EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/246/06

Wiċċ nazzjonali ġdid għall-muniti taż-2 euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

OJ C 246, 27.9.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 246/9


Wiċċ nazzjonali ġdid għall-muniti taż-2 euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 246/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li minn taħt idejhom jgħaddu l-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha tal-euro (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u dawk il-pajjiżi li kkonkludew Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma awtorizzati li joħorġu ċerti kwantitajiet ta' muniti euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni, bil-kundizzjoni li ma joħroġx iktar minn disinn wieħed ġdid ta' muniti f'kull pajjiż kull sena u li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom il-karatteristiċi tekniċi tal-muniti tal-euro normali fiċ-ċirkolazzjoni, iżda għandhom disinn kommemorattiv fuq il-wiċċ nazzjonali.

Pajjiż ta' ħruġ: Il-Finlandja

Suġġett ta' kommemorazzjoni: Is-60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni tad-disinn: In-naħa ta' wara tal-munita turi figura ta' bniedem li tidher minn toqba f'forma ta' qalb ġo ħajt tal-ġebel. Taħt il-qalb tinsab il-kitba “DRITTIJIET TAL-BNIEDEM”. Il-marka tas-sena “2008” hija mnaqqxa 'l fuq mill-qalb. L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “FI”, l-ittra “K” (l-inizjali tal-artist Tapio Kettunen) u l-marka taz-zekka jinsabu isfel taħt id-disinn.

Fuq iċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd massimu ta' muniti li se jinħarġu: 1 500 000 munita

Data approssimattiva tal-ħruġ: Ottubru 2008

Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: “SUOMI FINLAND ***” fejn * tfisser ras ta' ljun.


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill (Affarijiet Ġenerali) tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar il-bidliet fid-disinn tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti tal-euro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar prattika komuni għat-tibdil fid-disinn tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).


Top