EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/238/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5574 – IPIC/OMV/NOVA) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 238, 3.10.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5574 – IPIC/OMV/NOVA)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 238/06

1.

Fil-25 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi International Petroleum Investment Company (“IPIC”, l-Emirati Għarab Maqgħuda) u OMV Aktiengesellschaft (“OMV”, l-Awstrija) akkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża NOVA Chemicals Corporation (“NOVA”, il-Kanada) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal IPIC: kumpanija li tinvesti speċjalizzata fuq l-irfinar taż-żejt u d-distribuzzjoni upstream u downstream u netwerks ta' servizz relatati,

għal OMV: esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt, irfinar u distribuzzjoni ta’ prodotti taż-żejt minerali, l-industrija petro-kimika, l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-gass,

għal NOVA: ethylene, polyethylene u koprodotti kimiċi u tal-enerġija, polimeri bbażati fuq l-istyrene.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5574 – IPIC/OMV/NOVA, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top