EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2012/177/07
Call for proposals IX-2013/02 — ‘Grants to political foundations at European level’
Sejħa għall-proposti IX-2013/02 – “Konċessjonijiet lill-Fondazzjonijiet Politiċi f’Livell Ewropew”
Sejħa għall-proposti IX-2013/02 – “Konċessjonijiet lill-Fondazzjonijiet Politiċi f’Livell Ewropew”
OJ C 177, 20.6.2012, p. 37–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 177/37 |
Sejħa għall-proposti IX-2013/02 – “Konċessjonijiet lill-Fondazzjonijiet Politiċi f’Livell Ewropew”
2012/C 177/07
Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partiti politiċi f’livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ Regolament, ir-regoli li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew imsemmija fl-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom”.
Fil-verżjoni emendata tiegħu, ir-Regolament jagħraf ir-rwol tal-fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew, li, bħala affiljati fil-partiti politiċi f’livell Ewropew, “jistgħu permezz tal-attivitajiet tagħhom jgħinu u jsaħħu l-għanijiet tal-partiti politiċi f'livell Ewropew b'mod speċjali billi jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar kwistjonijiet ta' politika pubblika Ewropea u dwar l-integrazzjoni Ewropea, anke billi jaġixxu bħala katalisti għall-ideat, għall-analiżi u għal għażliet politiċi ġodda”. Ir-Regolament jipprovdi, b'mod partikolari, għal għotja operattiva annwali mill-Parlament Ewropew, lill-fondazzjonijiet politiċi li japplikaw u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament.
F’dan il-kuntest, il-Parlament qed iniedi sejħa għall-proposti għal konċessjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew.
1. ATT BAŻIKU
Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 (iktar ’il quddiem “ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003”) dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (1).
Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 li tistipula l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (iktar ’il quddiem “Deċiżjoni tal-Bureau”) (2).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) (3).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem “Regoli Implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju”) (4).
2. GĦAN
Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Bureau “Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika kull sena, qabel tmiem l-ewwel nofs tas-sena, sejħa għall-proposti bil-għan li jqassam konċessjonijiet li jiffinanzjaw lill-partiti politiċi f’livell Ewropew. Id-dokumenti ppubblikati jistabbilixxu l-kriterji ta’ l-eliġibilità, l-arranġamenti biex ikun hemm iffinanzjar Komunitarju u d-dati proposti għall-proċedura ta’ l-iffinanzjar.”
Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna l-applikazzjonijiet għall-konċessjonijiet għas-sena finanzjarja 2013 li tkopri l-perijodu ta’ attività mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-objettiv tal-konċessjoni hija li tappoġġja l-programm ta’ ħidma annwali tal-benefiċjarju.
3. AMMISSIBILITÀ
L-applikazzjonijiet mhux se jkunu ammissibbli jekk ma jiġux sottomessi bil-miktub fuq il-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjonijiet li tinsab fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau msemmija hawn fuq u ma jingħatawx lill-President tal-Parlament Ewropew sad-data tal-għeluq.
4. KRITERJI U DOKUMENTI TA’ APPOĠĠ
4.1. Il-kriteriji tal-eliġibbiltà
Sabiex ikun eliġibbli għal konċessjoni, fondazzjoni politika f’livell Ewropew għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, jiġifieri:
a) |
għandha tkun affiljata ma' wieħed mill-partiti politiċi f'livell Ewropew irrikonoxxut skont dan ir-Regolament, kif iċċertifikat minn dak il-partit; |
b) |
għandha jkollha l-personalità ġuridika fl-Istat Membru fejn hi għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, personalità ġuridika li hija distinta minn dik tal-partit politiku f’livell Ewropew li l-fondazzjoni tkun affiljata miegħu; |
c) |
għandha tosserva, b'mod partikolari fil-programm tagħha u fl-attivitajiet tagħha, il-prinċipji li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita, jiġifieri l-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, u tal-istat tad-dritt; |
d) |
ma għandhiex tippromwovi għanijiet ta' lukru; |
e) |
il-korp tat-tmexxija tagħha għandu jkollu kompożizzjoni ġeografikament ibbilanċjata. |
Barra minn hekk, għandha tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003. Fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament, kull partit politiku u fondazzjoni f'livell Ewropew għandhom ir-responsabbiltà li jfissru l-modalitajiet speċifiċi għar-relazzjoni ta' bejniethom, skont il-liġi nazzjonali, inkluż grad adegwat ta' separazzjoni bejn l-amministrazzjoni ta' kuljum u kif ukoll l-istrutturi regolatorji tal-fondazzjoni politika f'livell Ewropew, minn naħa waħda, u l-partit politiku f'livell Ewropew li miegħu dik tal-ewwel tkun affiljata, min-naħa l-oħra.
