Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/024/04

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni

OJ C 24, 26.1.2011, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/5


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni

2011/C 24/04

Image

Il-wiċċ nazzjonali ta' munita kommemorattiva ġdida taż-żewġ euro intenzjonata għaċ-ċirkulazzjon u maħruġa mill-Ġermanja

Muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Għall-iskop li jiġi infurmat il-pubbliku u l-partijiet kollha li jimmaniġaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u, il-pajjiżi li laħqu ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għal ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni taż-żewġ euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħal muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom juri desinn kommemorattiv b'valur simboliku għoli f'termini nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ

:

Il-Ġermanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni

:

Nordrhein-Westfalen

Deskrizzjoni tad-desinn

:

Id-desinn juri l-kattidral ta' Kolonn sħiħ, bħala opera tal-arti tal-arkitettura Gotika u jenfażizza s-sbuħija tal-portal li jħares lejn in-nofsinhar. L-isem NORDRHEIN-WESTFALEN, taħt il-bini, jorbot il-bini muri mal-Istat. Il-marka taz-zekka, irrappreżentata bl-ittra A, D, F, G jew J, tinsab fil-parti ta' fuq fil-lemin taż-żona ċentrali filwaqt li l-inizjali tal-artist, Heinz Hoyer jinsabu fil-parti ċentrali fuq il-lemin.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-tnax-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea. Bejn l-istilel, isfel, is-sena “2011” u fuq nett l-indikazzjoni tar-referenza tal-pajjiż tal-ħruġ “D”.

Volum tal-ħruġ

:

30 miljun munita

Data tal-ħruġ

:

Jannar 2011


(1)  Għall-uċuħ nazzjonali l-oħra tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni, ara http://ec.europa.eu/economy_finance/euro/cash/coins/index_en.htm

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ekonomiku u tal-Affarijiet Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top