EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/368/05

Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma 2018-2020 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), kif ukoll fil-qafas tal-programm ta’ ħidma tal-2018 tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-programm Orizzont 2020

C/2017/7124

OJ C 368, 28.10.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/6


Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma 2018-2020 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), kif ukoll fil-qafas tal-programm ta’ ħidma tal-2018 tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-programm Orizzont 2020

(2017/C 368/05)

B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma 2018-2020 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), kif ukoll fil-qafas tal-programm ta' ħidma tal-2018 tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-programm Orizzont 2020.

Permezz tad-Deċiżjonijiet C(2017) 7123 u C(2017) 7124 tas-27 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni adottat żewġ programmi ta’ ħidma li jinkludu sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati.

Dawn huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għas-snin korrispondenti mill-awtorità tal-baġit, jew inkella, jekk il-baġit għal sena speċifika ma jiġix adottat, huma soġġetti għal dak previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

Dawn il-programmi ta’ ħidma, inkluż id-dati tal-għeluq u l-baġits għall-attivitajiet, huma disponibbli fuq is-sit web tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal), flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u tal-attivitajiet relatati, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.

F’dan l-istadju, jistgħu jintbagħtu biss proposti fir-rigward tas-suġġetti mmarkati “2018” fis-sejħiet għal proposti murija fil-Portal tal-Parteċipanti. L-informazzjoni dwar meta jkunu jistgħu jitressqu l-proposti fir-rigward ta’ suġġetti mmarkati “2019” u “2020” se tingħata fi stadju aktar tard fil-Portal tal-Parteċipanti.


Top