4.2. Kriterji ta' esklużjoni
L-applikanti għandhom jiċċertifikaw ukoll li huma ma jinsabux f’xi waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju.
4.3. Kriterji għall-għażla
L-applikanti għandhom jipprovdu evidenza li għandhom il-vijabilità legali u finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu l-programm ta’ attivitajiet stipulat fl-applikazzjoni għall-finanzjament u li għandhom il-kapaċità teknika u tal-immaniġġjar meħtieġa sabiex iwettqu b’suċċess il-programm ta’ attivitajiet li għalih huma qed japplikaw għall-konċessjoni.
4.4. Kriterji għall-għoti
Skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, l-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2013 għandhom jitqassmu kif ġej bejn il-fondazzjonijiet politiċi li kisbu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament skont il-kriterji ta’ eliġibiltà, u l-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla:
a) |
15 % se jitqassmu f’ishma ndaqs; |
b) |
85 % se jitqassmu bejn dawk li huma affiljati ma’ partiti politiċi f’livell Ewropew li għandhom membri eletti fil-Parlament Ewropew, proporzjonalment man-numru ta’ membri eletti. |
4.5. Dokumenti ta’ appoġġ
Għall-iskop ta’ evalwazzjoni tal-kriterji ta’ hawn fuq, l-applikanti għandhom jipprovdu d-dokumenti ta’ appoġġ li ġejjin:
a) |
ittra ta’ kopertura oriġinali b’indikazzjoni tal-ammont ta’ konċessjoni mitlub; |
b) |
il-formola ta' applikazzjoni fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau mimlija u ffirmata kif meħtieġ (inkluża d-dikjarazzjoni solenni bil-miktub); |
c) |
statuti tal-applikant; |
d) |
ċertifikat uffiċjali ta' reġistrazzjoni; |
e) |
prova reċenti tal-eżistenza tal-applikant; |
f) |
lista tad-diretturi/membri tal-Kunsill ta' Amminstrazzjoni (isem u kunjom, ċittadinanza, titolu jew funzjoni fi ħdan l-applikant); |
g) |
programm tal-applikant; |
h) |
dikjarazzjoni finanzjarja komprensiva għas-sena 2011 ċċertifikata minn korp tal-verifika estern (5); |
i) |
baġit operattiv provviżorju għall-perjodu kkonċernat (mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013) li jindika n-nefqa eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit Komunitarju; |
j) |
dokumenti li jiċċertifikaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003. |
Fir-rigward tal-punti (c), (d), (f), u (g), l-applikant jista’ jissottometti dikjarazzjoni fuq l-unur li l-informazzjoni pprovduta fl-istadju preċedenti għadha valida.
5. FINANZJAMENT MILL-BAĠIT TAL-UE
L-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 403 tal-baġit tal-Unjoni Ewropea “Kontribuzzjonijiet lill-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej” huma stmati li jammontaw għal total ta’ EUR 12 400 000. Dawn huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja.
L-ammont massimu li jitħallas lill-benefiċjarji mill-Parlament Ewropew m’għandux jaqbeż il-85% tal-ispejjeż marbuta mal-operat tal-fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew li huma eliġibbli. Il-fondazzjoni politika kkonċernata għandha r-responsabilità li tipprovdi evidenza.
Il-finanzjament Komunitarju se jieħu l-għamla ta’ konċessjoni għall-operat kif jipprovdu r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju. L-arranġamenti għall-ħlas tal-konċessjonijiet u l-obbligi li jirregolaw l-użu tagħhom se jiġu stipulati f’deċiżjoni ta’ għoti ta’ konċessjoni — kampjun ta’ dan il-ftehim jinsab fl-Anness 2b tad-Deċiżjoni tal-Bureau.
