EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/155/16

Kawża C-173/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (Il-Ġermanja) fit- 2 ta' April 2007 — Emirates Airlines Direktion für Deutschland vs Diether Schenkel

OJ C 155, 7.7.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (Il-Ġermanja) fit-2 ta' April 2007 — Emirates Airlines Direktion für Deutschland vs Diether Schenkel

(Kawża C-173/07)

(2007/C 155/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emirates Airlines Direktion für Deutschland

Konvenut: Diether Schenkel

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jkun interpretat fis-sens li “titjira” f'kull każ tinkludi l-vjaġġ bl-ajru bir-ritorn mill-post tat-tluq sa dak tal-wasla, meta l-ibbukkjar tat-titjira lejn id-destinazzjoni u t-titjira lura jsir fl-istess tranżazzjoni?


(1)  GU L 46, p. 1.


Top