This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/319/10
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5310 — Jysk Stålindustrie/Volgo-Balt) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5310 — Jysk Stålindustrie/Volgo-Balt) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5310 — Jysk Stålindustrie/Volgo-Balt) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 319, 13.12.2008, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 319/24 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5310 — Jysk Stålindustrie/Volgo-Balt)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 319/10)
1. |
Fit-2 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4, u wara referenza skont Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Jysk Stålindustrie ApS (“Jysk”, id-Danimarka), li tappartjeni lill- Universal Cargo Logistics Holding B.V. (UCLH, l-Olanda) grupp li hu kkontrollat minn Mr Vladimir Lisin li jikkontrolla wkoll Novolipetsk Steel (“NLMK”, ir-Russja), akkwistat kontroll uniku tal-impriża Volgo-Balt Transport Holding Limited (“Volgo-Balt”, Ċipru) skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill permezz tax-xiri tal-ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5310 — Jysk Stålindustrie/Volgo-Balt, fl-indirizz li ġej:
|