Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/090A/04

Avviż ta’ reklutaġġ PE/213/S — Direttur (Grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14) — Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi — Direttorat għall-Organizzazzjoni tal-Konferenzi

OJ C 90A , 9.3.2018, p. 23–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 90/23


AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/213/S

DIRETTUR (Grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14)

DIRETTORAT ĠENERALI GĦAL-LOĠISTIKA U L-INTERPRETAZZJONI GĦALL-KONFERENZI — DIRETTORAT GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAL-KONFERENZI

(2018/C 090 A/04)

 

1.   Pożizzjoni battala

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela din il-pożizzjoni battala ta’ direttur  (1) (AD, grad 14) fid-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi – id-Direttorat għall-Organizzazzjoni tal-Konferenzi, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa r-“Regolamenti tal-Persunal”).

Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD14 (3). Is-salarju bażiku huwa ta’ EUR 14 303,51 fix-xahar. Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jieħdu nota li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regolament dwar il-politika tal-mobilità, li ġie adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.

Dan l-impjieg jitlob disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Id-direttur se jkun mitlub iwettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.

2.   Post tax-xogħol

Brussell. Dan l-impjieg huwa soġġett għal trasferiment f’xi wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Opportunitajiet indaqs

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Uffiċjal ta’ livell għoli, id-direttur, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttur Ġenerali, għandu dawn il-kompiti (4):

jiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew li jinkludi diversi unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ kompetenza tad-Direttorat,

imexxi, jistimula, jimmotiva u jikkoordina timijiet ta’ aġenti; jaħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li jiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta’ attività tiegħu,

jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji); jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jilħaq l-objettivi stabbiliti; jivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li jiggarantixxi l-kwalità tagħhom,

jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tiegħu,

jikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrappreżenta lill-istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tiegħu,

jiġġestixxi u jwassal fi tmiemhom il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji,

iwettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega.

5.   Rekwiżiti ta’ eliġibilità

Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet:

(a)   Rekwiżiti ġenerali

Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari jeħtieġ li l-kandidati:

ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

igawdu d-drittijiet ċivili tagħhom,

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet ta’ reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari,

joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti.

(b)   Rekwiżiti speċifiċi

i)   Kwalifiki, diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċertifikati b’diploma, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ erba’ snin jew aktar,

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċertifikati b’diploma flimkien ma’ esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas sena (5) meta l-perjodu normali tal-istudji universitarji jkun għall-inqas ta’ tliet snin.

Esperjenza professjonali, ta’ mill-anqas tnax-il sena, miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq, fosthom mill-anqas sitt snin ta’ esperjenza maniġerjali.

(ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti tal-affarijiet Ewropej,

fehim eċċellenti ta’ kwistjonijiet politiċi interni, nazzjonali u internazzjonali,

għarfien eċċellenti tat-Trattati,

fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej,

għarfien eċċellenti tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-organizzazzjoni, l-ambjent u l-parteċipanti differenti tiegħu,

għarfien eċċellenti tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, tal-proċeduri leġiżlattivi u tar-regoli u l-prattiki interni,

għarfien eċċellenti tal-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll tal-interpretazzjoni tagħhom u tar-regoli derivati minnhom,

għarfien eċċellenti tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli ta’ applikazzjoni tagħhom u tar-regoli interni u testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew,

għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (aspetti b’rabta mar-riżorsi umani, il-ġestjoni, il-baġit, il-finanzi, l-informatika, l-aspetti ġuridiċi, eċċ.),

għarfien eċċellenti tat-tekniki maniġerjali.

(iii)   Għarfien lingwistiku

Il-pożizzjoni tesiġi għarfien fil-fond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6), kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

(iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta’ strateġija,

kapaċità maniġerjali,

kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem,

kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti,

approċċ metikoluż,

kapaċità ta’ komunikazzjoni.

6.   Proċedura ta’ selezzjoni

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta’ uffiċjali għolja se jistabbilixxi l-lista ta’ kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   Tressiq tal-applikazzjonijiet

Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija

it-23 ta’ Marzu 2018, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, fil-format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (à l’attention de Monsieur le Secrétaire général du Parlement européen, avis de recrutement numéro PE/213/S) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (7), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/213/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:

EP-SENIOR-MANAGEMENT@ep.europa.eu

u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.

Il-kandidati għandhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment  (8) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.

Id-data ta’ natura personali li jibagħtu l-kandidati, fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni, se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 (9).


(1)  Kull referenza, f’dan l-avviż, għal persuna tas-sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna tas-sess femminil, u viċeversa.

(2)  Ara r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u reċentement mir-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(3)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(4)  Għall-kompiti ewlenin, ara l-Anness.

(5)  Din is-sena ta’ esperjenza professjonali mhux se titqies għall-valutazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(6)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, il-Kroat, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.

(7)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(8)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet.

