Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/398/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6788 – Goldman Sachs/TPG/Barclays/Kew Green) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 398, 22.12.2012, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/35


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6788 – Goldman Sachs/TPG/Barclays/Kew Green)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 398/07

1.

Fit-13 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti), TPG Lundy Co L.P. (“TPG”, Cayman Islands), ikkontrollata finalment minn TPG group of Funds (“TPG Funds”, l-Istati Uniti) u Barclays plc (“Barclays”, ir-Renju Unit) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Kew Green Holding Limited (“Kew Green”, ir-Renju Unit permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs: kumpanija ta’ investiment globali li toffri varjetà kbira ta’ servizzi mad- dinja kollha lill-bażi ta’ klijentela diversifikata,

TPG: kumpanija ta’ investiment globali li toffri varjetà kbira ta’ servizzi mad-dinja kollha lill-bażi ta’ klijentela diversifikata,

Fondi tat-TPG: Portafoll ta’ fondi li jgħaqqad u jiġġestjona flimkien il-fondi kkontrollati varji tat-TPG,

Barclays: fornitur ta' servizzi finanzjarji globali ewlieni impenjat fis-setturi bankarji kollha,

Il-Kew Green: hija s-sid u l-operatur ta’ lukandi fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6788 – Goldman Sachs/TPG/Barclays/Kew Green, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top