6. PROĊEDURA U DATA TAL-GĦELUQ GĦAS-SOTTOMISSJONI TAL-PROPOSTI
6.1. Data tal-għeluq u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija t-30 ta’ Settembru 2012. L-applikazzjonijiet imressqa wara dik id-data mhux se jiġu kkunsidrati.
L-applikazzjonijiet għandhom:
a) |
isiru permezz tal-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau); |
b) |
jiġu ffirmati, mingħajr ma l-applikant jonqos milli jagħmel dan, minnu stess jew minn rappreżentant awtorizzat b’mod korrett; |
c) |
jintbagħtu f'envelop magħluq ġo ieħor. Iż-żewġ envelops għandhom ikunu magħluqa. Flimkien mal-indirizz tas-servizz destinatarju kif jidher fis-sejħa għall-proposti, l-envelop ta' ġewwa jrid ikollu l-indikazzjoni: Jekk jintużaw envelops li jeħlu minnhom infushom, għandhom jingħalqu bit-tejp li fuqu għandu jkun hemm il-firma ta' min ikun qed jibgħat. Il-firma ta’ min qed jibgħat għandha tinkludi mhux biss il-firma bil-miktub tiegħu, iżda wkoll it-timbru tal-organizzazzjoni tiegħu; Fuq l-envelop ta’ barra għandu jkun jidher l-indirizz ta’ min qed jibgħat u jkun indirizzat lil:
L-indirizz fuq l-envelop ta' ġewwa għandu jkun dan:
|
d) |
jitressqu mhux iktar tard mid-data tal-għeluq stipulata fis-sejħa għall-proposti jew bil-posta rreġistrata, kif muri bit-timbru tal-posta jew bis-servizz tal-kurjer skont id-data fuq l-irċevuta tad-depożitu, |
6.2. Proċedura indikattiva u skeda
Il-proċedura u l-iskeda li ġejjin se japplikaw għall-għoti ta’ konċessjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew:
a) |
il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni lill-Parlament Ewropew (mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2012); |
b) |
kunsiderazzjoni u għażla mid-dipartimenti tal-Parlament Ewropew; l-applikazzjonijiet li jitqiesu ammissibbli biss se jiġu eżaminati abbażi tal-kriterji tal-eliġibiltà, tal-esklużjoni u tal-għażla stipulati fis-sejħa għall-proposti; |
c) |
l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni mill-Bureau tal-Parlament Ewropew (bi prinċipju qabel l-1 ta’ Jannar 2013, kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Bureau) u n-notifika tal-applikanti; |
d) |
ħlas bil-quddiem ta’ 80 % (fi żmien 15-il ġurnata mid-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni). |
6.3. Informazzjoni addizzjonali
It-testi li ġejjin huma disponibbli fis-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew fl-indirizz li ġej: http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm
a) |
ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003; |
b) |
id-deċiżjoni tal-Bureau; |
c) |
il-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau). |
Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għall-proposti li għandha l-għan li tagħti konċessjonijiet għandha tintbagħat bil-posta elettronika,u għandha tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, fl-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu
6.4. Ipproċessar ta' dejta personali
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), id-dejta personali inkluża fl-applikazzjoni għall-finanzjament u l-annessi tagħha ser tiġi proċessata skont il-prinċipji ta’ imparzjalità, il-legalità u l-proporzjonalità għall-finijiet espliċiti u leġittimi ta’ dan il-proġett. Għal ħtiġijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjoni u sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, id-dejta personali tista’ tiġi proċessata mis-servizzi u l-korpi kompetenti tal-Parlament Ewropew u tiġi tintbagħat lis-servizzi ta’ verifika interni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
(1) ĠU L 297 tal-15.11.2003, p. 1.
(2) ĠU C 155 tat-12.6.2004, p. 1.
(3) ĠU L 248 tas-16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 357 tal-31.12.2002, p. 1.
(5) Sakemm l-applikant ma jkunx ġie stabbilit matul is-sena kurrenti