EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2018/155/02
New national side of euro coins intended for circulation
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
OJ C 155, 3.5.2018, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/2 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 155/02)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Belġju
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-50 anniversarju tal-avvenimenti ta’ Mejju 1968 fil-Belġju
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jirrappreżenta l-istudenti b’fuljett u bandiera f’idejhom u jirreferi għad-dimostrazzjonijiet tal-istudenti li saru fil-Belġju b’konnessjoni mat-tibdil soċjokulturali ta’ Mejju 1968. Dan kien avveniment nazzjonali importanti li affettwa l-politiki nazzjonali tal-Belġju u influwenza r-riformi sussegwenti tal-Gvern, 50 snin ilu.
Il-marka taz-zekka ta’ Utrecht (Merkurju bil-bakketta) tinsab fuq ix-xellug flimkien mal-marka tal-mastru taz-zekka Belġjan (l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele). Il-marka tas-sena 2018 u l-kodiċi tal-pajjiż BE jinsabu fuq ix-xellug kif ukoll, l-istess bħall-inizjali LL tad-disinjatur tal-munita, Luc Luycx.
Fuq wara hemm awditorju, li huwa referenza għall-istudenti.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 260 000 munita
Data tal-ħruġ : Mejju/Ġunju 2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).