(9)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-LOĠISTIKA U L-INTERPRETAZZJONI

GĦALL-KONFERENZI

DIRETTORAT GĦALL-ORGANIZZAZJZONI TAL-KONFERENZI

DMIRIJIET PRINĊIPALI

(Dipartiment magħmul minn 139 aġent: 97 uffiċjal, 2 aġenti temporanji u 40 aġent kuntrattwali)

Jiżgura d-direzzjoni, il-koordinament u t-tmexxija tal-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat għall-Organizzazjzoni tal-Konferenzi;

Jiżgura l-ġestjoni tas-swali tal-laqgħat tal-Parlament Ewropew, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat barra t-tliet postijiet tax-xogħol tal-istituzzjoni, kif ukoll l-assistenza teknika għall-organi tas-Segretarjat Ġenerali u tal-gruppi politiċi;

Jieħu sehem fil-kumitati jew fil-gruppi ta’ ħidma fi ħdan DĠ jew bejn diversi DĠ, f’istanzi interistituzzjonali eċċ., u fihom jirrappreżenta lid-Direttorat jew lid-Direttorat Ġenerali, skont il-każ;

Iwettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega.

SERVIZZ TAL-PERSUNAL TEKNIKU TAL-KONFERENZI

Jiżgura l-assistenza teknika għal-laqgħat kollha tal-Parlament Ewropew u jwettaq l-irrekordjar tal-laqgħat;

Jiżgura l-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-istituzzjoni;

Jieħu ħsieb jimmodernizza t-tagħmir tekniku fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-istituzzjoni;

Jiżgura l-ġestjoni tal-istokkijiet ta’ materjal speċifiku;

Jiżgura s-sistemi awdjo barra s-swali tal-laqgħat tal-laqgħat u waqt il-missjonijiet “barra t-tliet postijiet tax-xogħol”;

Jimmaniġġja l-assenjazzjoni tat-tekniċi tal-konferenzi;

Ifassal speċifikazzjonijiet u juża l-proċeduri ammnistrattivi kollha għall-akkwist ta’ materjal u ta’ servizzi minn ditti esterni.

UNITÀ TAL-UXXIERA TAL-KONFERENZI

Tiżgura s-servizz fis-sala għal-laqgħat kollha tal-korpi tal-PE, inklużi s-seduti plenarji;

Tiżgura assistenza waqt avvenimenti relatati mal-protokoll u avvenimenti oħra, kif ukoll assistenza speċifika/ta’ darba;

Tiżgura l-ġestjoni tal-unità u tikkoordina s-servizzi tal-uxxieri tal-konferenzi;

Tiżgura t-tqegħid ta’ posters uffiċjali, ħbula, sinjali;

Torganizza avvenimenti ta’ partijiet terzi fil-Parlament.

UNITÀ TAL-LAQGĦAT U L-KONFERENZI

Tiżgura l-ġestjoni tas-swali tal-laqgħat u jieħu ħsieb li l-laqgħat kollha tal-organi tal-PE, tal-gruppi politiċi, tad-DĠ u tal-istituzzjonijiet l-oħra jiddaħħlu fl-applikazzjoni Pericles; issegwi l-użu progressiv tal-applikazzjoni MRS għal dawn l-attivitajiet;

Torganizza bil-quddiem u timmaniġġja fil-post il-laqgħat tal-organi tas-Segretarjat Ġenerali u tal-gruppi politiċi barra t-tliet postijiet tax-xogħol;

Tiżgura l-ġestjoni tad-domanda għall-interpretazzjoni fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu effikaċi tar-riżorsi għall-interpretazzjoni, f’interazzjoni mas-servizz tal-Kalendarju tal-laqgħat tad-DĠ IPOL; issegwi l-użu progressiv tal-applikazzjoni MRS għal dawn l-attivitajiet;

Tiżgura t-trattament u s-segwitu tat-talbiet għall-użu tal-binjiet tal-Parlament Ewropew minn entitajiet esterni, inkluż billi tħejji risposti għall-firma tas-Segretarju Ġenerali jew tad-Direttur Ġenerali skont il-każ;

Tiżgura l-kuntatti mal-gruppi politiċi, mal-Unità tal-Programmazzjoni u mal-Unità tar-Reklutaġġ tal-Interpreti Awżiljarji tal-Konferenzi rigward il-fattibbiltà teknika tat-talbiet għall-interpretazzjoni jew il-konformita tagħhom mal-Kodiċi ta’ kondotta dwar il-multilingwiżmu; torganizza tibdiliet tal-aħħar minuta fi-reġim lingwistiku skont id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-interpretazzjoni;

Tiżgura l-ġestjoni tal-krediti marbutin mal-attivitajiet tas-servizz, f’kooperazzjoni mal-Unità tal-Baġit;

Tħejji l-pariri tekniċi għat-talbiet għall-interpretazzjoni barra mill-kategoriji normali u għal dawk li jsiru mill-organi amministrattivi tal-istituzzjoni.


Top