Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/162/08

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4773 — 3i/Eltel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ C 162, 14.7.2007, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 162/16


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4773 — 3i/Eltel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 162/08)

1.

Fis-26 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħhu l-impriża 3i Group Plc (“3i”, ir-Renju Unit) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll ta' l-intier ta' l-impriża Eltel Group Corporation (“Eltel”, Finlandja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal 3i: ekwità privata.

għal Eltel: kostruzzjoni u manutenzjoni ta' infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u ta' l-elettriku

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2)296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4773 — 3i/Eltel, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top