EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/024/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

OJ C 24, 24.1.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 24/02)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qed joħroġ il-munita : Franza

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Bleuet de France

Deskrizzjoni tad-disinn : Għal 100 sena, il-Wardet il-Qamħ (bleuet) kienet il-fjura li tissimbolizza l-memorja u s-solidarjetà ta’ Franza. L-idea nibtet mir-rieda li tingħata għajnuna lis-suldati mmutilati mill-Gwerra tal-1914-1918. Malajr, din il-fjura ċkejkna saret is-simbolu tan-Nazzjon Franċiż li kien rikonoxxenti għas-sagrifiċċju tas-suldati tiegħu biex jiddefendu ’l pajjiżhom u l-ideali tagħhom.

Illum il-ġurnata, Bleuet de France taqdi l-missjoni tradizzjonali tagħha ta’ appoġġ morali u finanzjarju lill-veterani u lill-vittmi tal-gwerer tal-imgħoddi u tal-preżent, kif ukoll lill-vittmi tat-terroriżmu.

Il-Bleuet tgħin ukoll biex twassal ideali u valuri bħar-rispett, il-paċi u t-tolleranza fost il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. Huwa xogħol ta’ memorja li jonora lil dawk li ġġieldu, u għadhom jiġġieldu sal-lum, għal-libertà ta’ Franza.

Fid-disinn, il-wardet il-qamħ tinsab fiċ-ċentru. Madwarha hemm il-kitba “Le Bleuet de France, fleur de mémoire et de solidarité”. Id-dati “1918-2018”, flimkien mal-kitba “FR” u l-marki taz-zekka wkoll jinsabu fid-disinn.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 15-il miljun munita

Data tal-ħruġ :


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top