EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/058/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5795 – Siemens/Sinara Locomotives/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 58, 10.3.2010, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5795 – Siemens/Sinara Locomotives/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 58/05

1.

Fl-1 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Siemens Aktiengesellschaft (“Siemens”, il-Ġermanja) u Sinara Locomotives Limited (“Sinara Locomotive”, Ċipru), ikkontrollati minn Mr. Pumpyansky (ir-Russja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Ural Locomotives Holding Company (“Holding Company”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u OOO Ural Locomotives (“il-Kumpanija Operattiva”, ir-Russja) permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f'impriża konġunta. Il-Kumpanija Operattiva għandha tkun attiva fit-tfassil, manifattura, attivazzjoni, kummerċ, bejgħ u manutenzjoni ta' lokomotivi fir-Russja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Siemens: Enerġija, Kura tas-Saħħa u Industrija. L-Industrija tas-Settur tas-Siemens hi attiva fil-qasam tat-teknoloġija ferrovjarja li tinvolvi partikolarment ferroviji li jaħdmu bl-elettriku u bid-diżil,

għal Pumpyansky group: servizz finanzjarju, żvilupp ta' proprjetà, produzzjoni ta' pajpijiet tal-azzar, inġinerija għal makkinarju ta' trasport, inklużi lokomotivi li jaħdmu bl-elettriku u bid-diżil.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5795 – Siemens/Sinara Locomotives/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top