EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/134/13

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5176 — CVC/Schuitema) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ C 134, 31.5.2008, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 134/42


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5176 — CVC/Schuitema)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 134/13)

1.

Fit-22 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża CVC Fund IV (“CVC Fund IV”, Gżejjer Cayman), proprjetà ta' CVC Capital Partners Group S.a.r.l. (“CVC”, il-Lussemburgu), takkwista, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll kollu ta' l-impriża Schuitema N.V. (“Schuitema”, l-Olanda), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal CVC/CVC Fund IV: pariri dwar investiment u mmaniġġjar ta' fondi ta' investiment u/jew l-immaniġġjar ta' investimenti f'isem fondi ta' investiment,

għal Schuitema: il-kisba, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tal-konsum ta' kuljum, kif ukoll servizzi relatati, fl-Olanda.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni modifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5176 — CVC/Schuitema, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top