EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C/2024/02356

Naħa nazzjonali ġdida tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

PUB/2024/221

ĠU C, C/2024/2356, 21.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2356/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2356/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2356

21.3.2024

Naħa nazzjonali ġdida tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(C/2024/2356)

Image 1

In-naħa nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009  (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Belġju

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri qatgħa għasafar (ħuttaf), li hija simbolu għall-ħidma tal-UE, billi timxi flimkien bħala grupp iżda b’kull membru jkollu spazju jimmanuvra b’mod individwali, biex b’hekk tinħoloq entità kumplessa u dinamika waħda. Għalhekk, il-grupp jirrappreżenta primarjament l-għaqda. Matul it-titjira tal-ħuttaf, dejjem ikun hemm waħda minnhom li tmexxi l-grupp, li se tkun il-Belġju fl-ewwel nofs tal-2024. Is-27 għasfur jissimbolizzaw ukoll l-għadd totali ta’ Stati Membri tal-UE. Il-kodiċi tal-pajjiż “BE” jinsab bejn l-għasafar, fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tad-disinn. Taħt il-qatgħa għasafar, jimtela spazju battal fin-nofs t’isfel bid-deskrizzjoni “PRESIDENZA BELĠJANA TAL-KUNSILL TAL-UE 2024”. Fuq ix-xellug nett hemm l-inizjali tad-disinjatur Iris Bruijns. Billi z-Zekka Rjali Olandiża se taħdem il-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, hemm bakketta tal-merkurju li tinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-munita, flimkien mal-marka tal-mastru taz-zekka Belġjana, fjura tal-aster quddiem flask Erlenmeyer. T

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 2 128 500

Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2024


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2356/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top