Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C/2025/03846

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

PUB/2025/636

ĠU C, C/2025/3846, 11.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3846/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3846/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3846

11.7.2025

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(C/2025/3846)

Image 1

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ 2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn San Marino

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009  (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-550 anniversarju mit-twelid ta’ Michelangelo

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fiċ-ċentru lil Cleopatra, dettall tat-tpinġija ta’ Michelangelo Buonarroti, ippreservata fil-Fondazzjoni Casa Buonarroti (Firenze). Fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni “MICHELANGELO” f’forma ta’ nofs ċirku, l-ittra R li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma u s-sena “1475”; fuq il-lemin hemm l-isem tal-pajjiż emittenti “SAN MARINO” ukoll f’forma ta’ nofs ċirku, u s-sena “2025”. Fil-qiegħ hemm l-inizjali tad-disinjatriċi “SP” (Silvia Petrassi).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 56 000

Id-data tal-ħruġ: Lulju 2025


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3846/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top