EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/103/09

Rettifika tas-Sejħa għal proposti għall-2018 — Programmi multipli — Għotjiet għal miżuri ta’ għoti informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 9, 12.1.2018)

OJ C 103, 19.3.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/8


Rettifika tas-Sejħa għal proposti għall-2018 — Programmi multipli — Għotjiet għal miżuri ta’ għoti informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 9 tat-12 ta’ Jannar 2018 )

(2018/C 103/09)

Fil-paġna 33, Taqsima 3, “Skeda ta’ żmien”, l-ewwel sentenza:

minflok:

“12 ta’ April 2018”,

aqra:

“19 ta’ April 2018”.

Fil-paġna 33, Taqsima 3, “Skeda ta’ żmien”, fit-tabella:

minflok:

“(d)

    Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet 12.4.2018”,

aqra:

“(d)

    Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet 19.4.2018”.

Fil-paġna 43, Taqsima 8.2, “Kapaċità operattiva”, it-tielet paragrafu jitħassar.

Fil-paġna 44, Taqsima 9, “Kriterji tal-għoti”, it-tieni paragrafu mill-aħħar, lista enumerattiva (a), (b) u (c):

minflok:

“… il-kriterji li ġejjin.

(a)

it-total tal-ammont previst li jifdal għat-tliet suġġetti dwar is-suq intern għandu jiġi allokat għall-proġetti li jimmiraw is-suq intern bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mis-suġġett li għalih applikaw;

(b)

għandu jittieħed l-istess approċċ għall-proposti mmirati lejn il-pajjiżi terzi (Suġġetti 4–6);

(c)

jekk l-ammont previst jibqa’ ma jiġix eżawrit, l-ammonti li jifdal kemm għas-suq intern kif ukoll għall-pajjiżi terzi għandhom jingħaqdu u jiġu assenjati għall-proġetti bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mill-prijorità u mis-suġġett li għalih ikunu applikaw.”,

aqra:

“… il-kriterju li ġej:

it-total tal-ammont previst li jifdal għall-erba’ suġġetti għandu jingħaqad u jiġi allokat għall-proġetti bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mis-suġġett li għalih applikaw.”.

Fil-paġna 46, Taqsima 11.4, “Forom ta’ finanzjament, spejjeż eliġibbli u mhux eliġibbli”, taħt “Spejjeż eliġibbli”, l-ewwel inċiż:

minflok:

“L-ispejjeż eliġibbli (direttament u indirettament) huma indikati fil-ftehim tal-għotja (ara l-Artikolu 6, il-paragrafi 1, 2 u 3)”,

aqra:

“L-ispejjeż eliġibbli (direttament u indirettament) huma indikati fil-ftehim tal-għotja (ara l-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2)”.


Top