti ta’ Volontarjat |
— |
Timijiet ta’ Volontarjat f’oqsma ta’ prijorità għolja |
— |
Traineeships u Impjiegi |
— |
Proġetti ta’ Solidarjetà |
— |
Tikketta tal-Kwalità |
3. Eliġibbiltà
Kwalunkwe korp pubbliku jew privat jista’ japplika għal finanzjament fil-kuntest tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għal finanzjament għal Proġetti ta’ Solidarjetà.
Il-korp Ewropew ta’ Solidarjetà huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:
It-28 Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn:
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja; |
— |
il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
— |
il-Pajjiżi Msieħba. |
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja finanzjarja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tirċevix aktar finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tkun mitlub tieqaf mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja finanzjarja dwar it-terminazzjoni.
4. Baġit u durata tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 44 241 725:
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi u huma bbażati fuq:
— |
EUR 30 339 725 għall-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għas-sena 2018 |
— |
Ammonti addizzjonali minn Programmi oħra tal-UE li se jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta’ solidarjetà:
|
Il-baġit totali huwa soġġett għall-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali tal-2018 għall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.
Għalhekk fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa, l-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw b'mod regolari [https://ec.europa.eu/youth/solidarity-corps] għal rettifika ta’ din is-sejħa għall-proposti.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu san-12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Sħubiji ta’ Volontarjat |
Is-16 ta’ Ottubru 2018 |
Proġetti ta’ Volontarjat |
Is-16 ta’ Ottubru 2018 |
Timijiet ta’ Volontarjat f’oqsma ta’ prijorità għolja |
It-18 ta’ Frar 2019 |
Traineeships u Impjiegi |
Is-16 ta’ Ottubru 2018 |
Proġetti ta’ Solidarjetà |
Is-16 ta’ Ottubru 2018 |
Applikazzjonijiet għat-Tikketta ta’ Kwalità jistgħu jitressqu fuq bażi kontinwa.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
6. Dettalji sħaħ
Il-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, jinsabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fuq is-sit web:
https://ec.europa.eu/youth/solidarity-corps
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) COM(2017)262, 30.5.2017