Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/09

Kawża C-460/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali — Infermiera responsabbli għall-kura ġenerali — Qwiebel — Provvedimenti speċifiċi applikabbli għall-kwalifiki Pollakki — Validità — Obbligu ta' motivazzjoni — Introduzjonit bl-Att ta' adeżjoni)

OJ C 211, 8.9.2007, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 211/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-460/05) (1)

(Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali - Infermiera responsabbli għall-kura ġenerali - Qwiebel - Provvedimenti speċifiċi applikabbli għall-kwalifiki Pollakki - Validità - Obbligu ta' motivazzjoni - Introduzjonit bl-Att ta' adeżjoni)

(2007/C 211/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: J. Pietras, M. Szpunar u M. Brzezińska, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein et A. Padowska, aġenti), Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti:, M.C. Giorgi Fort, R. Szostak u F. Florindo Gijón, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u Mme A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

L-annullament ta' l-Artikoli 33(2) u 43(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255 p.22) — Sistema speċjali ta' rikonoxximent tad-drittijiet miksuba minn infermiera responsabbli għall-kura ġenerali kif ukoll minn qwiebel li għandom kwalifika Pollakka.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata tbati l-ispejjeż

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


Top