EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/188/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5858 – Carrefour/Marinopoulos/Balkan JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 188, 13.7.2010, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5858 – Carrefour/Marinopoulos/Balkan JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 188/07

1.

Fil-5 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Carrefour S.A. (“Carrefour”, Franza) u Marinopoulos Holding S.à r.l. (“Marinopoulos”, il-Lussemburgu), li huma proprjetà tal-grupp Marinopoulos, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża CM Balkans B.V. (“Balkan JV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta' kuntratt u x-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta, rispettivament.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Carrefour: il-bejgħ bl-ingrossa ta' ikel u prodotti mhux tal-ikel fi ħwienet tal-merċa operati minnha nnifisha jew minn konċessjonarji (hypermarkets, supermarkets, discount u convenience stores) fl-Ewropa, l-Amerika Latina u l-Asja,

Għall-grupp Marinopoulos: bejgħ bl-ingrossa ta' ikel u prodotti mhux tal-ikel, il-manifattura ta' prodotti tal-kosmetika u dawk farmaċewtiċi, bejgħ bl-ingrossa ta' prodotti tal-ħwejjeġ, kosmetiċi u ottiċi u kafe ta' speċjalità f'għadd ta' pajjiżi fl-Ewropa, inkluża l-Greċja u Ċipru,

għal Balkan JV: l-operat ta' erba' supermarkets fil-Bulgarija u l-iżvilupp ta' hypermarkets u supermarkets taħt il-marka ta' Carrefour fil-Balkani, prinċipalment fil-Bulgarija, is-Slovenja, l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5858 – Carrefour/Marinopoulos/Balkan JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top