Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/103/07

Sejħa għall-proposti f’konformità mal-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (C(2018) 1615))

OJ C 103, 19.3.2018, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/6


Sejħa għall-proposti f’konformità mal-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (C(2018) 1615))

(2018/C 103/07)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, qiegħed b’dan jiftaħ sejħa għall-proposti sabiex jitqassmu għotjiet f’konformità mal-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ ħidma multiannwali fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.

Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa:

 

CEF-Energy-2018-1

L-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa ta’ EUR 200 miljun.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija s-26 ta’ April 2018.

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq il-paġna web tas-sejħa għall-proposti:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-energy/calls/2018-cef-energy-calls-proposals/2018-1-call-proposals


Top