EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/386/09

Sejħa għall-proposti 2017 — EAC/A03/2016 — Il-Programm Erasmus+

OJ C 386, 20.10.2016, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/14


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2017 — EAC/A03/2016

Il-Programm Erasmus+

(2016/C 386/09)

1.   Introduzzjoni u għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-“Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport kif ukoll fuq il-programmi ta’ ħidma annwali Erasmus+ tal-2016 u l-2017. Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikoli 4, 5, 11 u 16 tar-Regolament.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Proġetti SVE strateġiċi

Avvenimenti fuq Skala Kbira tas-Servizz Volontarju Ewropew

Masters Konġunti Erasmus Mundus

L-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Alleanzi tal-għarfien

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

L-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għar-riforma politika

Djalogu strutturat: Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

Attivitajiet Jean Monnet

Seduti Jean Monnet

Moduli Jean Monnet

Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet

Appoġġ Jean Monnet għall-Assoċjazzjonijiet

Netwerks Jean Monnet

Proġetti Jean Monnet

L-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

3.   L-eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.

Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (1):

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Il-baġit u t-tul tal-proġetti

L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 2 157,1 miljun.

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ

:

EUR 1 905,4 miljun (2)

Iż-Żgħażagħ

:

EUR 209,1 miljun

Jean Monnet

:

EUR 10,8 miljun

L-Isport

:

EUR 31,8 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus+ u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/index_en.htm

fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.

5.   L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

It-2 ta’ Frar 2017

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

It-2 ta’ Frar 2017

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

Is-26 ta’ April 2017

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-4 ta’ Ottubru 2017

Proġetti EVS strateġiċi

Is-26 ta’ April 2017

Avvenimenti fuq skala kbira tas-Servizz Volontarju Ewropew

Il-5 ta’ April 2017

Masters Konġunti Erasmus Mundus

Is-16 ta’ Frar 2017

Azzjoni Ewlenija 2

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Id-29 ta’ Marzu 2017

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

It-2 ta’ Frar 2017

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

Is-26 ta’ April 2017

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-4 ta’ Ottubru 2017

Alleanzi tal-għarfien

It-28 ta’ Frar 2017

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

Id-9 ta’ Frar 2017

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

It-8 ta’ Marzu 2017

Azzjoni Ewlenija 3

Laqgħa bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

It-2 ta’ Frar 2017

 

Is-26 ta’ April 2017

 

L-4 ta’ Ottubru 2017

Azzjonijiet Jean Monnet

Sedji, Moduli, Ċentri tal-Eċċellenza, Appoġġ għall-Istituzzjonijiet u għall-Assoċjazzjonijiet, Netwerks, Proġetti

It-23 ta’ Frar 2017

Azzjonijiet tal-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

Is-6 ta’ April 2017

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

Is-6 ta’ April 2017

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

Is-6 ta’ April 2017

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Dettalji sħaħ

Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+: http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources_en

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(2)  Dan l-ammont jinkludi fondi għad-Dimensjoni Internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja (EUR 301,6 miljun b’kollox).


Top